5.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2231

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/329 fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Kaesler Nutrition GmbH ppreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/329 (2).

(2)

Lohmann Animal Nutrition GmbH, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittiv tal-għalf 6-fitażi, biddel isimu għal “Kaesler Nutrition GmbH” b'effett mit-3 ta' Lulju 2017. L-applikant ippreżenta d-dejta rilevanti li ssostni t-talba tiegħu.

(3)

Il-bidla proposta tad-detentur tal-awtorizzazzjoni hi purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4)

Sabiex Keasler Nutrition GmbH tkun tista' tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidel isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/329 jiġi emendat skont dan.

(5)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi previsti minn dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu l-addittiv tal-għalf 6-fitażi, kif ukoll it-taħlitiet lesti minn qabel u l-għalf kompost li fihom dan l-addittiv tal-għalf, li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/329

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/329 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-titlu, il-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Lohmann Animal Nutrition GmbH” huma sostitwiti bil-kelmiet “detentur tal-awtorizzazzjoni Keasler Nutrition GmbH”.

(2)

Fl-Anness, fit-tieni kolonna tat-tabella, intitolata “Kunjom tad-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kelmiet “Lohmann Animal Nutrition GmbH” huma sostitwiti bil-kelmiet “Kaesler Nutrition GmbH”.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

L-addittiv tal-għalf 6-fitażi kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/329, kif ukoll it-taħlitiet lesti minn qabel u l-għalf kompost li jkun fihom dak l-addittiv, li huma prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta' Diċembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel il-25 ta' Diċembru 2017, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/329 tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha u għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin, għall-ħnieżer nisa u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lohmann Animal Nutrition GmbH) (ĠU L 62, 9.3.2016, p. 5).