26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/128
tal-25 ta' Jannar 2018
li jirrettifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 34(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola, Svediża u Taljana tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 (2) fihom żball fil-punt 4.2.1.3 tal-Anness IV, fejn it-terminu “STAGE 3” jenħtieġ li jidher bl-Ingliż. |
(2) |
Barra minn hekk, il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Portugiża u Rumena tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fihom żball ieħor fejn it-terminu C2a STAGE 1 fil-mudelli stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness IV jenħtieġ li jidher bl-Ingliż. |
(3) |
Il-verżjoni tal-lingwa Estona tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fiha żbalji addizzjonali, b'mod aktar preċiż fil-punti 2.1.1.6 sa 2.1.1.9 u l-punti 4.2.1.6 sa 4.2.1.9 tal-Anness IV, kif ukoll fil-punti 1 sa 6 tal-Appendiċi 1 f'dak l-Anness, f'xi wħud mill-ittri li jikkonċernaw il-mudelli tal-pjanċa statutorja. |
(4) |
Il-verżjoni tal-lingwa Spanjola tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fiha żball addizzjonali, b'mod aktar preċiż fil-punti 2.1.1.6, 2.1.1.7, 2.1.1.9, 4.2.1.6, 4.2.1.7 u 4.2.1.9 tal-Anness IV, f'xi wħud mill-ittri li jikkonċernaw il-mudelli tal-pjanċa statutorja. |
(5) |
Il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola, Svediża u Taljana tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 jenħtieġ għalhekk li jiġu rettifikati kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati minn dawn ir-rettifiki. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 huwa rettifikat kif ġej:
1. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
2. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
3. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
4. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
5. |
L-Anness IV, il-punt 4.2.1.3. huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
6. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
7. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
8. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
9. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
10. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
11. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
12. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
13. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
14. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
15. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija) |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).