16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/719

tal-14 ta' Mejju 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi tal-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument C(2018) 2783)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara l-proposta mid-Danimarka u spezzjoni sodisfaċenti mwettqa mill-Kummissjoni, il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Aalborg fid-Danimarka għandu jiġi approvat għal ċerti annimali fil-kategorija O, speċifikament għall-klieb u l-qtates. Għalhekk, jixraq li tiġi emendata l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(3)

Wara l-proposta minn Spanja u l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni, is-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Vitoria fir-rigward ta' ċerti kategoriji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali għandha titneħħa. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(4)

In-Netherlands infurmaw lill-Kummissjoni li l-ismijiet tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u taċ-ċentri ta' spezzjoni fl-ajruport ta' Maastricht ġew mibdula. Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(6)

Wara li waslet informazzjoni mill-Belġju u l-Awstrija, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet lill-ismijiet fil-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawn l-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jiġi emendat skont dan.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Aalborg tinbidel b'din li ġejja:

“Aalborg

DK AAL 4

A

 

 

O (14)”

(b)

fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Vitoria tinbidel b'din li ġejja:

“Vitoria

ES VIT 4

A

 

HC(2), NHC-NT(2) (*), NHC-T(CH)(2) (*)

U (*), E (*), O (*)”

(c)

fil-parti li tikkonċerna n-Netherlands l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Maastricht tinbidel b'din li ġejja:

“Maastricht Aachen Airport

NL MST 4

A

MAA Live

 

U, E, O (14)

MAA Products

HC(2), NHC(2)”

 

(2)

L-Anness II qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna lill-Belġju, l-annotazzjonijiet jinbidlu b'dawn li ġejjin:

BE20001 REGIO VLAANDEREN

BE00103

WEST-VLAANDEREN

BE00404

OOST-VLAANDEREN VLAAMS-BRABANT

BE00701

ANTWERPEN

BE01007

VLAAMS-BRABANT LIMBURG

BE20002 REGIO BRUSSEL/RÉGION BRUXELLES

BE01202

BRUSSEL/BRUXELLES

BE20003 RÉGION WALLONNE

BE01505

HAINAUT

BE01809

BRABANT WALLON NAMUR

BE02206

LIÈGE

BE02508

LUXEMBOURG NAMUR”

(b)

fil-parti li tikkonċerna lill-Awstrija, l-annotazzjoni għall-unità ċentrali “AT000000 BUNDESMINISTERIUM FÜR GESUNDHEIT” tinbidel b'din li ġejja “AT000000 BUNDESMINISTERIUM FÜR ARBEIT, SOZIALES, GESUNDHEIT UND KONSUMENTENSCHUTZ”.