12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/50

tal-11 ta' Jannar 2018

li jemenda għall-280 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jħassar annotazzjoni waħda u jemenda annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi għandu japplika. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Zayn Al-Abidin Muhammad Hussein (magħrufa ukoll bħala (a) Abu Zubaida, (b) Abd Al-Hadi Al-Wahab, (c) Zain Al-Abidin Muhammad Husain, (d) Zayn Al-Abidin Muhammad Husayn, (e) Zeinulabideen Muhammed Husein Abu Zubeidah, (f) Abu Zubaydah, (g) Tariq Hani). Jum tat-twelid: 12.3.1971. Post tat-twelid: Riyadh, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Palestinjan. Informazzjoni oħra: (A) Sieħeb mill-qrib ta' Usama bin Laden u jiffaċilita l-ivvjaġġar tat-terroristi; (B) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti tal-Amerka, sa minn Lulju 2007. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001”, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra:

(2)

L-annotazzjoni “Seifallah Ben-Hassine (isem assunt (a) Seif Allah ben Hocine; (b) Saifallah ben Hassine; (c) Sayf Allah 'Umar bin Hassayn; (d) Sayf Allah bin Hussayn; (e) Abu Iyyadh al-Tunisi; (f) Abou Iyadh el-Tounsi; (g) Abu Ayyad al-Tunisi; (h) Abou Aayadh; (i) Abou Iyadh). Jum tat-twelid: 8.11.1965. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014”, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija emendata kif ġej:

“Seifallah Ben Omar Ben Mohamed Ben Hassine (magħruf ukoll bħala (a) Seif Allah ben Hocine; (b) Saifallah ben Hassine; (c) Sayf Allah 'Umar bin Hassayn; (d) Sayf Allah bin Hussayn; (e) Abu Iyyadh al-Tunisi; (f) Abou Iyadh el-Tounsi; (g) Abu Ayyad al-Tunisi; (h) Abou Aayadh; (i) Abou Iyadh; (j) Seifallah ben Amor ben Hassine). Indirizz: a) 60 Rue de la Libye, Hammam Lif, Ben Arous, Tunisia; b) Libya (possibbilment minn Lulju 2017). Jum tat-twelid: 8.11.1965. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-Passaport: Numru Tuneżin G557170, maħruġ fis-16 ta' Novembru 1989. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: Karta tal-Identità Nazzjonali Tunesina 05054425, maħruġa fit-3.5.2011 (maħruġa f'Hammam Lif). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”