21.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 48/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/255

tad-19 ta' Frar 2018

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

(2)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, huma meħtieġa miżuri implimentattivi sabiex jiġu speċifikati d-dejta u l-metadejta li għandhom jingħataw rigward l-istat tas-saħħa, id-determinanti tas-saħħa u l-kura tas-saħħa koperti mill-Anness I ta' dak ir-Regolament u biex jiġu stabbiliti l-perjodi u l-intervalli ta' referenza għall-għoti ta' dik id-dejta.

(3)

Id-dejta tirrappreżenta sett minimu ta' dejta statistika li jenħtieġ li jippermetti monitoraġġ aħjar tal-programmi u l-politiki tas-saħħa tal-Unjoni dwar l-inklużjoni soċjali u l-ħarsien soċjali, l-inugwaljanzi fis-saħħa u t-tixjiħ f'saħħtu.

(4)

Jenħtieġ li d-dejta kunfidenzjali mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-Istati Membri tkun ġestita skont il-prinċipju tal-kunfidenzjalità statistika bħalma hu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Saret analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 u din ġiet evalwata skont l-istess artikolu. Din uriet li d-disponibbiltà ta' dejta komparabbli fl-Unjoni kollha x'aktarx li tkun ta' benefiċċju kbir għal deċiżjonijiet ta' politika soċjali u tas-saħħa u għal skopijiet xjentifiċi. Jenħtieġ li l-użu ta' għodod komuni jippermetti l-konsistenza tad-dejta bejn il-pajjiżi, anki jekk il-kosti relatati jkunu jvarjaw skont il-grad ta' integrazzjoni tal-varjabbli mitluba u l-metodoloġija fi ħdan l-istħarriġiet nazzjonali eżistenti.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

L-istatistika Ewropea msejsa fuq l-Istħarriġ Ewropew ta' Intervisti dwar is-Saħħa (EHIS) għandha tikkonċerna l-istat tas-saħħa, il-kura tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa kif ukoll karatteristiċi soċjodemografiċi tal-popolazzjoni tal-età ta' 15-il sena u 'l fuq.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“unità domestika” tfisser:

(a)

unità domestika magħmula minn persuna waħda, jiġiferi persuna li tgħix waħidha f'unità residenzjali separata, jew li tokkupa bħala kerrej, kamra (jew kmamar) separata(i) iżda li ma tikkondividix ma' kwalunkwe wieħed mill-okkupanti l-oħrajn tal-unità residenzjali biex tifforma parti minn unità domestika magħmula minn ħafna persuni kif iddefinita hawn taħt; jew

(b)

“unità domestika magħmula minn ħafna persuni”, jiġifieri grupp ta' tnejn min-nies jew aktar li flimkien jokkupaw parti minn unità residenzjali jew l-unità residenzjali kollha kemm hi u li jipprovdu lilhom infushom bl-ikel u possibbilment bi ħwejjeġ oħra essenzjali għall-għajxien tagħhom. Il-membri tal-grupp jistgħu jiġbru flimkien id-dħul tagħhom, ikollhom baġit komuni u ftit jew wisq jaqsmu l-ispejjeż bejniethom.

Din id-definizzjoni ma tkoprix l-unitajiet domestiċi kollettivi bħal sptarijiet, djar tal-kura jew residenzjali, ħabsijiet, kwartieri militari, istituzzjonijiet reliġjużi, pensjonijiet jew ħostels;

2.

“residenza abitwali” tfisser il-post li fih persuna normalment tqattal-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta' kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta' rikreazzjoni, vakanzi, żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġi reliġjużi.

Il-persuni li ġejjin biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala residenti abitwali taż-żona ġeografika kkonċernata:

(a)

dawk li ilhom jgħixu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta' referenza; jew

(b)

dawk li jkunu waslu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom fit-12-il xahar qabel id-data ta' referenza bil-ħsieb li joqogħdu hemm għal mill-inqas għal sena (1).

Meta ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a) jew (b) ma jistgħux jiġu stabbiliti, ir-“residenza abitwali” għandha tfisser il-post ta' residenza legali jew reġistrata;

3.

“mikrodejta” tfisser osservazzjonijiet jew miżuri mhux aggregati ta' karatteristiċi ta' unitajiet individwali;

4.

“mikrodejta kkontrollata minn qabel” tfisser mikrodejta vverifikata mill-Istati Membri abbażi ta' regoli komuni miftiehma dwar il-validazzjoni;

5.

“metadejta” tfisser dejta li tiddefinixxi u tiddeskrivi dejta oħra kif ukoll il-metodoloġija użata u l-proċessi statistiċi tan-negozju.

Artikolu 3

Id-dejta meħtieġa

1.   Kull Stat Membru għandu jagħti l-mikrodejta stipulata fl-Anness I lill-Kummissjoni (Eurostat).

2.   Il-mikrodejta għandha tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi nazzjonali tal-probabbiltà.

3.   Bil-għan li jinkiseb livell għoli ta' armonizzazzjoni fir-riżultati tal-istħarriġ li sar fil-pajjiżi kollha, il-Kummissjoni (Eurostat), b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tipproponi rakkomandazzjonijiet u linji gwida metodoloġiċi u prattiċi dwar il-kampjunar u dwar l-implimentazzjoni tal-istħarriġ. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida se jkunu deskritti fil-“Manwal tal-Istħarriġ tal-Unjoni Ewropea ta' Intervisti dwar is-Saħħa” li se jinkludi kwestjonarju mudell.

4.   Ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni għandhom jiġu deskritti fl-Anness II. Il-fatturi tal-ippeżar għandhom jiġu kkalkulati b'tali mod li jqisu l-probabbiltà tal-unitajiet tal-għażla, tan-nuqqas ta' risposta u, skont kif ikun xieraq, tal-aġġustament tal-kampjun ma' dejta esterna marbuta mad-distribuzzjoni tal-persuni fil-popolazzjoni fil-mira.

Artikolu 4

Il-popolazzjoni ta' referenza

1.   Il-popolazzjoni ta' referenza għandha tikkonsisti minn persuni tal-età ta' 15-il sena u 'l fuq li normalment jgħixu f'unitajiet domestiċi privati li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat fil-ħin tal-ġbir tad-dejta.

2.   Għandhom ikunu esklużi t-territorji nazzjonali elenkati fl-Anness III. Barra minn hekk, xi partijiet żgħar tat-territorju nazzjonali li jammontaw għal mhux aktar minn 2 % tal-popolazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri jistgħu wkoll jiġu esklużi mill-kampjun. L-informazzjoni dwar dawk it-territorji nazzjonali għandha tingħata fil-metadejta ta' referenza.

Artikolu 5

Il-perjodu għall-ġbir tad-dejta

1.   Id-dejta għandha tinġabar fl-2019.

2.   Il-ġbir tad-dejta għandu jkun mifrux fuq mill-inqas tliet (3) xhur inkluż mill-inqas xahar (1) tal-perjodu minn Settembru sa Diċembru.

Artikolu 6

L-għoti tal-mikrodejta lill-Kummissjoni (Eurostat)

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-mikrodejta kkontrollata minn qabel (mingħajr identifikazzjoni diretta inklużi l-fatturi tal-ippeżar) meħtieġa minn dan ir-Regolament skont standard ta' skambju tad-dejta speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-dejta għandha tingħata lill-Eurostat permezz tal-punt ta' dħul uniku sabiex il-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista' taċċessa d-dejta bil-mezzi elettroniċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-mikrodejta kkontrollata minn qabel fi żmien disa' (9) xhur wara t-tmiem tal-perjodu nazzjonali tal-ġbir tad-dejta.

Artikolu 7

L-għoti tal-mikrodejta u l-metadejta ta' referenza lill-Kummissjoni (Eurostat)

1.   Il-metadejta ta' referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta skont l-istandard tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) u li dwaru hemm qbil mal-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-mikrodejta relatata mal-kwalità meħtieġa minn dan ir-Regolament skont standard ta' skambju ta' metadejta stabbilit mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-dejta għandha tingħata lill-Eurostat permezz tal-punt ta' dħul uniku sabiex il-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista' taċċessa d-dejta bil-mezzi elettroniċi.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħtu dik il-metadejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara t-trażmissjoni tal-mikrodejta kkontrollata minn qabel.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Il-mikrodejta li jeħtieġ li tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat)

Kodiċi tal-varjabbli

Isem il-varjabbli

Kategoriji

Filtru

IL-VARJABBLI TEKNIĊI TAL-ISTĦARRIĠ

PID

In-numru tal-identifikazzjoni tal-persuna li qed twieġeb

Numru b'10 ċifri

Kulħadd

HHID

In-numru tal-identifikazzjoni tal-unità domestika

Numru b'10 ċifri

Ebda risposta

Kulħadd

PRIMSTRAT

L-istrati primarji kif użati fl-għażla tal-kampjun

Numru b'4 ċifri

Mhux applikabbli (l-ebda stratifikazzjoni)

Kulħadd

PSU

L-unitajiet primarji tal-kampjunar kif użati fl-għażla tal-kampjun

Numru b'4 ċifri

Mhux applikabbli (l-ebda kampjunar multistadju)

Kulħadd

WGT

Il-piż finali individwali

Numru bi 8 ċifri

Kulħadd

WGT_SPEC

Il-piż speċjali finali individwali

Numru bi 8 ċifri

Ebda risposta

Kulħadd

PROXY

Il-persuna magħżula kienet il-persuna li ġiet intervistata, jew kien xi ħadd ieħor?(il-persuna intervistata kienet qed tidher f'isem xi ħadd)

Il-persuna nfisha

Membru ieħor tal-unità domestika

Xi ħadd ieħor mhux fl-unità domestika

Kulħadd

REFDATE

Id-data ta' referenza tal-intervista

Numru bi 8 ċifri (YYYYMMDD)

Kulħadd

INTMETHOD

Il-metodu użat għall-ġbir tad-dejta

Verżjoni postali mhux elettronika, awtoġestita

Verżjoni postali elettronika, awtoġestita

(email)

Kwestjonarju fuq l-Internet, awtoġestit

Intervista wiċċ imb' wiċċ, verżjoni mhux elettronika

Intervista wiċċ imb' wiċċ, verżjoni elettronika

Intervista bit-telefown, verżjoni mhux elettronika

Intervista bit-telefown, verżjoni elettronika

Intervista personali fuq l-Internet

Ġbir b'modi differenti

Kulħadd

INTLANG

Il-lingwa użata fl-intervista

Kodiċijiet bi 3 ċifri (il-Lista Standard tal-Kodiċijiet tal-Eurostat)

Ebda risposta

Kulħadd

Il-VARJABBLI TAL-ISFOND

SEX

Is-sess tal-persuna li qed twieġeb

Maskil

Femminil

Kulħadd

YEARBIRTH

Is-sena tat-twelid tal-persuna li qed twieġeb

Numru b'4 ċifri (YYYY)

Kulħadd

PASSBIRTH

Il-persuna li qed twieġeb għalqet sninha dakinhar tal-intervista

Iva

Le

Kulħadd

COUNTRY

Il-pajjiż ta' residenza

Kodiċi tal-pajjiż (kodiċi SCL GEO)

Kulħadd

REGION

Ir-reġjun ta' residenza

Kodiċi b'2 ċifri skont il-livell reġjonali NUTS 2 (2 ċifri wara l-kodiċi tal-pajjiż)

Ebda risposta

Kulħadd

DEG_URB

Il-grad ta' urbanizzazzjoni

Bliet

Rħula u subborgi

Żoni rurali

Ebda risposta

Kulħadd

BIRTHPLACE

Il-pajjiż tat-twelid

Kodiċi tal-pajjiż (kodiċi SCL GEO)

Ebda risposta

Kulħadd

CITIZEN

Il-pajjiż ta' ċittadinanza prinċipali

Kodiċi tal-pajjiż (kodiċi SCL GEO)

Mingħajr Stat

Ebda risposta

Kulħadd

BIRHTPLACEFATH

L-art twelid tal-missier

Kodiċi tal-pajjiż (kodiċi SCL GEO)

Ebda risposta

Kulħadd

BIRTHPLACEMOTH

L-art twelid tal-omm

Kodiċi tal-pajjiż (kodiċi SCL GEO)

Ebda risposta

Kulħadd

HATLEVEL

Il-livell tal-edukazzjoni (l-ogħla livell ta' edukazzjoni mitmum)

Abbażi tal-klassifikazzjoni ISCED-2011, il-kodiċijiet ISCED-A

Ebda edukazzjoni formali jew anqas mill-ISCED 1

ISCED 1 Edukazzjoni primarja

ISCED 2 Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell

ISCED 3 Edukazzjoni sekondarja għolja

ISCED 4 Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ISCED 5 Edukazzjoni terzjarja f'ċikli qosra

ISCED 6 Baċellerat jew livell ekwivalenti

ISCED 7 Master jew livell ekwivalenti

ISCED 8 Dottorat jew livell ekwivalenti

Ebda risposta

Kulħadd

MAINSTAT

L-istatus tal-attività prinċipali (awtodefinizzjoni)

Impjegat/a

Qiegħed/qiegħda

Irtirat/a

Inkapaċi taħdem (minħabba problemi tas-saħħa)

Student/a, fl-iskola

Xogħol tad-dar

Servizz militari jew maċ-ċivil obbligatorju

Oħrajn

Ebda risposta

Kulħadd

FT_PT

L-impjieg full-time jew part-time prinċipali (awtodefinizzjoni)

Impjieg full-time

Impjieg part-time

Ebda risposta

Mhux applikabbli

MAINSTAT = Impjegat/a

JOBSTAT

L-istatus tal-impjieg fl-impjieg prinċipali

Persuna li taħdem għal rasha u bl-impjegati

Persuna li taħdem għal rasha mingħajr impjegati

Impjegat/a

Ħaddiem/a mal-familja (bla ħlas)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

MAINSTAT = Impjegat/a

JOBISCO

Ix-xogħol fl-impjieg prinċipali

ISCO-08 fil-livell ta' 2 ċifri

Ebda risposta

Mhux applikabbli

MAINSTAT = Impjegat/a

LOCNACE

L-attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg prinċipali (settur ekonomiku)

NACE Rev. 2 fil-livell ta' ċifra 1

Ebda risposta

Mhux applikabbli

MAINSTAT = Impjegat/a

PARTNERS

Imsieħba li jgħixu fl-istess unità domestika

Persuna li tgħix ma' sieħeb legali jew de facto

Persuna li ma tgħix ma' sieħeb legali jew de facto

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Kulħadd

MARSTALEGAL

L-istatus ċivili legali

Persuna li qatt ma kienet miżżewġa u qatt ma kienet fi sħubija rreġistrata

Persuna miżżewġa jew li qiegħda fi sħubija rreġistrata

Armel/armla jew fi sħubija rreġistrata li spiċċat mal-mewt tas-sieħeb/sieħba (mhux miżżewweġ/miżżewġa mill-ġdid jew fi sħubija rreġistrata ġdida)

Iddivorzjat/a jew fi sħubija rreġistrata li ġiet xolta legalment (mhux miżżewweġ/miżżewġa mill-ġdid jew fi sħubija rreġistrata ġdida)

Ebda risposta

Kulħadd

HHNBPERS

Id-daqs tal-unità domestika

Numru ta' membri fl-unità domestika

Ebda risposta

Kulħadd

HHNBPERS_0_13

L-għadd ta' persuni ta' 13-il sena jew iżgħar

Numru

Ebda risposta

Kulħadd

HHTYPE

It-tip ta' unità domestika

Unità domestika b'persuna waħda

Ġenitur waħdu b'minn tal-inqas tifel/tifla taħt l-età ta' 25 sena

Ġenitur waħdu bit-tfal kollha li għandhom 25 sena jew aktar

Koppja mingħajr tfal

Koppja b'minn tal-inqas tifel/tifla taħt l-età ta' 25 sena

Koppja bit-tfal kollha li għandhom 25-il sena jew aktar

Tip ieħor ta' unità domestika

Ebda risposta

Kulħadd

HHINCOME

Id-dħul nett ekwivalizzat ta' kull xahar tal-unità domestika

L-ewwel (1) grupp kwintili tal-introjtu

It-2 grupp kwintili tal-introjtu

It-3 grupp kwintili tal-introjtu

Ir-4 grupp kwintili tal-introjtu

Il-5 grupp kwintili tal-introjtu

Ebda risposta

Kulħadd

IL-VARJABBLI TAS-SAĦĦA

Status tas-saħħa

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

HS1

L-awtoperċezzjoni dwar is-saħħa ġenerali

Tajba ħafna

Tajba

Passabbli (la tajba u lanqas ħażina)

Ħażina

Ħażina ħafna

Ebda risposta

Kulħadd

HS2

Problema tas-saħħa dejjiema

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

HS3

Il-limitazzjoni f'attivitajiet minħabba problemi tas-saħħa

Limitat/a serjament

Limitat/a pero mhux serjament

Ebda limitazzjoni

Ebda risposta

Kulħadd

Mard u kundizzjonijiet kroniċi

CD1 A

Ażma f'dawn l-aħħar 12-il xahar (inkluża l-ażma allerġika)

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1B

Bronkite kronika, mard pulmonari ostruttiv kroniku, jew enfisema f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1C

Infart kardijaku (attakk tal-qalb) jew konsegwenzi kroniċi ta' infart kardijaku f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1D

Mard koronarju tal-qalb jew anġina pectoris f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1E

Pressjoni għolja tad-demm f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1F

Puplesija (emorraġija ċerebrali, trombożi ċerebrali) jew konsegwenzi kroniċi ta' puplesija f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1G

Artrożi (eskluża l-artrite) f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1H

Problema fil-parti t'isfel tad-dahar jew xi difett kroniku ieħor fid-dahar f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1I

Problema fl-għonq jew xi difett kroniku ieħor fl-għonq f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1J

Dijabete f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1K

Allerġija, bħal rinite, infjammazjoni fl-għajnejn, dermatite, allerġija għall-ikel jew oħrajn (eskluża l-ażma allerġika) f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1L

Ċirrożi tal-fwied f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1M

Inkontinenza tal-awrina, problemi fil-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1N

Problemi tal-kliewi f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1O

Dipressjoni f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD1P

Livelli għolja ta' lipidi fid-demm f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

CD2

Awtoperċezzjoni dwar is-saħħa orali ġenerali

Tajba ħafna

Tajba

Passabbli (la tajba u lanqas ħażina)

Ħażina

Ħażina ħafna

Ebda risposta

Kulħadd

Inċidenti u korrimenti

AC1 A

L-okkorrenza ta' inċident tat-traffiku f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

AC1B

L-okkorrenza ta' inċident fid-dar f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

AC1C

L-okkorrenza ta' inċident fil-ħin liberu f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

AC2

L-intervent ta' kura medika l-aktar serju għall-inċident l-aktar serju f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Dħul fi sptar jew fi kwalunkwe faċilità oħra tas-saħħa

Tabib jew infermier/a

Ma kien meħtieġ l-ebda intervent

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk

AC1 A = Iva jew

AC1B = Iva jew

AC1C = Iva

Assenza mix-xogħol (minħabba problemi tas-saħħa)

AW1

Assenti mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk MAINSTAT = Impjegat/a

AW2

L-għadd ta' jiem ta' assenza mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Numru ta' jiem

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AW1 = Iva

Limitazzjonijiet funzjonali

PL1

Tilbes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

Iva

Le

Persuna għamja jew ma tista' tara xejn

Ebda risposta

Kulħadd

PL2

Diffikultà biex tara, anki meta jintlibes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Jekk PL1 = Iva jew Le jew Ebda risposta

PL3

Tuża apparat għas-smigħ

Iva

Le

Trux/a ħafna

Ebda risposta

Kulħadd

PL4

Diffikultà biex tisma' dak li jingħad f'konverżazzjoni ma' persuna waħda oħra f'kamra kwieta anki meta jintuża apparat għas-smigħ

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Jekk PL3 = Iva jew Le jew Ebda risposta

PL5

Diffikultà biex tisma' dak li jingħad f'konverżazzjoni ma' persuna waħda oħra f'kamra aktar storbjuża anki meta jintuża apparat għas-smigħ

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Jekk PL3 = Iva jew Le jew Ebda risposta

PL6

Diffikultà biex timxi nofs kilometru fil-wita mingħajr ebda għajnuna

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Kulħadd

PL7

Diffikultà biex titla'/tinżel 12-il tarġa

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Kulħadd

PL8

Diffikultà biex tiftakar jew biex tikkonċentra

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Kulħadd

PL9

Diffikultà biex tigdem u biex tomgħod l-ikel iebes

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE (1) ≥ 55

Diffikultajiet f'attivitajiet ta' kura personali

PC1 A

Diffikultà biex titma' lilek innifsek

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

PC1B

Diffikultà biex tidħol u tqum mis-sodda jew biex tpoġġi jew tqum mis-siġġu

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

PC1C

Diffikultà biex tilbes u tinża'

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

PC1D

Diffikultà biex tuża t-tojlit

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

PC1E

Diffikultà biex tieħu banju jew doċċa

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

PC2

Normalment tirċievi għajnuna f'attività waħda jew aktar għall-kura tiegħek innifsek: titma' lilek innifsek, tidħol u tqum mis-sodda jew mis-siġġu jew tpoġġi, tilbes u tinża', tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa

Iva, f'mill-inqas attività waħda

Le

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk (AGE ≥ 55) u

{PC1 A ≠ Ebda diffikultà

jew PC1B ≠ Ebda diffikultà

jew PC1C ≠ Ebda diffikultà

jew PC1D ≠ Ebda diffikultà

jew PC1E ≠ Ebda diffikultà}

PC3

Teħtieġ tirċievi għajnuna jew aktar għajnuna f'attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek: titma' lilek innifsek, tidħol u tqum mis-sodda jew mis-siġġu jew tpoġġi, tilbes u tinża', tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa

Iva, f'mill-inqas attività waħda

Le

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk (AGE ≥ 55) u

{PC1 A ≠ Ebda diffikultà

jew PC1B ≠ Ebda diffikultà

jew PC1C ≠ Ebda diffikultà

jew PC1D ≠ Ebda diffikultà

jew PC1E ≠ Ebda diffikultà}

Attivitajiet domestiċi

HA1 A

Diffikultà biex tipprepara l-ikel

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Mhux applikabbli (qatt ma ppruvat jew mhemmx bżonn)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

HA1B

Diffikultà biex tuża t-telefown

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Mhux applikabbli (qatt ma ppruvat jew mhemmx bżonn)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

HA1C

Diffikultà biex tagħmel ix-xiri

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Mhux applikabbli (qatt ma ppruvat jew mhemmx bżonn)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

HA1D

Diffikultà biex tippjana t-tqassim u t-teħid tal-mediċini

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Mhux applikabbli (qatt ma ppruvat jew mhemmx bżonn)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

HA1E

Diffikultà biex tagħmel xogħol tad-dar ħafif

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Mhux applikabbli (qatt ma ppruvat jew mhemmx bżonn)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

HA1F

Diffikultà biex okkażjonalment tagħmel xogħol tad-dar iebes

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Mhux applikabbli (qatt ma ppruvat jew mhemmx bżonn)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

HA1G

Diffikultà biex tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta' kuljum

Ebda diffikultà

Xi diffikultà

Diffikultà kbira

Ma tistax għalkollox/Inkapaċi

Mhux applikabbli (qatt ma ppruvat jew mhemmx bżonn)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AGE ≥ 55

HA2

Normalment tirċievi għajnuna f'attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, tippjana t-tqassim u t-teħid tal-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta' kuljum

Iva, f'mill-inqas attività waħda

Le

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk (AGE ≥ 55) u

{HA1 A ≠ Ebda diffikultà

jew HA1B ≠ Ebda diffikultà

jew HA1C ≠ Ebda diffikultà

jew HA1D ≠ Ebda diffikultà

jew HA1E ≠ Ebda diffikultà

jew HA1F ≠ Ebda diffikultà

jew HA1G ≠ Ebda diffikultà}

HA3

Teħtieġ għajnuna jew aktar għajnuna f'attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta' kuljum

Iva, f'mill-inqas attività waħda

Le

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk (AGE ≥ 55) u

{HA1 A ≠ Ebda diffikultà

jew HA1B ≠ Ebda diffikultà

jew HA1C ≠ Ebda diffikultà

jew HA1D ≠ Ebda diffikultà

jew HA1E ≠ Ebda diffikultà

jew HA1F ≠ Ebda diffikultà

jew HA1G ≠ Ebda diffikultà}

Uġigħ

PN1

L-intensità tal-uġigħ fiżiku matul l-aħħar 4 ġimgħat

Xejn

Ħafif ħafna

Ħafif

Moderat

Qawwi

Qawwi ħafna

Ebda risposta

Kulħadd

PN2

Kemm dak l-uġigħ interferixxa fix-xogħol normali tal-persuna f'dawn l-aħħar 4 ġimgħat (kemm ix-xogħol barra mid-dar kif ukoll ix-xogħol tad-dar)

Xejn

Daqsxejn

Moderatament

Ftit mhux ħażin

Estremament

Ebda risposta

Kulħadd

Saħħa mentali

MH1 A

Kemm kien hemm nuqqas ta' interess jew gost fl-affarijiet li tagħmel matul l-aħħar ġimagħtejn (2)

Xejn

Diversi jiem

Aktar minn nofs il-jiem

Kważi kuljum

Ebda risposta

Kulħadd

MH1B

Kemm ħassitha mdejqa, dipressa jew bla tama matul l-aħħar ġimagħtejn (2)

Xejn

Diversi jiem

Aktar minn nofs il-jiem

Kważi kuljum

Ebda risposta

Kulħadd

MH1C

Kemm sabitha diffiċli torqod jew tibqa' rieqda, jew kemm kienet qed torqod iżżejjed, matul l-aħħar ġimagħtejn (2)

Xejn

Bosta jiem

Aktar minn nofs il-jiem

Kważi kuljum

Ebda risposta

Kulħadd

MH1D

Kemm ħassitha għajjiena jew li bi ftit enerġija tul l-aħħar ġimagħtejn (2)

Xejn

Diversi jiem

Aktar minn nofs il-jiem

Kważi kuljum

Ebda risposta

Kulħadd

MH1E

Kemm ħassitha bla ġuħ jew kielet iżżejjed matul l-aħħar ġimagħtejn (2)

Xejn

Diversi jiem

Aktar minn nofs il-jiem

Kważi kuljum

Ebda risposta

Kulħadd

MH1F

Kemm ħassitha negattiva dwarha nifsha, jew kemm ħasset li mhix ta' suċċess jew li fallet lilha nifsha jew lill-familja tagħha, matul l-aħħar ġimagħtejn (2)

Xejn

Diversi jiem

Aktar minn nofs il-jiem

Kważi kuljum

Ebda risposta

Kulħadd

MH1G

Kemm ma setgħetx tikkonċentra fuq xi ħaġa, bħal taqra l-gazzetta jew tara t-televiżjoni, matul l-aħħar ġimagħtejn (2)

Xejn

Diversi jiem

Aktar minn nofs il-jiem

Kważi kuljum

Ebda risposta

Kulħadd

MH1H

Kemm iċċaqalqet jew tkellmet tant bil-mod li nies oħrajn setgħu innutaw; jew tant kienet bla kwiet li kienet tiċċaqlaq minn post għal ieħor ħafna aktar mis-soltu, matul l-aħħar ġimagħtejn (2)

Xejn

Diversi jiem

Aktar minn nofs il-jiem

Kważi kuljum

Ebda risposta

Kulħadd

Kura tas-saħħa

Użu tal-kura tal-isptar u taċ-ċentri tal-kura tas-saħħa

HO12

L-għadd ta' ljieli li l-persuna qattgħet bħala pazjent l-isptar f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Numru

Ebda risposta

Kulħadd

HO34

L-għadd ta' drabi li daħlet l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma raqdet hemm f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Numru

Ebda risposta

Kulħadd

Użu tal-kura ambulatorja u tal-kura fid-dar

AM1

L-aħħar darba li marret għal vista għand dentist jew ortodontista (għal trattament personali)

Anqas minn 6 xhur ilu

Bejn 6 xhur u 12-il xahar ilu

12-il xahar ilu jew aktar

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

AM2

L-aħħar darba li kkonsultat tabib ġenerali jew it-tabib tal-familja (għal trattament personali)

Anqas minn 12-il xahar ilu

12-il xahar ilu jew aktar

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

AM3

L-għadd ta' konsultazzjonijiet ma' tabib ġenerali jew mat-tabib tal-familja matul l-aħħar erba' ġimgħat (għal trattament personali)

Numru

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Jekk AM2 = Anqas minn 12-il xahar ilu

AM4

L-aħħar darba li kellha vista għand speċjalista jew kirurgu mediku (għal trattament personali)

Anqas minn 12 il-xahar ilu

12-il xahar ilu jew aktar

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

AM5

L-għadd ta' konsultazzjonijiet ma' tabib jew kirurgu speċjalista matul l-aħħar erba'ġimgħat (għal trattament personali)

Numru

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Jekk AM4 = Anqas minn 12 il-xahar ilu

AM6 A

Konsultazzjoni ma' fiżjoterapista jew ma' kinesiterapista f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

AM6B

Konsultazzjoni ma' psikologu jew ma' psikoterapista f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

AM7

L-użu ta' kwalunkwe servizz tal-kura fid-dar għal ħtiġijiet personali matul l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

Użu tal-mediċina

MD1

L-użu ta' kwalunkwe mediċina preskritta mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn) (eskluża l-kontraċezzjoni)

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

MD2

L-użu ta' kwalunkwe mediċina, mediċina veġetali jew vitamina mhux preskritta mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn (eskluża l-kontraċezzjoni)

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

Servizzi preventivi

PA1

L-aħħar darba li l-persuna tlaqqmet kontra l-influwenza

Sena u xahar (YYYYMM)

Ilu ħafna (qabel is-sena kalendarja preċedenti)

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

PA2

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalha l-pressjoni tad-demm

Fl-aħħar 12-il xahar

Minn sena (1) sa inqas minn 3 snin ilu

Minn 3 snin sa inqas minn 5 snin ilu

5 snin jew iktar

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

PA3

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalha l-kolesterol fid-demm

Fl-aħħar 12-il xahar

Minn sena (1) sa inqas minn 3 snin ilu

Minn 3 snin sa inqas minn 5 snin ilu

5 snin jew iktar

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

PA4

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalha z-zokkor fid-demm

Fl-aħħar 12-il xahar

Minn sena (1) sa inqas minn 3 snin ilu

Minn 3 snin sa inqas minn 5 snin ilu

5 snin ilu jew iktar

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

PA5

L-aħħar darba li saritilha test tad-demm fl-ippurgar

Fl-aħħar 12-il xahar

Minn sena (1) sa inqas minn sentejn (2) ilu

Minn sentejn (2) sa inqas minn 3 snin ilu

3 snin ilu jew iktar

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

PA6

L-aħħar darba li saritilha kolonoskopija

Fl-aħħar 12-il xahar

Minn sena (1) sa inqas minn 5 snin ilu

Minn 5 snin sa inqas minn 10 snin ilu

10 snin ilu jew iktar

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

PA7

L-aħħar darba li saritilha mammografija (X-ray tas-sider tal-mara)

Fl-aħħar 12-il xahar

Minn sena (1) sa inqas minn sentejn (2) ilu

Minn sentejn (2) sa inqas minn 3 snin ilu

3 snin ilu jew iktar

Qatt

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Jekk SEX = Mara

PA8

L-aħħar darba li saritilha smear test tal-għonq tal-utru

Fl-aħħar 12-il xahar

Minn sena (1) sa inqas minn sentejn (2) ilu

Minn sentejn (2) sa inqas minn 3 snin ilu

3 snin ilu jew iktar

Qatt

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Jekk SEX = Mara

Ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa mhux issodisfati

UN1 A

Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġietx issodisfata f'dawn l-aħħar 12-il xahar minħabba lista(i) ta' stennija twila/twal

Iva

Le

Ma kinitx meħtieġa kura tas-saħħa

Ebda risposta

Kulħadd

UN1B

Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġietx issodisfata f'dawn l-aħħar 12-il xahar kaġun tad-distanza jew minħabba problemi ta' trasport

Iva

Le

Ma kinitx meħtieġa kura tas-saħħa

Ebda risposta

Kulħadd

UN2 A

Il-persuna ma setgħetx taffordja eżami jew trattament mediku f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda ħtieġa

Ebda risposta

Kulħadd

UN2B

Il-persuna ma setgħetx taffordja eżami jew trattament dentali f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda ħtieġa

Ebda risposta

Kulħadd

UN2C

Il-persuna ma setgħetx taffordja mediċini preskritti f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda ħtieġa

Ebda risposta

Kulħadd

UN2D

Il-persuna ma setgħetx taffordja kura tas-saħħa mentali (pereżempju minn psikologu jew psikjatra) f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Iva

Le

Ebda ħtieġa

Ebda risposta

Kulħadd

Determinanti tas-saħħa

Piż u tul

BM1

It-tul mingħajr iż-żarbun

Numru ta' cm

Ebda risposta

Kulħadd

BM2

Il-piż mingħajr il-ħwejjeġ u ż-żarbun

Numru ta' kg

Ebda risposta

Kulħadd

Attività fiżika

PE1

L-isforz fiżiku tal-kompiti tax-xogħol (inklużi attivitajiet ta' xogħol imħallsa kif ukoll mhux imħallsa)

L-aktar bilqiegħda jew bil-wieqfa

L-aktar mixi jew kompiti ta' sforz fiżiku moderat

L-aktar xogħol tqil jew fiżikament eżiġenti

Ma jitwettqu l-ebda kompiti tax-xogħol

Ebda risposta

Kulħadd

PE2

L-għadd ta' ġranet f'ġimgħa tipika fejn il-persuna timxi għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur xi mkien

Numru ta' jiem

Qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

Ebda risposta

Kulħadd

PE3

Il-ħin li l-persuna tqatta' timxi biex tasal jew tmur xi mkien f'ġurnata tipika

Bejn 10-29 minuta kuljum

Bejn 30-59 minuta kuljum

Bejn siegħa (1) u inqas minn sagħtejn (2) kuljum

Bejn sagħtejn (2) u anqas minn 3 sigħat kuljum

3 sigħat jew aktar kuljum

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk PE2 ≠ Qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

PE4

L-għadd ta' ġranet f'ġimgħa tipika fejn tuża r-rota għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur xi mkien

Numru ta' jiem

Qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

Ebda risposta

Kulħadd

PE5

Il-ħin li tqatta' fuq ir-rota biex tasal jew tmur xi mkien f'ġurnata tipika

Bejn 10-29 minuta kuljum

Bejn 30-59 minuta kuljum

Bejn siegħa (1) u inqas minn sagħtejn (2) kuljum

Bejn sagħtejn (2) u anqas minn 3 sigħat kuljum

3 sigħat jew aktar kuljum

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk PE4 ≠ Qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

PE6

L-għadd ta' ġranet f'ġimgħa tipika meta tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) għal mill-inqas 10 minuti kontinwament li jikkawżaw mill-inqas żieda żgħira fir-rata tan-nifs jew tat-taħbit tal-qalb

Numru ta' jiem

Qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

Ebda risposta

Kulħadd

PE7

Il-ħin li tqatta' tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness, jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) f'ġimgħa tipika

Sigħat u minuti (HHMM)

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk PE6 ≠ Qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

PE8

L-għadd ta' ġranet f'ġimgħa tipika fejn tagħmel attivitajiet li jsaħħu l-muskoli

Numru ta' jiem

Qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

Ebda risposta

Kulħadd

PE9

Il-ħin mgħoddi bilqiegħda f'ġurnata tipika

Sigħat u minuti (HHMM)

Ebda risposta

Kulħadd

Drawwiet tad-dieta

DH1

Kemm il-darba tiekol frott, eskluż meraq ta' frott magħsur

Darba jew aktar kuljum

Bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

Bejn darba (1) u 3 darbiet fil-ġimgħa

Inqas minn darba fil-ġimgħa

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

DH2

L-għadd ta' porzjonijiet ta' frott kull ġurnata, eskluż meraq ta' frott magħsur

Numru

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk DH1 = Darba jew aktar kuljum

DH3

Kemm il-darba tiekol ħaxix jew insalata, esklużi meraq ta' frott magħsur u patata

Darba jew aktar kuljum

Bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

Bejn darba (1) u 3 darbiet fil-ġimgħa

Inqas minn darba fil-ġimgħa

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

DH4

L-għadd ta' porzjonijiet ta' ħxejjex jew insalata kull ġurnata, esklużi meraq ta' frott magħsur u patata

Numru

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk DH3 = Darba jew aktar kuljum

DH5

Il-frekwenza tax-xorb ta' meraq tal-frott jew ta' meraq veġetali pur

Darba jew aktar kuljum

Bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

Bejn darba (1) u 3 darbiet fil-ġimgħa

Inqas minn darba fil-ġimgħa

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

DH6

Il-frekwenza tax-xorb ta' soft drinks magħmulin ħelwin biz-zokkor

Darba jew aktar kuljum

Bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

Bejn darba (1) u 3 darbiet fil-ġimgħa

Inqas minn darba fil-ġimgħa

Qatt

Ebda risposta

Kulħadd

Tipjip

SK1

It-tip ta' mġiba attwali fir-rigward tat-tipjip tat-tabakk

Tpejjep kuljum

Tpejjep okkażjonalment

Ma tpejjipx

Ebda risposta

Kulħadd

SK2

L-għadd medju ta' sigaretti kuljum

Numru

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk SK1 = Tpejjep kuljum

SK3

Qabel kienet tpejjep it-tabakk kuljum

Iva

Le

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk SK1 = Tpejjep okkażjonalment jew Ma tpejjipx jew Ebda risposta

SK4

L-għadd ta' snin tat-tipjip tat-tabakk kuljum

Numru

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk SK1 = Tpejjep kuljum

jew

{(SK1 = Tpejjep okkażjonalment

jew Ma tpejjipx

jew Ebda risposta)

u SK3 = Iva}

SK5

Il-frekwenza tal-esponiment għad-duħħan tat-tabakk fuq ġewwa

Kuljum, siegħa (1) jew aktar kuljum

Kuljum, inqas minn siegħa (1) kuljum

Tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum)

Inqas minn darba fil-ġimgħa

Qatt jew kważi qatt

Ebda risposta

Kulħadd

SK6

It-tip ta' użu ta' sigaretti elettroniċi jew ta' tagħmir elettroniku simili

Vaping kuljum

Vaping okkażjonali

Vaping fil-passat

Vaping qatt

Ebda risposta

Kulħadd

Konsum tal-alkoħol

AL1

Il-frekwenza tal-konsum ta' xorb alkoħoliku ta' kull tip (birra, inbid, ċidru, spirti, cocktails, taħlitiet ippreparati minn qabel, likuri, alkoħol magħmul id-dar…) f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Kuljum jew kważi

Bejn 5 - 6 ijiem fil-ġimgħa

Bejn 3 - 4 ijiem fil-ġimgħa

Bejn jum (1) u jumejn (2) fil-ġimgħa

Bejn jumejn (2) u 3 ijiem f'xahar

Darba fix-xahar

Anqas minn darba fix-xahar

Mhux f'dawn l-aħħar 12-il xahar, għaliex jien m'għadnix nixrob alkoħol

Qatt, jew ftit belgħat biss jew ippruvajt biss, f'ħajti kollha

Ebda risposta

Kulħadd

AL2

Il-frekwenza tal-konsum ta' xorb alkoħoliku bejn it-Tnejn u l-Ħamis

F'dawk l-4 ijiem kollha

Fi 3 ijiem minn dawk l-4

Fi 2 ijiem minn dawk l-4

F'jum 1 minn dawk l-4

Fl-ebda jum minn dawk l-4 ijiem

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AL1 =

Kuljum jew kważi

jew bejn 5 - 6 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn 3 - 4 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn jum (1) u jumejn (2) fil-ġimgħa

AL3

Il-medja tal-għadd ta' drinks alkoħoliċi (standard) f'jum wieħed (mit-Tnejn sal-Ħamis)

Bejn 16-il drink jew aktar kuljum

Bejn 10 - 15-il drink kuljum

Bejn 6 - 9 drinks kuljum

Bejn 4 - 5 drinks kuljum

3 drinks kuljum

2 drinks kuljum

Drink wieħed (1) kuljum

0 drinks kuljum

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk (AL1 =

Kuljum jew kważi

jew bejn 5 - 6 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn 3 - 4 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn jum (1) u jumejn (2) fil-ġimgħa)

u

(AL2 = F'dawk l-4 ijiem kollha

jew Fi 3 ijiem minn dawk l-4

jew Fi 2 ijiem minn dawk l-4

jew F'jum (1) minn dawk l-4)

AL4

Il-frekwenza tal-konsum ta' xorb alkoħoliku bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd

F'dawk it-3 ijiem kollha

F'jumejn (2) minn dawk it-3

F'jum (1) minn dawk it-3

Fl-ebda jum minn dawk it-3 ijiem

Ebda risposta

Mhux applikabbli

Jekk AL1 =

Kuljum jew kważi

jew bejn 5 - 6 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn 3 - 4 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn jum (1) u jumejn (2) fil-ġimgħa

AL5

Il-medja tal-għadd ta' drinks alkoħoliċi (standard) f'jum wieħed (mill-Ġimgħa sal-Ħadd)

16-il drink jew aktar kuljum

Bejn 10 - 15-il drink kuljum

Bejn 6 - 9 drinks kuljum

Bejn 4 - 5 drinks kuljum

3 drinks kuljum

2 drinks kuljum

Drink wieħed (1) kuljum

0 drinks kuljum

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk (AL1 =

Kuljum jew kważi

jew bejn 5 - 6 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn 3 - 4 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn jum (1) u jumejn (2) fil-ġimgħa)

u

(AL4 = F'dawk it-3 ijiem kollha

jew F'jumejn (2) minn dawk it-3

jew F'jum (1) minn dawk it-3)

AL6

Il-frekwenza ta' drabi fejn xorbot ħafna alkoħol f'jum wieħed (ekwivalenti għal 60 g ta' etanol pur jew aktar) matul l-aħħar 12-il xahar

Kuljum jew kważi

Bejn 5 - 6 ijiem fil-ġimgħa

Bejn 3 - 4 ijiem fil-ġimgħa

Bejn jum (1) u jumejn (2) fil-ġimgħa

2 - 3 ijiem f'xahar

Darba fix-xahar

Anqas minn darba fix-xahar

Mhux f'dawn l-aħħar 12-il xahar

Qatt f'ħajti kollha

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk AL1 =

Kuljum jew kważi

jew bejn 5 - 6 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn 3 - 4 ijiem fil-ġimgħa

jew bejn jum (1) u jumejn (2) fil-ġimgħa

jew 2 - 3 ijiem f'xahar

jew Darba fix-xahar

Jew Anqas minn darba fix-xahar

Appoġġ soċjali

SS1

L-għadd ta' ħbieb tal-qalb li tista' sserraħ fuqhom f'każ ta' problemi personali serji

Żero

1 jew 2

Bejn 3 u 5

6 jew aktar

Ebda risposta

Kulħadd

SS2

Il-livell ta' tħassib muri minn nies oħra rigward dak li l-persuna qed tagħmel

Ħafna tħassib u interess

Xi tħassib u interess

Inċert

Ftit tħassib u interess

L-ebda tħassib u interess

Ebda risposta

Kulħadd

SS3

Kemm huwa faċli li ssib għajnuna prattika mill-ġirien f'każ ta' bżonn

Faċli ħafna

Faċli

Possibbli

Diffiċli

Diffiċli ħafna

Ebda risposta

Kulħadd

Il-forniment ta' kura jew assistenza informali

IC1

Il-forniment ta' kura jew assistenza lil xi persuna jew aktar persuni li jbatu minn xi problema marbuta mal-età, kundizzjoni tas-saħħa jew infermità kronika, mill-inqas darba fil-ġimgħa (attivitajiet professjonali esklużi)

Iva

Le

Ebda risposta

Kulħadd

IC2

Ir-relazzjoni prevalenti tal-persuna(i) li tbati/jbatu minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew minħabba l-età anzjana li qed tingħata kura jew għajnuna mill-inqas darba fil-ġimgħa mill-persuna li qed twieġeb

Membru(i) tal-familja tal-persuna li qed twieġeb

Mhux membru(i) tal-familja tal-persuna li qed twieġeb

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk IC1 = Iva

IC3

L-għadd ta' sigħat fil-ġimgħa li fihom il-persuna li qed twieġeb tipprovdi kura jew assistenza lill-persuna(i) li tbati/jbatu minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew kaġun tal-età anzjana

Inqas minn 10 sigħat fil-ġimgħa

Mill-inqas 10 sigħat iżda inqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa

20 siegħa fil-ġimgħa jew aktar

Ebda risposta

Mhux applikabbli

jekk IC1 = Iva


(1)  AGE tirreferi għall-età tal-persuna li qed twieġeb fi snin magħluqa.


ANNESS II

Rekwiżiti ta' preċiżjoni

1.

Ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni għas-settijiet tad-dejta kollha huma espressi f'erruri standard u huma ddefiniti bħala funzjonijiet kontinwi tal-istimi attwali u tad-daqs tal-popolazzjoni statistika f'pajjiż.

2.

L-errur standard stmat ta' stima partikolari

Image

ma għandux ikun ikbar mill-ammont li ġej:

Image

3.

Il-funzjoni f(N) għandha tkun fil-forma ta'

Formula

.

4.

Għall-parametri N, a u b għandhom jintużaw il-valuri li ġejjin:

Image

N

a

b

Il-perċentwal tal-popolazzjoni limitata b'mod sever f'attivitajiet normali minħabba problemi ta' saħħa (età ta' 15-il sena jew iktar)

Il-popolazzjoni tal-pajjiż tal-età ta' 15-il sena jew iktar li jgħixu f'unitajiet domestiċi privati, f'miljuni ta' persuni u mqarrba għal 3 ċifri deċimali

1 200

2 800


ANNESS III

It-territorji nazzjonali li huma esklużi mill-istħarriġ

Pajjiż

Territorji nazzjonali

Franza

Id-dipartimenti u t-territorji Franċiżi 'l barra minn Franza

Ċipru

Iż-żona li mhix ikkontrollata mill-gvern

In-Netherlands

Il-Gżejjer tal-Karibew (Bonaire, St. Eustatius u Saba)

L-Irlanda

Il-gżejjer offshore kollha ħlief Achill, Bull, Cruit, Gorumna, Inishnee, Lettermore, Lettermullan u Valentia

Ir-Renju Unit

L-Iskozja mit-tramuntana tal-Kanal ta' Caledonia, il-Gżejjer Scilly