16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Mejju 2018

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2018/C 169/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”).

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2015 (2) il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

(3)

Il-Gvern Estonjan informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Estonjan fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Enda VESKIMÄE, ta’ nazzjonalità Estonjana, li twieldet fis-17 ta’ Mejju 1956, għandha tinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sinjura Aive TELLING għall-perijodu mill-14 ta’ Mejju 2018 sal-31 ta’ Mejju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2015 li taħtar ħmistax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 161 tal-14.5.2015, p. 2).