23.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1109

tal-21 ta' Ġunju 2017

li jirtira s-sospensjoni tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur taz-zokkor.

(2)

Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordni bin-numru 09.4320 ġiet sospiża mit-28 ta' Settembru 2016 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1728 (3).

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1085 (4) żied il-kwantità annwali għal dak in-numru tal-ordni. Jenħtieġ għalhekk li s-sospensjoni tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tiġi rtirata.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni skont in-numru tal-ordni 09.4320 stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/1728 għandha tiġi rtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1728 tat-27 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-koeffiċjent li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mit-8 sal-14 ta' Settembru 2016 skont il-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u li jissospendi l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' dan it-tip fis-settur taz-zokkor (ĠU L 261, 28.9.2016, p. 7).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1085 tad-19 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 156, 20.6.2017, p. 19).