1.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1517

tal-31 ta' Awwissu 2017

li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta' Settembru 2017

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (2) jipprevedi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, dak li kien il-kodiċi ex 1001 91 20 [il-qamħ komuni għaż-żrigħ], dak li kien il-kodiċi ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ], 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni tagħhom, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, kull tant żmien għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni tas-CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz tal-importazzjoni li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni tas-CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu li jibda fl-1 ta' Settembru 2017, li jkunu applikabbli sa ma jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda.

(5)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta' Settembru 2017, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).


ANNESS I

Id-dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 li japplikaw mill-1 ta' Settembru 2017

Il-Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 11 00

QAMĦ durum għaż-żrigħ

0,00

1001 19 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ta' kwalità medja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ta' kwalità baxxa minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

1002 10 00

SEGALA għaż-żrigħ

10,95

1002 90 00

SEGALA minbarra dik għaż-żrigħ

10,95

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra l-qamħirrum ibridu

10,95

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak għaż-żrigħ (2)

10,95

1007 10 90

SORGU tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ

10,95

1007 90 00

SORGU tal-qamħ minbarra dak għaż-żrigħ

10,95


(1)  Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fid-dazji ta':

EUR 3 għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fil-Baħar Mediterran (lil hinn mill-Istrett ta' Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta' Suez,

EUR 2 għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fid-Danimarka, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fir-Renju Unit jew mal-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 għal kull tunnellata jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.


ANNESS II

Fatturi ghall-kalkolu tad-dazji stabbiliti fl-anness I

1.

Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Il-Borża

ta' Minneapolis

ta' Chicago

Kwotazzjoni

215,68

113,84

Primjum fuq il-Golf

14,74

Primjum fuq l-Għadajjar il-Kbar

35,38

2.

Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

17,50 EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam

38,05 EUR/t


(1)  Primjum pożittiv ta' 14-il euro għal kull tunnellata inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).