30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/12


REGOLAMENT (UE) 2017/1129 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Ġunju 2017

dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi pass essenzjali lejn it-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2015, intitolata “Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali”. L-għan tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa li jgħin lin-negozji jisfruttaw aktar sorsi differenti ta’ kapital minn kullimkien fi ħdan l-Unjoni Ewropea ('l-Unjoni'), li s-swieq jaħdmu b’mod aktar effiċjenti u joffru lill-investituri u lil dawk li jfaddlu opportunitajiet addizzjonali biex ipoġġu l-flus tagħhom biex joperaw, sabiex jissaħħaħ it-tkabbir u joħolqu l-impjiegi.

(2)

Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbiliet prinċipji u regoli armonizzati dwar il-prospett li jrid jiġi mfassal, approvat u ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. Minħabba l-iżviluppi leġislattivi u tas-suq mid-dħul fis-seħħ tagħha, dik id-Direttiva għandha titħassar u tiġi ssostitwita b'dan ir-Regolament.

(3)

L-iżvelar tal-informazzjoni f’każijiet ta’ offerti ta’ titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni ta’ titoli għall-kummerċ f’suq regolat huwa vitali biex jipproteġi lill-investituri billi jitneħħew l-asimmetriji ta’ informazzjoni li jeżistu bejniethom u l-emittenti. L-armonizzazzjoni ta’ tali żvelar jippermetti l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ passaport transkonfinali li jiffaċilita l-funzjonament effettiv tas-suq intern f'varjetà wiesgħa ta’ titoli.

(4)

Metodi diverġenti jistgħu jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern peress li emittenti, offerenti u persuni li jitolbu biex jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ikunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti u prospetti approvati fi Stat Membru wieħed jistgħu ma jitħallewx jintużaw fi Stati Membri oħra. Fin-nuqqas ta’ qafas armonizzat li jiżgura l-uniformità ta’ żvelar u l-funzjonament tal-passaport fl-Unjoni huwa għalhekk probabbli li d-differenzi fil-liġijiet tal-Istati Membri joħolqu ostakli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern għat-titoli. Għalhekk, sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jittejbu l-kondizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tas-swieq kapitali, u biex jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur, huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas regolatorju għall-prospetti fil-livell tal-Unjoni.

(5)

Huwa xieraq u neċessarju għar-regoli tal-iżvelar meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jieħdu l-forma leġislattiva ta’ regolament sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jimponu direttament obbligi fuq il-persuni involuti fl-offerti ta’ titoli lill-pubbliku u fl-ammissjonijiet ta’ titoli għall-kummerċ f’suq regolat jiġu applikati b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. Peress li qafas legali għad-dispożizzjonijiet dwar il-prospetti neċessarjament jinvolvi miżuri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti preċiżi għall-aspetti differenti kollha inerenti għall-prospetti, anke diverġenzi żgħar dwar il-metodu użat fir-rigward ta’ wieħed minn dawk l-aspetti jistgħu jirriżultaw f'tfixkil sinifikanti għal offerti transkonfinali ta’ titoli, f'elenkar ta’ titoli multipli fi swieq regolati u f'regoli tal-Unjoni għall-ħarsien tal-konsumatur. Għalhekk, l-użu ta’ Regolament, li huwa direttament applikabbli mingħajr ma tkun meħtieġa liġi nazzjonali, għandu jnaqqas il-possibbiltà ta’ miżuri diverġenti meħuda fil-livell nazzjonali, u għandu jiżgura approċċ konsistenti, ċertezza legali ikbar u jipprevjeni t-tfixkil sinifikanti msemmi. L-użu ta’ regolament ser isaħħaħ ukoll il-fiduċja fit-trasparenza tas-swieq madwar l-Unjoni, u jnaqqas il-kumplessità regolatorja kif ukoll l-ispejjeż tat-tiftix u tal-konformità għall-kumpanniji.

(6)

Il-valutazzjoni tad-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) wriet li ċerti tibdiliet introdotti b’dik id-Direttiva ma laħqux l-għanijiet oriġinali tagħhom u li emendi addizzjonali għar-reġim tal-prospett fl-Unjoni huma meħtieġa biex tiġi ssimplifikata u tittejjeb l-applikazzjoni tagħha, tiżdied l-effiċjenza tagħha u tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-Unjoni, biex b’hekk tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi.

(7)

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-protezzjoni tal-investituri u l-effiċjenza tas-suq, filwaqt li jtejjeb is-suq intern għall-kapital. Il-forniment ta’ informazzjoni li, skont in-natura tal-emittent u tat-titoli, hija meħtieġa biex investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni ta’ investiment infurmata jiżgura, flimkien mar-regoli dwar it-twettiq tan-negozju, il-protezzjoni tal-investituri. Barra minn hekk, dan it-tagħrif jipprovdi mezz effettiv sabiex tiżdied il-fiduċja fit-titoli u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament u l-iżvilupp xierqa tas-swieq tat-titoli. Il-mod xieraq biex dak it-tagħrif ikun disponibbli huwa li jiġi ppubblikat prospett.

(8)

Ir-rekwiżiti ta’ żvelar ta' dan ir-Regolament ma jipprevjenux lil Stat Membru jew lil awtorità kompetenti jew lil borża, permezz tal-ktieb tar-regoli tagħhom, milli timponi rekwiżiti oħra partikolari fil-kuntest tal-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f’suq regolat, b’mod partikolari rigward il-governanza korporattiva. Jenħtieġ li dawn ir-rekwiżiti ma jirrestrinġux direttament jew indirettament it-tfassil, il-kontenut u t-tixrid ta’ prospett approvat minn awtorità kompetenti.

(9)

Jenħtieġ li t-titoli mingħajr ekwità maħruġa minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali ta’ Stat Membru, minn korpi pubbliċi internazzjonali li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament, u għalhekk għandhom jibqgħu mhux affettwati b’dan ir-Regolament.

(10)

Jen]tie[li l-obbligu li jiġi pubblikat prospett japplika kemm għat-titoli ta’ ekwità kif ukoll għal dawk ta’ mingħajr ekwità offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ fi swieq regolati sabiex tiġi żgurata il-protezzjoni għall-investitur. Uħud mit-titoli koperti b’dan ir-Regolament jintitolaw lid-detentur li jikseb titoli trasferibbli jew li jirċievi ammont fi flus kontanti permezz ta’ pagament fi flus determinati b’referenza għal strumenti oħra, partikolarment titoli trasferibbli, muniti, rati ta’ imgħax jew profitti, komoditajiet jew indiċijiet jew miżuri oħra. Dan ir-Regolament ikopri b’mod partikolari liċenzji, liċenzji koperti, ċertifikati, irċevuti depożitarji u noti konvertibbli, bħal titoli konvertibbli fuq l-għażla tal-investitur.

(11)

Biex tiġi żgurata l-approvazzjoni u l-passporting tal-prospett kif ukoll is-superviżjoni ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li tiġi identifikata awtorità kompetenti għal kull prospett. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiddetermina b’mod ċar l-Istat Membru ta’ domiċilju li jkun fl-aħjar pożizzjoni biex japprova l-prospett.

(12)

Għal offerti ta’ titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali fl-Unjoni ta’ inqas minn EUR 1 000 000, l-ispiża tal-produzzjoni ta’ prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament x’aktarx tkun sproporzjonata għad-dħul previst tal-offerta. Huwa għalhekk xieraq li l-obbligu li jitfassal prospett skont dan ir-Regolament ma japplikax għall-offerti ta’ skala tant żgħira. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jestendux l-obbligu għat-tfassil ta' prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament għal offerti ta' titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali taħt tali limitu minimu. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu rekwiżiti ta’ żvelar oħra fil-livell nazzjonali, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux piż sproporzjonat jew mhux meħtieġ b’rabta ma’ tali offerti ta’ titoli.

(13)

Barra minn hekk, fid-dawl tad-daqsijiet li jvarjaw tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, huwa xieraq li l-Istati Membri jingħataw l-għażla ta' eżenzjoni tal-offerti ta' titoli lill-pubbliku li ma jeċċedux il-EUR 8 000 000 mill-obbligu li jiġi pubblikat prospett kif previst f'dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom limitu bejn il-EUR 1 000 000 u l-EUR 8 000 000, espress bħala l-korrispettiv totali tal-offerta fl-Unjoni fuq perijodu ta’ 12-il xahar, li taħtu jenħtieġ li l-eżenzjoni tapplika b'kont meħud tal-livell ta' protezzjoni tal-investitur domestiku li huma jqisu li jkun xieraq. Madankollu, jenħtieġ li tali offerti eżentati ta' titoli lill-pubbliku ma jibbenefikawx mir-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament. Taħt dak il-limitu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu rekwiżiti ta’ żvelar oħra fil-livell nazzjonali, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux piż sproporzjonat jew mhux meħtieġ b’rabta ma’ tali offerti eżentati ta’ titoli. Jenħtieġ li xejn f’dan ir-Regolament ma jipprevjeni lil dawk l-Istati Membri milli jintroduċu regoli fil-livell nazzjonali li jippermettu lill-operaturi ta’ faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs) li jiddeterminaw il-kontenut tad-dokument ta’ ammissjoni li emittent ikun meħtieġ li jipproduċi mal-ammissjoni inizjali għall-kummerċ ta’ titoli tiegħu jew il-modalitajiet tar-reviżjoni tiegħu.

(14)

Is-sempliċi ammissjoni ta’ titoli għall-kummerċ f’MTF jew il-pubblikazzjoni tal-prezzijiet tad-domanda u l-offerta m’għandhomx jitqiesu fihom infushom bħala offerta ta’ titoli lill-pubbliku u għaldaqstant m’għandhiex tkun soġġetta għall-obbligu ta’ tfassil ta’ prospett skont dan ir-Regolament. Prospett għandu jkun meħtieġ biss meta dawk is-sitwazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn komunikazzjoni li tikkostitwixxi 'offerta ta’ titoli lill-pubbliku' kif definit f'dan ir-Regolament.

(15)

Fejn offerta ta’ titoli tiġi indirizzata esklużivament lil ċirku ristrett ta’ investituri li mhumiex investituri kwalifikati, it-tfassil ta’ prospett jirrappreżenta piż sproporzjonat fid-dawl tal-għadd żgħir ta’ persuni mmirati mill-offerta, u b’hekk ma jkunx hemm ħtieġa ta’ prospett. Dan japplika pereżempju fil-każ ta' offerta indirizzata lil għadd limitat ta' qraba jew konoxxenti personali tal-amministraturi ta’ kumpannija.

(16)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat b’mod konsistenti mad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fejn applikabbli, fil-kuntest ta’ offerti ta’ xiri, transazzjonijiet ta’ fużjoni u transazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji.

(17)

L-għoti ta’ inċentiv lid-diretturi u l-impjegati li jżommu titoli tal-kumpannija tagħhom stess jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-governanza tal-kumpanniji u jgħin sabiex joħolqu valur fit-tul billi jitrawmu d-dedikazzjoni tal-impjegati u s-sens ta’ appartenenza, l-allinjament tal-interessi rispettivi tal-azzjonisti u l-impjegati, u b’hekk dawn tal-aħħar jingħataw opportunitajiet ta’ investiment. Il-parteċipazzjoni tal-impjegati fis-sjieda tal-kumpannija tagħhom hija partikolarment importanti għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), li fihom l-impjegati individwali x’aktarx ikollhom rwol sinifikanti fis-suċċess tal-kumpannija. Għalhekk, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu li jiġi ppubblikat prospett għall-offerti li jsiru fil-kuntest ta’ skema ta' sjieda ta' ishma għall-impjegati ġewwa l-Unjoni, sakemm ikun hemm disponibbli dokument li jkun fih informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni, li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tal-investitur. Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal skemi ta' sjieda ta' ishma għall-impjegati, għad-diretturi u l-impjegati kollha, indipendentement minn jekk min iħaddimhom huwiex stabbilit fi jew barra l-Unjoni, jenħtieġ li ma tkunx aktar meħtieġa deċiżjoni ta’ ekwivalenza ta’ swieq ta’ pajjiż terzi, sakemm id-dokument ta' informazzjoni ikun disponibbli. Għalhekk, il-parteċipanti kollha fi skemi ta' sjieda ta' ishma għall-impjegati ser jibbenefikaw mill-istess trattament u informazzjoni.

(18)

Il-ħruġ dgħajjef ta’ ishma jew titoli li jagħtu aċċess għall-ishma ta’ spiss jindika transazzjonijiet b’impatt sinifikanti fuq l-istruttura tal-kapital tal-emittent, il-prospetti u s-sitwazzjoni finanzjarja, li għalihom tkun meħtieġa l-informazzjoni li tinsab fil-prospett. Min-naħa l-oħra, meta emittent ikollu ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, il-prospett ma jkunx meħtieġ għal kwalunkwe ammissjoni sussegwenti tal-ishma tal-istess klassi fl-istess suq regolat, inkluż fejn tali ishma jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta’ titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija minn titoli oħra, dment li l-ishma li għadhom kif ġew ammessi jirrappreżentaw proporzjon limitat dwar azzjonijiet tal-istess klassi li jkunu nħarġu diġà fl-istess suq regolat, sakemm tali ammissjoni ma tiġix ikkombinata ma’ offerta lill-pubbliku li taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-istess prinċipju japplika b’mod aktar ġenerali għall-garanziji funġibbli ma’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

(19)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, b’mod partikolari l-Artikoli 53(2), 59(2) u 63(1) u (2) tagħha, f’każijiet fejn m’hemm ebda obbligu ta’ pubblikazzjoni tal-prospett.

(20)

Jenħtieġ li eżenzjonijiet mill-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett skont dan ir-Regolament tkun tista' tiġi kkombinata għal offerta ta' titoli lill-pubbliku u/jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, fejn il-kondizzjonijiet għal dawk l-eżenzjonijiet jiġu sodisfatti fl-istess ħin. Pereżempju, meta offerta tiġi indirizzata simultanjament lil investituri kwalifikati, lil investituri mhux kwalifikati li jimpenjaw ruħhom li jinvestu mill-inqas EUR 100 000 kull wieħed, u lill-impjegati tal-emittent u, barra minn hekk, lil għadd limitat ta’ investituri mhux kwalifikati li ma jaqbżux in-numru stabbilit f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dik l-offerta tkun eżentata mill-obbligu tal-pubblikazzjoni ta’prospett.

(21)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq bl-ingrossa għal titoli mingħajr ekwità u tiżdied il-likwidità fis-suq, huwa importanti li jiġi stabbilit trattament imħaffef distint għal titoli mingħajr ekwità ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u mfasslin għal investituri kwalifikati. Jenħtieġ li tali trattament imħaffef jikkomprendi fih rekwiżiti minimi ta' informazzjoni li huma inqas onerużi minn dawk li japplikaw għal titoli mingħajr ekwità offruti lil investituri individwali, ma jkun hemm l-ebda rekwiżit li jiġi inkluż sommarju fil-prospett, u b'rekwiżiti lingwistiċi aktar flessibbli. Jenħtieġ li t-trattament imħaffef ikun applikabbli għal, l-ewwelnett, it-titoli mingħajr ekwità, irrispettivament mid-denominazzjoni tagħhom, li huma nnegozjati biss fuq suq regolat, jew parti speċifika tiegħu, li l-investituri kwalifikati biss jista' jkollhom aċċess għalihom għall-finijiet tal-kummerċ f’tali titoli u, it-tieni nett, għal titoli mingħajr ekwità b'denominazzjoni għal kull unità ta' mill-inqas EUR 100 000, li tirrifletti l-kapaċità ta' investiment ogħla tal-investituri kkonċernati mill-prospett. Jenħtieġ li jkun permess l-ebda bejgħ mill-ġdid lil investituri mhux kwalifikati għal titoli mingħajr ekwità, li huma nnegozjati biss f'suq regolat, jew parti speċifika minnhom, li għalihom huma biss investituri kwalifikati li jista' jkollhom aċċess għall-finijiet ta' kummerċ f'tali titoli, sakemm jitfassal prospett f’konformità ma’ dan ir-Regolament li jkun adatt għal investituri mhux kwalifikati. Għal dak il-għan, huwa essenzjali li l-operaturi tas-suq, meta jistabbilixxu tali swieq regolati, jew parti speċifika minnhom ma jippermettux l-aċċess dirett jew indirett minn investituri mhux kwalifikati għal dak is-suq regolat, jew parti speċifika.

(22)

Meta titoli jiġu allokati mingħajr element ta’ għażla individwali min-naħa tal-benefiċjarju, inkluż allokazzjonijiet ta’ titoli fejn ma hemm l-ebda dritt għal ċaħda tal-allokazzjoni, jew fejn l-allokazzjoni hija awtomatika wara deċiżjoni ta’ qorti, bħal fil-każ ta' allokazzjoni ta' titoli lil kredituri eżistenti matul proċediment ġudizzjarju ta' insolvenza, tali allokazzjoni m'għandhiex tikkwalifika bħala offerta ta’ titoli lill-pubbliku.

(23)

L-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jistaqsu għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli li mhumiex suġġetti għall-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett għandhom jibbenefikaw mill-passaport uniku fejn jagħżlu li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament fuq bażi volontarja.

(24)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ tipi differenti ta’ titoli, emittenti, offerti u ammissjonijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal forom differenti ta’ prospetti – prospett standard, prospett qasir (wholesale prospectus) għal titoli mingħajr ekwità, prospett bażi, prospett simplifikat għal ħruġ sekondarju u prospett UE tat-Tkabbir. Għalhekk, ir-referenzi kollha għal 'prospett' taħt dan ir-Regolament jinftehmu bħala li jirreferu għal dawk il-forom kollha ta’ prospetti, sakemm ma jkunx iddikjarat espliċitament mod ieħor.

(25)

L-iżvelar ipprovdut minn prospett m’għandux jintalab għal offerti ta’ titoli lill-pubbliku li huma limitati għal investituri kwalifikati. B’kuntrast ma’ dan, kwalunkwe bejgħ mill-ġdid lill-pubbliku jew kummerċ pubbliku permezz tal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandu jeħtieġ il-pubblikazzjoni ta’ prospett.

(26)

Prospett validu, imfassal minn emittent jew mill-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett u disponibbli għall-pubbliku fil-waqt tat-tqegħid finali ta’ titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji jew fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta’ titoli, jipprovdi biżżejjed tagħrif lill-investituri biex jaslu għal deċiżjonijiet informati dwar l-investiment. Għalhekk, l-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew li sussegwentement ibigħu mill-ġdid it-titoli jenħtieġ li jkunu intitolati li joqogħdu fuq il-prospett inizjali ppubblikat mill-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett, sakemm dan ikun validu u debitament ssupplimentat u li l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ tali prospett tkun taqbel mal-użu tiegħu. L-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandu jkun jista’ jorbot il-kondizzjonijiet ma’ tali kunsens. Il-kunsens li juża l-prospett, inkluż il-kondizzjonijiet kollha mehmuż miegħu, għandu jingħata fi ftehim bil-miktub li jippermetti valutazzjoni mill-partijiet rilevanti dwar jekk il-bejgħ mill-ġdid jew t-tqegħid finali tat-titoli jikkonformawx mal-ftehim. Fil-każ li l-kunsens biex jintuża l-prospett ikun ingħata, jenħtieġ li l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett inizjali tkun responsabbli għall-informazzjoni ddikjarata fih u fil-każ ta’ prospett bażi, biex tipprovdi u tiddepożita l-kondizzjonijiet finali u l-ebda prospett ieħor ma jkun meħtieġ. Madankollu, fil-każ li l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ tali prospett inizjali ma jaqbilx mal-użu tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun meħtieġ jippubblika prospett ġdid. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-intermedjarju finanzjarju jkun responsabbli għall-informazzjoni fil-prospett, inkluża l-informazzjoni kollha inkorporata b’referenza u, fil-każ ta’ prospett bażi, fil-kondizzjonijiet finali.

(27)

L-armonizzazzjoni tat-tagħrif inkluż fil-prospett jenħtieġ li jipprovdi protezzjoni ekwivalenti lill-investitur fil-livell tal-Unjoni. Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar l-investiment, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tkun suffiċjenti u oġġettiva u jenħtieġ li tkun miktuba u ppreżentata f’forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem. Jenħtieġ li l-informazzjoni li tkun inkluża fi prospett tkun adattata għat-tip ta' prospett, in-natura u ċ-ċirkostanzi tal-emittent, it-tip ta’ titoli, u jekk l-investituri mmirati mill-prospett huma biss investituri kwalifikati. Jenħtieġ li prospett ma jkunx fih informazzjoni li ma tkunx materjali jew speċifika għall-emittent u t-titoli kkonċernati, peress li dan jista' jaħbi l-informazzjoni rilevanti għad-deċiżjoni ta’ investiment u b’hekk jimmina l-protezzjoni tal-investitur.

(28)

Is-sommarju tal-prospett għandu jkun sors ta’ informazzjoni utli għall-investituri, b’mod partikolari l-investituri individwali. Jenħtieġ li jkun parti kompluta u indipendenti tal-prospett u jiffoka fuq l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex ikunu jistgħu jiddeċiedu liema offerti u ammissjonijiet għall-kummerċ ta’ titoli huma jridu jistudjaw aktar billi jeżaminaw il-prospett sħiħ biex jieħdu d-deċiżjoni tagħhom. Informazzjoni ewlenija ta’ dan it-tip jenħtieġ li tagħti l-karatteristiċi essenzjali tal-emittent, kwalunkwe garanti, u t-titoli offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll ir-riskji assoċjati magħhom. Jenħtieġ ukoll li tipprovdi t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali tal-offerta.

(29)

Jenħtieġ li l-preżentazzjoni ta' fatturi ta' riskju fis-sommarju tikkonsisti minn għażla limitata ta' riskji speċifiċi li l-emittent iqis li jkun l-aktar ta' rilevanza għall-investitur meta dan ikun qed jieħu deċiżjoni dwar l-investiment. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-fatturi ta' riskju fis-sommarju tkun ta' rilevanza għall-offerta speċifika u titħejja esklużivament għall-benefiċċju tal-investituri u mhux tipprovdi dikjarazzjonijiet ġenerali dwar ir-riskju tal-investiment, jew tillimita r-responsabbiltà tal-emittent, tal-offerent jew ta' kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom. Jenħtieġ li dawk il-fatturi ta' riskju, fejn applikabbli, jenfasizzaw ir-riskji, b'mod partikolari għal investituri individwali, fil-każ ta' titoli maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li huma soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE.

(30)

Jenħtieġ li s-sommarju tal-prospett ikun qasir, sempliċi u faċli għall-investituri biex jifhmuh. Jenħtieġ li jinkiteb b’lingwaġġ ċar u mhux tekniku, u li jippreżenta l-informazzjoni b’mod faċilment aċċessibbli. Jenħtieġ li dan ma jkunx sempliċi kumpilazzjoni ta’ siltiet mill-prospett. Huwa xieraq li jiġi stabbilit tul massimu għas-sommarju sabiex jiġi żgurat li l-investituri ma jiġux skoraġġuti milli jaqrawh u biex jinkoraġġixxu lill-emittenti biex jagħżlu l-informazzjoni li hi essenzjali għall-investituri. F’ċerti ċirkostanzi stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li t-tul massimu tas-sommarju jiġi estiż.

(31)

Biex tiġi żgurata l-istruttura uniformi tas-sommarju tal-prospett, għandhom jiġu pprovduti taqsimiet ġenerali u sottointestaturi, b’kontenut indikattiv li l-emittent għandu jimla b’deskrizzjonijiet fil-qosor, inklużi figuri fejn xieraq. Sakemm dawn jippreżentawha b’mod ġust u bbilanċjat, l-emittenti għandhom jingħataw diskrezzjoni li jagħżlu l-informazzjoni li huma jqisu importanti u sinifikanti.

(32)

Is-sommarju tal-prospett għandu jkun immudellat kemm jista’ jkun fuq id-dokument ta’ informazzjoni ewlenija meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Fejn titoli jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni kemm ta’ dan ir-Regolament kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, l-użu mill-ġdid sħiħ fis-sommarju tal-kontenut tad-dokument ta’ informazzjoni ewlenija jimminimizza l-ispejjeż ta’ konformità u l-piżijiet amministrattivi fuq l-emittenti, u dan ir-Regolament għalhekk jiffaċilita tali użu mill-ġdid. Ir-rekwiżit li jitfassal sommarju madanakollu m’għandhiex tiġi rrinunzjata meta dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ, peress li dan tal-aħħar ma jkollux informazzjoni ewlenija fuq l-emittent u l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli kkonċernati.

(33)

Jenħtieġ li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil persuna esklużivament abbażi tas-sommarju, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx qarrieqi, ineżatt jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tal-prospett jew fejn ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, informazzjoni ewlenija biex tgħin lill-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli. Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara f’dak is-sens.

(34)

L-emittenti li ripetutament jiġbru l-finanzjament fis-swieq kapitali għandhom jiġu offruti formati speċifiċi ta’ dokumenti tar-reġistrazzjoni u prospetti kif ukoll proċeduri speċifiċi għad-depożitu u l-approvazzjoni tagħhom, sabiex jingħataw aktar flessibbiltà u jkunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet tas-suq. Fi kwalunkwe każ, dawk il-formati u l-proċeduri għandhom ikunu fakultattivi u skont l-għażla tal-emittenti.

(35)

Għat-titoli kollha ta’ mingħajr ekwità, dawk li jinħarġu b’mod kontinwu jew ripetut jew bħala parti minn programm ta’ offerti, l-emittenti għandhom jitħallew jfasslu prospett fil-forma ta’ prospett bażi.

(36)

Huwa xieraq li jiġi ċċarat li t-termini finali għall-prospett bażi jenħtieġ li jkun fihom biss informazzjoni relatata man-nota tat-titoli li hija speċifika għall-ħruġ individwali u li tista’ tiġi ddeterminata biss fil-mument tal-ħruġ individwali. Din l-informazzjoni tista', pereżempju, tinkludi n-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN), il-prezz tal-ħruġ, id-data ta’ maturità, kwalunkwe kupun, id-data tal-eżerċizzju, il-prezz tal-eżerċizzju, il-prezz tal-fidi u termini oħra mhux magħrufa fil-waqt li jkun qed jitfassal il-prospett bażi. Fejn it-termini finali mhumiex inklużi fil-prospett bażi m’għandhomx bżonn ikunu approvati mill-awtorità kompetenti, iżda jenħtieġ biss li jiġu ddepożitati miegħu. Informazzjoni ġdida oħra li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tal-emittent u t-titoli jenħtieġ li tiġi inkluża f’suppliment mal-prospett bażi. Jenħtieġ li la t-termini finali u lanqas suppliment ma jintużaw biex jinkludu tip ta’ titoli li ma jkunux deskritti diġà fil-prospett bażi.

(37)

Taħt prospett bażi, jenħtieġ li s-sommarju jitfassal biss mill-emittent fir-rigward ta’ kull ħarġa individwali, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u biex itejbu l-leġibbiltà għall-investituri. Dak is-sommarju speċifiku għall-ħarġa jenħtieġ li jiġi anness mat-termini finali u jenħtieġ li jiġi approvat biss mill-awtorità kompetenti fejn it-termini finali jkunu inklużi fil-prospett bażi jew f’suppliment għal dan.

(38)

Sabiex tissaħħaħ il-flessibbiltà u l-kosteffettività tal-prospett bażi, jenħtieġ li emittent ikun permess li jfassal prospett bażi bħala dokumenti separati.

(39)

L-emittenti frekwenti jenħtieġ li jkunu inċentivati jfasslu l-prospett tagħhom bħala dokumenti separati, billi dan jista' jnaqqas l-ispiża tagħhom tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u jippermettilhom li jirreaġixxu malajr għall-opportunitajiet tas-suq. Għalhekk, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati jew MTFs jenħtieġ li jkollhom l-għażla, iżda mhux l-obbligu, biex ifasslu u jippubblikaw kull sena finanzjarja dokument tar-reġistrazzjoni universali li jkun fih informazzjoni legali, kummerċjali, finanzjarja, ta' kontabbiltà u dwar l-ishma u li jipprovdi deskrizzjoni tal-emittent għal dik is-sena finanzjarja. Bil-kondizzjoni li emittent jissidisfa l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-emittent jitqies li huwa emittent frekwenti mill-mument meta l-emittent jippreżenta id-dokument tar-reġistrazzjoni universali għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li t-tfassil ta' dokument tar-reġistrazzjoni universali jippermetti lill-emittent li jżomm l-informazzjoni aġġornata u jfassal prospett meta l-kondizzjonijiet tas-suq isiru favorevoli għal offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat billi jżid nota tat-titoli u sommarju. Jenħtieġ li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali jkollu għanijiet diversi, sakemm il-kontenut tiegħu ikun l-istess irrispettivament minn jekk l-emittent sussegwentement jużahx għal offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta’ titoli ta' ekwità jew titoli mingħajr ekwità. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-istandards tal-iżvelar għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali jkunu bbażati fuq dawk tat-titoli ta' ekwità. Jenħtieġ li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali jaġixxi bħala sors ta’ referenza fuq l-emittent, li jagħti lill-investituri u l-analisti l-informazzjoni minima meħtieġa biex jagħmlu ġudizzju infurmat dwar in-negozju tal-kumpannija, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u l-prospetti, il-governanza u l-parteċipazzjoni.

(40)

Emittent li jkun iddepożita u rċieva l-approvazzjoni għal dokument tar-reġistrazzjoni universali għal sentejn konsekuttivi jista’ jitqies bħala magħruf sew għall-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li d-dokumenti kollha sussegwenti tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn għalhekk jitħallew jiġu ddepożitati mingħajr l-approvazzjoni minn qabel u jiġu riveduti fuq bażi ex post mill-awtorità kompetenti fejn dik l-awtorità kompetenti tqis li jkun meħtieġ. Jenħtieġ li kull awtorità kompetenti tiddeċiedi l-frekwenza ta’ tali reviżjoni billi tiġi kkunsidrata, pereżempju, il-valutazzjoni tar-riskji tal-emittent tagħha, il-kwalità tal-iżvelar tal-passat tiegħu, jew it-tul ta' żmien li jkun għadda minn meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ddepożitat ikun ġie rivedut l-aħħar.

(41)

Sakemm ma jkunx sar parti kostitwenti ta’ prospett approvat, jenħtieġ li jkun possibbli li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali jiġi emendat, jew volontarjament mill-emittent – pereżempju fil-każ ta’ bidla materjali fl-organizzazzjoni jew fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent – jew fuq talba mill-awtorità kompetenti fil-kuntest ta' reviżjoni ex-post ta' wara d-depożitu meta jiġi konkluż li l-istandards ta’ kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza ma jintlaħqux. Jenħtieġ li dawn l-emendi jiġu ppubblikati skont l-istess arranġamenti li japplikaw għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali. B’mod partikolari, meta l-awtorità kompetenti tidentifika ommissjoni materjali, żball materjali jew ineżattezza materjali, jenħtieġ li l-emittent jemenda d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu u jagħmel dik l-emenda disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed. Peress li la offerta lill-pubbliku u lanqas ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli m’hu qed isseħħ, jenħtieġ li l-proċedura għall-emendar ta’ dokument tar-reġistrazzjoni universali tkun distinta mill-proċedura biex il-prospett ikollu suppliment, li jenħtieġ li tapplika biss wara l-approvazzjoni tal-prospett.

(42)

Meta emittent iħejji prospett li jikkonsisti f’dokumenti separati, jenħtieġ li l-partijiet kostitwenti kollha tal-prospett ikunu suġġetti għall-approvazzjoni, inkluż, fejn applikabbli, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan, fejn dawn ikunu ġew iddepożitati għand l-awtorità kompetenti iżda ma jkunux għadhom ġew approvati. Jenħtieġ li l-emendi għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma jkunux soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti fiż-żmien tad-depożitu iżda jenħtieġ li jiġu approvati biss fejn il-partijiet kostitwenti kollha tal-prospett jiġu sottomessi għall-approvazzjoni.

(43)

Biex jitħaffef il-proċess ta’ tħejjija ta’ prospett u biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq kapitali b’mod effettiv għan-nefqa, jenħtieġ li l-emittenti frekwenti li jipproduċu dokument tar-reġistrazzjoni universali jingħataw il-benefiċċju ta’ proċess ta’ approvazzjoni aktar mgħaġġel, peress li l-parti kostitwenti prinċipali tal-prospett tkun jew diġà ġiet approvata jew diġà tkun disponibbli għar-reviżjoni mill-awtorità kompetenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-ħin meħtieġ biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-prospett jitqassar meta d-dokument tar-reġistrazzjoni jieħu l-forma ta’ dokument tar-reġistrazzjoni universali.

(44)

Jenħtieġ li emittenti frekwenti jitħallew jużaw dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan bħala parti kostitwenti ta' prospett bażi. Meta emittent frekwenti jkun eliġibbli li jfassal prospett UE tat-Tkabbir, jew prospett simplifikat taħt ir-reġim simplifikat ta’ żvelar għall-ħruġ sekondarju ta' prospett qasir għal titoli mingħajr ekwità, jenħtieġ li huwa jitħalla juża d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu u kwalunkwe emenda għal dan bħala parti kostitwenti ta’ kwalunkwe wieħed minn tali prospetti, minflok id-dokument tar-reġistrazzjoni speċifiku meħtieġ skont dawk ir-reġimi ta’ żvelar.

(45)

Sakemm emittent jikkonforma mal-proċeduri għad-depożitu, it-tixrid u l-ħażna ta’ informazzjoni regolata u mal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jenħtieġ li dan jitħalla jippubblika r-rapporti finanzjarji annwali u ta’ kull sitt xhur meħtieġa taħt id-Direttiva 2004/109/KE bħala partijiet tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali, sakemm l-Istati Membri ta’ domiċilju tal-emittent ikunu differenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2004/109/KE u sakemm il-lingwa tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma tissodisfax il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/109/KE. Dan għandu jnaqqas il-piżijiet amministrattiv marbut ma’ depożiti multipli, mingħajr ma jaffettwa l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku jew is-superviżjoni ta’ dawk ir-rapporti skont id-Direttiva 2004/109/KE.

(46)

Jenħtieġ li jingħata limitu ta’ żmien ċar għall-validità ta’ prospett sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet ta’ investiment li jkunu bbażati fuq tagħrif skadut. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-validità tal-prospett tibda mal-approvazzjoni tiegħu, f'ħin partikolari li jista’ faċilment jiġi vverifikat mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li offerta ta’ titoli lill-pubbliku skont prospett bażi tiġi estiża biss lil hinn mill-validità tal-prospett bażi fejn prospett bażi sussegwenti jiġi approvat u ppubblikat qabel ma tiskadi dik il-validità u jkopri l-offerta kontinwa.

(47)

Min-natura tagħha stess, informazzjoni dwar taxxi fuq id-dħul mit-titoli fi prospett tista’ tkun ġenerika biss, li żżid valur informattiv żgħir għall-investitur individwali. Minħabba li tali informazzjoni trid tkopri mhux biss il-pajjiż tal-uffiċċju reġistrat tal-emittent, iżda wkoll il-pajjiżi fejn l-offerta qed issir jew fejn tkun qed tiġi mfittxija l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, fejn prospett ikollu passaport, ikun jiswa ħafna biex tipproduċih u dan jista’ jxekkel l-offerti transkonfinali. Għalhekk, jenħtieġ li prospett jinkludi biss twissija li l-liġijiet fiskali tal-Istat Membru tal-investitur u tal-Istat Membru fejn ġie inkorporat l-emittent jista’ jkollha impatt fuq id-dħul riċevut mit-titoli. Madankollu, jenħtieġ li l-prospett xorta jkollu informazzjoni xierqa dwar it-tassazzjoni fejn l-investiment propost jinkludi sistema fiskali partikolari, pereżempju fil-każ ta’ investimenti f’titoli li jagħtu lill-investituri trattament fiskali favorevoli.

(48)

Ladarba klassi ta’ titoli tiġi ammessa għall-kummerċ f’suq regolat, l-investituri huma pprovduti bi żvelar kontinwu mill-emittent skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Direttiva 2004/109/KE. Il-ħtieġa għal prospett sħiħ hija għalhekk inqas akuta fil-każijiet ta’ offerti sussegwenti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat minn dan l-emittent. Għalhekk, jenħtieġ li prospett distint u simplifikat ikun disponibbli għall-użu fil-każijiet ta’ ħruġ sekondarju u l-kontenut tiegħu għandu jiġi mħaffef meta mqabbel mar-reġim normali, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni żvelata diġà. Madankollu, jeħtieġ li l-investituri jingħataw informazzjoni kkonsolidata u strutturata tajjeb, speċjalment meta ma jkunx meħtieġ li din l-informazzjoni tiġi żvelata fuq bażi kontinwa skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u d-Direttiva 2004/109/KE.

(49)

Jenħtieġ li r-reġim ta’ żvelar simplifikat għall-ħruġ sekondarju jkun disponibbli għal offerti lill-pubbliku minn emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fis-swieq tal-SMEs li qed jespandu, peress li l-operaturi tagħhom huma meħtieġa skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) li jistabbilixxu u japplikaw regoli li jiżguraw żvelar kontinwu xieraq.

(50)

Jenħtieġ li r-reġim ta’ żvelar simplifikat għall-ħruġ sekondarju jkun disponibbli għall-użu biss wara li jkun għadda perijodu minimu mill-ammissjoni inizjali għall-kummerċ f'suq regolat jew suq tal-SMEs li qed jespandi ta’ klassi ta’ titoli ta’ emittent. Dewmien ta’ 18-il xahar jenħtieġ li jiżgura li l-emittent ikun konformi mill-inqas darba mal-obbligu tiegħu li jippubblika rapport finanzjarju annwali skont id-Direttiva 2004/109/KE jew skont ir-regoli tal-operatur tas-suq ta’ suq tal-SMEs li qed jespandi.

(51)

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali għall-SMEs fl-Unjoni. Huwa xieraq li tkun estiża d-definizzjoni ta’ SMEs biex tinkludi l-SMEs kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE biex tiżgura l-konsistenza bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2014/65/UE. L-SMEs normalment ikollhom bżonn li jgħollu ammonti relattivament aktar baxxi minn emittenti oħrajn, l-ispiża biex jitfassal prospett standard jista' jkun sproporzjonatament għoli u jista’ jżommhom lura milli joffru t-titoli tagħhom lill-pubbliku. Fl-istess ħin, minħabba d-daqs u r-rekord potenzjalment iqsar tagħhom, l-SMEs jistgħu jwasslu għal riskju ta’ investiment speċifiku meta mqabbel ma' emittenti akbar u għandhom jiżvelaw informazzjoni suffiċjenti lill-investituri biex jieħdu d-deċiżjoni fuq l-investiment tagħhom. Barra minn dan, sabiex ikun inkoraġġit l-użu ta' finanzjament mis-suq tal-kapital mill-SMEs, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li tingħata konsiderazzjoni speċjali lis-swieq tal-SMEs li qed jespandu, li huma għodda promettenti biex jippermettu lil kumpanniji żgħar u li qed jikbru biex jiġġeneraw il-kapital. Is-suċċess ta’ dawn il-postijiet jiddependi, madankollu, fuq il-kapaċità tagħhom li jaqdu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ SMEs li qed jikbru. Bl-istess mod, ċerti kumpanniji b'kapitalizzazzjoni medja li joffru titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali fl-Unjoni li ma jeċċedix l-EUR 20 000 000 jibbenefikaw minn aċċess aktar faċli għall-finanzjament mis-swieq tal-kapital biex ikunu jistgħu jikbru u jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġġeneraw fondi bi spejjeż li ma jkunux sproporzjonatament għoljin. Għalhekk, huwa xieraq li dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim ta’ prospett UE tat-Tkabbir speċifiku u proporzjonat li jkun disponibbli għal dawn il-kumpanniji. Jenħtieġ li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn l-aċċess effiċjenti għan-nefqa għas-swieq finanzjarji u l-protezzjoni tal-investituri meta jiġi kkalibrat il-kontenut ta’ prospett UE. Bħal fil-każ ta’tipi oħra ta' prospett skont dan ir-Regolament, ladarba jiġi approvat, jenħtieġ li prospett UE tat-Tkabbir ibbenefika mir-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament u għalhekk ikun validu għal kwalunkwe offerta ta' titoli lill-pubbliku fl-Unjoni kollha.

(52)

Jenħtieġ li l-informazzjoni mqassra meħtieġa li tiġi żvelata fil-prospetti UE tat-Tkabbir tiġi kkalibrata b’mod li tiffoka fuq l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti meta jsir investiment fit-titoli offruti, u fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-proporzjonalità bejn id-daqs tal-kumpannija u l-ħtiġijiet tagħha għal ġbir ta’ fondi, minn naħa waħda, u l-ispiża tal-produzzjoni ta’ prospett, min-naħa l-oħra.

(53)

Jenħtieġ li r-reġim ta' żvelar proporzjonat għall-prospetti UE tat-tkabbir ma jkunx disponibbli meta kumpannija jkollha diġà titoli ammessi għall-kummerċ fi swieq regolati, sabiex l-investituri fi swieq regolati jħossuhom kunfidenti li l-emittenti li huma jinvestu fit-titoli tagħhom ikunu soġġetti għal sett uniku ta' regoli ta' żvelar. Għalhekk, jenħtieġ li ma jkunx hemm standard ta’ żvelar ta’ żewġ livelli fi swieq regolati skont id-daqs tal-emittent.

(54)

L-għan primarju li jiġu inklużi fatturi ta’ riskju fi prospett huwa li jiġi żgurat li l-investituri jagħmlu valutazzjoni informata ta’ tali riskji u b’hekk jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment b’għarfien sħiħ tal-fatti. Jenħtieġ li l-fatturi ta’ riskju għalhekk ikunu limitati għal dawk ir-riskji li jkunu sostanzjali u speċifiċi għall-emittent u t-titoli tiegħu u li huma kkorroborati mill-kontenut tal-prospett. Jenħtieġ li prospett ma jinkludix fatturi ta’ riskju li jkunu ġeneriċi u li jservu biss bħala dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda, billi dawk jistgħu joskuraw fatturi ta’ riskju aktar speċifiċi li l-investituri għandhom ikunu konxji minnhom, u b’hekk jipprevjenu l-prospett milli jippreżenta informazzjoni f’forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem. Fost l-oħrajn, ċirkostanzi ambjentali, soċjali u ta’ governanza jistgħu jikkostitwixxu wkoll riskji materjali u speċifiċi għall-emittent u t-titoli tiegħu u, f’dak il-każ, jenħtieġ li jiġu żvelati. Biex jgħin lill-investituri jidentifikaw l-aktar riskji materjali, jenħtieġ li l-emittent jiddeskrivi b’mod adegwat u jippreżenta kull fattur ta’ riskju fil-prospett. Għadd limitat ta’ fatturi ta’ riskju magħżula mill-emittent jenħtieġ li għandu jkun inkluż fis-sommarju.

(55)

Il-prattika tas-suq fejn prospett approvat ma jinkludix il-prezz finali tal-offerta u/jew l-ammont ta' titoli offruti lill-pubbliku, sewwa jekk espress f'għadd ta’ titoli jew bħala ammont nominali aggregat, jenħtieġ li tkun aċċettabbli meta tali prezz finali tal-offerta u/jew ammont ma jistax jiġi inkluż fil-prospett, bil-kondizzjoni li tingħata protezzjoni lill-investituri f’dak il-każ. Jenħtieġ li l-investituri jew ikunu intitolati għal dritt ta' rtirar ladarba jsir magħruf il-prezz jew l-ammont finali tal-offerta tat-titoli, jew, alternattivament, jenħtieġ li l-prospett jiżvela l-prezz massimu li l-investituri jista' jkollhom iħallsu għat-titoli, jew l-ammont massimu ta' titoli, jew il-metodi u l-kriterji ta' valutazzjoni, u/jew il-kondizzjonijiet, li skonthom il-prezz tat-titoli jiġi determinat u spjegazzjoni ta' kwalunkwe metodu ta' valutazzjoni użat, bħall-metodu tal-fluss tal-flus skontat, analiżi tal-grupp tal-pari jew kwalunkwe metodu ta' valutazzjoni ieħor aċċettat. Jenħtieġ li l-metodi u l-kriterji ta’ valutazzjoni jkunu preċiżi biżżejjed biex il-prezz ikun prevedibbli u jiġi żgurat livell ta’ protezzjoni tal-investituri li jkun simili għall-iżvelar tal-prezz massimu tal-offerta. F’dak ir-rigward, is-sempliċi referenza għall-metodu tal-bookbuilding ma tkunx aċċettabbli bħala metodu jew kriterji ta’ valutazzjoni, fejn l-ebda prezz massimu ma jiġi inkluż fil-prospett.

(56)

L-ommissjoni ta’ informazzjoni sensittiva fi prospett, jew f'partijiet kostitwenti tiegħu, jenħtieġ li tkun permessa f’ċerti ċirkostanzi permezz ta’ deroga mogħtija mill-awtorità kompetenti sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' detriment għal emittent.

(57)

L-Istati Membri jippubblikaw ħafna informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom li, ġeneralment, tkun disponibbli fid-dominju pubbliku. Għalhekk, meta Stat Membru jiggarantixxi offerta ta’ titoli, tali informazzjoni m’hemmx bżonn li tingħata fil-prospett.

(58)

Li l-emittenti jitħallew jinkorporaw b’dokumenti ta' referenza li jkun fihom l-informazzjoni li trid tiġi żvelata fi prospett, soġġett għar-rekwiżit li tali dokumenti jkunu ġew ippubblikati elettronikament, għandha tiffaċilita l-proċedura tat-tfassil ta’ prospett u tnaqqas l-ispejjeż għall-emittenti mingħajr ma tiġi pprerikolata l-protezzjoni tal-investitur. Madankollu, l-għan tas-simplifikazzjoni u ta’ tnaqqis tal-ispejjeż biex jitħejja prospett m’għandux jinkiseb għad-detriment tal-interessi l-oħra li l-prospett huwa intiż li jipproteġi, inkluża l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. Jenħtieġ li l-lingwa użata għall-informazzjoni inkorporata b’referenza ssegwi r-reġim lingwistiku li japplika għall-prospetti. Jenħtieġ li informazzjoni inkorporata b’referenza tkun tista’ tirreferi għal data storika. Madankollu fejn tali informazzjoni ma tibqax rilevanti minħabba bidla materjali, jenħtieġ li dak jiġi ddikjarat b’mod ċar fil-prospett u li tiġi pprovduta wkoll informazzjoni aġġornata.

(59)

Kwalunkwe informazzjoni regolata, kif iddefinita fil-punt (k) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE, jenħtieġ li tkunu eliġibbli għall-inkorporazzjoni b’referenza fi prospett. Jenħtieġ li l-emittenti li t-titoli tagħhom ikunu negozjati f’MTF, u l-emittenti li huma eżentati milli jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji annwali u ta’ kull sitt xhur skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/109/KE, jitħallew ukoll li jinkorporaw b’referenza fi prospett l-informazzjoni finanzjarja annwali u proviżorja sħiħa jew parzjali, ir-rapporti ta’ verifika, ir-rapporti finanzjarji, ir-rapporti ta’ ġestjoni jew dikjarazzjonijiet ta’ governanza korporattiva tagħhom, soġġett għall-pubblikazzjoni elettronika tagħhom.

(60)

Mhux l-emittenti kollha jkollhom aċċess għall-informazzjoni u gwida adegwati dwar l-iskrutinju u l-proċess ta’ approvazzjoni u l-passi meħtieġa li jridu jsegwu biex ikollhom prospett approvat, peress li jeżistu metodi differenti mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jelimina dawk id-differenzi billi jarmonizza l-kriterji għall-iskrutinju tal-prospett u billi jarmonizza r-regoli li japplikaw għall-proċessi ta’ approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti permezz tal-integrazzjoni tagħhom. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti kollha jsegwu metodu konverġenti meta tkun qed tiġi analizzata l-kompletezza, il-konsistenza u l-intelliġibilità tal-informazzjoni li tinsab fi prospett b'kont meħud tal-ħtieġa għal approċċ proporzjonat fl-iskrutinju tal-prospetti fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi tal-emittent u tal-ħruġ. Jenħtieġ li tkun disponibbli pubblikament fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti gwida dwar kif jitolbu l-approvazzjoni ta’ prospett. Jenħtieġ li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ikollha rwol ewlieni fit-trawwim ta’ konverġenza superviżorja f’dak il-qasam billi tuża s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). B'mod partikolari, jenħtieġ li l-ESMA twettaq reviżjonijiet orizzontali li jkopru l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament fi ħdan qafas ta’ żmien xieraq qabel ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(61)

Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq tal-Istati Membri, huwa importanti li t-tariffi mitluba mill-awtoritajiet kompetenti għall-approvazzjoni u d-depożitu tal-prospetti u d-dokumenti relatati tagħhom jiġu żvelati b'mod raġonevoli, proporzjonat u b'mod pubbliku.

(62)

Peress li l-internet jiżgura l-aċċess faċli għall-informazzjoni, u sabiex tiġi żgurata aċċessibbiltà aħjar għall-investituri, jenħtieġ li l-prospett approvat jiġi dejjem ippubblikat f’forma elettronika. Jenħtieġ li l-prospett ikun ippubblikat f’sezzjoni ddedikata tas-sit web tal-emittent, l-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, jew, fejn applikabbli, fuq is-sit web tal-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew ibiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu, jew fuq is-sit web tas-suq irregolat fejn wieħed ifittex l-ammissjoni għall-kummerċ, jew tal-operatur tal- MTF.

(63)

Jenħtieġ li l-prospetti kollha approvati, jew alternattivament lista ta’ dawk il-prospetti b’hyperlinks għat-taqsimiet dedikati u rilevanti tas-sit web jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-emittent, u jenħtieġ li kull prospett jintbagħat mill-awtorità kompetenti lill-ESMA flimkien mad-data rilevanti li tippermetti l-klassifikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li l-ESMA tipprovdi mekkaniżmu tal-ħażna ċentralizzata ta’ prospetti li jippermettu l-aċċess mingħajr ħlas u faċilitajiet ta’ tiftix xierqa għall-pubbliku. Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jkollhom aċċess għal data affidabbli li tista' tintuża u tkun analizzata fil-pront u b'mod effiċjenti, ċerta informazzjoni li tinsab fil-prospetti, bħall-ISINs li jidentifikaw it-titoli u l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEIs) li jidentifika l-emittenti, l-offerenti u l-garanti, jenħtieġ li tinqara permezz ta' magna anki meta tintuża l-metadata. Jenħtieġ li l-prospetti jibqgħu disponibbli għall-pubbliku għal mill-inqas 10 snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom, biex ikun żgurat li l-perijodu tagħhom ta’ disponibbiltà pubblika jkun allinjat ma’ dak tar-rapporti finanzjarji annwali u ta’ kull sitt xhur skont id-Direttiva 2004/109/KE. Jenħtieġ li l-prospetti jkunu dejjem disponibbli għall-investituri fuq mezz durabbli, mingħajr ħlas, fuq talba. Fejn investitur potenzjali jagħmel domanda speċifika għal kopja stampata, jenħtieġ li dak l-investitur ikun jista’ jirċievi verżjoni stampata tal-prospett. Madankollu, dan ma jeħtieġx li l-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew l-intermedjarju finanzjarju jżommu kopji stampati ta' riżerva tal-prospett biex jissodisfaw tali talbiet potenzjali.

(64)

Huwa wkoll meħtieġ li jiġu armonizzati r-reklami sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef il-fiduċja pubblika u li jiġi ippreġudikat il-funzjonament xieraq tas-swieq finanzjarji. Is-sens ta’ ġustizzja u l-eżattezza tar-reklami, kif ukoll il-konsistenza tagħhom mal-kontenut tal-prospett huma ta’ importanza kbira għall-protezzjoni tal-investituri, inklużi investituri individwali. Mingħajr preġudizzju għar-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament, is-superviżjoni ta' dawn ir-reklami hija parti integrali tar-rwol tal-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar ir-reklamar f’dan ir-Regolament ikunu mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet applikabbli oħra tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-prattiki kummerċjali inġusti.

(65)

Jenħtieġ li kull fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali li tista’ tinfluwenza l-valutazzjoni tal-investiment, li tirriżulta wara l-pubblikazzjoni tal-prospett imma qabel l-għeluq tal-offerta jew il-ftuħ tal-kummerċ f’suq regolat iġi vvalutata tajjeb mill-investituri u, għalhekk, titlob l-approvazzjoni u d-disseminazzjoni ta’ suppliment għall-prospett mingħajr dewmien żejjed.

(66)

Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, it-termini ta’ żmien rispettivi li fih l-emittent irid jippubblika s-suppliment għall-prospett u li fih l-investituri għandhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni tagħhom tal-offerta wara l-pubblikazzjoni ta’ suppliment jenħtieġ li tiġi ċċarata. Min-naħa waħda, jenħtieġ li l-obbligu li jsir suppliment għall-prospett japplika meta l-fattur il-ġdid, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali sinifikanti sseħħ qabel l-għeluq tal-perijodu tal-offerta jew il-ħin meta l-kummerċ ta’ tali titoli f’suq regolat ikun beda, skont liema jseħħ l-aħħar. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li d-dritt li aċċettazzjoni tiġi rtirata japplika biss meta l-prospett ikun relatat ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku u l-fattur il-ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali tkun bdiet jew ġiet innotata qabel l-għeluq tal-perijodu tal-offerta u l-għoti tat-titoli. Għalhekk, jenħtieġ li d-dritt tal-irtirar ikun marbut mal-ħin tal-fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali li jagħti lok għal suppliment, u jenħtieġ li dment li dan l-avveniment seħħ waqt li l-offerta hija miftuħa u qabel ma t-titoli kienu mogħtija. Id-dritt tal-irtirar mogħti lill-investituri minħabba fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali li rriżultat jew ġiet osservata matul il-perijodu ta’ validità ta’ prospett mhijiex affettwata mill-fatt li s-suppliment korrispondenti jiġi ppubblikat wara l-perijodu ta’ validità ta’ dak il-prospett. Fil-każ partikolari ta’ offerta li tibqa’ taħt żewġ prospetti bażi suċċessivi, il-fatt li l-emittent huwa fil-proċess li jkollu approvat prospett bażi sussegwenti ma jneħħix l-obbligu tas-suppliment tal-prospett bażi preċedenti sa tmiem il-validità tiegħu u li jingħataw id-drittijiet ta’ rtirar assoċjati. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li s-suppliment għall-prospett jispeċifika meta jintemm id-dritt tal-irtirar. Jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji jinfurmaw lill-investituri dwar id-drittijiet tagħhom u jiffaċilitaw il-proċedimenti meta l-investituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet.

(67)

L-obbligu li emittent jittraduċi l-prospett sħiħ bil-lingwi uffiċjali kollha rilevanti jiskoraġġixxi l-offerti transkonfinali jew il-kummerċ multiplu. Biex jiġu faċilitati l-offerti transkonfinali, jenħtieġ li s-sommarju biss ikun disponibbli bil-lingwa uffiċjali jew mill-inqas b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew b'lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

(68)

Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tkun intitolata li tirċievi ċertifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju li jiddikjara li l-prospett tfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tinnotifika wkoll lill-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tal-prospett li huwa indirizzat lill-awtorità tal-Istat Membru ospitanti sabiex jipprovdi lill-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett iċ-ċertezza dwar jekk u meta tkun fil-fatt seħħet in-notifika. Jenħtieġ li t-trasferimenti kollha ta’ dokumenti bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ notifika ssir permezz ta’ portal ta’ notifika li jiġi stabbilit mill-ESMA.

(69)

Meta dan ir-Regolament jippermetti lil emittent biex jagħżel l-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu għall-finijiet ta' approvazzjoni tal-prospett, jeħtieġ li jiġi żgurat li emittent bħal dan jista’ juża bħala parti kostitwenti tal-prospett tiegħu, dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali, li jkun diġà ġie approvat minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi introdotta sistema ta’ notifika bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jiġi żgurat li dokument tar-reġistrazzjoni bħal dan, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali, mhuwiex soġġett għal skrutinju jew approvazzjoni minn awtorità kompetenti li tapprova l-prospett, u li l-awtoritajiet kompetenti jibqgħu responsabbli biss mill-parti kostitwenti ta’ prospett li jkunu approvaw, inkluż fil-każ li sussegwentement jitfasssal suppliment.

(70)

Sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu kompletament, huwa wkoll meħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu titoli maħruġa minn emittenti li jkunu rregolati bil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi. Sabiex jiġu żgurati skambji ta’ informazzjoni u kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi rigward l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom f’pajjiżi terzi. Jenħtieġ li kwalunkwe trasferiment ta’ data personali mwettaq abbażi ta’ dawk l-arranġamenti jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(71)

Varjetà ta’ awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, b’responsabbiltajiet differenti, tista' toħloq spejjeż bla ħtieġa u duplikazzjoni ta’ responsabbiltajiet mingħajr ma jkun hemm benefiċċju addizzjonali. F’kull Stat Membru, jenħtieġ li tinħatar awtorità kompetenti waħda sabiex tapprova l-prospetti u tassumi r-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dik l-awtorità kompetenti tiġi stabbilita bħala awtorità amministrattiva u f'tali forma li l-indipendenza tagħha mill-atturi ekonomiċi tkun garantita u sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess. Il-ħatra ta’ awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta’ prospett jenħtieġ li ma teskludix il-kooperazzjoni bejn din l-awtorità kompetenti u partijiet terzi, bħar-regolaturi bankarji u tal-assigurazzjoni jew l-awtoritajiet ta’ ħruġ ta’ ishma, bil-ħsieb li tiggarantixxi skrutinju effiċjenti u l-approvazzjoni tal-prospetti fl-interess tal-emittenti, l-investituri, il-parteċipanti fis-suq u s-swieq bl-istess mod. Jenħtieġ li d-delegazzjoni tal-kompiti minn awtorità kompetenti lil partijiet terzi tkun awtorizzata biss fejn din tkun relatata mal-pubblikazzjoni tal-prospetti approvati.

(72)

Sett ta’ għodod u setgħat u riżorsi effettivi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiggarantixxi l-effettività tas-superviżjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament b’mod partikolari jipprevedi sett minimu ta’ setgħat superviżorji u investigattivi li bihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu fdati f’konformità mal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati, fejn il-liġi nazzjonali tkun tirrikjedi dan, permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. Meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jaġixxu b’mod oġġettiv u imparzjali u jibqgħu awtonomi fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom.

(73)

Għall-finijiet ta’ skoperta ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaċċessaw siti oħra minbarra r-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti. L-aċċess għal tali bini hu meħtieġ meta jkun hemm suspett raġonevoli li dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett ta’ spezzjoni jew investigazzjoni ikunu fil-fatt jeżistu u jistgħu jkunu rilevanti biex jippruvaw li hemm ksur ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-aċċess għal tali proprjetà huwa neċessarju meta: il-persuna li għaliha tkun diġà saret talba għal informazzjoni tonqos milli tikkonforma magħha, jew meta hemm raġunijiet ġustifikabbli biex wieħed jemmen li, kieku kellha ssir talba, ma tiġix milqugħa jew id-dokumenti jew l-informazzjoni li t-talba għal informazzjoni tkun marbuta magħhom jitneħħew, jiġu mmanipulati jew jinqerdu.

(74)

F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 dwar “Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji” u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur ta’ dan ir-Regolament ikun soġġett għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra. Jenħtieġ li dawk is-sanzjonijiet u miżuri jkunu effikaċi, proporzjonati u disważivi u jiżguraw metodu komuni fl-Istati Membri u effett deterrenti. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jillimitax lill-Istati Membri fil-kapaċità tagħhom li jipprovdu livelli ogħla ta' sanzjonijiet amministrattivi.

(75)

Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li jimponu sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett ta' deterrent fuq il-pubbliku ġenerali, jenħtieġ li dawn normalment ikunu ppubblikati ħlief jekk l-awtorità kompetenti f'konformità ma' dan ir-Regolament jidhrilha li jkun neċessarju li tintgħażel pubblikazzjoni fuq bażi anonima, li tiddewwem il-pubblikazzjoni jew li ma ssirx il-pubblikazzjoni.

(76)

Għalkemm jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi u kriminali dwar l-istess ksur, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament li huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi kriminali nazzjonali tagħhom sal-21 ta’ Lulju 2018. F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri mhumiex obbligati li jimponu kemm sanzjonijiet amministrattivi u kriminali għall-istess reat, iżda jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu dan jekk dan ikun permess mil-liġi nazzjonali tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li ż-żamma ta’ sanzjonijiet kriminali minflok sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament ma tnaqqasx jew ma taffettwax b’xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw, jaċċedu għal u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni kriminali.

(77)

Il-whistleblowers jistgħu jġibu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom sabiex jidentifikaw u jimponu sanzjonijiet f'każijiet ta’ ksur ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti adegwati li jippermettu biex il-whistleblowers ikunu jistgħu jwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur attwali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament u biex ikunu protetti minn ritaljazzjoni.

(78)

Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut ta' informazzjoni minima ta' ċerti dokumenti linjridu jsiru disponibbli lill-pubbliku b'rabta ma' xiri permezz ta' offerta ta' skambju, fużjoni jew diviżjoni, l-iskrutinju, l-approvazzjoni, id-depożitu u r-reviżjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom ikun intilef l-istatus ta' emittent frekwenti, il-format tal-prospett, il-prospett bażi u t-termini finali, u l-informazzjoni speċifika li trid tkun inkluża fi prospett, l-informazzjoni minima li trid tkun inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali, l-informazzjoni mqassra li trid tkun inkluża fil-prospett simplifikat fil-każijiet ta' ħruġ sekondarju u mill-SMEs, il-kontenut ridott u l-format standardizzat speċifiċi u s-sekwenza tal-prospett UE tat-Tkabbir u s-sommarju speċifiku tiegħu, il-kriterji għall-valutazzjoni u l-preżentazzjoni ta' fatturi ta' riskju mill-emittent, l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospetti u l-kriterji tal-ekwivalenza ġenerali għal prospetti mfassla mill-emittenti ta' pajjiżi terzi. Huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(79)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-liġijiet tal-prospett ta’ pajjiż terz, jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni biex tieħu deċiżjoni fuq tali ekwivalenza. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(80)

Jenħtieġ li -istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji jiżguraw protezzjoni adegwata għall-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, li jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.

(81)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-kontenut u l-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija li trid tiddaħħal fis-sommarju, il-każijiet fejn ikun possibbli li titħalla barra informazzjoni mill-prospett, l-informazzjoni li trid tkun inkorporata b’referenza u tipi oħra ta’ dokumenti mitluba skont il-liġi tal-Unjoni, il-pubblikazzjoni tal-prospett, id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti fil-mekkaniżmu tal-ħażna mħaddem mill-ESMA, id-dispożizzjonijiet dwar ir-reklamar, is-sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali relatati mal-informazzjoni inkluża fil-prospett teħtieġ suppliment għall-prospett li jrid jiġi ppubblikat, l-arranġamenti tekniċi meħtieġa għall-funzjonament tal-portal ta' notifika tal-ESMA, il-kontenut minimu tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji f'pajjiżi terzi u l-mudelli li jridu jintużaw għalihom, u l-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA fil-kuntest tal-obbligu ta’ kooperazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(82)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni, il-prospett, id-dokument tar-reġistrazzjoni, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, kwalnukwe suppliment għal dan, is-suppliment tal-prospett, u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju, il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u l-proċeduri u l-formoli għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(83)

Fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati u ta' implimentazzjoni tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

il-ħtieġa li tiżgura l-fiduċja fis-swieq finanzjarji fost investituri individwali u l-SMEs billi tippromwovi standards għoljin ta’ trasparenza fis-swieq finanzjarji,

il-ħtieġa li tikkalibra r-rekwiżiti ta’ żvelar ta’ prospett filwaqt li tieħu kont tad-daqs tal-emittent u l-informazzjoni li emittent ikun diġà meħtieġ li jiżvela skont id-Direttiva 2004/109/KE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014,

il-ħtieġa li tiffaċilita l-aċċess għas-swieq kapitali għall-SMEs, filwaqt li tiżgura l-fiduċja tal-investituri li jinvestu f’dawn il-kumpanniji,

il-ħtieġa li tipprovdi lill-investituri firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ta’ investiment li jikkompetu ma’ xulxin u livell ta’ żvelar u protezzjoni mfassla apposta skont iċ-ċirkostanzi tagħhom,

il-ħtieġa li tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji indipendenti jinfurzaw ir-regoli b’mod konsistenti, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra d-delitt tal-kullar abjad,

il-ħtieġa ta’ trasparenza u ta’ konsultazzjoni ta’ livell għoli mal-parteċipanti kollha tas-swieq u mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill,

il-ħtieġa li tinkoraġġixxi l-innovazzjoni fis-swieq finanzjarji jekk dawn iridu jkunu dinamiċi u effiċjenti,

il-ħtieġa li tiżgura l-istabbiltà sistematika tas-sistema finanzjarja billi l-innovazzjoni finanzjarja tiġi mmonitorjata mill-qrib u b’mod reattiv,

l-importanza li tnaqqas l-ispiża tal-kapital u li żżid l-aċċess għalih,

il-ħtieġa li tibbilanċja, fuq bażi fit-tul, l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-parteċipanti kollha tas-suq ta’ kwalunkwe miżura ta’ implimentazzjoni,

il-ħtieġa li trawwem il-kompetittività internazzjonali tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni mingħajr preġudizzju għall-estensjoni tant meħtieġa tal-kooperazzjoni internazzjonali,

il-ħtieġa li tikseb kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-parteċipanti kollha tas-suq billi tistabbilixxi liġi tal-Unjoni kull darba li jkun xieraq,

il-ħtieġa li tiżgura l-koerenza ma’ liġi oħra tal-Unjoni f'dan il-qasam, minħabba li l-iżbilanċi fl-informazzjoni u n-nuqqas ta’ trasparenza jistgħu jipperikolaw l-operat tas-swieq u fuq kollox jagħmlu dannu lill-konsumaturi u lill-investituri żgħar.

(84)

Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trażmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-ESMA jenħtieġ li jsir f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(85)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, sal-21 ta’ Lulju 2022, tirrevedi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tevalwa b’mod partikolari jekk l-iskemi ta’ żvelar għall-ħruġ sekondarju u għall-prospett UE tat-Tkabbir, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u s-sommarju tal-prospett għadhomx xierqa biex jilħqu l-objettivi segwiti minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jenħtieġ li r-rapport janalizza l-figuri u x-xejriet rilevanti li jikkonċernaw il-prospett UE tat-Tkabbir u jivvaluta jekk is-sistema l-ġdida tilħaqx bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-kumpanniji intitolati li jużawha. Jenħtieġ li reviżjoni bħal din tivvaluta wkoll jekk l-emittenti, b'mod partikolari l-SMEs, jistgħux jiksbu LEIs u ISINs għal spiża raġonevoli u f'perijodu raġonevoli.

(86)

Jenħtieġ li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament tiġi differita sabiex tippermetti l-adozzjoni ta’ atti delegati u ta' implimentazzjoni u sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jassimilaw u jippjanaw għall-applikazzjoni tal-miżuri l-ġodda.

(87)

Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-investitur u l-effiċjenza tas-suq filwaqt li jistabbilixxu l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(88)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(89)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u eżenzjonijiet

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew jopera fi Stat Membru.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għat-tipi ta’ titoli li ġejjin:

(a)

l-unitajiet maħruġa minn impriżi oħra għal investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq;

(b)

it-titoli mingħajr ekwità maħruġa minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, minn korpi internazzjonali pubbliċi li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(c)

l-ishma fil-kapital tal-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(d)

it-titoli garantiti mingħajr kondizzjonijiet u b’mod irrevokabbli minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru;

(e)

it-titoli maħruġa minn assoċjazzjonijiet bi status legali jew korpi li ma jagħmlux profitt, rikonoxxuti minn Stat Membru, għall-finijiet li jinkiseb il-finanzjament meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom mingħajr skop ta’ profitt;

(f)

ishma mhux funġibbli ta’ kapital li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdi lid-detentur bi dritt li jokkupa appartament, jew għamla oħra ta’ proprjetà immobbli jew parti minnha u meta l-ishma ma jkunux jistgħu jinbiegħu lil ħaddieħor mingħajr ma jiskadi dan id-dritt;

3.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għall-Artikolu 4, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal offerta ta’ titoli lill-pubbliku b’korrispettiv totali fl-Unjoni ta’ inqas minn EUR 1 000 000, li għandu jiġi kkalkolat fuq perijodu ta’ 12-il xahar.

L-Istati Membri ma għandhomx jestendu l-obbligu tat-tfassil ta' prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament għall-offerti ta' titoli lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Madankollu, f'dawk il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu rekwiżiti ta’ żvelar oħra fil-livell nazzjonali sakemm tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux piż sproporzjonat jew mhux meħtieġ.

4.   L-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fl-Artikolu 3(1) m'għandux japplika għal kwalunkwe wieħed mit-tipi li ġejjin ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku:

(a)

offerta ta' titoli indirizzata lil investituri kwalifikati biss;

(b)

offerta ta' titoli indirizzata lil inqas minn 150 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru, għajr għal investituri kwalifikati;

(c)

offerta ta’ titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal tal-anqas EUR 100 000;

(d)

offerta ta’ titoli indirizzata lil investituri li jiksbu titoli għal korrispettiv totali ta’ mill-inqas EUR 100 000 għal kull investitur, għal kull offerta separata;

(e)

l-ishma maħruġa minflok l-ishma tal-istess klassi diġà maħruġa, jekk il-ħruġ ta’ dawn l-ishma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

(f)

titoli offruti b’konnessjoni ma’ xiri permezz ta’ offerta ta’ skambju, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal- arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(g)

titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ fużjoni jew diviżjoni, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(h)

id-dividendi mħallsa lil azzjonisti eżistenti fl-għamla ta’ ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom qed jitħallsu dawn id-dividendi, bil-kondizzjoni li jkun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha;

(i)

titoli offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati lil diretturi jew lil impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew minn impriża affiljata bil-kondizzjoni li jkun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

(j)

titoli mingħajr ekwità maħruġa b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 75 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu ikkalkolat fuq perijodu ta' 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawk it-titoli:

(i)

ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli; u

(ii)

ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv.

5.   L-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fl-Artikolu 3(3) m’għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

titoli funġibbli b'titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, bil-kondizzjoni li dawn jirrappreżentaw, fuq perijodu ta’ 12-il xahar, inqas minn 20 % tan-numru ta’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

(b)

ishma li jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta’ titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti minn titoli oħra, fejn l-ishma li jirriżultaw huma tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, bil-kondizzjoni li l-ishma li jirriżultaw jirrappreżentaw, matul perijodu ta’ 12-il xahar, inqas minn 20 % tan-numru ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, soġġett għat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu;

(c)

it-titoli li jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta' titoli, fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra minn awtorità ta' riżoluzzjoni dovuti għall-eżerċizzju ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 53(2), 59(2) jew fl-Artikolu 63(1) jew (2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(d)

ishma maħruġa minflok ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, meta l-ħruġ ta’ tali ishma ma jinvolvix xi żieda fil-kapital maħruġ;

(e)

titoli offruti b’konnessjoni ma’ xiri permezz ta’ offerta ta’ skambju, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(f)

titoli offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ fużjoni jew diviżjoni, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(g)

ishma offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati mingħajr ħlas lill-azzjonisti eżistenti, u d-dividendi mħallsa fl-għamla ta’ ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom jitħallsu dawn id-dividendi, bil-kondizzjoni li l-ishma msemmija jkunu tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat u jkun hemm disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

(h)

titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lil diretturi jew lil impjegati eżistenti jew ta’ qabel minn min jimpjegahom jew impriża affiljata, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli msemmija jkunu tal-istess klassi bħat-titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, u li jkun hemm disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

(i)

titoli mingħajr ekwità maħruġa b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 75 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu kkalkolat fuq perijodu ta' 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli:

(i)

ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli; u

(ii)

ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;

(j)

l-ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq ieħor regolat, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

li dawk it-titoli, jew titoli tal-istess klassi, ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f'dak is-suq l-ieħor regolat għal iktar minn 18-il xahar;

(ii)

li, għal titoli ammessi l-ewwel għall-kummerċ f’suq regolat wara l-1 ta’ Lulju 2005, l-ammissjoni għall-kummerċ f’dak is-suq regolat l-ieħor kienet soġġetta għal prospett approvat u ppubblikat f'konformità mad-Direttiva 2003/71/KE;

(iii)

li, ħlief fejn japplika l-punt (ii), għal titoli ammessi l-ewwel għall-ħruġ wara t-30 ta’ Ġunju 1983, id-dettalji tal-ħruġ kienu ġew approvati f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE (17) jew id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

(iv)

li l-obbligi attwali għall-kummerċ f’dak is-suq regolat l-ieħor ikunu ġew onorati;

(v)

li l-persuna li tfittex l-ammissjoni ta’ titolu għall-kummerċ f’suq regolat skont l-eżenzjoni stabbilita f'dan il-punt (j) tagħmel disponibbli għall-pubbliku fl-Istat Membru tas-suq regolat fejn l-ammissjoni għall-kummerċ tkun qed tintalab, f’komformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), dokument li l-kontenut tiegħu jkun konformi mal-Artikolu 7, bid-differenza li t-tul massimu stabbilit fl-Artikolu 7(3) għandu jiġi estiż b'żewġ faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4, imfassla b’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tas-suq regolat fejn l-ammissjoni tkun qed tiġi mfittxija; u

(vi)

li d-dokument imsemmi fil-punt (v) jiddikjara minn fejn jista' jinkiseb il-prospett l-iktar reċenti u fejn hija disponibbli l-informazzjoni finanzjarja ppubblikata mill-emittent skont l-obbligi ta’ żvelar kontinwu.

Ir-rekwiżit li l-ishma li jirriżultaw jirrappreżentaw, matul perjodu ta’ 12-il xahar, inqas minn 20 % tal-għadd ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwwel subparagrafu ma għandhiex tapplika fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta prospett ikun tfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2003/71/KE mal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma;

(b)

meta t-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma nħarġu qabel l-20 ta’ Lulju 2017;

(c)

meta l-ishma jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) ta’ istituzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament u li jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali maħruġa minn dik l-istituzzjoni minħabba li jkun hemm avveniment skattatur kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament;

(d)

meta l-ishma jikkwalifikaw bħala fondi proprji eliġibbli jew fondi proprji bażiċi eliġibbli kif definit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), u jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ titoli oħra li bdiet għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi ta’ konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew tar-Rekwiżit Kapitali Minimu kif stabbilit fit-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I tad-Direttiva 2009/138/KE jew ir-rekwiżit tas-solvenza tal-grupp kif stabbilit fit-Titolu III tad-Direttiva 2009/138/KE.

6.   L-eżenzjonijiet mill-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett li huma stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu jiġu kkombinati flimkien. Madankollu, l-eżenzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ma għandhomx jiġu kkombinati flimkien jekk tali kombinament jista’ jwassal għall-ammissjoni immedjata jew differita għall-kummerċ f'suq regolat fuq perijodu ta’ 12-il xahar ta’ aktar minn 20 % tal-għadd ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, mingħajr ma jiġi ppubblikat prospett.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kontenut minimu ta’ informazzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-paragrafu 4 u l-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“titoli” tfisser titoli trasferibbli kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE bl-eċċezzjoni ta’ strumenti tas-suq monetarju kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li jkollhom maturità ta’ inqas minn 12-il xahar;

(b)

“titoli ta’ ekwità” tfisser l-ishma u t-titoli trasferibbli l-oħra ekwivalenti għall-ishma f'kumpanniji, kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ titoli trasferibbli li jagħtu d-dritt li jinkiseb kwalunkwe wieħed mit-titoli msemmija hawn fuq bħala konsegwenza li jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti jew li jiġu eżerċitati minnhom id-drittijiet ikkonferiti minnhom, bil-kondizzjoni li t-titoli tat-tip tal-aħħar jinħarġu mill-emittent tal-ishma sottostanti jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tal-emittent imsemmi;

(c)

“titoli mingħajr ekwità” tfisser it-titoli kollha li mhumiex titoli ta’ ekwità;

(d)

“offerta ta' titoli lill-pubbliku” tfisser komunikazzjoni lil persuni fi kwalunkwe għamla u bi kwalunkwe mezz, li tippreżenta informazzjoni biżżejjed dwar it-termini tal-offerta u dwar it-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti, sabiex l-investitur ikun jista' jiddeċiedi jekk jixtrix jew jissottoskrivix għal dawk it-titoli. Din id-definizzjoni tapplika wkoll għat-tqegħid ta' titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji;

(e)

“investituri kwalifikati” tfisser persuni jew entitajiet li huma elenkati fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima I tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE, u persuni jew entitajiet li, fuq talba, huma ttrattati bħala klijenti professjonali f'konformità mat-Taqsima II ta' dak l-Anness II, jew rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/65/UE sakemm ma jkunux daħlu fi ftehim li jiġu ttrattati bħala klijenti mhux professjonali f'konformità mar-raba’ paragrafu tat-Taqsima I ta' dak l-Anness. Għall-finijiet ta' applikazzjoni tal-ewwel sentenza ta' dan il-punt, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom, fuq talba mill-emittent, jikkomunikaw il-klassifika tal-klijenti tagħhom lill-emittent, soġġett għall-konformità mal-liġijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data;

(f)

“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

kumpanniji li, skont il-kontijiet annwali jew konsolidati l-aktar reċenti tagħhom, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja ta’ inqas minn 250, karta tal-bilanċ totali li ma taqbiżx l-EUR 43 000 000 u qligħ nett annwali li ma jaqbiżx l-EUR 50 000 000; jew

(ii)

intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(g)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h)

“emittent” tfisser entità legali li toħroġ jew tipproponi li toħroġ it-titoli;

(i)

“offerent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li toffri t-titoli lill-pubbliku;

(j)

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(k)

“reklam” tfisser komunikazzjoni b'dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

(i)

dwar offerta speċifika ta' titoli lill-pubbliku jew ta' ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat;

(ii)

bil-għan li jippromwovi speċifikament is-sottoskrizzjoni potenzjali jew l-akkwist ta’ titoli;

(l)

“informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni regolata kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE;

(m)

“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser:

(i)

għall-emittenti kollha ta' titoli stabbiliti fl-Unjoni li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(ii)

għal kwalunkwe ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal mill-inqas EUR 1 000, u għal kwalunkwe ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li jagħti d-dritt li jakkwistaw kwalunkwe titolu trasferibbli jew li jirċievu ammont fi flus kontanti, bħala konsegwenza li dawn ikunu ġew konvertiti jew id-drittijiet ikkonferiti minnhom jiġu eżerċitati, bil-kondizzjoni li l-emittent tat-titoli mingħajr ekwità ma jkunx l-emittent tat-titoli sottostanti jew entità li tappartjeni għall-grupp tal-emittent tal-aħħar, l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, jew meta t-titoli kienu jew ikunu ser jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat. L-istess għandu japplika għat-titoli mingħajr ekwità f’munita oħra għajr l-euro, bil-kondizzjoni li l-valur ta’ tali denominazzjoni minima jkun kważi ekwivalenti għal EUR 1 000;

(iii)

għall-emittenti kollha ta’ titoli stabbiliti f’pajjiż terz li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn it-titoli jkunu intiżi li jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba jew meta tkun saret l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, soġġett għal għażla sussegwenti mill-emittenti stabbiliti f’pajjiż terz f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

fejn l-Istat Membru ta’ domiċilju ma jkunx ġie ddeterminat mill-għażla ta’ dawk l-emittenti,

f'konformità mal-punt (i)(iii) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/109/KE;

(n)

“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru fejn issir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew fejn tkun qed tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju;

(o)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità nominata minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 31, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament;

(p)

“intrapriża għal investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq” tfisser fiduċjarji ta' unità u l-kumpanniji tal-investiment b’dawn iż-żewġ karatteristiċi:

(i)

jiġġeneraw kapital minn numru ta’ investituri, bil-ħsieb li jinvestuh f'konformità mal-politika ta’ investiment definita għall-benefiċċju ta’ dawk l-investituri;

(ii)

l-unitajiet tagħhom huma, fuq talba tad-detentur, mixtrija jew mifdija mill-ġdid, direttament jew indirettament, mill-assi tagħhom;

(q)

“unitajiet ta’ intrapriża għal investiment kollettiv” tfisser titoli maħruġa minn intrapriża għal investiment kollettiv li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f’din l-intrapriża fuq l-assi tagħha;

(r)

“approvazzjoni” tfisser l-att pożittiv mar-riżultat tal-iskrutinju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju rigward il-kompletezza, il-konsistenza u kemm tinftiehem l-informazzjoni mogħtija fil-prospett;

(s)

“prospett bażi” tfisser prospett li jkun konformi mal-Artikolu 8, u, skont l-għażla tal-emittent, it-termini finali tal-offerta;

(t)

“jiem ta’ xogħol”, tfisser jiem ta' xogħol tal-awtorità kompetenti rilevanti esklużi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi, kif definit fil-liġi nazzjonali applikabbli għal dik l-awtorità kompetenti;

(u)

“faċilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(v)

“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser faċilità organizzata tan-negozjar kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(w)

“suq tal-SMEs li qed jespandi” tfisser suq tal-SMEs li qed jespandi kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(x)

“emittent ta’ pajjiż terz” tfisser emittent stabbilit f’pajjiż terz;

(y)

“perijodu tal-offerta” tfisser il-perijodu li matulu l-investituri potenzjali jistgħu jixtru jew jissottoskrivu għat-titoli kkonċernati;

(z)

“mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li:

(i)

jippermetti lil klijent jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b'mod aċċessibbli għal referenza futura u għal perijodu adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

(ii)

jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna.

Artikolu 3

Obbligu ltal-pubblikazzjoni ta' prospett u eżenzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4), it-titoli għandhom jiġu offruti biss lill-pubbliku fl-Unjoni wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta' prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jeżenta offerti ta' titoli lill-pubbliku mill-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett kif stabbilit fil-paragrafu 1 bil-kondizzjoni li:

(a)

tali offerti ma jkun ux soġġwtti għal notifika f'konformità mal-Artikolu 25; u

(b)

il-korrispettiv totali ta' kull offerta bħal din fl-Unjoni jkun inqas minn ammont monetarju kkalkolat fuq perijodu ta’ 12-il xahar li m’għandux jeċċedi l-EUR 8 000 000.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA dwar jekk humiex ser japplikaw l-eżenzjoni u kif ser jiddeċiedu li japplikawha skont l-ewwel subparagrafu, inkluż l-ammont monetarju li taħtu tapplika l-eżenzjoni għall-offerti f'dak l-Istat Membru. Huma għandhom jinnotifikaw ulill-Kummissjoni u lill-ESMA bi kwalunkwe bidla sussegwenti għal dak l-ammont monetarju.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(5), it-titoli għandhom ikunu ammessi biss għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew li jopera ġewwa l-Unjoni wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Prospett volontarju

1.   Meta offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni ta’ titoli għall-kummerċ f’suq regolat ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 1(3), jew hija eżentata mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett f'konformità mal-Artikolu 1(4), 1(5) jew 3(2), l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom ikunu intitolati li volontarjament tfasslu prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   Tali prospett imfassal volontarjament approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, kif iddeterminat f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 2, għandu jinkludi d-drittijiet u l-obbligi kollha previsti għal prospett meħtieġ skont dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, taħt is-superviżjoni ta’ dik l-awtorità kompetenti.

Artikolu 5

Bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli

1.   Kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta’ titoli li qabel kienu s-soġġett ta’ tip wieħed jew aktar ta’ offerta ta’ titoli għall-pubbliku elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(4) għandu jitqies bħala offerta separata u d-definizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-Artikolu 2 għandha tapplika sabiex jiġi ddeterminat jekk dak il-bejgħ mill-ġdid huwiex offerta ta' titoli lill-pubbliku. It-tqegħid ta' titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji għandu jkun soġġett għall-pubblikazzjoni ta’ prospett sakemm ma tapplikax waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(4) fir-rigward tat-tqegħid finali.

L-ebda prospett addizzjonali m’għandu jkun meħtieġ fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti tali ta’ titoli jew tqegħid finali ta' titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji sakemm prospett validu jkun disponibbli f'konformità mal-Artikolu 12 u l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ tali prospett jaqblu mal-użu tiegħu permezz ta’ ftehim bil-miktub.

2.   Meta prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità li għandhom ikunu negozjati f’suq regolat, jew parti speċifika tagħhom, li għalihom l-investituri kkwalifikati biss jista' jkollhom aċċess għall-finijiet ta' kummerċ f’tali titoli, it-titoli m’għandhomx jinbiegħu mill-ġdid lil investituri mhux kwalifikati, sakemm ma jitfassalx prospett f’konformità ma’ dan ir-Regolament li huwa xieraq għal investituri mhux kwalifikati.

KAPITOLU II

IT-TFASSIL TAL-PROSPETT

Artikolu 6

Il-prospett

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 18(1), prospett għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa li tkun materjali għal investitur biex jagħmel valutazzjoni infurmata ta’:

(a)

l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-qligħ u t-telf, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-prospetti tal-emittent u ta' kwalunkwe garanti;

(b)

id-drittijiet marbuta mat-titoli; u

(c)

ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent.

Dik l-informazzjoni tista' tvarja skont kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

in-natura tal-emittent;

(b)

it-tip ta' titoli;

(c)

iċ-ċirkostanzi tal-emittent;

(d)

fejn rilevanti, sew jekk it-titoli mingħajr ekwità jkollhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-anqas EUR 100 000 u jew jekk le, jew, u ser ikunu nnegozjati biss f'suq regolat, jew parti speċifika tiegħu, li għalih jista' jkollhom aċċess biss investituri kwalifikati għall-finijiet tal-kummerċ fit-titoli.

2.   L-informazzjoni fi prospett għandha tinkiteb u tiġi ppreżentata f’forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem, u tieħu kont tal-fatturi stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.   L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tista' tfassal il-prospett bħala dokument uniku jew bħala dokumenti separati.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(8) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f’dokument tar-reġistrazzjoni, nota tat-titoli u sommarju. Id-dokument tar-reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni relatata mal-emittent. In-nota tat-titoli għandu jkun fiha l-informazzjoni li tirrigwarda t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

Artikolu 7

Is-sommarju tal-prospett

1.   Il-prospett għandu jinkludi sommarju li jipprovdi l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, il-garanti u t-titoli li qed jiġu offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jrid jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett biex jgħin lill-investituri meta jikkunsidraw jekk jinvestux f’titoli bħal dawn.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, m'għandu jkun meħtieġ l-ebda sommarja meta l-prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta' titoli mingħajr ekwità bil-kondizzjoni li:

(a)

tali titoli għandhom jiġu kummerċjalizzati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kkwalifikati biss għandhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ kummerċ f’titoli bħal dawn; jew

(b)

tali titoli għandhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-inqas EUR 100 000.

2.   Il-kontenut tas-sommarju għandu jkun preċiż, ġust u ċar u ma għandux ikun qarrieqi. Huwa jrid jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett u għandu jkun konsistenti mal-partijiet l-oħra tal-prospett.

3.   Is-sommarju għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż u ta’ tul massimu ta’ seba' faċċati ta’ karti ta' daqs A4 meta jiġi stampat. Is-sommarju għandu:

(a)

jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta' daqs li jinqara;

(b)

jinkiteb b’lingwaġġ u bi stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b’mod partikolari, b'lingwaġġ li jkun ċar, mhux tekniku, konċiż u li jinftiehem għall-investituri.

4.   Is-sommarju għandu jkun magħmul mill-erba’ taqsimiet li ġejjin:

(a)

introduzzjoni, li fiha t-twissijiet;

(b)

informazzjoni ewlenija dwar l-emittent;

(c)

informazzjoni ewlenija dwar it-titoli;

(d)

informazzjoni ewlenija dwar l-offerta ta' titoli lill-pubbliku u/jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

5.   It-taqsima msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha:

(a)

l-isem u n-numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tat-titoli;

(b)

l-identità u d-dettalji tal-emittent, inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) tiegħu;

(c)

fejn applikabbli, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-offerent, inkluż il-LEI tiegħu jekk l-offerent ikollu personalità ġuridika, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

(d)

l-identità u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett u, meta differenti, l-awtorità kompetenti li approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali;

(e)

id-data tal-approvazzjoni tal-prospett;

Għandu jkun fih it-twissijiet li ġejjin:

(a)

is-sommarju għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett;

(b)

kwalunkwe deċiżjoni ta’ investiment fit-titoli għandha tiġi bbażata fuq konsiderazzjoni tal-prospett sħiħ mill-investitur;

(c)

fejn applikabbli, li l-investitur jista' jitlef il-kapital investit kollu jew parti minnu u, fejn ir-responsabbiltà tal-investitur ma tkunx limitata għall-ammont tal-investiment, twissija li l-investitur jista' jitlef aktar mill-kapital investit u l-portata ta’ tali telf potenzjali;

(d)

meta pretensjoni relatata mal-informazzjoni li tinsab fi prospett titressaq quddiem il-qorti, l-investitur attur jista’, skont il-liġi nazzjonali, jkollu jġarrab l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jinbdew il-proċeduri legali;

(e)

ir-responsabbiltà ċivili għandha x’taqsam biss ma’ dawk il-persuni li jkunu ppreżentaw is-sommarju, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, iżda biss fejn is-sommarju jkun qarrieqi, ineżatt jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew fejn dan ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, informazzjoni ewlenija sabiex jgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jinvestux f’tali titoli;

(f)

fejn applikabbli, l-allert ta’ komprensjoni meħtieġ f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

6.   It-taqsima msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

taħt subtaqsima intitolata “Min hu l-emittent tat-titoli?”, deskrizzjoni fil-qosor tal-emittent tat-titoli, inkluż mill-inqas dan li ġej:

(i)

id-domiċilju u l-forma ġuridika tiegħu, il-LEI tiegħu, il-liġi li taħtha jopera u l-pajjiż ta' inkorporazzjoni tiegħu;

(ii)

l-attivitajiet prinċipali tiegħu;

(iii)

l-azzjonisti ewlenin tiegħu, inkluż jekk ikunx immexxi jew ikkontrollat direttament jew indirettament u minn min;

(iv)

l-identità tad-diretturi maniġerjali ewlenin tiegħu;

(v)

l-identità tal-awdituri statutorji tiegħu;

(b)

taħt is-subtaqsima intitolata “X'inhi l-informazzjoni finanzjarja ewlenija li tirrigwarda l-emittent?” għażla ta’ informazzjoni finanzjarja ewlenija storika ppreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perijodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kwalunkwe perijodu finanzjarju interim sussegwenti akkumpanjat minn data komparattiva mill-istess perijodu fis-sena finanzjarja preċedenti. Ir-rekwiżit għal informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ għandu jiġi ssodisfat bil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-karta tal-bilanċ ta' tmiem is-sena. L-informazzjoni finanzjarja prinċipali, fejn ikun applikabbli, għandha tinkludi:

(i)

informazzjoni finanzjarja pro forma;

(ii)

deskrizzjoni fil-qosor ta’ kwalunkwe kwalifika fir-rapport tal-awditjar relatata mal-informazzjoni finanzjarja storika;

(c)

taħt is-subtaqsima intitolata “X'inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għall-emittent?” deskrizzjoni fil-qosor tal-aktar fatturi ta’ riskju materjali speċifiċi għall-emittent li jinsabu fil-prospett, filwaqt li ma jinqabżux il-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10.

7.   It-taqsima msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

taħt subtaqsima intotlata “X’inhuma l-karatteristiċi ewlenin tat-titoli?”, deskrizzjoni fil-qosor tat-titoli li qed jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, inkluż mill-inqas:

(i)

it-tip, il-klassi u l-ISIN tagħhom;,

(ii)

fejn applikabbli, il-valuta tagħhom, id-denominazzjoni, il-valur nominali, in-numru ta' titoli maħruġa u t-terminu tat-titoli;

(iii)

id-drittijiet marbuta mat-titoli;

(iv)

is-superjorità relattiva tat-titoli fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta' insolvenza, inkluż, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell ta' subordinazzjoni tat-titoli u l-impatt potenzjali fuq l-investiment fil-każ ta' riżoluzzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE;

(v)

kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli;

(vi)

fejn applikabbli, il-politika tad-dividendi jew ħlas;

(b)

taħt subtaqsima intitolata “Fejn ser jiġu nnegozjati t-titoli?”, indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex jew hux ser ikunu suġġetti għal applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew għall-kummerċ f’MTF u l-identità tas-swieq kollha fejn jinsabu t-titoli jew fejn għandhom jiġu nnegozjati;

(c)

meta hemm garanzija marbuta mat-titoli, taħt subtaqsima intitolata “Hemm garanzija marbuta mat-titoli?”, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

deskrizzjoni qasira tan-natura u l-ambitu tal-garanzija;,

(ii)

deskrizzjoni qasira tal-garanti, inkluż il-LEI tiegħu;

(iii)

l-informazzjoni finanzjarja ewlenija rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-abbiltà tal-garanti li jissodisfa l-impenji tiegħu taħt il-garanzija; u

(iv)

deskrizzjoni qasira tal-fatturi ta’ riskju materjali l-aktar marbuta mal-garanti li tinsab fil-prospett f'konformità mal-Artikolu 16(3), filwaqt li ma jaqbiżx l-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10;

(d)

taħt subtaqsima intotlata “X’inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għat-titoli?”, deskrizzjoni qasira tal-aktar fatturi ta’ riskju materjali speċifiċi għat-titoli li jinsabu fil-prospett, filwaqt li ma jinqabżux l-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10.

Meta dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tagħmel it-talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jistgħu jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f’dan paragrafu mal-informazzjoni li tinsab fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. Fejn japplika r-Regolament (UE) Nru 1286/2014, kull Stat Membru li jaġixxi bħala Stat Membru ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jista' jeħtieġ lill-emittenti, l-offerenti u lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat biex jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f’dan paragrafu bl-informazzjoni stabbilita fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 fil-prospetti approvati mill-awtorità kompetenti tiegħu.

Meta jkun hemm sostituzzjoni tal-kontenut skont it-tieni subparagrafu, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż bi tliet faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4. Il-kontenut tad-dokument ta' informazzjoni ewlenija għandu jiġi inkluż bħala taqsima distinta tas-sommarju. It-tqassim tal-paġna ta' dik it-taqsima għandu jidentifikaha b’mod ċar li hija d-dokument ta' informazzjoni ewlenija kif stabbilit fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

Meta, f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(9), sommarju wieħed ikopri diversi titoli li jvarjaw biss f’xi dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data tal-maturità, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż b'żewġ faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4. Madankollu, fil-każ li dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat għal dawk it-titoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob għal ammissjoni tipproċedi bis-sostituzzjoni tal-kontenut imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tul massimu għandu jiġi estiż bi tliet faċċati addizzjonali ta’ karti ta' daqs A4 għal kull titolu addizzjonali.

Meta s-sommarju jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż b'faċċata addizzjonali waħda ta' karta ta' daqs A4.

8.   It-taqsima msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

taħt subtaqsima intitolata “Taħt liema kondizzjonijiet u skeda ta' żmien nista' ninvesti f'dan it-titolu?”, fejn applikabbli, it-termini ġenerali, il-kondizzjonijiet u l-iskeda ta' żmien mistennija tal-offerta, id-dettalji tal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, il-pjan għad-distribuzzjoni, l-ammont u l-perċentwali ta’ dilwizzjoni immedjata li tirriżulta mill-offerta u l-istima tal-ispejjeż totali tal-ħruġ u/jew offerta, inklużi l-ispejjeż stmati li ser jintalbu lill-investitur mill-emittent jew l-offerent;

(b)

jekk differenti mill-emittent, taħt subtaqsima intitolata “Min hu l-offerent u/jew il-persuna li qed titlob l-ammissjoni għall-kummerċ?”, deskrizzjoni qasira tal-offerent tat-titoli u/jew tal-persuna li qed titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, inkluż id-domiċilju u l-forma ġuridika tagħha, il-liġi li taħtha hija topera u l-pajjiż ta' inkorporazzjoni tagħha;

(c)

taħt subtaqsima ntitolata “Għaliex qed jiġi prodott dan il-prospett?”, deskrizzjoni qasira tar-raġunijiet għall-offerta jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, kif ukoll, fejn applikabbli:

(i)

l-użu u l-ammont nett stmat tal-introjtu:

(ii)

indikazzjoni ta’ jekk l-offerta hijiex soġġetta għal ftehim ta’ sottoskrizzjoni fuq bażi ta’ impenn irrevokabbli, li tiddikjara kwalunkwe porzjon mhux kopert,

(iii)

indikazzjoni tal-konflitti materjali l-aktar ta' interess li jappartjenu għall-offerta jew l-ammissjoni għall-kummerċ.

9.   Taħt kull waħda mit-taqsimiet deskritti fil-paragrafi 6, 7 u 8, l-emittent jista’ jżid subintestaturi fejn iqis li jkun meħtieġ.

10.   In-numru totali ta’ fatturi ta’ riskju inklużi fit-taqsimiet tas-sommarju msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 6 u l-punt (c) (iv) u l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 m’għandux jeċċedi l-15.

11.   Is-sommarju m’għandux ikun fih kontroreferenzi għal partijiet oħra tal-prospett jew jinkorpora informazzjoni skont referenza.

12.   Meta dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat għal titoli offruti lill-pubbliku skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u Stat Membru ta' domiċilju jitlob li l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jissostitwixxu l-kontenut tad-dokument ta' informazzjoni ewlenija f'konformità mat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu7 ta' dan l-Artikolu, il-persuni li jagħtu pariri dwar jew ibigħu t-titoli f’isem l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandu jitqies li jkun issodisfa, matul l-perijodu tal-offerta, l-obbligu li jiġi pprovdut id-dokument ta' informazzjoni ewlenija f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, bil-kondizzjoni li minflok jipprovdu lill-investituri kkonċernati sommarju tal-prospett skont il-ħin u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14 ta’ dak ir-Regolament.

13.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut u l-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 6, u l-informazzjoni finanzjarja ewlenija rilevanti msemmija fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 7, filwaqt li tqis id-diversi tipi ta' titoli u emittenti u tiżgura li l-informazzjoni mogħtija tkun konċiża u tinftiehem.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Il-prospett bażi

1.   Għal titoli mingħajr ekwità, inkluż warrants fi kwalunkwe għamla, il-prospett jista’, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jikkonsisti minn prospett bażi li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa li tikkonċerna l-emittent u t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

2.   Il-prospett bażi għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

mudell, intitolat “formola tal-kondizzjonijiet finali”, li għandu jimtela għal kull ħarġa individwali u li jindika l-għażliet disponibbli fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi ddeterminata fil-kondizzjonijiet finali tal-offerta;

(b)

l-indirizz tas-sit web fejn il-kondizzjonijiet finali ser ikunu ppubblikati.

3.   Meta prospett bażi jinkludi opzjonijiet fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa min-nota rilevanti dwar it-titoli, il-kondizzjonijiet finali għandhom jiddeterminaw liema minn dawn l-opzjonijiet hija applikabbli għall-ħruġ individwali, billi jirreferu għat-taqsimiet rilevanti tal-prospett bażi jew permezz tar-riproduzzjoni ta’ din l-informazzjoni.

4.   Il-kondizzjonijiet finali għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dokument separat jew għandhom ikunu inklużi fil-prospett bażi jew f’kwalunkwe suppliment għalih. Il-kondizzjonijiet finali għandhom jitħejjew f’forma faċilment analizzabbli u li tinftiehem.

Il-kondizzjonijiet finali għandhom jinkludu biss informazzjoni relatata man-nota dwar it-titoli u ma għandhomx jintużaw biex iservu ta’ suppliment għall-prospett bażi. Il-punt (b) tal-Artikolu 17(1) għandu japplika f'każijiet bħal dawn.

5.   Meta l-kondizzjonijiet finali la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f’suppliment, l-emittent għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21u jiddepożithom mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, kemm jista' jkun malajr hekk kif it-titoli jiġu offruti lill-pubbliku u, fejn possibbli, qabel il-bidu tal-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

Għandha tiddaħħal fil-kondizzjonijiet finali dikjarazzjoni ċara u prominenti li tindika:

(a)

li l-kondizzjonijiet finali jkunu ġew ippreparati għall-għan ta’ dan ir-Regolament u jridu jinqraw flimkien mal-prospett bażi u kwalunkwe suppliment tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni kollha rilevanti;

(b)

fejn il-prospett bażi u kwalunkwe supplimenti tiegħu jiġu ppubblikati f'konformità mal-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 21;

(c)

li sommarju tal-ħruġ individwali jkun anness għall-kondizzjonijiet finali.

6.   Prospett bażi jista’ jitfassal bħala dokument wieħed jew bħala dokumenti separati.

Meta l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ikunu ddepożitaw dokument tar-reġistrazzjoni għal titoli mingħajr ekwità, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali f'konformità mal-Artikolu 9, u jagħżlu li jfasslu prospett bażi, il-prospett bażi għandu jikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni, jew fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali;

(b)

l-informazzjoni li kieku kellha tiġi inkluża fin-nota tat-titoli rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-kondizzjonijiet finali fejn il-kondizzjonijiet finali mhumiex inklużi fil-prospett bażi.

7.   L-informazzjoni speċifika dwar kull wieħed mit-titoli differenti inklużi fi prospett bażi għandha tkun segregata b'mod ċar.

8.   Sommarju għandu jitfassal biss ladarba l-kondizzjonijiet finali jkunu inklużi fil-prospett bażi, jew f'suppliment, jew ikunu ddepożitati, u dak is-sommarju għandu jkun speċifiku għall-ħarġa individwali.

9.   Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun soġġett għall-istess ħtiġijiet bħall-kondizzjonijiet finali, kif stabbiliti f’dan l-Artikolu, u għandhom ikunu annessi magħhom.

Is-sommarju tal-ħarġa individwali għandu jikkonforma mal-Artikolu 7 u għandu jipprovdi dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni ewlenija fil-prospett bażi, inkluż l-informazzjoni ewlenija dwar l-emittent;

(b)

l-informazzjoni ewlenija fil-kondizzjonijiet finali xierqa, inkluż l-informazzjoni ewlenija li ma ġietx inkluża fil-prospett bażi.

Meta l-kondizzjonijiet finali jirreferu għal diversi titoli li huma differenti biss f’ċerti dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data ta’ maturità, sommarju wieħed tal-ħruġ individwali jista’ jintrabat ma’ dawk it-titoli kollha, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni li tirreferi għat-titoli differenti tkun segregata b’mod ċar.

10.   L-informazzjoni li tinsab fil-prospett bażi għandha, fejn meħtieġ, tkun issupplimentata f’konformità mal-Artikolu 23.

11.   Offerta ta' titoli lill-pubbliku tista’ tkompli wara l-iskadenza tal-prospett bażi li taħtu kienet bdiet bil-kondizzjoni li prospett bażi sussegwenti jiġi approvat u ppubblikat sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti. Il-kondizzjonijiet finali ta’ offerta bħal din għandhom jinkludu twissija prominenti fuq l-ewwel paġna tagħha li tindika l-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti u fejn il-prospett bażi sussegwenti ser ikun ippubblikat. Il-prospett bażi sussegwenti għandu jinkludi jew jinkorpora b’referenza l-formola tal-kondizzjonijiet finali mill-prospett bażi inizjali u jirreferi għall-kondizzjonijiet finali li huma rilevanti għall-offerta kontinwa.

Dritt tal-irtirar skont l-Artikolu 23(2) għandu japplika wkoll għall-investituri li jkunu qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli matul il-perijodu tal-validità tal-prospett bażi preċedenti, ħlief jekk it-titoli jkunu diġà ngħataw lilhom.

Artikolu 9

Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali

1.   Kwalunkwe emittent li t-titoli tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew MTF jista’ jfassal għal kull sena finanzjarja dokument tar-reġistrazzjoni universali fil-forma ta' dokument tar-reġistrazzjoni universali li jiddeskrivi l-organizzazzjoni, in-negozju, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u l-prospetti, il-governanza u l-istruttura tal-ishma tal-kumpannija.

2.   Kwalunkwe emittent li jagħżel li jfassal dokument tar-reġistrazzjoni universali għal kull sena finanzjarja għandu jissottomettih għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2) u (4).

Wara li l-emittent kellu dokument tar-reġistrazzjoni universali approvat mill-awtorità kompetenti għal kull sena finanzjarja għal sentejn finanzjarji konsekuttivi, id-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali sussegwenti jistgħu jiġu ddepożitati għand l-awtorità kompetenti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel.

Jekk l-emittent, minn hemm 'il quddiem, jonqos milli jiddepożita dokument tar-reġistrazzjoni universali għal sena finanzjarja waħda, il-benefiċċju tad-depożitu mingħajr l-approvazzjoni minn qabel jintilef u d-dokumenti kollha sussegwenti tar-reġistrazzjoni universali għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni sakemm il-kondizzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu terġa’ tkun sodisfatta.

Fl-applikazzjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti, l-emittent għandu jindika jekk id-dokument tar-reġistrazzjoni universali hux sottomess għall-approvazzjoni jew hux iddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel.

Meta l-emittent imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jitlob in-notifika tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu skont l-Artikolu 26, huwa għandu jippreżenta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu għall-approvazzjoni, inkluż kwalunkwe emenda għal dan li ġiet depożitata qabel.

3.   L-emittenti li, qabel il-21 ta’ Lulju 2019, kellhom dokument tar-reġistrazzjoni, imfassal f'konformità mal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 809/2004 (21), approvat minn awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn finanzjarji konsekuttivi u li wara ġie ddepożitat, f'konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/71/KE, jew fejn tali dokument tar-reġistrazzjoni ġie approvat kull sena, għandhom ikunu awtorizzati biex jiddepożitaw dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu mill-21 ta’ Lulju 2019.

4.   Ladarba jkun ġie approvat jew iddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, kif ukoll l-emendi għal dan imsemmija fil-paragrafi 7 u 9 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed, f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21.

5.   Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-lingwa stipulati fl-Artikolu 27.

6.   L-informazzjoni tista’ tkun inkorporata b’referenza f’dokument tar-reġistrazzjoni universali skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19.

7.   Wara li jiġi ddepożitat jew approvat dokument tar-reġistrazzjoni universali, l-emittent jista’ f'kwalunkwe ħin jaġġorna l-informazzjoni li jkun fih billi jiddepożita emenda għal dan mal-awtorità kompetenti. Soġġett għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 10(3), id-depożitu tal-emenda mal-awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ approvazzjoni.

8.   L-awtorità kompetenti tista’ f'kull ħin tirrevedi l-kontenut ta’ kwalunkwe dokument tar-reġistrazzjoni universali li jkun ġie ddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, kif ukoll il-kontenut ta' kwalunkwe emenda għal dan.

Ir-reviżjoni mill-awtorità kompetenti għandha tikkonsisti mill-iskrutinju tal-kompletezza, il-konsistenza u l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni mogħtija fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan.

9.   Meta l-awtorità kompetenti, matul ir-reviżjoni, issib li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma jissodisfax l-istandards ta’ kompletezza, intelliġibbiltà u konsistenza, jew li huma meħtieġa emendi jew informazzjoni supplimentari, din għandha tinnotifika lill-emittent.

Talba għal emenda jew informazzjoni supplimentari indirizzata mill-awtorità kompetenti lill-emittent teħtieġ tiġi kkunsidrata biss mill-emittent fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali sussegwenti ddepożitat għas-sena finanzjarja ta’ wara, ħlief fejn l-emittent jixtieq juża dokument tar-reġistrazzjoni universali bħala parti kostitwenti ta’ prospett sottomess għall-approvazzjoni. F’dak il-każ, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali sa mhux aktar tard mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(6).

B’deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-emittent li r-rikjesta tiegħu għall-emendi jew informazzjoni supplimentari tikkonċerna ommissjoni materjalijew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x’aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għal valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr dewmien żejjed.

L-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-emittent jipproduċi verżjoni konsolidata tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali emendat, meta tali verżjoni konsolidata tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni pprovduta f’dak id-dokument. Emittent jista’ volontarjament jinkludi verżjoni konsolidata tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali emendat tiegħu f’anness għall-emenda.

10.   Il-paragrafi 7 u 9 għandhom japplikaw biss meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma jintużax bħala parti kostitwenti ta’ prospett. Kull meta dokument tar-reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett, huwa biss l-Artikolu 23 dwar is-suppliment ta' prospett li għandu japplika mill-mument meta l-prospett jiġi approvat sal-għeluq finali tal-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew, skont il-każ, il-ħin meta l-kummerċ f’suq regolat jibda, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar.

11.   Emittent li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel jew fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkollu l-istatus ta’ emittent frekwenti u għandu jibbenefika mill-proċess ta’ approvazzjoni aktar mgħaġġel f'konformità mal-Artikolu 20(6), bil-kondizzjoni li:

(a)

mad-depożitu jew is-sottomissjoni għall-approvazzjoni ta' kull dokument tar-reġistrazzjoni universali, l-emittent jipprovdi konferma bil-miktub lill-awtorità kompetenti li, sa fejn ikun jaf, l-informazzjoni regolata kollha li huwa kien meħtieġ jiddivulga skont id-Direttiva 2004/109/KE, jekk applikabbli, u skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tkun ġiet iddepożitata u ppubblikata f'konformità ma' dawk l-atti matul l-aħħar 18-il xahar jew tul il-perijodu meta jkun beda l-obbligu ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni regolata, skont liema jkun l-iqsar; u

(b)

meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet reviżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8, l-emittent ikun emenda d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu f'konformità mal-paragrafu 9.

Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma tiġix sodisfatta mill-emittent, l-istatus ta’ emittent frekwenti għandu jintilef.

12.   Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ddepożitat għand jew approvat mill-awtorità kompetenti jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn erba’ xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, u dan ikun fih l-informazzjoni meħtieġa li tkun żvelata fir-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju annwali meħtieġ minn dan l-Artikolu.

Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali, jew emenda għal dan, tiġi ddepożitata għand jew approvata mill-awtorità kompetenti u ssir pubblika mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, u fiha jkun hemm l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żvelata fir-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur previst taħt dak l-Artikolu.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-emittent:

(a)

għandu jinkludi fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali lista b’kontroreferenzi li tidentifika fejn jista’ jinstab kull punt meħtieġ fir-rapporti finanzjarji annwali u ta’ nofs is-sena fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali;

(b)

għandu jiddepożita dokument tar-reġistrazzjoni universali f'konformità mal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2004/109/KE u jagħmlu disponibbli għall-mekkaniżmu magħżul b’mod uffiċjali msemmi fl-Artikolu 21(2) ta' dik id-Direttiva;

(c)

għandu jinkludi fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà bl-użu tat-termini mitluba mill-punt (c) tal-Artikolu 4(2) u l-punt (c) tal-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva.

13.   Il-paragrafu 12 għandu japplika biss meta l-Istat Membru ta' domiċilju tal-emittent għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa wkoll l-Istat Membru ta' domiċilju għall-finijiet tad-Direttiva 2004/109/KE, u fejn il-lingwa tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/109/KE.

14.   Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji għall-iskrutinju u r-reviżjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan, u l-proċeduri għall-approvazzjoni u d-depożitu ta' dawk id-dokumenti kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom l-istatus ta' emittent frekwenti jintilef.

Artikolu 10

Prospetti li jikkonsistu minn dokumenti separati

1.   Emittent li diġà kellu dokument tar-reġistrazzjoni approvat minn awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ iħejji biss in-nota tat-titoli u s-sommarju, fejn applikabbli, meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. F’dak il-każ, in-nota tat-titoli u s-sommarju għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

Meta, mill-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni ’il quddiem, ikun hemm fattur sinifikanti ġdid, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tat-titoli, għandu jkun sottomess għall-approvazzjoni suppliment għad-dokument tar-reġistrazzjoni, l-aktar tard fl-istess ħin bħan-nota tat-titoli u s-sommarju. Id-dritt li jiġu rtirati l-aċċettazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 23(2) ma għandux japplika f’dak il-każ.

Id-dokument tar-reġistrazzjoni u s-suppliment tiegħu, fejn applikabbli, akkumpanjat bin-nota tat-titoli u s-sommarju għandu jikkostitwixxi prospett, ladarba approvat mill-awtorità kompetenti.

2.   Ladarba jkun approvat, id-dokument tar-reġistrazzjoni għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed u f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21.

3.   Emittent li diġà kellu dokument tar-reġistrazzjoni universali approvat mill-awtorità kompetenti, jew li jkun iddepożita dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr approvazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), għandu jintalab iħejji biss in-nota tat-titoli u s-sommarju meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun diġà ġie approvat, in-nota tat-titoli, is-sommarju u l-emendi kollha għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali ddepożitati sa mill-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

Meta l-emittent ikun iddepożita dokument universali tar-reġistrazzjoni mingħajr approvazzjoni, id-dokument sħiħ, inkluż l-emendi għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni, minkejja l-fatt li dawk id-dokumenti jibqgħu separati.

Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, emendat f'konformità mal- Artikolu 9(7) jew (9), flimkien man-nota tat-titoli u s-sommarju għandhom jikkostitwixxu prospett, ladarba approvati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

Responsabbiltà marbuta mal-prospett

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija fi prospett, u kwalunkwe suppliment tiegħu, tkun marbuta tal-inqas mal-emittent jew il-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tiegħu, l-offerent, il-persuna li tagħmel talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-garanti, skont il-każ. Il-persuni responsabbli għall-prospett, u kwalunkwe suppliment tiegħu, għandhom ikunu identifikati b’mod ċar fil-prospett b’isimhom u l-funzjonijiet tagħhom jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll dikjarazzjonijiet tagħhom li, sa fejn ikunu jafu, l-informazzjoni li tkun tinsab fil-prospett tkun f'konformità mal-fatti u li l-prospett ma jħalli xejn barra li x’aktarx jaffettwa l-importanza tiegħu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal dawk il-persuni responsabbli mill-informazzjoni mogħtija f'prospett.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil xi persuna esklużivament abbażi tas-sommarju skont l-Artikolu 7 jew is-sommarju speċifiku ta’ prospett UE tat-Tkabbir skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm:

(a)

huwa jkun ta’ żgwida, ineżatt jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett; jew

(b)

ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, informazzjoni ewlenija sabiex jgħin lil investituri meta jikkunsidraw jekk jinvestux fit-titoli.

3.   Ir-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f’dokument tar-reġistrazzjoni jew f'dokument tar-reġistrazzjoni universali għandha tkun marbuta mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 biss f’każijiet fejn id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett approvat.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE meta l-informazzjoni f’dawk l-Artikoli tiġi inkluża f’dokument tar-reġistrazzjoni universali.

Artikolu 12

Validità ta’ prospett, dokument tar-reġistrazzjoni u dokument tar-reġistrazzjoni universali

1.   Prospett, kemm jekk ikun dokument uniku kif ukoll jekk jikkonsisti minn dokumenti separati, għandu jkun validu għal 12-il xahar wara li jiġi approvat għal offerti lill-pubbliku jew ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat, bil-kondizzjoni li jkun komplut b’kwalunkwe suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 23.

Meta prospett ikun jikkonsisti minn dokumenti separati, il-perijodu ta’validità għandu tibda wara l-approvazzjoni tan-nota tat-titoli.

2.   Dokument tar-reġistrazzjoni li jkun ġie approvat qabel għandu jkun validu biex jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett għal 12-il xahar wara l-approvazzjoni tiegħu.

It-tmiem tal-validità ta’ tali dokument tar-reġistrazzjoni ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ prospett li jkun parti kostitwenti tiegħu.

3.   Dokument tar-reġistrazzjoni universali għandu jkun validu biex jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett għal 12-il xahar wara l-approvazzjoni tiegħu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) jew wara d-depożitu tiegħu kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2).

It-tmiem tal-validità ta’ tali dokument tar-reġistrazzjoni universali ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ prospett li jkun parti kostitwenti tiegħu.

KAPITOLU III

KONTENUT U FORMAT TAL-PROSPETT

Artikolu 13

Informazzjoni minima u format

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissuplimenta dan ir-Regolament rigward il-format tal-prospett, il-prospett bażi u l-kondizzjonijiet finali, u l-iskedi li jiddefinixxu l-informazzjoni speċifika li trid tkun inkluża fi prospett, inkluż LEIs u ISINs, filwaqt li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun magħmul minn dokumenti separati.

B'mod partikolari, meta jiġu stabbiliti l-iskedi varji ta’ prospett, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:

(a)

it-tipi varji ta’ informazzjoni meħtieġa mill-investituri fejn jidħlu t-titoli ta’ ekwità mqabbla mat-titoli mingħajr ekwità; għandu jiġi segwit metodu konsistenti rigward l-informazzjoni meħtieġa fi prospett għat-titoli li jkollhom raġunament ekonomiku simili, partikolarment it-titoli derivattivi;

(b)

it-tipi varji u l-karatteristiċi varji tal-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità;

(c)

il-format użat u l-informazzjoni meħtieġa fil-prospetti bażi li jirrelataw ma' titoli mingħajr ekwità, inkluż il-warrants f'kwalunkwe għamla;

(d)

fejn applikabbli, in-natura pubblika tal-emittent;

(e)

fejn applikabbli, in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-emittent.

Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, meta jiġu stabbiliti l-iskedi varji tal-prospett, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi tal-informazzjoni għall-prospetti li jirrigwardjaw l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità li:

(a)

għandhom jiġu nnegozjati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kwalifikati biss għandhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ negozju ta’ titoli bħal dawn; jew

(b)

ikollhom denominazzjoni għal kull unità ta’ mill-inqas EUR 100 000.

Dawk ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu adegwati, b’kont meħud tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-investituri kkonċernati.

2.   Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-iskeda li tiddefinixxi l-informazzjoni minima li trid tkun inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali.

Tali skeda għandha tiżgura li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-emittent sabiex l-istess dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun jista’ jintuża bl-istess mod għall-offerta sussegwenti għall-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta’ titoli ta’ ekwità jew mingħajr ekwità. Rigward l-informazzjoni finanzjarja, ir-reviżjoni operattiva u finanzjarja kif ukoll il-prospetti u l-governanza korporattiva, din l-informazzjoni għandha tkun allinjata kemm jista’ jkun mal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żvelata fir-rapporti finanzjarji annwali u ta’ kull sitt xhur imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, inkluż ir-rapport ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva.

3.   L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards fil-qasam tal-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja stabbiliti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet tat-titoli, b’mod partikolari mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) u l-Annessi I, II u III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Reġim simplifikat ta’ żvelar għall-ħruġ sekondarju

1.   Il-persuni li ġejjin jistgħu jagħżlu li jfasslu prospett simplifikat taħt ir-reġim simplifikat ta’ żvelar għall-ħruġ sekondarju, fil-każ ta’ offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ta’ ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f’suq regolat:

(a)

emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-inqas l-aħħar 18-il xahar u li joħorġu titoli funġibbli b’titoli eżistenti li jkunu nħarġu preċedentement;

(b)

emittenti li t-titoli ta’ ekwità tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-inqas l-aħħar 18-il xahar u li joħorġu titoli mingħajr ekwità;

(c)

offerenti ta’titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-inqas l-aħħar 18-il xahar.

Il-prospett simplifikat għandu jikkonsisti minn sommarju f’konformità mal-Artikolu 7, dokument speċifiku tar-reġistrazzjoni li jista’ jintuża mill-persuni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-pragrafu u nota speċifika tat-titoli li tista’ tintuża mill-persuni msemmija fil-punti (a) u (c) ta' dak is-subparagrafu.

2.   B'deroga mill-Artikolu 6(1), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1), il-prospett simplifikat għandu jinkludi l-informazzjoni mqassra rilevanti li hija meħtieġa biex l-investituri jkunu jistgħu jifhmu:

(a)

il-prospetti tal-emittent u l-bidliet sinifikanti fin-negozju u l-pożizzjoni finanzjarja tal-emittent u l-garanti li jkunu saru mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja, jekk ikun hemm;

(b)

id-drittijiet marbuta mat-titoli;

(c)

ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent, inkluż fuq l-istruttura kapitali globali tiegħu, u l-użu tad-dħul.

L-informazzjoni li tinsab fil-prospett simplifikat għandha tinkiteb u tiġi ppreżentata f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri sabiex jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment. Hija għandha tieħu kont ukoll tal-informazzjoni regolata li tkun diġà ġiet żvelata lill-pubbliku skont id-Direttiva 2004/109/KE, fejn applikabbli, u r-Regolament (UE) Nru 596/2014.

3.   Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-iskedi li jispeċifikaw l-informazzjoni mqassra li trid tiġi inkluża fir-reġim simplifikat ta’ żvelar imsemmi fil-paragrafu 1.

L-iskedi għandhom jinkludu b'mod partikolari:

(a)

l-informazzjoni finanzjarja annwali u ta’ nofs is-sena ppubblikata matul it-12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-prospett;

(b)

fejn applikabbli, previżjonijiet u stimi tal-profitt;

(c)

sommarju konċiż tal-informazzjoni rilevanti żvelata skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 matul it-12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-prospett;

(d)

fatturi ta’ riskju;

(e)

għal titoli ta’ ekwità, id-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju, id-dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta’ dejn, żvelar ta’ konflitti ta’ interess rilevanti u tranżazzjonijiet relatati mal-parti, azzjonisti maġġuri u, fejn applikabbli, informazzjoni finanzjarja pro forma.

Meta tispeċifika l-informazzjoni mqassra li għandha tiġi inkluża fir-reġim simplifikat ta’ żvelar, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-ħtieġa li jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ fondi fis-swieq kapitali u l-importanza li jitnaqqas il-kost tal-kapital. Sabiex jiġi evitat li jiġu imposti piżijiet bla bżonn fuq l-emittenti, meta tispeċifika l-informazzjoni mqassra, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ukoll tal-informazzjoni li l-emittent diġà huwa mitlub jiżvela skont id-Direttiva 2004/109/KE, fejn applikabbli, u r-Regolament (UE) Nru 596/2014. Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkalibra l-informazzjoni mqassra sabiex tiffoka fuq l-informazzjoni li hija rilevanti għal ħruġ sekondarju u tkun proporzjonata.

Artikolu 15

Prospett UE tat-Tkabbir

1.   Il-persuni li ġejjin jistgħu jagħżlu li jfasslu Prospett UE tat-Tkabbir taħt ir-reġim ta’ żvelar proporzjonat stabbilit f’dan l-Artikolu fil-każ ta’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku bil-kondizzjoni li dawn ma jkollhom l-ebda titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat:

(a)

SMEs;

(b)

emittenti, li mhumiex SMEs, li t-titoli tagħhom huma nnegozjati jew għandhom jiġu nnegozjati f’suq tal-SME li qed jespandi, bil-kondizzjoni li dawn l-emittenti kellhom medja tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ anqas minn EUR 500 000 000 abbażi tal-kwoti tal-aħħar tas-sena għat-tliet snin kalendarji preċedenti;

(c)

emittenti, apparti dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), meta l-offerta ta' titoli lill-pubbliku hija ta’ korrispettiv totali fl-Unjoni li ma jaqbiżx l-EUR 20 000 000 ikkalkulat fuq perijodu ta’ 12-il xahar, u bil-kondizzjoni li emittenti bħal dawn ma jkollhomx titoli nnegozjati f’MTF u jkollhom għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja preċedenti sa 499;

(d)

offerenti ta’ titoli maħruġa minn emittenti msemmija fil-punti (a) u (b).

Prospett UE tat-Tkabbir taħt ir-reġim proporzjonat ta' żvelar għandu jkun dokument b’format standardizzat, miktub b’lingwaġġ sempliċi u li jkun faċli għall-emittenti biex ilestuh. Huwa għandu jikkonsisti minn sommarju speċifiku bbażat fuq l-Artikolu 7, dokument ta’ reġistrazzjoni speċifiku u nota tat-titoli speċifika. L-informazzjoni fil-Prospett UE tat-Tkabbir għandha tkun preżenti f'sekwenza standardizzata f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2.

2.   Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifikaw il-kontenut imqassar u l-format standardizzat u s-sekwenza għall-Prospett UE tat-Tkabbir, kif ukoll il-kontenut imqassar u l-format standardizzat tas-sommarju speċifiku.

Is-sommarju speċifiku ma għandu jimponi l-ebda piż jew spejjeż addizzjonali fuq l-emittenti minħabba li huwa għandu jirrikjedi biss l-informazzjoni rilevanti diġà inkluża fil-Prospett UE tat-Tkabbir. Meta tispeċifika l-format standardizzat tas-sommarju speċifiku, il-Kummissjoni għandha tikkalibra r-rekwiżiti sabiex tiżgura li huwa iqsar mis-sommarju previst fl-Artikolu 7.

Meta tispeċifika l-kontenut imqassar u l-format u s-sekwenza standardizzati tal-Prospett UE tat-Tkabbir, il-Kummissjoni għandha tikkalibra r-rekwiżiti biex jiffukaw fuq:

(a)

l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti għall-investituri meta jagħmlu deċiżjoni dwar l-investiment;

(b)

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-proporzjonalità bejn id-daqs tal-kumpannija u l-ispejjeż biex tipproduċi prospett.

Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

(a)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Prospett UE tat-Tkabbir ikun notevolment eħfef mill-prospett standard f'termini ta' piżijiet amministrattivi u ta' spejjeż għall-emittenti;

(b)

il-ħtieġa li tiffaċilita l-aċċess għas-swieq kapitali għall-SMEs u jiġu mminimizzati l-ispejjeż għall-SMEs filwaqt li tiżgura l-fiduċja tal-investituri li jinvestu f’dawn il-kumpanniji;

(c)

it-tipi varji ta’ informazzjoni relatata ma’ titoli ta’ ekwità u mingħajr ekwità meħtieġa mill-investituri.

Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-Annessi IV u V.

Artikolu 16

Fatturi ta’ riskju

1.   Il-fatturi ta’ riskju li jidhru fi prospett għandhom ikunu limitati għal riskji li huma speċifiċi għall-emittent u/jew għat-titoli u li huma materjali biex tittieħed deċiżjoni infurmata dwar l-investiment, kif ikkorroborat mill-kontenut tad-dokument tar-reġistrazzjoni u n-nota tat-titoli.

Meta jitfassal il-prospett, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandhom jivvalutaw il-materjalità tal-fatturi ta’ riskju bbażati fuq il-probabbiltà tal-okkorrenza tagħhom u l-kobor mistenni tal-impatt negattiv tagħhom.

Kull fattur ta’ riskju għandu jiġi deskritt b’mod adegwat, billi jiġi spjegat kif jaffettwa lill-emittent jew lit-titoli li jkunu qed jiġu offruti jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ. Il-valutazzjoni tal-materjalità tal-fatturi ta' riskju previsti fit-tieni subparagrafu jistgħu wkoll jiġu żvelati bl-użu ta' skala kwalitattiva ta’ baxx, medju jew għoli.

Il-fatturi ta’ riskju għandhom jiġu ppreżentati f’għadd limitat ta’ kategoriji skont in-natura tagħhom. F’kull kategorija għandhom jissemmew l-ewwel l-aktar fatturi ta’ riskju materjali skont il-valutazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu.

2.   Il-fatturi ta' riskju għandhom jinkludu wkoll dawk li jirriżultaw mil-livell ta' subordinazzjoni ta' titolu u l-impatt fuq id-daqs jew it-tempistika mistennija tal-pagamenti lid-detenturi tat-titoli f'każ ta' falliment, jew kwalunkwe proċedura oħra simili, inkluż, jekk ikun il-każ, l-insolvenza ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ir-riżoluzzjoni jew ir-ristrutturar tagħha f'konformità mad-Direttiva 2014/59/UE.

3.   Meta jkun hemm garanzija marbuta mat-titoli, il-prospett għandu jkun fih il-fatturi ta’ riskju speċifiċi u materjali li għandhom x’jaqsmu mal-garanti safejn dawn ikunu rilevanti għall-kapaċità tal-garanti li jwettaq l-impenn tiegħu skont il-garanzija.

4.   Sabiex tinkoraġġixxi żvelar adegwat u ffukat tal-fatturi ta’ riskju, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fir-reviżjoni tagħhom tal-ispeċifiċità u l-materjalità tal-fatturi ta’ riskju u tal-preżentazzjoni tal-fatturi ta’ riskju fil-kategoriji skont in-natura tagħhom.

5.   Is-setgħa ts’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji speċifiċi għall-valutazzjoni tal-ispeċifiċità u l-materjalità tal-fatturi ta’ riskju u għall-preżentazzjoni tal-fatturi ta’ riskju fil-kategoriji skont in-natura tagħhom.

Artikolu 17

Il-prezz finali tal-offerta u l-ammont ta’ titoli

1.   Fejn il-prezz finali tal-offerta u/jew l-ammont ta’ titoli li għandhom jiġu offruti lill-pubbliku, kemm jekk espressi f’għadd ta’ titoli kif ukoll bħala ammont nominali aggregat, ma jistgħux jiġu inklużi fil-prospett:

(a)

l-aċċettazzjonijiet tax-xiri jew is-sottoskrizzjoni ta’ titoli jistgħu jiġu rtirati għal mhux inqas minn jumejn ta' xogħol wara li jkunu ġew iddepożitati l-prezz tal-offerta finali u/jew l-ammont ta’ titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku, jew

(b)

dan li ġej għandu jiġi żvelat fil-prospett:

(i)

il-prezz massimu u/jew l-ammont massimu ta’ titoli, safejn dawn ikunu disponibbli; jew

(ii)

il-metodi u l-kriterji ta’ valutazzjoni, u/jew il-kondizzjonijiet, li l-prezz tal-offerta finali jridu jiġi determinat f’konformità magħhom u spjegazzjoni ta' kwalunkwe metodu ta’ valutazzjoni użat;

2.   Il-prezz tal-offerta finali u l-ammont ta’ titoli għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u jkunu disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 18

Ommissjoni ta’ informazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tista’ tawtorizza l-ommissjoni mill-prospett, jew minn partijiet kostitwenti minnu, ta’ ċerta informazzjoni li ser tiġi inkluża fih, fejn hi tqis li xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:

(a)

l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jkun kuntrarju għall-interess pubbliku;

(b)

l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jkun ta’ detriment serju għall-emittent jew lill-garanti, jekk ikun hemm, sakemm l-ommissjoni ta’ tali informazzjoni aktarx ma tiżgwidax lill-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-offerent jew il-garanti, jekk ikun hemm, u tad-drittijiet marbuta mat-titoli kkonċernati ma’ dan il-prospett;

(c)

din l-informazzjoni tkun ta’ importanza minuri fir-rigward ta’ offerta speċifika jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat u ma taffettwax il-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent jew il-garanti, jekk ikun hemm.

L-awtorità kompetenti għandha tibgħat rapport lill-ESMA fuq bażi annwali dwar l-informazzjoni li l-ommissjoni tagħha tkun ġiet awtorizzata minnha.

2.   Soġġett għall-fatt li tiġi pprovduta infomrazzjoni adegwata lill-investituri, fejn, b’mod eċċezzjonali, ċerta informazzjoni meħtieġa li trid tiġi inkluża fi prospett, jew partijiet kostitwenti minnu, ma tkunx xierqa għall-isfera ta’ attività jew għall-forma ġuridika tal-emittent jew tal-garanti, jekk ikun hemm, jew għat-titoli li magħhom ikollu x’jaqsam il-prospett, il-prospett, jew partijiet kostitwenti minnu, għandu jkun fih informazzjoni ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa, sakemm ma jkun hemm l-ebda informazzjoni bħal din.

3.   Fejn it-titoli jkunu garantiti minn Stat Membru, emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun qed jitfassal prospett f'konformità mal-Artikolu 4, għandhom ikunu intitolati li jħallu barra informazzjoni li tappartjeni għal dak l-Istat Membru.

4.   L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-każijiet fejn l-informazzjoni tista’ titħalla barra f'konformità mal-paragrafu 1, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rapporti tal-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19

Inkorporazzjoni b’referenza

1.   L-informazzjoni tista’ tkun inkorporata b’referenza fi prospett fejn din tkun ġiet ippubblikata elettronikament qabel jew simultanjament, imfassla f’lingwa li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 27 u fejn tinsab f’wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a)

id-dokumenti li jkunu ġew approvati minn awtorità kompetenti, jew iddepożitati miegħu, f'konformità ma' dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2003/71/KE;

(b)

id-dokumenti msemmija fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 1(4) u l-punti (e) sa (h) u l-punt (j)(v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(5);

(c)

l-informazzjoni regolata;

(d)

l-informazzjoni finanzjarja annwali u interim;

(e)

ir-rapporti tal-awdituri u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(f)

ir-rapporti ta’ ġestjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 5 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(g)

id-dikjarazzjonijiet tal-governanza korporattiva kif imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(h)

rapporti dwar id-determinazzjoni tal-valur ta’ assi jew ta’ kumpannija;

(i)

rapporti tar-remunerazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9b tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(j)

rapporti annwali jew kwalunkwe żvelar ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24);

(k)

memorandum u artikli ta’ assoċjazzjoni.

Tali informazzjoni għandha tkun dik l-iktar reċenti disponibbli għall-emittent.

Fejn ċerti partijiet biss ta’ dokument ikunu inkorporati b’referenza, għandha tiddaħħal dikjarazzjoni fil-prospett li l-partijiet mhux inkorporati jew mhumiex rilevanti għall-investitur jew huma koperti xi mkien ieħor fil-prospett.

2.   Meta tiġi inkorporata l-informazzjoni b’referenza, l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. B’mod partikolari, għandha tiġi pprovduta lista ta’ kontroreferenza fil-prospett sabiex tgħin lill-investituri jidentifikaw faċilment punti speċifiċi ta’ informazzjoni, u l-prospett għandu jkun fih hyperlinks għad-dokumenti kollha li jinkludu informazzjoni li hija inkorporata b’referenza.

3.   Fejn possibbli flimkien mal-ewwel abbozz tal-prospett ippreżentat lill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ matul il-proċess tar-reviżjoni tal-prospett, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jissottomettu, f'format li bih tista’ titfittex elettronikament, kwalunkwe informazzjoni li tkun inkorporata b’referenza fil-prospett, sakemm informazzjoni bħal din ma tkunx diġà ġiet approvata jew iddepożitata mal-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett.

4.   L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex taġġorna l-lista ta’ dokument stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-inklużjoni ta’ tipi addizzjonali ta’ dokumenti meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni li jridu jiġu ddepożitati mal-awtorità pubblika jew approvati minnha.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU IV

ARRANĠAMENTI GĦALL-APPROVAZZJONI U L-PUBBLIKAZZJONI TAL-PROSPETT

Artikolu 20

Skrutinju u approvazzjoni tal-prospett

1.   Prospett ma għandux jiġi ppubblikat sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx approvatu, jew il-partijiet kostitwenti kollha tiegħu f’konformità mal-Artikolu 10.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, bid-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-prospett fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mis-sottomissjoni tal-abbozz tal-prospett.

Fejn l-awtorità kompetenti tonqos milli tieħu deċiżjoni dwar il-prospett fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’dan il-paragrafu u l-paragrafi 3 u 6, tali nuqqas ma għandux jitqies li jikkostitwixxi l-approvazzjoni tal-applikazzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni tal-prospett u kwalunkwe suppliment għalih kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem l-ewwel jum ta’ xogħol wara li dik l-approvazzjoni tiġi nnotifikata lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat.

3.   Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiġi estiż għal 20 jum ta' xogħol fejn l-offerta lill-pubbliku tinvolvi titoli maħruġa minn emittent ma jkollu ebda titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li preċedentement qatt ma' offra titoli lill-pubbliku.

Il-limitu ta’ żmien ta’ 20 jum ta’ xogħol għandu japplika biss għas-sottomissjoni inizjali tal-abbozz tal-prospett. Fejn is-sottomissjonijiet sussegwenti jkunu meħtieġa f'konformità mal-paragrafu 4, għandu japplika l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti ssib li l-abbozz tal-prospett ma jilħaqx il-livelli ta’ kompletezza, intelliġibbiltà u konsistenza meħtieġa għall-approvazzjoni tiegħu u/jew li jenħtieġu bidliet jew informazzjoni supplimentari:

(a)

hija għandha tinforma lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat dwar dak il-fatt malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jew, kif applikabbli, il-paragrafu 3, kif ikkalkulati mis-sottomissjoni tal-abbozz ta’ prospett u/jew l-informazzjoni supplimentari; u

(b)

hija għandha tispeċifika b’mod ċar il-bidliet jew l-informazzjoni supplimentari meħtieġa.

F’każijiet bħal dawn, il-limitu ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom konsegwentement japplikaw biss mid-data meta abbozz tal-prospett rivedut jew l-informazzjoni supplimentari mitluba jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti.

5.   Meta l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jagħmlu l-bidliet meħtieġa jew jipprovdu l-informazzjoni supplimentari mitluba f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-approvazzjoni tal-prospett u ttemm il-proċess ta’ reviżjoni. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat dwar id-deċiżjoni tagħha u tindika r-raġunijiet għal tali rifjut.

6.   B’deroga mill-paragrafi 2 u 4, il-limiti ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal ħamest ijiem ta' xogħol għal prospett li jikkonsisti f'dokumenti separati mfassla mill-emittenti frekwenti msemmija fl-Artikolu 9(11), inkluż emittenti frekwenti li jużaw il-proċedura ta' notifika previst fl-Artikolu 26. L-emittent frekwenti għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data prevista għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

Emittent frekwenti għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti applikazzjoni li jkun fiha l-emendi meħtieġa għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali, fejn applikabbli, in-nota tat-titoli u s-sommarju sottomess għall-approvazzjoni.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu gwida fuq is-siti web tagħhom dwar il-proċess ta’ skrutinju u approvazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni effiċjenti u f’waqtha tal-prospetti. Tali gwida għandha tinkludi dettalji ta' kuntatt għall-finijiet tal-approvazzjonijiet. L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw u jinteraġġixxu direttament mal-persunal tal-awtorità kompetenti matul il-proċess tal-approvazzjoni tal-prospett.

8.   Fuq talba tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tista’ tittrasferixxi l-approvazzjoni tal-prospett lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, soġġett għan-notifika minn qabel lill-ESMA u bi qbil ma' dik l-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tittrasferixxi d-dokumentazzjoni ddepożitata, flimkien mad-deċiżjoni tagħha li tagħmel it-trasferiment, f’format elettroniku, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor fid-data tad-deċiżjoni tagħha. Tali trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju. Il-limiti ta' żmien stabbilitfl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 għandu japplika mid-data li fiha ttieħdet id-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju. L-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 m’għandux japplika għat-trasferiment tal-approvazzjoni tal-prospett f'konformità ma' dan il-paragrafu. Meta jkun lest it-trasferiment tal-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti li lilha tkun ġiet trasferita l-approvazzjoni tal-prospett għandha titqies li hija l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għal dak il-prospett għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

9.   Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti, li għandha tkompli tkun regolata biss mil-liġi nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti japplikaw biss għall-approvazzjonijiet tal-prospetti mill-awtorità kompetenti tagħhom.

10.   Il-livell tat-tariffi imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospetti, ta’ dokumenti intenzjonati li jsiru parti kostitwenti tal-prospetti f’konformità mal-Artikolu 10 jew tas-supplimenti tal-prospetti kif ukoll għad-depożitu ta’ dokumenti tar-reġistrazzjoni universali, l-emendi għal dawn u l-kondizzjonijiet finali, għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati u għandhom ikunu żvelati lill-pubbliku mill-inqas fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti.

11.   Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji għall-iskrutinju tal-prospetti, b’mod partikolari l-kompletezza, l-intelliġibbiltà u l-konsistenza tal-informazzjoni li tinsab fih, u l-proċeduri għall-approvazzjoni tal-prospetti.

12.   L-ESMA għandha tuża s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tippromwovi l-konverġenza superviżorja fir-rigward tal-proċessi ta’ skrutinju u ta’ approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta jevalwaw il-kompletezza, il-konsistenza u l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni li tinsab fi prospett. Għal dak il-għan, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti dwar is-superviżjoni u l-infurzar fir-rigward ta’ prospetti, li jkopru l-eżami tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan. B’mod partikolari, l-ESMA għandha trawwem il-konverġenza fir-rigward tal-effiċjenza, il-metodi u ż-żmien tal-iskrutinju mill-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni mogħtija fil-prospett, billi tuża b’mod partikolari r-reviżjonijiet bejn il-pari skont il-paragrafu 13.

13.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha torganizza u twettaq tal-anqas evalwazzjoni bejn il-pari waħda tal-proċeduri ta’ skrutinju u ta’ approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, inklużi n-notifiki tal-approvazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tivvaluta wkoll l-impatt ta’ approċċi differenti rigward l-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-kapaċità tal-emittenti li jiġbru l-kapital fl-Unjoni. Ir-rapport dwar ir-reviżjoni bejn il-pari għandu jiġi ppubblikat sal-21 ta’ Lulju 2022. Fil-kuntest tar-reviżjoni bejn il-pari, l-ESMA għandha tikkunsidra l-opinjonijiet jew il-pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21

Pubblikazzjoni tal-prospett

1.   Ladarba approvat, il-prospett għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi żmien raġonevoli bil-quddiem, u l-aktar tard fil-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli involuti.

Fil-każ ta’ offerta inizjali lill-pubbliku ta’ klassi ta’ ishma li hija ammessa għall-kummerċ f’suq regolat għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mill-inqas sitt ijiem ta' xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.

2.   Il-prospett, kemm jekk ikun dokument uniku kif ukoll jekk ikun jikkonsisti f’dokumenti separati, għandu jitqies disponibbli għall-pubbliku meta dan jiġi ppubblikat f’forma elettronika fuq kwalunkwe waħda minn dawn is-siti web:

(a)

is-sit web tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

(b)

is-sit web tal-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu;

(c)

is-sit web tas-suq regolat meta tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ, jew meta ma tintalab l-ebda ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, is-sit web tal-operatur tal-MTF.

3.   Il-prospett kollu għandu jiġi ppubblikat f’taqsima dedikata tas-sit web li tkun faċilment aċċessibbli meta wieħed jidħol fis-sit web. Dan għandu jkun jista’ jitniżżel, jiġi stampat u f’format li jitfittex elettronikament u ma jistax jiġi modifikat.

Id-dokumenti li fihom informazzjoni inkorporata b’referenza fil-prospett, is-supplimenti u/jew il-kondizzjonijiet finali marbuta mal-prospett u kopja separata tas-sommarju għandhom ikunu aċċessibbli taħt l-istess taqsima flimkien mal-prospett, inkluż permezz ta' hyperlinks fejn meħtieġ.

Il-kopja separata tas-sommarju għandha tindika b’mod ċar ma’ liema prospett hija relatata.

4.   L-aċċess għall-prospett m’għandux ikun soġġett għat-tlestija ta' proċess ta’ reġistrazzjoni, l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta' responsabbiltà li tillimita r-responsabbiltà legali jew il-ħlas ta’ tariffa. Twissijiet li jispeċifikaw il-ġurisdizzjoni(jiet) li fiha/fihom tkun qed issir offerta jew ammissjoni għall-kummerċ ma għandhomx jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li tillimita r-responsabbiltà legali.

5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-prospetti kollha approvati jew għall-inqas il-lista tal-prospetti approvati, inkluża hyperlink għat-taqsimiet dedikati tas-sit web msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll bħala identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 25. Il-lista ppubblikata, inklużi l-hyperlinks, għandha tinżamm aġġornata u kull parti għandha tibqa’ fuq is-sit web mill-inqas għall-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

Fl-istess żmien li tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni ta’ prospett jew kwalunkwe suppliment għal dan, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ESMA b’kopja elettronika tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tagħha mill-ESMA fil-mekkaniżmu ta’ ħażna msemmi fil-paragrafu 6 u għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 47.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni dwar in-notifiki kollha sottomessi skont l-Artikolu 25.

6.   L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tippubblika l-prospetti kollha li jkunu waslu mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web tagħha, inkluż kwalunkwe suppliment għal dawn, il-kondizzjonijiet finali u t-traduzzjonijiet relatati fejn applikabbli, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jkunu ġew notifikati skont l-Artikolu 25. Il-pubblikazzjoni għandha tkun żgurata permezz ta’ mekkaniżmu ta’ ħażna li jipprovdi lill-pubbliku aċċess mingħajr ħlas u funzjonijiet ta’ tfittxija.

7.   Il-prospetti kollha approvati għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku fil-forma elettronika għal mill-inqas 10 snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-siti web imsemmija fil-paragrafi 2 u 6.

Meta jintużaw hyperlinks għal informazzjoni inkorporata permezz ta’ referenza fil-prospett, u s-supplimenti u/jew il-kondizzjonijiet finali relatati mal-prospett, tali hyperlinks għandhom ikunu funzjonali għall-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.

8.   Prospett approvat għandu jinkludi twissija prominenti li tiddikjara meta tiskadi l-validità tal-prospett. It-twissija għandha tiddikjara wkoll li l-obbligu li prospett jiġi ssupplimentat fil-każ ta' fatturi ġodda sinifikanti, żbalji materjali jew ineżattezzi materjali, ma japplikax meta prospett ma jibqax validu.

9.   Fil-każ ta’ prospett li jkun fih diversi dokumenti u/jew li jinkorpora informazzjoni b’referenza, id-dokumenti u l-informazzjoni li jikkostitwixxu l-prospett jistgħu jiġu ppubblikati u distribwiti separatament sakemm dawk id-dokumenti jkunu disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-paragrafu 2. Meta prospett jikkonsisti minn dokumenti separati f’konformità mal-Artikolu 10, kull wieħed minn dawk id-dokumenti kostitwenti, għajr dokumenti inkorporati permezz ta’ referenza, għandhom jindikaw li hija biss parti waħda tal-prospett u minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti kostitwenti l-oħra.

10.   It-test u l-format tal-prospett, u kwalunkwe suppliment għall-prospett li jkun disponibbli għall-pubbliku għandhom f’kull ħin ikunu identiċi għall-verżjoni oriġinali approvata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

11.   Kopja tal-prospett fuq mezz durevoli għandha tintbagħat lil kwalunkwe investitur potenzjali, fuq talba u mingħajr ħlas, mill-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew l-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew ibiegħu t-titoli. Fil-każ li investitur potenzjali jagħmel talba speċifika għal kopja stampata, l-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew intermedjarju finanzjarju li jqiegħed jew ibiegħ it-titoli għandu jibgħat verżjoni stampata tal-prospett. L-għoti għandu jkun limitat għall-ġurisdizzjonijiet li fihom issir l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew fejn l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat qed issir taħt dan ir-Regolament.

12.   L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti relatati mal-pubblikazzjoni tal-prospett.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

13.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti msemmija fil-paragrafu 5 u l-arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li tali data, inklużi l-ISINs tat-titoli u l-LEIs tal-emittenti, l-offerenti u l-garanti, tkun tista’ tinqara minn magna.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 22

Reklami

1.   Kwalunkwe tip ta' reklam relatat ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ma' ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandu jkun konformi mal-prinċipji li jinsabu fil-paragrafi 2 sa 5. Il-paragrafi 2 sa 4 u l-punt (b) tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss għall-każijiet fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ikun soġġett għall-obbligu li jfassal prospett.

2.   Ir-reklami għandu jiddikjara li ġie ppubblikat jew ser jiġi ppubblikat prospett u jindika fejn l-investituri għandhom jew jistgħu jiksbuh.

3.   Ir-reklami jridu jingħarfu b’mod ċar li huma tali. L-informazzjoni li tkun tinsab f’reklam ma għandhiex tkun preċiża jew qarrieqa u għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-prospett, fejn ikun diġà ppubblikat, jew mal-informazzjoni meħtieġa li tkun fil-prospett, fejn il-prospett għad irid jiġi ppubblikat.

4.   L-informazzjoni kollha żvelata f'forma orali jew bil-miktub, li tikkonċerna l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, anki fejn mhux għal skopijiet ta’ reklamar, għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni li tinsab fil-prospett.

5.   Fil-każ li tiġi żvelata informazzjoni materjali minn emittent jew offerent u indirizzata lil wieħed jew aktar mill-investituri magħżula f’forma orali jew bil-miktub, tali informazzjoni għandha, kif applikabbli, jew:

(a)

tiġi żvelata lill-investituri kollha l-oħra li għalihom hija indirizzata l-offerta, fil-każ li ma jkunx meħtieġ li jiġi ppubblikat prospett f'konformità mal-Artikolu 1(4) u (5); jew

(b)

tiġi inkluża fil-prospett jew f'suppliment f'konformità mal-Artikolu 23(1), fil-każ li jkun meħtieġ li jiġi ppubblikat prospett.

6.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklamar għandu jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar, relatata ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, mal-paragrafi 2 sa 4.

Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklamar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tar-reklami mal-informazzjoni fil-prospett.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(1), l-iskrutinju tar-reklamar min-naħa ta' awtorità kompetenti ma għandux jikkostitwixxi prekondizzjoni biex l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat issir f'xi Stat Membru ospitanti.

L-użu ta’ kwalunkwe setgħa superviżorja u investigattiva stabbilita fl-Artikolu 32 fir-rigward tal-infurzar ta’ dan l-Artikolu mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti għandu jiġi kkomunikat mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-emittent.

7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu biss tariffi li jkunu marbuta mal-prestazzjoni tal-kompiti superviżorji tagħhom skont dan l-Artikolu. Il-livell ta’ tariffi għandu jiġi żvelat fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti. It-tariffi għandhom ikunu nondiskriminatorji, raġonevoli u proporzjonati għall-kompitu superviżorju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kompetenti ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit jew proċedura amministrattiva lil hinn minn dawk mitluba għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont dan l-Artikolu.

8.   B'deroga mill-paragrafu 6, kwalunkwe żewġ awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonkludu ftehim li permezz tiegħu, għall finijiet li jitwettaq kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar f’sitwazzjonijiet transkonfinali, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju żżomm kontroll fuq dik il-konformità. Kwalunkwe ftehim bħal dan għandu jiġi nnotifikat lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika u taġġorna regolarment lista ta’ ftehimiet bħal dawn.

9.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-reklami stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, inkluż sabiex tispeċifika d-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid tar-reklami u biex jiġu stabbiliti proċeduri dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklami.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

10.   Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-kontroll eżerċitat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa li tali kontroll ma jfixkilx il-funzjonament tal-proċedura ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 25, filwaqt li jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi fuq l-emittenti li jagħmlu offerti transkonfinali fl-Unjoni.

11.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet applikabbli oħra tal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 23

Supplimenti għall-prospetti

1.   Kull fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fi prospett li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li tinħoloq jew tiġi nnotata bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq tal-perijodu tal-offerta jew meta jibda n-negozjar f’suq regolat, skont liema jseħħ l-aħħar, għandha tissemma f’suppliment għall-prospett mingħajr dewmien żejjed.

Tali suppliment għandu jiġi approvat bl-istess mod bħal prospett f’massimu ta’ ħamest ijiem ta' xogħol u jiġi ppubblikat skont tal-inqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta l-prospett oriġinali kien ippubblikat f'konformità mal-Artikolu 21. Is-sommarju, u kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, għandhom ukoll jiġu ssupplimentati, fejn ikun meħtieġ, biex tiġi kkunsidrata l-informazzjoni l-ġdida inkluża fis-suppliment.

2.   Fejn il-prospett ikollu x’jaqsam ma’ offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma s-suppliment jiġi ppubblikat għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat fi żmien jumejn ta' xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, bil-kondizzjoni li l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali msemmija fil-paragrafu 1 ikunu seħħew jew ikunu ġew innotati qabel l-għeluq tal-perijodu tal-offerta jew l-għoti tat-titoli, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta’ rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.

Is-suppliment għandu jkun fih dikjarazzjoni prominenti dwar id-dritt tal-irtirar, li tiddikjara b’mod ċar:

(a)

li dritt ta’ rtirar huwa mogħti biss lil dawk l-investituri li kienu diġà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma ġie ppubblikat is-suppliment u meta t-titoli kienu għadhom ma ntbagħtux lill-investituri fil-ħin meta l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali feġġet jew ġiet innotata;

(b)

il-perijodu li fih l-investituri jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-irtirar tagħhom; u

(c)

lil min l-investituri jistgħu jikkuntattjaw jekk ikunu jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tal-irtirar.

3.   Meta t-titoli jkunu mixtrija jew sottoskritti permezz ta’ intermedjarju finanzjarju, dak l-intermedjarju finanzjarju għandu jinforma lill-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, meta u fejn ser jiġi ppubblikat u li l-intermedjarju finanzjarju ser jassistihom fit-twettiq tad-dritt tagħhom li jirtiraw aċċettazzjonijiet f’każ bħal dan.

L-intermedjarju finanzjarju għandu jikkuntattja lill-investituri fil-jum meta jiġi ppubblikat is-suppliment.

Meta t-titoli jkunu mixtrija jew sottoskritti direttament mill-emittent, dak l-emittent għandu jinforma lill-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment u fejn ser jiġi ppubblikat u f’dak il-każ, huma jista’ jkollhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni.

4.   Fejn l-emittent jipprepara suppliment dwar l-informazzjoni fil-prospett bażi li jirrigwarda l-unika kwistjoni jew diversi kwistjonijiet individwali, id-dritt tal-investituri li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom skont il-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-kwistjoni(jiet) rilevanti u mhux għal ħruġ ieħor ta’ titoli taħt il-prospett bażi.

5.   Fil-każ li l-fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali msemmija fil-paragrafu 1 jikkonċernaw biss l-informazzjoni li tinsab f’dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u fejn dak id-dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun użat simultanjament bħala parti kostitwenti ta' diversi prospetti, għandu jiġi mfassal u approvat suppliment wieħed biss. F’dak il-każ, is-suppliment għandu jsemmi l-prospetti kollha li jirrigwarda.

6.   Meta jiġi eżaminat suppliment qabel l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li s-suppliment jinkludi fih verżjoni konsolidata tal-prospett supplimentat, id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali f’anness, fejn tali verżjoni konsolidata tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni mogħtija fil-prospett. Din it-talba għandha titqies li tkun talba għal informazzjoni supplimentari skont l-Artikolu 20(4). Emittent jista’, fi kwalunkwe każ, jinkludi volontarjament verżjoni konsolidata tal-prospett supplimentat, dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali f’anness għas-suppliment.

7.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fil-prospett tkun teħtieġ suppliment għall-prospett li jrid jiġi ppubblikat.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU V

OFFERTI U AMMISSJONIJIET TRANSKONFINALI GĦALL-KUMMERĊ F’ SUQ REGOLAT U L-UŻU TAL-LINGWI

Artikolu 24

Kamp ta’ applikazzjoni tal-Unjoni tal-approvazzjonijiet ta’ prospetti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37, fejn offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat isseħħ fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru ta' domiċilju u kwalunkwe suppliment għal dan għandu jkun validu għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ fi kwalunkwe għadd ta’ Stati Membri ospitanti, bil-kondizzjoni li l-ESMA u l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati f'konformità mal-Artikolu 25. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jidħlu għall-ebda approvazzjoni jew proċeduri amministrattivi relatati mal-prospetti u supplimenti approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, u relatati mal-kondizzjonijiet finali.

2.   Meta fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali tfeġġ jew tiġi nnotata fi ħdan il-qafas ta’ żmien speċifikat fl-Artikolu 23(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha teħtieġ li l-pubblikazzjoni tas-suppliment tiġi approvata f'konformità mal-Artikolu 20(1). L-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju dwar il-bżonn ta’ informazzjoni ġdida.

Artikolu 25

Notifika tal-prospetti u s-supplimenti u l-komunikazzjoni tal-kondizzjonijiet finali

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, fuq talba tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett u fi żmien jum ta' xogħol wieħed wara l-wasla ta’ dik it-talba jew, fejn it-talba titressaq flimkien mal-abbozz tal-prospett, fi żmien jum ta' xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'ċertifikat ta’ approvazzjoni li jixhed li l-prospett tfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament u b’kopja elettronika ta’ dak il-prospett.

Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tal-prospett u kwalunkwe sommarju, magħmul taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett.

L-istess proċedura għandha tiġi segwita għal kwalunkwe suppliment għall-prospett.

L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandhom jiġu nnotifikati biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li tkun innotifikata l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

2.   Kwalunkwe applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) u (2) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-prospett jew kwalunkwe suppliment għal dan fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.   Fejn il-kondizzjonijiet finali tal-prospett bażi li kien notifikat qabel la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f’suppliment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkomunikahom b’mod elettroniku lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti u lill-ESMA kemm jista’ jkun malajr malli dan ikun prattiku wara li jiġu ddepożitati.

5.   M’għandha tiġi imposta l-ebda tariffa mill-awtoritajiet kompetenti għan-notifika, jew l-irċevuta tan-notifika, ta’ prospetti u supplimenti mehmużin magħhom, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata, kemm fl-Istat Membru ta' domiċilju jew fl-Istat(i) Membru/i ospitanti.

6.   L-ESMA għandha tistabbilixxi portal ta’ notifika li kull awtorità kompetenti għandha ttella’ fih iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni u l-kopji elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26(2), u l-kondizzjonijiet finali tal-prospetti bażi, għall-finijiet tan-notifiki u l-kommunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26.

It-trasferimenti kollha ta’ dawk id-dokumenti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru permezz dak il-portal ta’ notifika.

7.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-arranġamenti tekniċi meħtieġa għall-funzjonament tal-portal ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 6.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-prospett, kwalunkwe suppliment għal dan prospett u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26

Notifika tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni jew dokumenti tar-reġistrazzjoni universali

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(m) u għal emittenti stabbiliti f’pajjiż terz imsemmija fil-punt (m)(iii) tal-Artikolu 2, fejn l-Istat Membru ta' domiċilju magħżul skont dawk id-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-prospett skont dawk id-dispożizzjonijiet, mhuwiex l-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali imfassal mill-emittent, mill-offerent jew mill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat.

2.   Awtorità kompetenti li tkun approvat dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha, fuq it-talba tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta’ tali dokument, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett b’ċertifikat ta’ approvazzjoni li jattesta li d-dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan, tfassal f’konformità ma’ dan ir-Regolament u b’kopja elettronika ta' dak id-dokument. Din in-notifika għandha ssir fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara li tasal it-talba jew, meta t-talba tiġi sottomessa flimkien mal-abbozz ta’ dokument tar-reġistrazzjoni jew abbozz ta’ dokument tar-reġistrazzjoni universali, fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara l-approvazzjoni ta’ dak id-dokument.

Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta' tali dokumenti.

L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha tiġi nnotifikata biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

Kwalunkwe applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) u (2) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha.

L-awtorità kompetenti li tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ dawk id-dokumenti fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

L-ebda tariffa ma għandha tiġi imposta minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-notifika jew il-wasla tan-notifika, tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni, jew tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata.

3.   Dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat skont il-paragrafu 2 jista’ jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett sottomess għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandha tagħmel l-ebda skrutinju jew approvazzjoni marbuta mad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat u kwalunkwe emenda għal dawn, u għandha tapprova biss in-nota tat-titoli u s-sommarju, u biss wara li tasal in-notifika.

4.   Dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat skont il-paragrafu 2 għandu jkun fih appendiċi li jistabbilixxi l-informazzjoni ewlenija dwar l-emittent imsemmija fl-Artikolu 7(6). L-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali għandha tinkludi l-appendiċi.

Meta applikabbli skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3), in-notifika għandha tkun akkumpanjata bi traduzzjoni tal-appendiċi għad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali.

Meta jfasslu s-sommarju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandhom jirriproduċu l-kontenut tal-appendiċi mingħajr ebda bidla fit-taqsima msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(4). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandhiex tagħmel skrutinju ta’ dik it-taqsima tas-sommarju.

5.   Fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali jinħoloq jew jiġi nnotat fiż-żmien speċifikat fl-Artikolu 23(1) u jkollu x’jaqsam mal-informazzjoni li tinsab fid-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, is-suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 23 għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali. Dak is-suppliment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tiegħu, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Meta dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument ta’ reġistrazzjoni universali jkun użat b’mod simultanju bħala parti kostitwenti ta’ diversi prospetti, kif previst fl-Artikolu 23(5), is-suppliment għandu jiġi nnotifikat lil kull awtorità kompetenti li tkun approvat prospetti bħal dawn.

6.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni marbuta mad-dokument tar-reġistrazzjoni, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, kwalunkwe suppliment għal dan u t-traduzzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27

Użu tal-lingwi

1.   Meta ssir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew tintalab ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fl-Istat Membru ta' domiċilju biss, il-prospett għandu jitfassal f’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.   Meta ssir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar minbarra l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew f’lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri jew f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti għandha teħtieġ li s-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 jkun disponibbli fil-lingwa uffiċjali tiegħu, jew għall-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew f’lingwa oħra aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, iżda m’għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta’ xi parti oħra tal-prospett.

Għall-fini tal-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew f’lingwa aċċettata minn din l-awtorità jew b’lingwa użata fl-isfera finanzjarja internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

3.   Meta ssir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar inkluż l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal f’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, u għandu jkun disponibbli wkoll jew f’lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jew inkella f’lingwa komuni fl-isfera finanzjarja internazzjonali, skont l-għażla tal-emittent, tal-offerent, jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti għandha teħtieġ li s-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 jkun disponibbli fil-lingwa uffiċjali tiegħu jew għall-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew f’lingwa oħra aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, iżda m’għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta’ xi parti oħra tal-prospett.

4.   Il-kondizzjonijiet finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali għandhom jitfasslu fl-istess lingwa bħal-lingwa tal-prospett bażi approvat.

Meta, f'konformità mal-Artikolu 25(4), il-kondizzjonijiet finali jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, jekk hemm aktar minn Stat Membru ospitanti wieħed, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, għandhom japplikaw ir-regoli tal-lingwa li ġejjin għall-kondizzjonijiet finali u s-sommarju anness magħhom:

(a)

is-sommarju tal-ħruġ individwali anness mal-kondizzjonijiet finali għandu jkun disponibbli fil-lingwa uffiċjali jewtal-anqas waħda mil- lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew f'lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, kif applikabbli;

(b)

meta l-prospett bażi jrid jiġi tradott skont il-paragrafu 2 jew 3, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali annessi miegħu għandhom jiġu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ traduzzjoni bħal tal-prospett bażi.

5.   Meta prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità u l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat hija mfittxija fi Stat Membru wieħed jew iktar, il-prospett għandu jitfassal jew f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jew f'lingwa li tintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, bil-kondizzjoni li:

(a)

tali titolijkollhom jiġu nnegozjati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kwalifikati biss jista' jkollhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ negozju f’titoli bħal dawn, jew

(b)

tali titoli jkollhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-inqas EUR 100 000.

KAPITOLU VI

REGOLI SPEĊIFIĊI RIGWARD EMITTENTI STABBILITI F’PAJJIŻI TERZI

Artikolu 28

Offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat magħmula taħt prospett imfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament

Meta emittent ta’ pajjiż terz ikun biħsiebu joffri titoli lill-pubbliku fl-Unjoni jew ifittex ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f’suq regolat stabbilit fl-Unjoni skont prospett imfassal f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jikseb l-approvazzjoni tal-prospett tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 20, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu.

Ladarba prospett jiġi approvat f'konformità mal-ewwel subparagrafu, dan għandu jinkludi d-drittijiet u l-obbligi kollha previsti għal prospett skont dan ir-Regolament u l-prospett u l-emittent ta' pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

Artikolu 29

Offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat magħmula taħt prospett imfassal f’konformità mal-liġijiet ta' pajjiż terz

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ta’ emittent ta’ pajjiż terz tista’ tapprova prospett għal offerta ta' titoli lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, imfassal f’konformità ma’, u li huwa soġġett għal, il-liġijiet nazzjonali tal-emittent ta’ pajjiż terz, bil-kondizzjoni li:

(a)

ir-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti mil-liġijiet ta’ dak il-pajjiż terz ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament; u

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tkun ikkonkludiet arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti tal-emittent tal-pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 30.

2.   Fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għal negozju f’suq regolat tat-titoli maħruġa minn emittent ta’ pajjiż terz, fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' domiċilju, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24, 25 u 27.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 13.

Fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tiddikjara li r-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti mil-liġi ta' pajjiż terz huma ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Tali deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

Artikolu 30

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 29 u, fejn jitqies meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 28, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi u l-infurzar tal-obbligi li jirriżultaw taħt dan ir-Regolament fil-pajjiżi terzi sakemm dak il-pajjiż terz f'konformità ma' att delegat fis-seħħ adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) ma jkunx fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li jkollhom nuqqasijiet strateġiċi fl-iskemi nazzjonali tagħhom ta' kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra meta tipproponi li tidħol f’arranġament bħal dan.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 29 u, fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 28, l-ESMA għandha tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.

L-ESMA għandha wkoll, fejn ikun meħtieġ, tiffaċilita u tikkoordina l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għall-adozzjoni ta’ miżuri taħt l-Artikoli 38 u 39.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 35. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-ESMA tista’, jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġament ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u d-dokument mudell li għandu jintuża għalihom.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU VII

L-ESMA U L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 31

Awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità amministrattiva kompetenti unika li tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra kif meħtieġ.

L-awtorità kompetenti għandha tkun indipendenti mill-parteċipanti tas-suq.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti tagħhom biex jiddelegaw lill-partijiet terzi l-komptii tal-pubblikazzjoni elettronika ta’ prospetti approvati u dokumenti relatati.

Kwalunkwe delegazzjoni ta’ kompiti bħal dawn għandha ssir b’deċiżjoni speċifika li tistipula dan li ġej:

(a)

il-kompiti li ser jitwettqu u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu;

(b)

klawżola li tobbliga lill-parti terza kkonċernata sabiex taġixxi u tkun organizzata b’tali mod li jiġu evitati konflitti ta’ interess u li tiżgura li l-informazzjoni miksuba waqt it-twettiq tal-kompiti delegati ma tintużax b’mod inġust jew biex timpedixxi l-kompetizzjoni; u

(c)

l-arranġamenti kollha konklużi bejn l-awtorità kompetenti u l-parti terza li lilha jiġu ddelegati kompiti.

Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sorveljanza tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u għall-approvazzjoni tal-prospett għandha tkun tal-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li jiġu delegati kompiti kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għat-territorji barranin Ewropej li dak l-Istat Membru jkun responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom.

Artikolu 32

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a)

li jeħtieġu lill-emittenti, lill-offerenti jew lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat li jinkludu fil-prospett informazzjoni supplimentari, fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-investituri;

(b)

li jeħtieġu lill-emittenti, lill-offerenti jew lill-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti;

(c)

li jeħtieġu lill-awdituri u lill-maniġers tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji kummissjonati li jwettqu l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, biex jipprovdu l-informazzjoni;

(d)

li jissospendu offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’ suq regolat għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;

(e)

li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jeħtieġu lill-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jew l-intermedjarji finanzjarji rilevanti sabiex iwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;

(f)

li jipprojbixxu offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fejn jinstab illi sar ksur ta' dan ir-Regolament jew fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jkun ser isir ksur tiegħu;

(g)

li jissospendu jew jitolbu lis-swieq regolati rilevanti, l-MTFs jew l-OTFs li jissospendu n-negozjar f’suq regolat, MTF jew OTF għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament inkisru;

(h)

li jipprojbixxu n-negozjar f’suq regolat, f’MTF jew OTF meta jsibu li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament;

(i)

li jagħmlu pubbliku l-fatt li emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat qed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu;

(j)

li jissospendu l-iskrutinju tal-prospett sottomess għall-approvazzjoni jew jissospendu jew jirrestrinġu l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fejn l-awtorità kompetenti tagħmel użu mis-setgħa li timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), sakemm tali projbizzjoni jew restrizzjoni tkun waqfet;

(k)

li jirrifjutaw l-approvazzjoni ta’ kwalunkwe prospett imfassal minn ċertu emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għal massimu ta’ ħames snin, fejn dak l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ikun kiser ripetutament u serjament dan Regolament;

(l)

li jiżvelaw, jew li jeħtieġu lill-emittent biex jiżvela, l-informazzjoni materjali kollha li tista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-titoli offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-investituri jew l-operazzjoni bla xkiel tas-suq;

(m)

li jissospendu jew jitolbu lis-suq regolat, lill-MTF jew lill-OTF rilevanti biex jissospendu t-titoli mill-kummerċ meta jikkunsidraw li s-sitwazzjoni tal-emittent hija dik li l-kummerċ ikun ta’ detriment għall-interessi tal-investituri;

(n)

biex iwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f’siti minbarra dawk tar-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi, u għal dak il-għan li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex ikun ipprovat il-ksur ta’ dan ir-Regolament.

Fejn meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Fil-każ li l-approvazzjoni ta' prospett tkun ġiet irrifjutata skont il-punt (k) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA b'dan, u din għandha sussegwetement tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra.

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tkun intitolata li tipparteċipa fl-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fil-punt (n) tal-ewwel subparagrafu meta dawk l-ispezzjonijiet jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil tali awtoritajiet;

(d)

b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

4.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti dwar xiri, transazzjonijiet ta’ fużjoni u transazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji li jittrasponu d-Direttiva 2004/25/KE u li jimponu rekwiżiti oħra minbarra r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5.   Persuna li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament m’għandhiex tkun kkunsidrata li kisret xi restrizzjoni fuq żvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u m’għandha tkun soġġetta għal ebda tip ta’ responsabbiltà relatata ma’ tali notifika.

6.   Il-paragrafi 1 sa 3 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal territorji barranin Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom ikun responsabbli dak l-Istat Membru.

Artikolu 33

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u ta’ infurzar.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f’konformità mal-Artikolu 38, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom li jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet kriminali jew proċeduri mibdija għal ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-ESMA biex dawn iwettqu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba sabiex tikkoopera f’investigazzjoni biss f’xi waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(a)

fejn il-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar jew l-investigazzjoni kriminali tagħha stess;

(b)

fejn proċeduri ġudizzjarji jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

(c)

meta sentenza finali tkun diġà ngħatat fir-rigward ta’ dawn il-persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ titlob l-għajnuna mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

Awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinforma lill-ESMA bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transkonfinali, l-ESMA għandha, fejn tintalab tagħmel hekk minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tikkoordina l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, din tista’tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(b)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni;

(c)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess;

(d)

taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;

(e)

taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ESMA sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għall-kollaborazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, fil-każijiet msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-ESMA tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħa mogħtija lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   L-ESMA tista’, jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 34

Kooperazzjoni mal-ESMA

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 35

Segretezza professjonali

1.   L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna n-negozju jew kondizzjonijiet operattivi u affarijiet oħra ekonomiċi jew personali għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor ikkonċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata jew tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti legali.

2.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe parti terzali lilha l-awtorità kompetenti tkun iddelegat il-poteri. L-informazzjoni koperta b’segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

Artikolu 36

Protezzjoni tad-data

Rigward l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, din għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 37

Miżuri ta' prekawzjoni

1.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li twettqu irregolaritajiet mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew mill-intermedjarji finanzjarji responsabbli mill-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew li dawk il-persuni jkunu kisru l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u lill-ESMA.

2.   Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew l-intermedjarji finanzjarji responsabbli mill-offerta ta' titoli lill-pubbliku jippersistu fil-ksur ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-ESMA, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b’dan mingħajr dewmien żejjed.

3.   Meta awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ xi waħda mill-miżuri meħuda minn awtorità kompetenti oħra f'konformità mal-paragrafu 2, hija tista’ ġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-ESMA. L-ESMA tista’ taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU VIII

SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA

Artikolu 38

Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigatorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 32, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u li jieħdu miżuri amministrattivi oħra xierqa li għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom japplikaw mill-inqas għal:

(a)

ksur tal-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1) sa (11), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9, l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1) u (3), l-Artikolu 14(1) u (2), l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 16(1), (2) u (3), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(1) sa (3), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 21(1) sa (4) u (7) sa (11), l-Artikolu 22(2) sa (5), l-Artikolu 23(1), (2), (3) u (5), u l-Artikolu 27;

(b)

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 32.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ikun diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sal-21 ta’ Lulju 2018. Fejn jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sal-21 ta’ Lulju 2018, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawn.

2.   L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew l-entità legali responsabbli u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 42;

(b)

ordni li teħtieġ lill-persuna fiżika jew entità ġuridika responsabbli li twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(c)

sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta' mill-inqas darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati;

(d)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 5 000 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Lulju 2017, jew 3 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali.

Fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li hi meħtieġa biex tipprepara l-kontijiet finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija;

(e)

fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 700 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Lulju 2017.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta’ sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi minn dawk previsti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u s-setgħat li jiġu imposti sanzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet u miżuri amministrattivi oħra, għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti inkluż, fejn xieraq:

(a)

il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri individwali;

(e)

l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;

(f)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(h)

miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.

2.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom biex jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikolu 38, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li jimponu jkunu effettivi u xierqa skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra f’każijiet transkonfinali.

Artikolu 40

Dritt ta' appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament ikunu mmotivati kif xieraq u soġġetti għad-dritt ta' appell quddiem tribunal.

Għall-finijiet tal-Artikolu 20, għandu japplika wkoll dritt ta’ appell meta l-awtorità kompetenti la tkun ħadet deċiżjoni li tapprova jew tirrifjuta applikazzjoni għall-approvazzjoni u lanqas ma tkun għamlet xi talba għal bidliet jew għal informazzjoni supplimentari fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 20(2), (3) u (6) fir-rigward ta’ dik l-applikazzjoni.

Artikolu 41

Rapporti dwar ksur

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu u jippermettu r-rapportar ta’ ksur reali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament lilhom.

2.   Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta’ rapporti ta’ ksur reali jew potenzjali u l-issuktar tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal rapporti bħal dawn;

(b)

protezzjoni xierqa lill-impjegati li jaħdmu taħt kuntratt ta’ impjieg li jirrapportaw il-ksur mill-inqas kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta’ trattament inġust mill-impjegatur tagħhom jew partijiet terzi;

(c)

protezzjoni tal-identità u d-data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur u tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli tal-ksur, fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm tali żvelar ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew wara proċeduri ġudizzjarji.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi finanzjarji lil persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur reali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament li għandhom jingħataw f'konformità mal-liġi nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet legali jew kuntrattwali pre-eżistenti li jirrapportaw tali informazzjoni, u sakemm l-informazzjoni tkun ġdida u li din tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva jew kriminali, jew fit-teħid ta’ miżura amministrattiva oħra, għal ksur ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil impjegaturi li jkunu involuti f’attivitajiet li huma regolati għal skopijiet tas-servizzi finanzjarji biex ikollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex jirrappurtaw ksur reali jew potenzjali internament permezz ta’ kanal speċifiku, indipendenti u awtonomu.

Artikolu 42

Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.   Deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-siti web uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet infurmata b'dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi għallinqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dak l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigatorja.

2.   Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet legali jew id-data tal-identità jew personali ta’ persuni fiżiċi, tkun meqjusa mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b’każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew fejn din il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew tal-investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, fejn il-pubblikazzjoni anonima tista’ tassigura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fil-każ li l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiżguraw:

(i)

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii)

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta’ natura minuri.

Fil-każ ta’ deċiżjoni li tippubblika sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima, kif imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi differita għal perijodu raġonevoli ta’ żmien fejn huwa previst li f’dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima m’għandhomx jibqgħu jeżistu.

3.   Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom xorta waħda jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit web uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Barra minn dan, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li timponi sanzjoni jew miżura.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tibqa’ fuq il-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għal perijodu li jkun meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 43

Rapportar tas-sanzjonijiet lill-ESMA

1.   L-awtorità kompetenti għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u miżuri amministrazzjoni oħra imposti f'konformità mal-Artikolu 38. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

Fejn Stati Membri għażlu, f'konformità mal-Artikolu 38 (1), li jiġu stabbiliti sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dak il-paragraful-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b’informazzjoni anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha mwettqa u s-sanzjonijietkriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjonijiet amministrattivi, miżuri amministrattivi oħra jew sanzjonijiet lill-pubbliku, hija għandha fl-istess ħin tirrapporthom lill-ESMA.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha jew miżuri amministrativi oħra imposti iżda mhux ippubblikati f'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2) inkluż kwalunkwe appell dwarhom u l-eżitu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b’rabta ma’ kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta u jippreżentawha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm database ċentrali ta’ sanzjonijiet komunikati lilha għall-finijiet biss tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik id-database għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tkun aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU IX

ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 44

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 16(5) l-Artikolu 20(11) u l-Artikolu 29(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indefinit mill-20 ta’ Lulju 2017.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 16(5) l-Artikolu 20(11) u l-Artikolu 29(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6   Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 20(11) u l-Artikolu 29(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 45

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (27). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 46

Tħassir

1.   Id-Direttiva 2003/71/KE qed titħassar b'effett mill-21 ta’ Lulju 2019, ħlief għal:

(a)

il-punti (a) u (g) tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, jitħassru b’effett mill-20 ta’ Lulju 2017; u

(b)

il-punt (h) tal-Artikolu 1(2) u l-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, jitħassru b’effett mill-21 ta’ Lulju 2018.

2.   Referenzi għad-Direttiva 2003/71/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

3.   Il-prospetti approvati f’konformità mal-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2003/71/KE qabel il-21 ta’ Lulju 2019 għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn dik il-liġi nazzjonali sal-aħħar tal-validità tagħhom, jew sakemm ikunu għaddew tnax-il xahar wara il-21 ta’ Lulju 2019, skont liema jseħħ l-ewwel.

Artikolu 47

Rapport tal-ESMA dwar il-prospetti

1.   Abbażi tad-dokumenti li ġew ippubblikati permezz tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 21(6), l-ESMA għandha kull sena tippubblika rapport li jinkludi statistika dwar il-prospetti approvati u nnotifikati fl-Unjoni u analiżi tax-xejriet, b’kont meħud ta’:

(a)

it-tip ta’ emittenti, b’mod partikolari l-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 15(1); u

(b)

it-tip ta’ ħruġ, b’mod partikolari l-korrispettiv totali tal-offerti, it-tipi ta’ titoli trasferibbli, it-tipi ta’ post ta’ negozjar u d-denominazzjonijiet.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih b’mod partikolari:

(a)

analiżi tal-punt sa fejn ir-reġimi ta’ żvelar stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 u d-dokument tar-reġistrazzjoni universali msemmi fl-Artikolu 9 qed jintużaw fl-Unjoni kollha;

(b)

statistika dwar prospetti bażi u kondizzjonijiet finali, u fuq prospetti mfassla bħala dokumenti separati jew bħala dokument uniku;

(c)

statistika dwar il-korrispettiv medju u globali ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku soġġetti għal dan ir-Regolament, minn kumpanniji mhux ikkwotati, kumpanniji li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fuq MTFs, inkluż swieq tal-SMEs li qed jespandu, u kumpanniji li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati. Fejn applikabbli, din l-istatistika għandha tipprovdi analiżi dettaljata bejn offerti pubbliċi inizjali u offerti sussegwenti, u bejn titoli ta’ ekwità u mingħajr ekwità;

(d)

statistika dwar l-użu tal-proċeduri ta’ notifika tal-Artikoli 25 u 26, inkluż analiżi għal kull Stat Membru tal-għadd ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni nnotifikati fir-rigward tal-prospetti, id-dokumenti tar-reġistrazzjoni u d-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali.

Artikolu 48

Reviżjoni

1.   Qabel il-21 ta’ Lulju 2022 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġislattiva.

2.   Ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħrajn, jekk is-sommarju tal-prospett, ir-reġimi ta’ żvelar stipulati fl-Artikoli 14 u 15 u d-dokument tar-reġistrazzjoni universali msemmi fl-Artikolu 9 jibqgħux xierqa fid-dawl tal-għanijiet segwiti tagħhom. B’mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ prospetti UE tat-Tkabbir ta’ persuni f’kull waħda mill-erba’ kategoriji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 15(1) u analiżi tal-evoluzzjoni ta’ kull wieħed minn dawn u tax-xejriet fl-għażla tal-postijiet ta’ negozjar mill-persuni intitolati li jużaw il-prospett UE tat-Tkabbir;

(b)

analiżi dwar jekk il-prospett UE tat-Tkabbir jilħaqx bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-persuni ntitolati li jużawh.

3.   Abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafu 2, ir-rapport għandu jivvaluta jekk hijiex meħtieġa xi emenda għal dan ir-Regolament sabiex tiġi ffaċilitata aktar il-ġenerazzjoni tal-kapital minn kumpanniji iżgħar, filwaqt li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-investitur, inkluż jekk il-limiti massimi rilevanti jeħtieġu li jiġu aġġustati.

4.   Barra minn hekk, ir-rapport għandu jevalwa jekk jistgħux jinkisbu LEIs u ISINs għal prezz raġonevoli u f’perijodu ta’ żmien raġonevoli mill-emittenti, b’mod partikolari l-SMEs. Ir-rapport għandu jikkunsidra r-riżultati tar-reviżjoni bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 20(13).

Artikolu 49

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(2), dan ir-Regolamentgħandu japplika mill-21 ta’ Lulju 2019, ħlief għall-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 3(2) li għandhom japplikaw mill-21 ta’ Lulju 2018 u l-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(5)li għandhom japplikaw mill-20 ta’ Lulju 2017.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikolu 11, l-Artikolu 20(9), l-Artikolu 31, l-Artikolu 32, l-Artikolu 38 sa 43 sal-21 ta’ Lulju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Ġunju 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

H. DALLI


(1)  ĠU C 195, 2.6.2016, p. 1.

(2)  ĠU C 177, 18.5.2016, p. 9.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2017.

(4)  Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(5)  Id-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1).

(6)  Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).

(7)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u taL-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(9)  Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(10)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(11)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(12)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(13)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(14)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(15)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(16)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(17)  Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE tas-17 ta’ Marzu 1980 li tikkoordina r-rekwiżiti għat-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tad-dettalji tal-ħruġ li għandhom jiġu ppubblikati għall-ammissjoni ta’ titoli għall-ħruġ uffiċjali f’borża (ĠU L 100, 17.4.1980, p. 1).

(18)  Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi to stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata dwar dawk it-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).

(19)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(20)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(21)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

(22)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta’ impriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(23)  Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

(24)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(25)  Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(26)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(27)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).


ANNESS I

IL-PROSPETT

I.

Sommarju

II.

Identità tad-diretturi, tal-kapijiet fl-amministrazzjoni, tal-konsulenti u tal-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpannija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

III.

Statistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda l-organizzazzjoni ta' kwalunkwe offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti relatati ma' din l-offerta.

A.

Statistika tal-offerta

B.

Metodu u skeda mistennija taż-żmien

IV.

Informazzjoni essenzjali

L-għan huwa li ssir taqsira tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kondizzjoni finanzjarja, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju tal-kumpannija. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpannija jew il-politika tal-kontabbiltà, id-data finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.

Data finanzjarja magħżula

B.

Kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn (għal titoli ta' ekwità biss)

C.

Raġunijiet għall-offerta u użu tad-dħul

D.

Fatturi ta’ riskju

V.

Informazzjoni dwar il-kumpannija

Il-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-operat tal-kumpannija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Huwa maħsub ukoll li tingħata informazzjoni li tirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir tal-kumpannija, kif ukoll il-pjanijiet tagħha għal żidiet jew tnaqqis tal-kapaċità futura.

A.

L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpannija

B.

Ħarsa ġenerali tan-negozju

C.

Struttura tal-organizzazzjoni

D.

Proprjetà, impjant u tagħmir

VI.

Ħarsa operattiva u finanzjarja u prospetti

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-amministrazzjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perijodi storiċi koperti bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u l-istima tal-amministrazzjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perijodi futuri.

A.

Riżultati tal-operat

B.

Likwidità u riżorsi kapitali

C.

Riċerka u żvilupp, privattivi u liċenzji, eċċ.

D.

Xejriet

VII.

Diretturi, kapijiet fl-amministrazzjoni u impjegati

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u l-kapijiet tal-kumpannija li tippermetti lill-investituri jivvalutaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-remunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpannija.

A.

Diretturi u kapijiet fl-amministrazzjoni

B.

Remunerazzjoni

C.

Prattiċi tal-Bord

D.

Impjegati

E.

Sjieda tal-ishma

VIII.

Azzjonisti prinċipali u transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

L-għan huwa li jiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda l-azzjonisti prinċipali u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpannija. Tiġi pprovduta wkoll informazzjoni li tirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpannija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpannija u jekk it-termini ta' dawn it-transazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpannija.

A.

Azzjonisti prinċipali

B.

Transazzjonijiet ma' partijiet relatati

C.

Interessi tal-esperti u tal-konsulenti

IX.

Informazzjoni finanzjarja

L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perijodi li jridu jiġu koperti, id-data ta' meta saru d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni oħra ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li ser jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ser jiġu stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

A.

Dikjarazzjonijiet ikkonsolidati u informazzjoni finanzjarja oħra

B.

Bidliet sinifikanti

X.

Dettalji tal-offerta u dettalji dwar l-ammissjoni għall-kummerċ

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

A.

Offerta u ammissjoni għall-kummerċ

B.

Pjan għad-distribuzzjoni

C.

Swieq

D.

Detenturi tat-titoli li jkunu qegħdin ibiegħuhom

E.

Dilwizzjoni (it-titoli ta' ekwità biss)

F.

Spejjeż tal-ħruġ

XI.

Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni, li l-biċċa l-kbira tagħha tkun ta' natura statutorja, li mhix koperta mkien ieħor fil-prospett.

A.

Kapital azzjonarju

B.

Memorandum u artikli ta’ assoċjazzjoni

C.

Kuntratti materjali

D.

Kontrolli tal-iskambju

E.

Twissija dwar il-konsegwenzi fiskali

F.

Dividendi u aġenti li jħallsu

G.

Dikjarazzjoni tal-esperti

H.

Dokumenti murija

I.

Informazzjoni sussidjarja


ANNESS II

DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI

I.

Identità tad-diretturi, tal-kapijiet tal-amministrazzjoni, tal-konsulenti u tal-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpannija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

II.

Informazzjoni essenzjali dwar l-emittent

L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kondizzjoni finanzjarja, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju tal-kumpannija. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpannija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.

Data finanzjarja magħżula

B.

Kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn (għal titoli ta' ekwità biss)

C.

Fatturi ta' riskju relatati mal-emittent

III.

Informazzjoni dwar il-kumpannija

L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar l-operat tal-kumpannija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Huwa maħsub ukoll li tingħata informazzjoni li tirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir tal-kumpannija, kif ukoll il-pjanijiet tagħha għal żidiet jew -tnaqqis tal-kapaċità futura.

A.

L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpannija

B.

Ħarsa ġenerali tan-negozju

C.

Struttura tal-organizzazzjoni

D.

Proprjetà, impjanti u tagħmir

IV.

Ħarsa operattiva u finanzjarja u prospetti

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-amministrazzjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perijodi storiċi koperti bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u l-istima tal-amministrazzjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perijodi futuri.

A.

Riżultati tal-operat

B.

Likwidità u riżorsi kapitali

C.

Riċerka u żvilupp, privattivi u liċenzji, eċċ.

D.

Xejriet

V.

Diretturi, kapijiet fl-amministrazzjoni u impjegati

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u l-kapijiet tal-kumpannija li tippermetti lill-investituri jivvalutaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-remunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpannija.

A.

Diretturi u kapijiet fl-amministrazzjoni

B.

Remunerazzjoni

C.

Prattiċi tal-Bord

D.

Impjegati

E.

Sjieda tal-ishma

VI.

Azzjonisti prinċipali u transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda l-azzjonisti prinċipali u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpannija. Tiġi pprovduta wkoll informazzjoni li tirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpannija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpannija u jekk it-termini ta' dawn it-transazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpannija.

A.

Azzjonisti prinċipali

B.

Transazzjonijiet ma' partijiet relatati

C.

Interessi tal-esperti u tal-konsulenti

VII.

Informazzjoni finanzjarja

L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perijodi li jridu jiġu koperti, id-data ta' meta saru d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni oħra ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li ser jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ser jiġu stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

A.

Dikjarazzjonijiet ikkonsolidati u informazzjoni finanzjarja oħra

B.

Bidliet sinifikanti

VIII.

Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni, li l-biċċa l-kbira tagħha tkun ta' natura statutorja, li mhix koperta mkien ieħor fil-prospett.

A.

Kapital azzjonarju

B.

Memorandum u artikli ta’ assoċjazzjoni

C.

Kuntratti materjali

D.

Dikjarazzjoni tal-esperti

E.

Dokumenti murija

F.

Informazzjoni sussidjarja


ANNESS III

NOTA TAT-TITOLI

I.

Identità tad-diretturi, tal-kapijiet tal-amministrazzjoni, tal-konsulenti u tal-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpannija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

II.

Statistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda l-organizzazzjoni ta' kwalunkwe offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti relatati ma' din l-offerta.

A.

Statistika tal-offerta

B.

Metodu u skeda mistennija taż-żmien

III.

Informazzjoni essenzjali dwar l-emittent

L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kondizzjoni finanzjarja, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju tal-kumpannija. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpannija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.

Kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn (għal titoli ta' ekwità biss)

B.

Informazzjoni dwar il-kapital operatorju (għal titoli ta' ekwità biss)

C.

Raġunijiet għall-offerta u l-użu tad-dħul

D.

Fatturi ta’ riskju

IV.

Informazzjoni essenzjali dwar it-titoli

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni essenzjali dwar it-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ.

A.

Deskrizzjoni tat-tip u l-klassi tat-titoli li qed jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ

B.

Munita tat-titoli maħruġa

C.

Is-superjorità relattiva tat-titoli fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta' insolvenza tal-emittent, inkluż, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell ta' subordinazzjoni tat-titoli u l-impatt potenzjali fuq l-investiment fil-każ ta' riżoluzzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE.

D.

Il-politika ta’ ħlas tad-dividendi, id-dispożizzjonijiet relatati mal-imgħax pagabbli jew deskrizzjoni tas-sottostanti, inkluż il-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejn is-sottostanti u r-rata, u indikazzjoni ta' fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-passat u dik futura tas-sottostanti u l-volatilità tiegħu

E.

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe dritt marbut mat-titoli, inkluż kwalunkwe limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet

V.

Interessi tal-esperti

L-għan huwa li tingħata informazzjoni li tirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpannija tkun daħlet għalihom mal-esperti jew il-konsulenti impjegati fuq bażi ta' kontinġenza.

VI.

Dettalji tal-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

A.

Offerta u ammissjoni għall-kummerċ

B.

Pjan għad-distribuzzjoni

C.

Swieq

D.

Detenturi tat-titoli li jkunu qegħdin ibiegħuhom

E.

Dilwizzjoni (it-titoli ta' ekwità biss)

F.

Spejjeż tal-ħruġ

VII.

Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni, li l-biċċa l-kbira tagħha hija ta' natura statutorja, li mhix koperta mkien ieħor fil-prospett.

A.

Kontrolli tal-iskambju

B.

Twissija dwar il-konsegwenzi fiskali

C.

Dividendi u aġenti li jħallsu

D.

Dikjarazzjoni tal-esperti

E.

Dokumenti murija


ANNESS IV

DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI GĦALL-PROSPETT UE TAT-TKABBIR

I.

Responsabbiltà għad-dokument tar-reġistrazzjoni

L-għan huwa li jiġu identifikati l-emittent u r-rappreżentanti tiegħu u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni.

II.

Strateġija, prestazzjoni u ambjent tan-negozju

L-iskop huwa li tingħata informazzjoni dwar l-istrateġija u l-objettivi tal-kumpannija relatata mal-iżvilupp u l-prestazzjoni futura u li tingħata informazzjoni dwar l-operat tal-kumpannija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, l-investimenti tagħha u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Barra minn hekk, il-fatturi ta’ riskju speċifiċi għall-kumpannija u informazzjoni rilevanti dwar ix-xejriet għandha tiġi inkluża.

III.

Governanza korporattiva

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u l-kapijiet tal-kumpannija li tippermetti lill-investituri jivvalutaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-remunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpannija.

IV.

Dikjarazzjonijiet finanzjarji u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni

L-għan huwa li jiġi speċifikat liema dikjarazzjonijiet finanzjarji u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni jridu jiġu inklużi fid-dokument li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji (għal titoli ta’ ekwità) jew l-aħħar sena finanzjarja (għal titoli mingħajr ekwità) jew tali perijodu iqsar li matulu kien qed jopera fih l-emittent.

V.

Ħarsa operattiva u finanzjarja (għal titoli ta’ ekwità biss maħruġa minn kumpanniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq 'il fuq minn EUR 200 000 000).

L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar il-kondizzjoni finanzjarja u r-riżultati operattivi jekk ir-rapporti, ippreżentati u ppreparati f’konformità mal-Artikoli 19 u 29 tad-Direttiva 2013/34/UE għall-perijodi koperti mill-informazzjoni finanzjarja storika, mhumiex inklużi fil-prospett UE tat-Tkabbir.

VI.

Informazzjoni tal-azzjonisti

L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar proċedimenti legali u ta’ arbitraġġ, konflitti ta’ interess u transazzjonijiet relatati mal-partijiet kif ukoll informazzjoni dwar il-kapital ta’ ishma.


ANNESS V

NOTA TAT-TITOLI GĦALL-PROSPETT UE TAT-TKABBIR

I.

Responsabbiltà għan-nota tat-titoli

L-għan huwa li jiġu identifikati l-emittent u r-rappreżentanti tiegħu u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija jew l-ammissjoni għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett.

II.

Dikjarazzjoni tal-kapital operatorju u dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta’ dejn (għal titoli ta’ ekwità biss maħruġa minn kumpanniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq 'il fuq minn EUR 200 000 000).

L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar il-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta’ dejn tal-emittent u informazzjoni dwar jekk il-kapital operatorju huwiex biżżejjed għall-ħtiġijiet preżenti tal-emittent jew, jekk le, kif l-emittent jipproponi li jipprovdi l-kapital operatorju addizzjonali meħtieġ.

III.

Termini u kondizzjonijiet tat-titoli

L-għan huwa li tingħata informazzjoni essenzjali dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tat-titoli u deskrizzjoni ta' kwalunkwe dritt marbut mat-titoli. Barra minn hekk, il-fatturi ta’ riskju speċifiċi għat-titoli jridu jiġu inklużi.

IV.

Dettalji tal-offerta u skeda ta’ żmien mistennija

L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar l-offerta u, fejn applikabbli, l-ammissjoni għall-kummerċ f'MTF, inkluż il-prezz finali tal-offerta u l-ammont ta’ titoli (f’għadd ta’ titoli jew ammont nominali aggregat) li ser jiġu offruti, ir-raġunijiet għall-offerta, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli, l-użu tad-dħul mill-offerta, l-ispejjeż tal-ħruġ u tal-offerta, u d-dilwizzjoni (għal titoli ta’ ekwità biss).

V.

Informazzjoni dwar il-garanti

L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar il-garanti tat-titoli fejn applikabbli, inkluż informazzjoni essenzjali dwar il-garanti marbuta mat-titoli, il-fatturi ta’ riskju u l-informazzjoni finanzjarja speċifika għall-garanti.


ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

(msemmija fl-Artikolu 46)

Id-Direttiva 2003/71/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 1(2)(c)

Artikolu 1(2)(c)

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 1(2)(e)

Artikolu 1(2)(e)

Artikolu 1(2)(f)

Artikolu 1(2)(g)

Artikolu 1(2)(f)

Artikolu 1(2)(h)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)(i)

Artikolu 1(2)(j)

Artikolu 1(4)(j) u Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu; punt (i)

Artikolu 1(3)

Artikolu 4

Artikolu 1(4)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(1)(h)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(1)(i)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(1)(j)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(1)(k)

Artikolu 2(1)(l)

Artikolu 2(1)(m)

Artikolu 2(m)

Artikolu 2(1)(n)

Artikolu 2(n)

Artikolu 2(1)(o)

Artikolu 2(p)

Artikolu 2(1)(p)

Artikolu 2(q)

Artikolu 2(1)(q)

Artikolu 2(r)

Artikolu 2(1)(r)

Artikolu 2(s)

Artikolu 2(1)(s)

Artikolu 2(1)(t)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)(a)

Artikolu 1(4)(a)

Artikolu 3(2)(b)

Artikolu 1(4)(b)

Artikolu 3(2)(c)

Artikolu 1(4)(d)

Artikolu 3(2)(d)

Artikolu 1(4)(c)

Artikolu 3(2)(e)

Artikolu 3(2), it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 1(4)(e)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 1(4)(f)

Artikolu 4(1)(c)

Artikolu 1(4)(g)

Artikolu 4(1)(d)

Artikolu 1(4)(h)

Artikolu 4(1)(e)

Artikolu 1(4)(i)

Artikolu 4(1), it-tieni sal-ħames subparagrafu

Artikolu 4(2)(a)

Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 4(2)(b)

Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (d)

Artikolu 4(2)(c)

Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (e)

Artikolu 4(2)(d)

Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (f)

Artikolu 4(2)(e)

Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (g)

Artikolu 4(2)(f)

Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (h)

Artikolu 4(2)(g)

Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punti (b) u (c)

Artikolu 4(2)(h)

Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (j)

Artikolu 4(3)

Artikolu 1(7)

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1) u (2), Artikolu 14(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 7

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(10)

Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 8(5) u Artikolu 25(4)

Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 8(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 13(1) u Artikolu 7(13)

Artikolu 6(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)(a)

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 7(2)(b)

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 7(2)(c)

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (c)

Artikolu 7(2)(d)

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (c)

Artikolu 7(2)(e)

Artikolu 15(2)

Artikolu 7(2)(f)

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (d)

Artikolu 7(2)(g)

Artikolu 14(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 18(1)

Artikolu 8(3)

Artikolu 18(2)

Artikolu 8(3a)

Artikolu 18(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 18(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(4)

Artikolu 12(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 19(4)

Artikolu 12(1)

Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(2)

Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 20(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 20(3)

Artikolu 13(4)

Artikolu 20(4)

Artikolu 13(5)

Artikolu 20(8)

Artikolu 13(6)

Artikolu 20(9)

Artikolu 13(7)

Artikolu 14(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 21(5)

Artikolu 14(4a)

Artikolu 21(6)

Artikolu 14(5)

Artikolu 21(9)

Artikolu 14(6)

Artikolu 21(10)

Artikolu 14(7)

Artikolu 21(11)

Artikolu 14(8)

Artikolu 21(12)

Artikolu 15(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 22(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 22(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 22(5)

Artikolu 15(6)

Artikolu 22(6)

Artikolu 15(7)

Artikolu 22(9)

Artikolu 16(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 23(7)

Artikolu 17(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 24(2)

Artikolu 18(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 25(2)

Artikolu 18(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 25(3)

Artikolu 18(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(5)

Artikolu 18(4)

Artikolu 25(8)

Artikolu 19(1)

Artikolu 27(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 27(2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 27(3)

Artikolu 19(4)

Artikolu 27(5)

Artikolu 20(1)

Artikolu 29(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 29(2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 29(3)

Artikolu 21(1)

Artikolu 31(1)

Artikolu 21(1a)

Artikolu 34(1)

Artikolu 21(1b)

Artikolu 34(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 31(2)

Artikolu 21(3)(a)

Artikolu 32(1)(a)

Artikolu 21(3)(b)

Artikolu 32(1)(b)

Artikolu 21(3)(c)

Artikolu 32(1)(c)

Artikolu 21(3)(d)

Artikolu 32(1)(d)

Artikolu 21(3)(e)

Artikolu 32(1)(e)

Artikolu 21(3)(f)

Artikolu 32(1)(f)

Artikolu 21(3)(g)

Artikolu 32(1)(g)

Artikolu 21(3)(h)

Artikolu 32(1)(h)

Artikolu 21(3)(i)

Artikolu 32(1)(i)

Artikolu 21(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 32(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(4)(a)

Artikolu 32(1)(l)

Artikolu 21(4)(b)

Artikolu 32(1)(m)

Artikolu 21(4)(c)

Artikolu 21(4)(d)

Artikolu 32(1)(n)

Artikolu 21(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 32(1), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 21(5)

Artikolu 31(3) u Artikolu 32(6)

Artikolu 22(1)

Artikolu 35(2)

Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 33(1)

Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 22(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 33(5)

Artikolu 22(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 33(6) u (7)

Artikolu 23(1)

Artikolu 37(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 37(2)

Artikolu 24(1)

Artikolu 45(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 45(2)

Artikolu 24(2a)

Artikolu 24(3)

Artikolu 24a

Artikolu 44

Artikolu 24b

Artikolu 44

Artikolu 24c

Artikolu 44

Artikolu 25(1)

Artikolu 38(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 42

Artikolu 26

Artikolu 40

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 46

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 48

Artikolu 31a

Artikolu 32

Artikolu 49

Artikolu 33