12.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/804

tal-11 ta' Mejju 2017

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Europea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fit-13 ta' Frar 2016 bdiet investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2016 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tat-tubi tal-azzar mingħajr ġonġituri tal-Unjoni Ewropea (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. L-ilment kien fih evidenza ta' dumping tal-prodott imsemmi u ta' dannu materjali bħala riżultat ta' dan, li tqies biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni.

(2)

Fit-12 ta' Novembru 2016 hija imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1977 (2) (“ir-Regolament provviżorju”).

2.   Proċedura sussegwenti

(3)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbażi tagħhom ġie deċiż li jkun impost dazju provviżorju tal-antidumping (“l-iżvelar provviżorju”), produtturi tal-Unjoni, produtturi esportaturi Ċiniżi, u assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ressqu sottomissjonijiet bil-miktub. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità.

(4)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati, u fejn kien xieraq, immodifikat il-konklużjonijiet provviżorji skont dan.

(5)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri (“l-iżvelar definittiv”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar l-iżvelar definittiv. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u fejn xieraq ittieħdu inkunsiderazzjoni.

3.   Kampjunar

(6)

Fil-premessi minn (7) sa (9) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stiednet kummenti dwar ir-rappreżentattività ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(7)

Produttur esportatur Ċiniż sostna li l-produttur tal-Unjoni għandu jitneħħa mill-kampjun billi d-dejta tiegħu toħloq distorsjoni fil-konklużjonijiet għall-industrija sħiħa. Produttur esportatur Ċiniż ieħor enfasizza li Vallourec kienet l-ikbar kumpanija il-kampjun, għalhekk ma kienx ċar jekk il-kampjun kienx rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. L-ilmentatur argumenta li l-produtturi Ċiniżi qegħdin dejjem iktar jikkompetu wkoll fi prodotti mfassla apposta u ta' livell għoli. Huwa indika wkoll li l-prodotti taż-żejt u tal-gass huma esportati l-iktar barra mill-Unjoni, għalhekk din id-differenza fil-firxa tal-prodott għandha biss rwol żgħir fis-suq tal-Unjoni.

(8)

Il-Kummissjoni talbet dejta addizzjonali u għamlet żjara ta' verifika ulterjuri fil-post tax-xogħol tal-produttur tal-Unjoni. Il-konklużjonijiet urew li l-produttur tal-Unjoni jipproduċi firxa usa' ta' tipi ta' prodotti mill-produtturi tal-Unjoni l-oħra fil-kampjun, imma din il-firxa wiesgħa ta' prodott, inklużi pajpijiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, iż-żejt u l-gass u l-kostruzzjoni, kienet fid-definizzjoni tal-prodott. Kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi Ċiniżi huma involuti fiż-żewġ prodotti ta' komodità u prodotti ta' livell għoli. Il-produttur tal-Unjoni speċifiku jirrappreżenta parti kbira tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-produttur tal-Unjoni huwa parti mill-industrija tal-Unjoni, u ma hemmx raġunijiet biex jiġi eskluż mill-kampjun. Kull impatt bla bżonn tas-sitwazzjoni speċifika ta' din il-kumpanija fl-ambitu tad-dannu ġie ttrattat permezz ta' aġġustamenti tal-ispejjeż u l-ponderazzjoni, kif spjegat fil-premessi (81), (84) u (146).

(9)

L-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi tenniet il-kummenti ta' qabel tagħha kontra l-bidu ta' investigazzjoni, fosthom l-oppożizzjoni tagħha għall-metodu li jiġi stabbilit kampjun preliminari qabel il-bidu. Hija allegat ukoll li l-ilment ma ġiex issostanzjat, kien ta' kwalità baxxa u bbażat fuq suppożizzjonijiet, id-definizzjoni tal-prodott kienet wiesgħa wisq u tiġbor flimkien prodotti differenti wisq, u kien hemm wisq elementi kunfidenzjali.

(10)

Il-Kummissjoni fakkret li l-għażla preliminari ta' kumpaniji fil-kampjun kienet miftuħa għal kummenti mill-partijiet interessati. Il-kummenti tal-assoċjazzjoni Ċiniża ġew riċevuti biss wara d-data tal-iskadenza, sa liema stadju l-kampjun kien diġà ġie kkonfermat. Għalhekk ġie miċħud. Fir-rigward tal-oġġezzjonijiet l-oħra, il-Kummissjoni indikat li fl-istadju tal-ilment, ma kienx meħtieġ li jkun hemm diġà l-istess evidenza ta' dumping u dannu li tkun neċessarja għall-impożizzjoni ta' miżuri. L-oġġezzjonijiet dwar l-annessi kunfidenzjali tal-ilment ġew eżaminati u ġiet ikkonfermata l-ġustifikazzjoni għall-kunfidenzjalità. F'kull każ, l-assoċjazzjoni Ċiniża rċeviet risposta ddettaljata għall-oġġezzjonijiet tagħha kontra l-bidu.

(11)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-metodu ta' kampjunar, il-konklużjonijiet provviżorji stabbiliti fil-premessi (10) sa (13) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

4.   Eżami individwali

(12)

Kif imsemmi fil-premessa (14) tar-Regolament provviżorju tliet produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun talbu li jiġi stabbilit marġni individwali ta' dumping skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji, tnejn minnhom iddeċidew li jirtiraw it-talba tagħhom għal eżami individwali. L-uniku produttur esportatur li kkonferma t-talba inizjali tiegħu għal eżami individwali kien Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd.

5.   Formoli għal talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq

(13)

Ma ġew sottomessi l-ebda formoli għal trattament ta' ekonomija tas-suq minn ebda produtturi esportaturi matul l-investigazzjoni. Għaldaqstant, is-sejbiet tal-premessa (15) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

6.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta' verifika

(14)

Flimkien mal-kwestjonarji u ż-żjarat deskritti fil-premessi (16) u (17) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni bagħtet domandi addizzjonali lill-ilmentatur u lil produttur tal-Unjoni sabiex twettaq il-verifiki dwar id-dannu u l-kawżalità identifikati fir-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, produttur esportatur Ċiniż irċieva kwestjonarju għal eżami individwali.

(15)

Saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:

(a)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd. (eżami individwali)

(b)

Produtturi tal-Unjoni

Vallourec Deutschland GmbH, il-Ġermanja

(c)

Importaturi mhux relatati

Edgen Murray GmbH, Awstrija / Ir-Renju Unit

Jan van Meever BV, Meerkerk, il-Pajjiżi l-Baxxi

Cuñado S.A., Spanja

7.   Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(16)

L-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi kkritikaw il-punt tal-bidu tal-perjodu kkunsidrat (2012), u sostnew li s-sena 2011 kienet tkun punt ta' bidu iktar xieraq. Ġie sostnut li l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat naqas mill-2011 (46 657 tunnellata) għall-2012 (39 195 tunnellata). Bħala riżultat, l-2012 bħala sena bażi turi żieda ta' importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat (għal 42 539 tunnellata), filwaqt li fl-2011 bħala s-sena bażi turi tnaqqis ta' importazzjonijiet miċ-Ċina. Talbet spjegazzjoni ulterjuri dwar l-għażla tal-2012.

(17)

Il-Kummissjoni osservat li l-perjodu kkunsidrat ġie stabbilit skont il-prassi standard. Kif spjegat fil-premessa (18) tar-Regolament provviżorju, il-perjodu kkunsidrat ikopri tliet snin kalendarji sħaħ ta' qabel il-perjodu ta' investigazzjoni. Ma hemm l-ebda bażi sabiex jingħażel perjodu differenti. Il-kumment għalhekk ma ntlaqax. F'kull każ, id-dejta miġbura mill-partijiet interessati kopriet biss il-perjodu kkunsidrat. Id-determinazzjoni tal-indikaturi tad-dannu kienet possibbli biss mill-perjodu 2012 sal-2015. Għalhekk, id-dejta fuq il-volumi ta' importazzjoni miċ-Ċina mill-2011 ma kinitx tippemetti lill-Kummissjoni li tiġbed konklużjonijiet dwar l-iżvilupp kumplessiv tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl tax-xejra tal-profittabbiltà li qed tonqos mill-2012, kif deskritt fil-premessi minn (91) sa (92), l-inklużjoni tas-sena 2011 fil-perjodu kkunsidrat kieku kienet turi żvilupp negattiv iktar serju fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(18)

Wara divulgazzjoni definittiva, poduttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi saħqu li fil-premessa (59) (li tikkorrispondi għall-premessa (47) tad-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali) l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni għad-differenzi fil-volumi tal-esportazzjoni ma kienet ibbażata fuq l-ebda evidenza.

(19)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-premessa (59) ma kenitx tikkonċerna t-talba tal-inklużjoni tas-sena 2011 fil-perjodu tal-investigazzjoni, iżda minflok kienet tirreferi għal kumment differenti mingħand parti interessata oħra, li kienet iddikjarat inkonsistenza fil-konfornt ta' investigazzjoni preċedenti tal-istess prodott. Id-dikjarazzjonijiet tal-assoċjazzjoni Ċiniża tal-produtturi esportaturi li kienu jikkonċernaw il-perjodu ta' investigazzjoni ġew indirizzati fil-premessa (17).

(20)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-perjodu tal-investigazzjoni, ġiet ikkonfermata l-premessa (18) tar-Regolament provviżorju.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(21)

Produttur esportatur Ċiniż sostna li d-definizzjoni tal-prodott kienet wiesgħa żżejjed billi tinkludi tipi ta' prodott ta' azzar illigat li l-kosti u l-prezzijiet rispettivi tagħhom jiddevjaw b'mod sinifikanti mill-prodott standard ikkonċernat. Huwa talab l-esklużjoni tat-tipi tal-prodott magħmulin mill-azzar illigat u azzar illigat ħafna (3) mid-definizzjoni tal-prodott.

(22)

L-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniża sostniet li d-definizzjoni tal-prodott iġġib flimkien tliet setturi tas-suq differenti: (a) żejt/gass, (b) impjanti tal-enerġija u (c) kostruzzjoni, u li dak id-dannu kellu jiġi evalwat separatament għal kull segment. Jingħad li l-prodott intiż għal segment tas-suq wieħed huwa meħtieġ għall-konformità ma' standards industrijali speċifiċi u għalhekk ma jistax jintuża f'segment ieħor. Bħala prova ta' dan tal-aħħar, hija rriferiet għall-prattika fil-Kanada u l-Istati Uniti, fejn investigazzjonijiet antidumping kienu sseparaw il-pajpijiet u t-tubi prodotti għas-settur taż-żejt/gass minn pajpijiet u tubi prodotti għal setturi oħrajn.

(23)

Fir-rigward tal-oġġezzjoni tal-aħħar, parti waħda interessata sostniet li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni kienu relatati biss mas-settur tal-kostruzzjoni.

(24)

Fir-rigward tal-ewwel oġġezzjoni dwar l-azzar illigat u l-azzar illigat ħafna, il-Kummissjoni nnutat li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat tkopri varjetà wiesgħa ta' tipi ta' prodotti li jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi tekniċi u fiżiċi jew simili għalihom. Il-Kummissjoni qieset id-differenzi fost it-tipi ta' prodotti u żgurat li jkun hemm paragun ġust. Ġie allokat numru tal-kontroll tal-prodotti (product control number — PCN) uniku għal kull tip ta' prodott li jiġi prodott u mibjugħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għal kull wieħed prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Il-PCN kien jiddependi fuq il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, f'dan il-każ, it-tip ta' prodott, id-dijametru estern, il-ħxuna tal-ħajt, it-tberrid u l-ittemprar, it-tul, l-estremità tat-tubu, u l-ittestjar. Għaldaqstant, it-tipi ta' prodott importati miċ-Ċina ġew imqabbla abbażi tal-PCN mal-prodotti li ġew prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni li għandhom l-istess karatteristiċi jew karatteristiċi simili. B'mod partikolari, l-ewwel karatteristika (tip ta' prodott) isseparat azzar mhux illigat, illigat u illigat ħafna. Għalhekk id-differenzi f'kosti u prezzijiet ġejjin minn azzar illigat u lligat ħafna ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-paraguni. Skont il-ġurisprudenza (4), meta jiġi ddeterminat jekk il-prodotti humiex simili biex jiffurmaw parti mill-istess prodott, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk għandhomx l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, u għandhomx l-istess użi finali bażiċi u l-istess relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità. F'dak ir-rigward, l-interskambjabbiltà ta', u l-kompetizzjoni bejn, dawk il-prodotti għandhom jiġu vvalutati wkoll. L-investigazzjoni sabet li t-tipi kollha ta' prodott huma magħmula mill-azzar bl-użu ta' proċessi ta' manifattura meħtieġa għall-produzzjoni ta' pajpijiet mingħajr ġonġituri, b'hekk bl-użu ta' magni simili, b'tali mod li l-produtturi jistgħu jaqilbu bejn varjanti differenti tal-prodott, skont id-domanda. Għaldaqstant, għalkemm it-tipi differenti tal-prodott mhumiex direttament interskambjabbli, il-produtturi qed jikkompetu għal ordnijiet li jkopru firxa wiesgħa ta' tipi ta' prodotti. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta' prodotti huma prodotti u mibjugħa kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi Ċiniżi bl-użu ta' metodu simili ta' produzzjoni.

(25)

Fir-rigward tat-tieni oġġezzjoni dwar is-segmenti tas-suq, l-oġġezzjoni ma tissostanzjax fuq liema bażi tipi ta' prodotti ta' segment tas-suq wieħed jew ieħor għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. Lanqas ma huwa spjegat għaliex għandha ssir evalwazzjoni tad-dannu separata skont is-segment. Id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, li tkopri pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri b'dijametru estern li jaqbeż 406, 4 mm, la ġiet ikkontestata wara n-Notifika ta' bidu, u lanqas fir-risposti tal-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika. Kif spjegat fil- premessa(24), il-PCN hija bbażata fuq karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi, mhux fuq l-użu finali potenzjali jew is-segment tas-suq. F'kull każ, l-investigazzjoni wriet li kemm il-produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll il-produtturi tal-Unjoni jikkompetu fit-tliet segmenti kollha. Barra minn hekk, ir-rati tad-dazju għal kull produttur esportatur Ċiniż huma kkalkulati fuq il-bażi ta' medja ponderata skont it-tip ta' prodott. Bħala riżultat, id-dazji totali li għandhom jitħallsu jibqgħu identiċi għal taħlita ta' prodott partikolari. Filwaqt li ċerti tipi ta' prodott jiksbu marġni iktar baxxi u oħrajn marġni ogħla, is-somma tal-marġni kollha tkun ugwali għall-ponderazzjoni medja tat-tipi kollha tal-prodott.

(26)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi komplew jikkontestaw l-ambitu tal-prodott. Huma argumentaw li, minħabba r-rekwiżiti differenti f'termini ta' standards, kontenut ta' liga, u użi finali, il-prodotti għas-segment taż-żejt u tal-gass kienu differenti mill-prodotti għaż-żewġ segmenti l-oħrajn, u mhux interskambjabbli. Allegatament, il-PCN ma setax jippermetti tqabbil xieraq bejn it-tipi ta' prodotti, billi l-ambitu stess tal-prodott ma kienx definit kif xieraq. Fir-rigward tal-produtturi li jdawru l-attenzjoni tagħhom minn segment għal ieħor, huma ddikjaraw li d-diffikultajiet fiż-żewġ segmenti l-oħrajn għaldaqstant kienu r-riżultat tal-forzi tas-suq u mhux relatati mal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Barra minn hekk, huma allegaw li t-tidwir fl-attenzjoni tal-produtturi tal-Unjoni lejn segmenti oħrajn kien strateġija kummerċjali li bilfors kienet timplika tnaqqis fid-dħul, minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fis-segmenti l-oħrajn meta mqabbla mal-prodotti taż-żejt u tal-gass.

(27)

Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (24) fejn ikkonkludiet li filwaqt li wħud mit-tipi ta' prodotti differenti ma kinux direttament interskambjabbli, speċjalment minħabba r-rekwiżiti differenti f'termini ta' standards u materji primi, madankollu kellhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi, jew karatteristiċi simili. Fir-rigward tat-tidwir fl-attenzjoni lejn segmenti oħrajn, il-kummenti minn partijiet interessati ma kkontestawx il-kapaċità li l-produtturi jdawru l-attenzjoni tagħhom minn segment għal ieħor. Għaldaqstant, il-kummenti kkonfermaw is-sejbiet fil-premessa (24) li l-prodotti għal segmenti differenti kienu prodotti mill-istess produtturi, b'magni simili, u li l-produtturi jistgħu jibdlu bejn varjanti differenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ambitu tal-prodott kien korrett, u allura t-tqabbil bejn it-tipi ta' prodotti kien possibbli abbażi tal-PCN. Għaldaqstant, hija kkonkludiet li dawn id-dikjarazzjonijiet ma kkontradixxewx is-sejbiet tal-investigazzjoni.

(28)

Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tipi kollha ta' prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatterisitiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi. B'konsegwenza ta' dan, id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq ġew miċħuda u l-konklużjonijiet tal-premessi minn (19) sa (22) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

C.   DUMPING

1.   Pajjiż analogu

(29)

Kif imsemmi fil-premessi (24) sa (28) tar-Regolament provviżorju, intgħażel il-Messiku bħala l-pajjiż analogu xieraq sabiex jiġu stabbiliti l-valuri normali għar-RPĊ skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(30)

Wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, parti interessata waħda sostniet li l-Korea ta' Isfel għandha tiġi kkunsidrata bħala pajjiż analogu aħjar billi l-kosti ta' produzzjoni u l-proċess ta' produzzjoni f'impjanti Koreani jixbah ferm iżjed dak tal-impjanti Ċiniżi. Intqal ukoll li hemm differenzi sinjifikanti f'termini ta' kosti u teknoloġija użati fil-proċess ta' produzzjoni bejn uħud mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-produttur tal-pajjiż analogu jew produtturi tal-Unjoni. Il-proċess ta' produzzjoni taċ-Ċiniżi huwa allegatament iktar avvanzat u għandhom isiru ċerti aġġustament sabiex jiġi ggarantit tqabbil ġust.

(31)

Ta' min jinnota li l-prodott ikkonċernat jikkostitwixxi suq niċċa u għalhekk numru relattivament żgħir ta' produtturi huma kapaċi jipproduċuh. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni mal-pajjiż analogu hija volontarja. Ghalkemm CISA ssuġġeriet li l-Korea ta' Isfel tkun għażla iktar xierqa għal pajjiż analogu, ma pproponietx produttur Korean speċifiku li kien lest jikkoopera. Qed jitfakkar hawnhekk, li fl-istadju provviżorju l-Kummissjoni talbet il-kooperazzjoni minn 13-il kumpanija fi 8 pajjiżi. Anki għalkemm kumpanija fil-Korea ta' Isfel kienet fost dawn il-kumpaniji, il-kumpanija speċifika qatt ma wieġbet għat-talba. Skont tiftix fuq l-internet u konsultazjoni tas-siti web tal-kumpaniji ta' 41 produttur ta' prodotti tal-azzar fil-Korea ta' Isfel, instab li tlieta minnhom biss ipproduċew pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri. Tnejn minn dawn tal-aħħar ipproduċew pajpijiet u tubi ta' dijametru żgħir li mhuwiex il-prodott ikkonċernat u l-uniku produttur fil-Korea ta' Isfel li pproduċa l-prodott ikkonċernat, għamel użu minn teknoloġija ta' produzzjoni li mhijiex paragunabbli mat-teknoloġiji ta' produzzjoni li kienu użati l-iktar mill-produtturi Ċiniżi. L-evidenza misjuba matul l-investigazzjoni tindika li l-Korea ta' Isfel kienet qed tipproduċi b'mod predominanti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri ta' dijametru żgħir, li mhux il-prodott li qed jiġi investigat, jew tagħmel użu minn teknoloġija ta' produzzjoni li mhix kumpatibbli ma' dik tal-produtturi Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Korea ta' Isfel ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala pajjiżi analogu adegwat.

(32)

Barra minn dan, għalkemm teżisti varjetà ta' proċessi ta' produzzjoni fost il-produtturi Ċiniżi, il-proċess ta' produzzjoni tal-produttur Messikan huwa wieħed mill-proċessi użati mill-produtturi Ċiniżi. Ix-xebh tal-proċessi tal-produzzjoni bejn il-Messiku u ċ-Ċina sostna iktar il-konklużjoni li l-Messiku kien pajjiż analogu xieraq għal din l-investigazzjoni.

(33)

Il-parti interessata ma ssottomettietx evidenza suffiċjenti sabiex tispjega u tikkwantifika f'termini ta' kosti d-differenzi bejn it-teknoloġija ta' produzzjoni allegatament avvanzata tagħha u t-teknoloġija li tintuża fil-Messiku. Ma pprovdiet l-ebda informazzjoni tal-kosti ta' produttur Ċiniż speċifiku, lanqas għas-settur ta' attività fiċ-Ċina, lanqas ma rriferiet għal xi produttur ieħor li juża proċessi ta' produzzjoni simili, li kienu jippermettu lill-Kummissjoni li tivvaluta d-differenzi allegati bejn it-teknoloġija użata fiċ-Ċina u l-produttur Messikan li kkoopera, u l-impatt, jekk kien hemm, f'kemm kien xieraq il-Messiku bħala pajjiż analogu. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda koperazzjoni mill-Korea ta' Isfel. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonfermat il-Messiku bħala l-uniku pajjiż analogu xieraq disponibbli.

(34)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż iddikjara li l-Kummissjoni aċċettat lill-Messiku bħala l-pajjiż analogu mingħajr kritika minħabba r-raġuni li din l-għażla kienet tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha li ssib marġini ta' dumping għoljin.

(35)

It-talba speċifika kienet sempliċi dikjarazzjoni u l-parti interessata ma ssostanzjatx l-asserzjoni tagħha u lanqas ma pprovdiet evidenza li l-Messiku ma kenitx pajjiż analogu xieraq. Fi kull każ, il-Kummissjoni tfakkar li meta tirċievi biss kooperazzjoni mingħand produttur esportatur wieħed f'pajjiż b'ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni hija obbligata, abbażi tas-sentenza GLS (C-338/10), li tuża dak il-pajjiż. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

2.   Valur normali

(36)

Id-dettalji għall-kalkolu tal-valur normali huma stabbiliti fil-premessi (29) sa (37) tar-Regolament provviżorju.

(37)

Produttur esportatur Ċiniż sostna li l-parti l-kbira tad-dejta biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping inżamm kunfidenzjali b'mod mhux raġonevoli. Il-parti kkummentat b'mod speċjali fuq il-fatt li l-valur normali tal-produttur li kkoopera ma ġiex żvelat.

(38)

Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku, informazzjoni ta' natura kunfidenzjali hija informazzjoni li l-iżvelar tagħha jista' jikkawża: (1) żvantaġġ sinifikanti għal kompetitur, jew (2) effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li l-informazzjoni tkun waslet mingħandha. Billi d-dejta rigward il-bejgħ u l-ispejjeż għandha natura kunfidenzjali, fir-Regolament provviżorju d-dejta rigward profitt, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi tal-produttur tal-pajjiż analogu ġiet ipprovduta fuq bażi perċentwali f'firxiet, u għalhekk tipprovdi trasparenza sal-ikbar estent possibbli mingħajr ma tikser in-natura kunfidenzjali tagħha. Il-produttur tal-pajjiż analogu talab u ġġustifika trattament ta' kunfidenzjalità tad-dejta tal-bejgħ u l-ispejjeż tiegħu, li l-iżvelar tagħhom jista' jagħmel ħsara lill-pożizzjoni kompetittiva tal-kumpanija. Barra minn hekk, l-iżvelar tal-valur normali jista' jipprovdi l-possibbiltà li kompetitur jibni l-prezzijiet u l-ispejjeż b'lura tal-produttur tal-pajjiż analogu. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(39)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti oħra dwar il-valur normali, il-premessi minn (29) sa (37) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(40)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż, Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd (“Gross”) iddikjara li l-Kummissjoni użat valur normali maħdum biss għas-27 tip ta' prodotti li Gross esporta matul il-perjodu tal-investigazzjoni, mingħajr ma ddistingwa bejn it-tipi differenti ta' azzar u l-kostijiet għat-tberrid u t-temprar fil-proċess tal-produzzjoni tiegħu. Id-dikjarazzjoni speċifika kienet ibbażata fuq il-qari u l-interpretazzjoni tal-partijiet individwali tad-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali billi jiżolaw it-tifsira tagħhom mit-tifsira tad-dokument sħiħ.

(41)

Il-Kummissjoni tfakkar hawnhekk li d-dettalji sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta' dumping kienu stabbiliti fil-premessi minn (44) sa (47) tar-Regolament provviżorju u msemmija fil-premessa (41) tad-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali. Il-premessa (44) tar-Regolament provviżorju semmiet b'mod preċiż li l-Kummissjoni qabblet il-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni għal kull tip ta' prodott waħdu u qatt ma użat valur normali wieħed għat-tipi kollha ta' prodotti. It-tipi ta' prodotti li ntużaw għat-tqabbil kienu definiti fil-kwestjonarji li ntbagħtu lill-produttur ta' pajjiż analogu, lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u lill-produtturi tal-Unjoni. Il-grad tal-azzar, it-tberrid u t-temprar u karatteristiċi oħrajn kienu speċifikati u meqjusa biex jiġi kkalkulat il-kost tal-produzzjoni u l-kostruzzjoni tal-valur normali għal kull tip ta' prodott b'mod separat, billi jsir aġġustament għal kull karatteristika kif xieraq. Billi d-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq miżinterpretazzjoni tad-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali, din ġiet miċħuda.

(42)

Gross iddikjara wkoll li l-Kummissjoni jinħtieġ li telimina mill-bejgħ tagħha b'esportazzjoni dawk it-tipi ta' prodotti li TAMSA, il-produttur Messikan tal-pajjiż analogu, ma jipproduċix.

(43)

Il-prattika tal-Kummissjoni wara s-sentenza tad-WTO dwar il-każ “European Communities — Definitive Anti-Dumping Measures on Certain Iron or Steel Fasteners from China” (5) hi li jinħtieġ li jinstab jew jinbena valur normali għat-tipi kollha esportati mill-produttur esportatur. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad din id-dikjarazzjoni.

3.   Prezz tal-esportazzjoni

(44)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti dwar il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (38) u (39) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

4.   Paragun

(45)

Id-dettalji għall-metodu użat għall-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun huma stabbiliti fil-premessi (40) sa (43) tar-Regolament provviżorju.

(46)

Hawnhekk jiġi mfakkar li ċ-Ċina tapplika politika tar-rimborż tal-VAT b'mod parzjali biss fil-mument tal-esportazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-valur normali jiġi espress fl-istess livell ta' tassazzjoni bħal tal-prezz tal-esportazzjoni, il-valur normali fir-Regolament provviżorju ġie ddeterminat bl-inklużjoni tal-VAT impost fuq l-esportazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri ta' dijametru kbir li ma ġiex rimborżat lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Il-VAT speċifikat mhux rimborżabbli kien fil-livell ta' 8 % għat-tipi kollha ta' prodotti.

(47)

F'dan ir-rigward, l-ilmentaturi kkumentaw li l-VAT rimborżabbli fiċ-Ċina ma kienx l-istess għat-tipi kollha ta' prodotti. Speċifikament, għal pajpijiet u tubi użati fit-negozju tal-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass, il-VAT rimborżabbli kien ta 13 % u għat-tipi l-oħra ta' prodotti kien ta' 9 %. L-ilmentatur stqarr li l-marġnijiet ta' dumping għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid skont dan u talab konferma li l-VAT speċifikat effettivament tħallas qabel isir ir-rimborż.

(48)

Peress li l-VAT fiċ-Ċina kien l-istess għat-tipi kollha ta' prodotti fil-livell ta' 17 %, il-VAT mhux rimborżabbli għall-pajpijiet u t-tubi użati fit-negozju tal-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass għalhekk kien ta' 4 % u għat-tipi l-oħra ta' prodotti kien ta' 8 %.

(49)

Għalhekk, il-Kummissjoni rrevediet l-aġġustamenti għall-kumpaniji li rrappurtaw il-VAT attwali rimborżat fuq il-bażi ta' tranżazzjoni tranżazzjoni fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Il-produtturi esportaturi speċifiċi kienu Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd. u Hengyang Valin MPM Co., Ltd. Il-marġnijiet ta' dumping għal dawk il-kumpaniji ġew ikkalkulati mill-ġdid skont dan. Il-kalkolu mill-ġdid li jqis ir-rati speċifiċi ta' VAT mhux rimborżabbli wassal għal marġnijiet ta' dumping kemxejn iktar baxxi. Il-marġnijiet ta' dumping tal-kumpaniji l-oħrajn fil-kampjun baqgħu fil-livell provviżorju.

(50)

Matul iż-żjarat ta' verifika ġie kkonfermat li l-VAT effettivament tħallas qabel ġie rimborżat.

5.   Marġnijiet tad-dumping

(51)

Id-dettalji tal-kalkolu tad-dumping ġew stabbiliti fil-premessi (44) sa (47) tar-Regolament provviżorju.

(52)

Rigward il-produtturi esportaturi fil-kampju, l-aġġustamenti tal-VAT l-iktar preċiżi fuq il-valuri normali wasslu għal marġnijiet tad-dumping definittivi, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv (%)

Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd.

45,4

Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd.

103,8

Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd.

39,9

Hengyang Valin MPM Co., Ltd.

92,9

Il-produtturi l-oħra li kkooperaw

73,6

Il-produtturi l-oћra kollha

103,8

Għall-uniku produttur esportatur li talab eżami individwali, Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd, il-marġni tad-dumping definittiv fid-dokumenti ta' divulgazzjoni ġenerali huwa ta' 66,0 %.

(53)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż (Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd (“Gross”)) iddikjara li l-marġni ta' dumping tiegħu (66,0 %) ma jistax ikun ogħla mill-marġni ta' dumping ta' Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd, (“Chengde”) u Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd (“Lontrin”) li kienu 45,4 % u 39,9 % rispettivament. Id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq il-konġunzjoni ta' żewġ kunsiderazzjonijiet: (i) is-suppożizzjoni li l-valur normali li ntuża biex jiġu kkalkulati l-marġnijiet tad-dumping kien l-istess għat-tliet esportaturi Ċiniżi, u (ii) il-fatt li, skont l-istatistika kummerċjali Ċiniża fil-livell tal-kodiċijiet doganali, il-prezz medju unitarju tal-esportazzjoni kien ogħla mill-prezzijiet rispettivi ta' Chengde u Lontrin.

(54)

Fir-rigward tas-suppożizzjoni li għamel Gross, il-Kummissjoni tfakkar li l-kalkolu tal-marġni tad-dumping ma kienx ibbażat fuq valur normali medju għal kull produttur esportatur, iżda fuq il-valur normali ta' kull tip ta' prodott li ġie esportat lejn is-suq tal-Unjoni minn dan il-produttur esportatur. Għaldaqstant, it-taħlit tal-prodotti li ġew esportati iddetermina l-kalkulazzjoni tal-marġni medju peżat ta' dumping. Billi t-tliet produtturi esportaturi ma esportawx l-istess taħlit ta' prodotti matul il-perjodu ta' investigazzjoni, is-suppożizzjoni li għamel Gross mhijiex korretta. Barra minn hekk, il-prezzijiet unitarji tal-esportazzjoni li ntużaw biex jiġi kkalkulat il-marġni ta' dumping kienu bbażati fuq it-tranżazzjonijiet attwali ta' esportazzjoni u mhux fuq dejta statistika. Fl-istess ħin, il-prezzijiet unitarji ta' esportazzjoni ġew determinati fil-livell tat-tipi ta' prodotti li ma kkorrispondewx mal-livell tal-kodiċi doganali li Gross uża fid-dikjarazzjoni tiegħu. Billi d-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq suppożizzjonijiet żbaljati u mhux biżżejjed fatti, din ġiet miċħuda. Madankollu, il-korrezzjoni ta' xi żbalji ta' kopjar li nkixfu matul l-eżami mill-ġdid tal-kalkoli tal-marġni ta' dumping wassal għal tnaqqis fil-marġni ta' dumping definittiv minn 66,0 % għal 52,3 %.

D.   INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(55)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn rigward l-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn (49) sa (51) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(56)

Il-kummenti għall-premessa (52) tar-Regolament provviżorju rigward it-teħid ta' kampjuni tal-industrija tal-Unjoni ġew ittrattati hawn fuq flimkien mal-kummenti għall-premessi minn (7) sa (9) tar-Regolament provviżorju.

E.   DANNU

1.   Konsum tal-Unjoni

(57)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-konsum tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (53) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

2.   Importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat

Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(58)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, produttur esportatur Ċiniż ikkontesta l-volum ta' importazzjoni tal-2012 fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju, fejn stqarr li l-volum kien differenti mid-dejta użata f' investigazzjoni mitmuma qabel li kienet ikkonċernat l-istess prodott.

(59)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-ilment f'dik l-investigazzjoni preċedenti kienet ippreżentata f'Diċembru 2012. Għalhekk, ma kienx fiha l-volumi tal-importazzjoni għas-sena sħiħa 2012, iżda minflok kienet ibbażata fuq it-tieni nofs tal-2011 u l-ewwel nofs tal-2012. Id-dejta użata fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju rriflettiet id-dejta tal-Eurostat għas-snin kollha mill-2012 sal-2015. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(60)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ddikjaraw li fil-premessa (59) l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni ma kenitx tindirizza d-dikjarazzjoni tagħhom li s-sena 2011 kienet tkun aktar xierqa bħala sena ta' bidu tal-perjodu ta' investigazzjoni.

(61)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-premessa (59) tirreferi għal dikjarazzjoni differenti minn parti interessata differenti. Id-dikjarazzjoni rigward il-perjodu ta' investigazzjoni ġiet indirizzata fil-premessa (17).

(62)

Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-volumi tal-importazzjoni, il-premessi (54) u (55) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

Prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(63)

Wara divulgazzjoni definittiva, instab żball ta' kopjar rigward l-istatistika ta' importazzjoni fil-premessi minn (56) sa (58) u fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju.

(64)

B'riżultat ta' dan, il-konklużjonijiet tal-premessa (56) tar-Regolament provviżorju ġw riveduti kif ġej:

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina:

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Prezz medju f'EUR/tunnellata

1 096

1 079

1 037

1 099

Indiċi (2012 = 100)

100

98

95

100

Sors: il-Kummissjon Ewropea (Eurostat).

(65)

Is-sejbiet tal-premessa (57) tar-Regolament provviżorju ġew riveduti kif ġej:

Il-prezzijiet medji ta' importazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat. Il-prezzijiet medji ta' importazzjoni miċ-Ċina baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu meqjus. Il-prezzijiet ta' importazzjoni kienu kemxejn aktar baxxi fis-sena 2014 mis-snin preċedenti, iżda fl-2015 il-prezzijiet reġgħu żdiedu għal-livelli inizjali tagħhom.

(66)

Is-sejbiet tal-Premessa (58) tar-Regolament provviżorju ġw riveduti kif ġej:

Madankollu, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni jiddependu fuq it-taħlita tal-prodotti, b'mod partikulari l-grad tal-azzar, li mhuwiex viżibbli fl-istatistika kummerċjali. Filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha kien ta' 1 099 EUR/tunnellata fil-PI, il-prezz medju tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun kien ta' 1 102 EUR/tunnellata, b'firxa minn 946 EUR/tunnellata għal 1 444 EUR/tunnellata.

(67)

Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni, il-premessi minn (56) sa (59) tar-Regolament provviżorju ġew riveduti fil-premessi minn (64) sa (66).

(68)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi talbu aktar ġustifikazzjoni għall-eliminazzjoni ta' żewġ karatteristiċi min-numri ta' kontroll tal-prodott (PCN) għall-finijiet tal-istabbiliment ta' marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz u tad-dannu. Huma allegaw li t-tneħħija ta' dawn iż-żewġ karatteristiċi seta' wassal għal marġnijiet tad-dannu għoljin b'mod mhux raġonevoli. Huma talbu wkoll kjarifiki dwar għaliex il-214NN PCNs u 215NN esportati miċ-Ċina ma jaqblux mal-bejgħ tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(69)

F'konformità mal-informazzjoni mogħtija lill-produtturi esportaturi fl-iżvelar provviżorju, il-Kummissjoni ċċarat li ma seta' jinstab ebda tqabbil suffiċjenti bl-użu tal-PCN sħiħ magħmul mis-seba' karatteristiċi. Il-PCN kien simplifikat bl-eliminazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott “tkessiħ u ttemprar” u “ittestjar”. Bħala riżultat tas-simplifikazzjoni, fl-istadju provviżorju 62 % sa 99 % tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun qablu mat-tipi ta' prodotti mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni. Kuntrarjament għal dak li kien allegat, ir-rata ta' tqabbil iktar għolja żgurat li s-sejbiet tad-danni saru fuq bażi rappreżentattiva milli fuq ftit tranżazzjonijiet. Wara t-talbiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni aġġustat il-metodu ta' paragun. Il-prezzijiet ta' importazzjoni tat-tipi ta' prodotti li jifdal li ma nbigħux mill-industrija tal-Unjoni ġew imqabbla mal-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni maħluq, li kien ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ medju tal-Unjoni tal-eqreb grupp tat-tipi ta' prodotti, jiġifieri dawk bl-istess l-ewwel karatteristika tal-PCN. Bħala riżultat, 100 % tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun tqabblu mal-bejgħ tal-Unjoni. Il-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz varjaw minn 15,2 % sa 29,1 %.

(70)

Fir-rigward tal-PCNs speċifiċi, il-Kummissjoni ċċarat li r-raġuni għan-nuqqas ta' qbil ta' dan il-bejgħ tal-esportazzjoni fl-istadju provviżorju kienet in-nuqqas ta' bejgħ tal-Unjoni ta' dan tip ta' prodott bi ħxuna tal-ħajt ikbar minn 30 mm. Fl-istadju definittiv, dawn it-tipi ta' prodotti ġew inklużi fil-paragun tal-prezzijiet skont il-metodu aġġustat spjegat hawn fuq.

(71)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż talab għal kjarifika ulterjuri dwar il-marġni tad-dannu individwali meta mqabbel mal-produtturi esportaturi Ċiniżi oħrajn, abbażi ta' tqabbil fil-prezzijiet tal-istatistika doganali. It-tieni nett, il-produttur esportatur ikkontesta s-simplifikazzjoni tal-kodiċi PCN billi elimina ż-żewġ karatterisitiċi, u ddikjara li s-simplifikazzjoni ma kenitx ġustifikata u setgħet twassal għal tqabbil f'livelli differenti. Minflok, huwa talab li l-Kummissjoni tagħmel aġġustament għal karatteristiċi fiżiċi għat-tberrid u t-temprar għal uħud mit-tipi ta' prodotti billi telimina l-kost medju tat-tberrid u t-temprar mill-bejgħ taħt il-prezz. It-tielet nett, l-istess produttur enfasizza li l-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni ma kinux isegwu xejriet loġiċi f'termini ta' tul u ħxuna tal-ħajt. Ir-raba' nett, talab ukoll għal kjarifika dwar is-sors tal-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni maħdum li ġie stabbilit għat-tipi ta' prodotti li għalihom ma kien instab l-ebda bejgħ fl-Unjoni.

(72)

Fir-rigward tal-ewwel dikjarazzjoni, il-Kummissjoni spjegat li t-tqabbil fil-prezzijiet isir abbażi ta' kull tip ta' prodott. Minħabba din ir-raġuni, ir-riżultat mhux neċessarjament isegwi x-xejriet tal-prezzijiet medji fil-livell tal-kodiċijiet doganali, billi t-taħlit tal-prodotti fl-istess kodiċi doganali mhumiex identiċi għal żewġ produtturi esportaturi differenti. Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, il-Kummissjoni aċċettat it-talba għal aġġustament. Skont dan, il-marġni tad-dannu għal dan il-produttur esportatur kien rikalkulat fir-rigward tat-tipi ta' prodotti kkonċernati mit-talba. Instab li t-tberrid u t-temprar jikkonċerna inqas minn 5 % tal-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodotti kkonċernati. Instab li l-ispiża tat-trattament tat-tberrid u tat-temprar kien bejn 30-60 EUR/tunnellata abbażi ta' dejta disponibbli. L-impatt tal-aġġustament dwar il-marġni tad-dannu tal-produttur esportatur Ċiniż kien inqas minn 0,2 %. Fir-rigward tat-tielet dikjarazzjoni rigward ix-xejriet tal-prezzijiet, il-Kummissjoni ċċarat li l-prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni kienu stabbiliti abbażi tat-tranżazzjonijiet verifikati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-prezzijiet kienu jiddependu fuq il-kundizzjonijiet tas-suq speċifiċi fil-ħin ta' kull tranżazzjoni. Ir-raba' nett, fir-rigward tas-sors tal-prezz maħdum tal-bejgħ, il-Kummissjoni ċċarat, f'konformità mal-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti tad-divulgazzjoni, li l-prezz unitarju tal-bejgħ inħadem bħala l-medja tal-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni tat-tipi tal-prodotti li għandhom l-istess karatteristika primarja tal-PCN.

(73)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż ieħor ikkontesta l-prezz maħdum tal-bejgħ fl-Unjoni. Huwa ddikjara li minflok ħadem il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni abbażi tal-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodotti kollha fl-istess kategorija, kif spjegat fil-premessa (69), il-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni jinħtieġ li jiġi stabbilit bħala l-medja tal-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni ta' dwak it-tipi ta' prodotti biss li kienu ġew esportati mill-produttur esportatur Ċiniż individwali.

(74)

Il-Kummissjoni enfasizzat li dan il-metodu kien iwassal għal prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni differenti għall-istess PCN, skont it-taħlita ta' prodotti ta' kull produttur esportatur individwali. Għaldaqstant, dan il-metodu ma jiggarantix trattament ugwali tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Is-sejbiet ibbażati fuq inqas tipi ta' prodotti kienu jkunu wkoll inqas rappreżentattivi mis-sejbiet ibbażati fuq it-tipi ta' prodotti kollha mibjugħa fl-Unjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(75)

Il-produttur esportatur Ċiniż ikkontesta l-użu tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet fil-premessa (60) u għall-kalkolu tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fil-premessi minn (138) sa (140) tar-Regolament provviżorju. Huwa sostna li l-metodu huwa żbaljat minħabba li r-riżultat medju tal-industrija tal-Unjoni probabbilment mhuwiex identiku għall-profitt speċifiku ta' kull PCN. Huwa sostna li l-paragun minflok kellu jsir fuq il-bażi tal-ispejjeż.

(76)

Il-Kummissjoni indikat li l-użu tal-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni minflok il-prezzijiet, kif sostnut mill-produttur esportatur Ċiniż, kien iwassal għal paragun inqas preċiż. Dan huwa minħabba li paragun ibbażat fuq l-ispejjeż ma setax ikun ġie aġġustat għal-livell tal-kummerċ, peress li l-livell tal-kummerċ jista' jittieħed inkunsiderazzjoni biss billi jiġu injorati tranżazzjonijiet speċifiċi ta' bejgħ, jiġifieri l-bejgħ dirett lil utenti finali. Kalkolu bbażat fuq l-ispejjeż, għall-kuntrarju, kien ikun ibbażat fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni, u għalhekk jiġbor flimkien il-prodotti kollha. L-importazzjonijiet miċ-Ċina jsiru permezz ta' operaturi tas-suq. Il-bejgħ dirett lil utenti finali jinvolvi tipikament rekwiżiti addizzjonali speċifiċi, kif spjegat fil-premessa (61) tar-Regolament provviżorju. Kalkolu bbażat fuq l-ispejjeż għalhekk kien jirriżulta fit-tqabbil ta' tipi differenti ta' tranżazzjonijiet u prodotti ma' xulxin. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li huwa allegat, il-kunsiderazzjoni tal-livell tal-kummerċ wassal għal marġnijiet ta' dannu iktar baxxi, peress li l-bejgħ ta' prezz għoli li sar direttament lil utenti finali ma kienx inkluż fil-kalkolu.

(77)

L-ilmentatur ikkontesta l-esklużjoni tal-bejgħ dirett lill-utenti finali fil-premessa (61) tar-Regolament provviżorju. Huwa sostna li anke jekk il-bejgħ tal-prodotti Ċiniżi jsir tassew permezz ta' distributuri, dak il-bejgħ jinkludi wkoll prodotti magħmulin apposta u li huma ta' kwalità għolja. Skont l-ilmentatur, għalhekk, ma hemmx raġuni li jiġi eskluż il-bejgħ dirett lill-utenti finali mill-paragun.

(78)

Il-Kummissjoni nnutat li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-esportaturi Ċiniż ibigħu l-iktar permezz ta' operaturi tas-suq. Għalhekk, hija kkunsidrat li paragun tal-prezzijiet fl-istess livell ta' kummerċ, deskritti fil-premessi (60) u (61) tar-Regolament provviżorju, huwa l-aktar metodu preċiż disponibbli sabiex jitqabblu l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina mal-aktar tranżazzjonijiet simili fil-bejgħ tal-Unjoni.

(79)

Bħala konsegwenza ta' dan, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (60) sa (62) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

3.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(80)

Il-premessi (8) u (107) tar-Regolament provviżorju enfasizzaw l-ispejjeż għoljin ta' wieħed mill-prodotturi tal-Unjoni fil-kampjun. Dan ġie investigat iktar wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji.

(81)

L-ewwel nett, l-effett tat-tħassir straordinarju ta' prodottur tal-Unjoni ma ġiex ikkunsidrat għall-profitabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni. It-tħassir straordinarju fil-kontijiet annwali kien relatat mal-telf tal-valur ta' ċerti assi, wara l-waqgħa fil-bejgħ għas-segment taż-żejt u l-gass barra mill-Unjoni. Dan ammonta għal total ta' madwar EUR 1 400 miljun għall-grupp fil-perjodu 2014-2015. Sehem mit-tħassir kien affettwa l-valur tal-assi tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat fl-Ewropa u kien irreġistrat bħala spiża tal-produzzjoni. Dan is-sehem tat-tħassir għalhekk għamel il-bejgħ tal-Unjoni jidher li jagħmel aktar telf milli kieku kien jagħmel taħt struttura tal-ispejjeż ordinarji tal-bejgħ tal-Unjoni. Għalhekk dan id-deprezzament ma kienx inkluż fl-ispejjeż tal-bejgħ tal-Unjoni. Bħala riżultat ta' dan, l-ispiża medja tal-bejgħ tal-Unjoni tnaqqas b'60-80 EUR/tunnellata fl-2014 u l-2015.

(82)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż talab għal kjarifika dwar jekk il-Kummissjoni investigatx id-deprezzament tal-erba' produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun u kif id-deprezzament ġie allokat għall-prodott ikkonċernat.

(83)

Il-Kummissjoni ċċarat li tqies id-deprezzament regolari tal-erba' produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampun. F'dawk il-każijiet fejn l-assi ntużaw biex jipproduċu wkoll prodotti oħrajn għajr il-prodott ikkonċernat, tqies biss parti mid-deprezzament totali, li jikkorrispondi għas-sehem tal-volum tal-prodott ikkonċernat, bħala spiża tal-prodott ikkonċernat. L-aġġustament spjegat fil-premessa (81) ma bidilx l-impatt tad-deprezzamenti regolari. Kien jikkonċerna biss it-tħassir straordinarju ta' produttur tal-Unjoni fl-2014 u fl-2015.

(84)

It-tieni nett, l-ispejjeż fissi relatati mal-kapaċità ta' riserva mhux użata ta' dan il-prodottur tal-Unjoni fil-kampjun ma ġewx ikkunsidrati għall-profitabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni. Mill-2012 sal-2015, hija tilfet parti sinifikanti (20 % – 40 %) tal-bejgħ (l-aktar ddedikati għall-esportazzjoni). Il-kapaċità ma tnaqqsitx biex jirrifletti dan it-telf, iżda minflok baqgħet fis-seħħ, lesta biex tintuża meta d-domanda tkompliet. Għalhekk l-ispejjeż ta' din il-kapaċità ta' riserva ma kinux inklużi fl-ispejjeż tal-bejgħ tal-Unjoni.

(85)

Il-Kummissjoni vvalutat jekk ikunx ġustifikat li jsir l-istess aġġustament wkoll għall-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni fil-kampjun. Hija sabet li l-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni kienu wkoll tilfu bejgħ tal-esportazzjoni għalkemm fi grad inqas, filwaqt li żammew il-kapaċità tagħhom stabbli. Għall-finijiet ta' koerenza, il-Kummissjoni għamlet l-istess aġġustament għall-ispejjeż tal-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun, li madankollu kellu biss impatt żgħir (li ma jaqbiżx 0,5 punti perċentwali tal-marġni tad-dannu).

(86)

Bħala riżultat ta' dan, l-ispiża medja tal-bejgħ tal-Unjoni tnaqqas b'30-100 EUR/tunnellata fl-2014 u l-2015.

(87)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż talab għal aktar informazzjoni dwar l-aġġustament tal-kostijiet, id-diżaggregazzjoni tagħhom, u l-impatt tal-aġġustament. It-tieni nett, huwa ddikjara li r-rapporti finanzjarji ppubblikati ta' produttur tal-Unjoni fil-kampjun urew riżultati finanzjarji li kienu differenti mill-ispejjeż u l-profittabbiltà rrappurtati fid-divulgazzjoni definittiva.

(88)

Fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-aġġustament tal-ispejjeż, il-Kummissjoni indikat li l-impatt totali tal-aġġustament għall-ispejjeż tal-2014 u tal-2015 ġie divulgat fil-premessa (86). Il-Kummissjoni ċċarat li l-aġġustament tal-ispejjeż qies il-kostijiet fissi kollha, inklużi l-ispejjeż ġenerali, ix-xogħol indirett, id-deprezzament, u l-bejgħ, u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi. Minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva tad-dejta dwar l-ispejjeż tal-produtturi individwali tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela diżaggregazzjoni dettaljata tal-ispejjeż. Minflok, il-Kummissjoni divulgat firxa tal-impatt. Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, il-Kummissjoni indikat li r-rapporti finanzjarji ppubblikati rreferew għar-riżultati tal-grupp sħiħ u tal-prodotti kollha. B'kuntrast ma' dan, is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu jikkonċernaw b'mod speċifiku l-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, id-dejta dwar l-ispejjeż u dwar il-profittabbiltà miż-żewġ sorsi kienet differenti, għaliex ma kinux jirreferu għall-istess ambitu ta' attività.

(89)

L-aġġustamenti inaqqsu s-sehem tal-ispejjeż ġenerali allokati għall-bejgħ tal-Unjoni, u għalhekk inaqqsu t-telf tal-bejgħ tal-Unjoni fl-2014 u l-2015.

(90)

Bħala riżultat tal-aġġustamenti tal-ispejjeż, il-Kummissjoni rrevediet is-sejbiet stabbiliti fil-premessa (79) tar-Regolament provviżorju kif ġej:

Matul l-istess perjodu, l-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni baqgħu pjuttost stabbli, filwaqt li l-effetti tal-ispejjeż straordinarji u tal-kapaċità ta' riserva tneħħew. L-ispejjeż stabbli flimkien mat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ wasslu biex l-industrija tibda tagħmel it-telf mill-2013 'il quddiem.

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati

1 839

1 679

1 773

1 584

Indiċi (2012 = 100)

100

91

96

86

L-ispiża għal kull unità tal-merkanzija mibjugħa (EUR/tunnellata)

1 733

1 713

1 942

1 873

Indiċi (2012 = 100)

100

99

112

108

L-ispiża għal kull unità tal-merkanzija mibjugħa (EUR/tunnellata) wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż

1 733

1 713

1 830

1 704

Indiċi (2012 = 100)

100

99

106

98

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju

(91)

Barra minn jekk, il-Kummissjoni rrevediet is-sejbiet stipulati fil-premessa (80) tar-Regolament provviżorju kif ġej:

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus tal-produtturi tal-Unjoni, l-investiment, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw kapital żviluppaw kif ġej:

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni għal klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

+ 5,7

– 2,0

– 9,5

– 18,3

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni għal klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ) wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż

+ 5,7

– 2,0

– 3,2

– 7,6

Fluss tal-flus (EUR)

9 480 887

8 224 523

14 894

3 814 661

Investimenti (EUR)

2 522 406

5 241 449

2 642 167

2 465 992

Indiċi (2012 = 100)

100

208

105

98

Redditu fuq l-investimenti (%)

16,6

– 6,2

– 27,7

– 53,6

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju

(92)

Finalment, il-Kummissjoni rrevediet is-sejbiet stipulati fil-premessa (88) tar-Regolament provviżorju kif ġej:

Kif muri hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u konsegwentement l-impjiegi naqsu. L-industrija tal-Unjoni tilfet volumi ta' bejgħ u s-sehem mis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, u b'hekk tefgħu pressjoni fuq il-prezzijiet. B'riżultat ta' dan, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu. L-aktar importanti, l-industrija bdiet tagħmel it-telf: il-profittabbiltà ddeterjorat matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet l-agħar riżultat fil-PI.

(93)

Wara l-iżvelar provviżorju, l-ilmentatur talab kjarifika ulterjuri dwar id-determinazzjoni tal-indikaturi tad-dannu f'sitwazzjonijiet fejn l-istess linja ta' produzzjoni tista' tintuża wkoll sabiex tipproduċi pajpijiet ta' dijametru iżgħar, kif imsemmi fil-premessi (68) sa (70) tar-Regolament provviżorju.

(94)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-użu tal-kapaċità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-użu tal-kapaċità totali mill-prodotti kollha fuq l-istess linji ta' produzzjoni. Għall-indikaturi l-oħrajn kollha tad-dannu, il-prodott ikkonċernat biss ġie meqjus.

(95)

L-ilmentatur ikkummenta li l-impatt tad-dumping ivvalutat fil-premessa (76) tar-Regolament provviżorju għandu jitqies bħala sinifikanti. Huwa talab ukoll kjarifika fuq il-konklużjoni li ma nstab ebda dumping preċedentement fil-premessa (77) tar-Regolament provviżorju.

(96)

Il-Kummissjoni ċċarat li fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping għoljin u l-volum u sehem tas-suq sinifikanti u prezzijiet aktar baxxi b'mod sinifikanti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-kobor tal-marġni tad-dumping huwa tali li jikkostitwixxi fattur ta' dannu li jkollu impatt fuq l-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li l-premessa (77) tar-Regolament provviżorju tirreferi għall-fatt li l-Kummissjoni preċedentement ma għamlitx sejba ta' dumping għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkonċernat. Għalkemm investigazzjoni preċedenti nbdiet fl-2013, din intemmet sussegwentement mingħajr ma ġie konkluż li d-dumping kien sar fil-perjodu ta' investigazzjoni jew qabel.

(97)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż ikkontesta s-sejbiet fil-premessa (79) tar-Regolament provviżorju, b'mod partikolari staqsa għaliex l-ispiża medja tal-prodotti mibjugħa kien żdied bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, u f'każ li din iż-żieda kienet dovuta biss għal produttur tal-Unjoni wieħed, jekk dan kienx jirrifletti d-dannu tal-industrija tal-Unjoni kollha.

(98)

Il-Kummissjoni nnutat li wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż spjegati fil-premessi (81) u (84), l-ispiża medja tal-prodotti mibjugħa baqgħet ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, il-prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni naqsu b'14 %, kif jidher fil-premessi (78) u (79) tar-Regolament provviżorju. Dan wassal sabiex l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf mill-2013 'il quddiem. Għalhekk għandu jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali batiet dannu bħala riżultat tal-prezzijiet tal-bejgħ li qed jonqsu.

(99)

L-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi talbet kjarifika ulterjuri dwar il-kostijiet lavorattivi fil-premessa (87) tar- Regolament provviżorju, u dwar l-impatt tal-ispejjeż ġenerali fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(100)

Il-Kummissjoni ċċarat li n-numru totali ta' impjegati naqas bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat, kif muri fil-premessa (75) tar-Regolament provviżorju, u l-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas bi 8 %, kif muri fil-premessa (87) tar-Regolament provviżorju. Dan it-tnaqqis fil-kost lavorattiv għal kull impjegat huwa parzjalment minħabba tnaqqis tas-salarji, u parzjalment minħabba tnaqqis fin-numru ta' sigħat maħduma. It-tnaqqis fis-sigħat maħduma għal kull impjegat huwa rifless ukoll fil-produzzjoni medja minn kull impjegat, li naqset bi 13 %, kif muri fil-premessa (75) tar-Regolament provviżorju. Bħala riżultat, l-impatt globali tal-kostijiet lavorattivi għal kull tunnellata baqa' ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u għalhekk ma jistax jitqies li kien fattur ewlieni ta' dannu.

(101)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, u wara l-bidliet li saru fil-premessi (79), (80) and (88), il-konklużjonijiet l-oħra stipulati fil-premessi (63) sa (89) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

F.   KAWŻALITÀ

1.   Effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(102)

Wara divulgazzjoni proviżorja, l-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kkummentat li, skont il-premessa (56) tar-Regolament provviżorju, l-ogħla punt tal-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni kien is-sena 2014, filwaqt li l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni f'dik l-istess sena ma jkollux relazzjoni diretta max-xejriet ta' importazzjoni miċ-Ċina.

(103)

L-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kkontestat ukoll il-konklużjonijiet fil-premessa (94) tar-Regolament provviżorju. Hija kkontestat l-eżistenza tar-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-telf fl-industrija tal-Unjoni. Fl-ewwel lok, hija argumentat li d-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni bdew ħafna qabel l-2013, kif muri mill-ilment preċedenti antidumping ippreżentat fl-2012. Fit-tieni lok, iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina ma tistax tiġi deskritta bħala li kienet sinifikanti. Fit-tielet lok, l-impatt tat-tnaqqis tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-2013 ma ġiex spjegat. Fir-raba' lok, l-analiżi tad-danni ma għandhiex tiffoka fuq sena partikolari. Fil-ħames lok, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw b'mod pożittiv fl-2014, minkejja ż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina. B'mod ġenerali, hija allegat li t-telf fl-industrija tal-Unjoni varja wisq biex ikun hemm konnessjoni mal-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina. Id-dannu lill-industrija tal-Unjoni għalhekk irid jkun ġie kkawżat minn fatturi oħra li ma humiex l-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(104)

L-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi sostnietew ukoll li l-analiżi tal-ħsara kellha ssir separatament għal kull wieħed mit-tliet segmenti fi ħdan l-ambitu tal-prodott (żejt u gass, ġenerazzjoni tal-enerġija u mekkanika/kostruzzjoni). B'mod ieħor id-differenzi bejn il-prodotti u l-prezzijiet allegatament ma ppermettewx paragun xieraq. B'mod partikolari, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkonċernaw b'mod predominanti s-segment tal-mekkanika/kostruzzjoni, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni kienu relattivament aktar involuti fis-segmenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u taż-żejt u l-gass.

(105)

Produttur esportatur Ċiniż ikkummenta li skont l-istatistika dwar il-kummerċ, il-prezzijiet medji miċ-Ċina baqgħu stabbli matul il-perjodu kkonċernat. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet miċ-Ċina ma setax ikun il-kawża tat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(106)

L-istess produttur esportatur ikkontesta wkoll il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina u minn pajjiżi oħra fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju. Huwa indika li l-prezzijiet tal-importazzjoni medji baxxi miċ-Ċina ma jirriflettux il-prezzijiet iktar għoljin tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun.

(107)

Il-Kummissjoni qablet li l-indikaturi kollha tad-dannu ma jurux korrelazzjoni bejn sena u oħra mal-iżvilupp tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Madankollu, l-effetti huma mdewma minn sena għall-oħra peress li l-prezzijiet u r-relazzjonijiet kummerċjali jaġġustaw skont iż-żieda fil-kompetizzjoni inġusta. Peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jseħħu permezz ta' kummerċjanti, l-investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati uriet li hemm dewmien sinifikanti fiż-żmien bejn il-mument tal-ordni tal-prodotti miċ-Ċina u l-konsenja tagħhom lill-utent finali, li rriżulta mill-ħin ta' produzzjoni, trasport, ħażna fil-livell tal-kummerċjant u l-konsenja finali. L-impatt b'mod ġenerali tal-importazzjonijiet bi prezz baxx jista' jiġi osservat biss waqt il-perjodu kollu kkunsidrat. Ebda parti ma kkontestat il-konklużjonijiet fil-premessa (62) tar-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet miċ-Ċina daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-Unjoni. Lanqas ma ġie kkontestat li l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu f'termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat, f'kuntest ta' tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, li wassal għal żieda saħansitra akbar f'termini relattivi.

(108)

F'dak li jirrigwarda s-segmenti, il-Kummissjoni indikat li d-differenzi rilevanti bejn tipi ta' prodott huma riflessi fin-numru ta' kontroll tal-prodott (PCN), li jiżgura li prodotti paragunabbli biss jiġu pparagunati flimkien. Il-karatteristiċi ewlenin tas-segmenti huma distinti minħabba l-PCN: azzar illigat u azzar illigat ħafna (segment ta' ġenerazzjoni tal-enerġija), azzar mhux illigat (kostruzzjoni) u l-kategoriji ta' prodotti speċifiċi ta' pajpijiet lineari, kejsing, tubi u ajpijiet għat-tħaffir (segment taż-żejt u l-gass). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (25), anke jekk kienu jkunu stabbiliti marġnijiet tad-dannu separati għal kull segment, id-dazji totali li jridu jitħallsu għal taħlita tal-prodott partikolari kienu jibqgħu identiċi.

(109)

Fir-rigward tal-istatistika dwar il-kummerċ, il-Kummissjoni osservat li l-istatistika dwar il-kummerċ ma tikkunsidrax it-taħlita tal-prodott, kif spjegat fil-premessa (58) tar-Regolament provviżorju. Il-prezzijiet medji għalhekk jistgħu jirrappreżentaw prodotti differenti fi snin differenti. B'kuntrast, it-twaqqigħ tal-prezzijiet bejn 15,1 % u 30,2 % fil-premessa (62) tar-Regolament provviżorju ġie stabbilit permezz tal-paragun tal-prezzijiet tal-istess tipi ta' prodotti, mhux il-medji globali. Għalhekk, it-taħlit tal-prodotti differenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun huma kkunsidrati fl-istabbiliment tal-marġnijiet tad-dannu individwali tagħhom.

(110)

Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (91) sa (95) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

2.   Effett ta' fatturi oħra

(111)

Skont il-premessa (114) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kompliet tinvestiga r-raġunijiet li wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(112)

Kif mitlub fil-premessa (98) tar-Regolament provviżorju, l-ilmentatur ipprovda dejta li turi li l-konsum fuq livell dinji ta' pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri naqas b'iktar minn 10 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis kien ikkonċentrat fir-reġjuni tal-produzzjoni taż-żejt, minħabba waqfien totali fit-tħaffir għaż-żejt u l-gass ikkawżat minn prezzijiet baxxi taż-żejt. B'kuntrast, is-segmenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-mekkanika ma ġewx affettwati direttament mid-diffikultajiet fis-segment taż-żejt u l-gass, iżda xorta esperjenzaw effett indirett. Skont l-industrija tal-Unjoni, fin-nuqqas ta' domanda mis-segment taż-żejt u tal-gass il-produtturi ppruvaw ibigħu lil segmenti oħra minflok, li jwassal għal pressjoni aktar kompetittiva fis-segmenti l-oħra wkoll.

(113)

Wara żvelar provviżorju, il-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-assoċjazzjoni tagħhom talbu, flimkien mal-perċentwali fil-premessa (96) tar-Regolament provviżorju, id-dejta tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Huma argumentaw ukoll li l-prestazzjoni dgħajfa tal-esportazzjoni, b'mod partikolari fis-segment taż-żejt u tal-gass, kienet ir-raġuni għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Huma argumentaw li l-impatt tal-bejgħ mitluf kien iktar importanti miż-żieda relattivament żgħira tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Huma allegaw li r-raġuni wara t-telf tal-industrija tal-Unjoni huwa t-tnaqqis fil-produttività li jirriżulta minn volumi iktar baxxi ta' produzzjoni.

(114)

Il-Kummissjoni pprovdiet il-volumi ta' esportazzjoni mitluba hawn taħt:

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Esportazzjonijiet totali tal-industrija tal-Unjoni (tunnellati)

188 730

194 744

192 027

130 367

Indiċi (2012 = 100)

100

103

102

69

(115)

Kif jidher, l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'31 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis tal-esportazzjonijiet għalhekk kien ikbar mit-tnaqqis tal-konsum fil-livell dinji. Kif imsemmi fil-premessa (96) tar-Regolament provviżorju, il-bejgħ tal-Unjoni naqas ukoll matul il-perjodu kkunsidrat, sabiex is-sehem tal-esportazzjonijiet baqa' għoli, b'56 % tal-bejgħ kollu fil-PI. Il-konklużjonijiet l-oħra stipulati fil-premessi (96) u (97) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

(116)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tnaqqis fil-bejgħ tal-esportazzjoni kellu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u kkontribwixxa għad-dannu. It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ wassal għal użu tal-kapaċità aktar baxxa u għalhekk żied il-piż tal-ispejjeż ġenerali fuq il-bejgħ kollu, kif ukoll fuq il-bejgħ tal-Unjoni. Il-prestazzjoni dgħajfa tal-esportazzjoni għalhekk kienet fattur li jikkontribwixxi għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni billi żiedet l-ispejjeż tal-bejgħ tal-Unjoni. Minħabba l-aġġustamenti għall-ispejjeż tal-produtturi tal-Unjoni spjegati fil-premessi (81) u (84), l-impatt ta' din il-kawża ġeneralment tneħħa mill-kalkolu tal-marġni tad-dannu. Sal-punt li l-effett ma kienx jitneħħa kompletament mill-aġġustamenti, kwalunkwe impatt li jifdal fuq il-livell tal-marġni tad-dannu kien ikun biss marġinali.

(117)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma tistax tispjega d-dannu li jirriżulta miż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, u t-tnaqqis konsegewenti tal-prezzijiet tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jbigħu il-prodotti tagħhom fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet mhux dannużi. Għalhekk il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kisritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

Bejgħ lil partijiet relatati

(118)

Fin-nuqqas ta' kummenti, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (99) sa (100) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u tnaqqis fil-konsum minħabba l-kriżi fis-settur taż-żejt u tal-gass

(119)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż ikkummenta li ż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat kienet 3 344 tunnellata. Fl-istess ħin, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 18 212-il tunnellata u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b'9 711-il tunnellata, li minnhom l-importazzjonijiet mill-Ġappun żdiedu bi 3 535 tunnellata. Huwa rrileva li dawn il-fatturi kollha kellhom impatt ikbar miż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(120)

Il-Kummissjoni qablet li l-konsum iktar baxx u ż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra setgħu wasslu għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni billi naqqsu l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(121)

Madankollu, dawn il-fatturi ma jistgħux jispjegaw iż-żieda fl-importazzjonijet miċ-Ċina bi prezzijiet li jwaqqgħu il-prezzijiet tal-Unjoni. L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu f'kuntest ta' tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni. B'mod partikolari, kif jidher fil-premessi (101) sa (105) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kienu iktar għoljin mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-prezzijiet medji tagħhom żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, u s-sehem tas-suq tagħhom baqa' żgħir. L-importazzjonijiet minn partijiet terzi għalhekk ma setgħux ikunu l-kawża tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. Għalhekk, id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kemm għall-prezzijiet kif ukoll għall-volumi, jekk applikabbli, kien ikun marġinali. Għalhekk dawn il-fatturi ma kisrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, sal-punt li dawn il-fatturi kellhom impatt ikbar minn impatt marġinali, dawn huma riflessi fl-aġġustament li jikkonċerna kapaċità mhux użata fil-premessi minn (84) u (85).

(122)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż ikkontesta d-dejta statistika kummerċjali fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju, u ddikjara li l-prezzijiet ta' tunnellata tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi għajr iċ-Ċina u l-Ġappun kienu għolji b'mod mhux normali. Il-produttur esportatur Ċiniż allega li r-raġuni sottostanti kienet sottodikjarazzjoni tal-kwantitajiet ta' importazzjoni, li rriżultat fi prezzijiet medji għoljin. B'riżultat ta' dan, huwa ddikjara li s-sejbiet tar-rabta ta' kawżalità kienu difettużi minħabba li naqsu milli jqisu l-volumi allegatament ogħla u l-prezzijiet aktar baxxi ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(123)

Il-Kummissjoni ċċarat li d-dejta fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju kienet ibbażata fuq dejta tal-Eurostat disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni mliet id-dejta fil-forma ta' tabella aktar komprensiva, li ddettaljat ukoll l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha għajr iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerka. Ikkoreġiet ukoll l-iżbalji ta' kopjar li nkixfu wara divulgazzjoni definittiva. B'riżultat ta' dan, il-konklużjonijiet tal-premessa (105) tar-Regolament provviżorju ġew riveduti kif ġej:

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-impatt ta' dawn l-importazzjonijiet mhuwiex daqstant li tinkiser ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

Pajjiż

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Iċ-Ċna

Volum (tunnellati)

39 195

35 337

41 590

42 539

Indiċi (2012 = 100)

100

90

106

109

Sehem mis-suq dwar il-konsum tal-UE (%)

22,2

20,6

26,8

26,8

Indiċi (2012 = 100)

100

93

121

121

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 096

1 079

1 037

1 099

Indiċi (2012 = 100)

100

98

95

100

Il-Ġappun

Volum (tunnellati)

2 222

8 922

3 690

5 757

Indiċi (2012 = 100)

100

402

166

259

Sehem mis-suq dwar il-konsum tal-UE (%)

1,3

5,2

2,4

3,6

Indiċi (2012 = 100)

100

414

166

259

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 146

1 700

2 779

1 143

Indiċi (2012 = 100)

100

79

130

53

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina

Volum (tunnellati)

5 313

16 308

18 387

15 024

Indiċi (2012 = 100)

100

307

346

283

Sehem mis-suq dwar il-konsum tal-UE (%)

3,0

9,5

11,9

9,5

Indiċi (2012 = 100)

100

316

394

315

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 717

2 060

2 889

4 073

Indiċi (2012 = 100)

100

76

106

150

L-Istati Uniti tal-Amerka

Volum (tunnellati)

1 179

2 591

3 867

2 392

Indiċi (2012 = 100)

100

220

328

203

Sehem mis-suq dwar il-konsum tal-UE (%)

0,7

1,5

2,5

1,5

Indiċi (2012 = 100)

100

227

374

226

Prezz medju (EUR/tunnellata)

3 360

2 514

2 695

15 421

Indiċi (2012 = 100)

100

75

80

459

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerka

Volum (tunnellati)

1 915

4 795

10 830

6 875

Indiċi (2012 = 100)

100

250

566

359

Sehem mis-suq dwar il-konsum tal-UE (%)

1,1

2,8

7,0

4,3

Indiċi (2012 = 100)

100

258

645

400

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 983

2 485

2 996

2 557

Indiċi (2012 = 100)

100

83

100

86

Sors: il-Kummissjon Ewropea (Eurostat)

(124)

L-istatistika dwar l-importazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka kellhom prezz unitarju partikularment għoli matul il-PI. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi terzi li jifdal kienu ġeneralment konformi mal-prezzijiet tal-Unjoni u baqgħu pjuttost stabbli matul iż-żmien. Għaldaqstant, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni għolja kienu jirriflettu l-varjazzjonijiet tal-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerka. Il-Kummissjoni nnutat li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li tappoġġa d-dikjarazzjoni li l-istatistika dwar l-importazzjoni kienet żbaljata. Fi kull każ, rigward il-prezzijiet relattivament għolja mill-Istati Uniti tal-Amerka anke matul is-snin preċedenti, u s-sehem mis-suq żgħir tagħhom, anki li kieku kien hemm żball fl-istatistika rigward l-Istati Uniti tal-Amerka, kif allegat mill-produttur esportatur Ċiniż, dan ma kienx jibdel is-sejbiet fil-premessa (121) li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi ma jiksrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu matejali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(125)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (101) sa (106) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

Differenzi fl-ispejjeż u fil-marġnijiet ta' profittabbiltà fl-industrija tal-Unjoni

(126)

Skont il-premessi (107) u (110) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni eżaminat f'iktar dettall is-sitwazzjoni ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni.

(127)

L-ispejjeż medji ta' dan il-produttur tal-Unjoni kienu fil-fatt iktar għoljin minn dawk tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni. Madankollu, dan huwa spjegat bil-firxa wiesgħa ta' prodotti għajr produtturi oħra tal-Unjoni, inkluż proporzjon akbar tal-prodotti tal-azzar illigat u tal-azzar illigat ħafna li jiswew aktar. Il-produttur tal-Unjoni jbigħ ukoll prodotti magħmulin apposta direttament lil konsumaturi finali, minflok distributuri. Dan il-bejgħ tipikament jattira prezzijiet ogħla.

(128)

Il-produttur tal-Unjoni wera li wħud mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kisbu ċ-ċertifikati ta' kwalità neċessarji sabiex jipprovdu wkoll l-iktar applikazzjonijiet kritiċi fl-Unjoni, u għalhekk kienu qed jikkompetu wkoll fis-segment ta' kwalità għolja fl-Unjoni għall-istess proġetti bħall-produttur tal-Unjoni, u qed jikkawżaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni tiegħu.

(129)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttur tal-Unjoni tilef volumi ta' produzzjoni iktar malajr minn produtturi oħra tal-Unjoni, notevolment fl-esportazzjonijiet, li wassal għal żieda fil-piż tal-ispejjeż fissi. Sar tnaqqis straordinarju sabiex jirrifletti d-diffikultajiet fis-swieq taż-żejt u tal-gass. Finalment, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni ġiet affettwata wkoll mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni.

(130)

Għalkemm parti mit-telf tal-produttur tal-Unjoni sar minħabba l-volumi tal-bejgħ mitluf u l-użu baxx tal-kapaċità li jirriżulta, il-Kummissjoni sabet ukoll li parti mit-telf finanzjarju tagħha kien dovut għat-tnaqqis tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk hemm rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping miċ-Ċina, it-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-Unjoni, u d-dannu li ġarrab il-produttur tal-Unjoni. Din ir-rabta ta' kawżalità, li taffettwa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, mhijiex miksura mill-ispejjeż speċifiċi tal-produttur tal-Unjoni fl-2014 — 2015.

(131)

Kif spjegat fil-premessi (81), (84), (85), (90) u (91), saru aġġustamenti għall-ispejjeż tal-produttur tal-Unjoni u l-profittabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni ġiet ikkalkulata mill-ġdid. L-aġġustamenti neħħew bil-kbir l-impatt tal-bejgħ tal-esportazzjoni u d-deprezzamenti relatati mas-sitwazzjoni speċifika fis-swieq taż-żejt u tal-gass. Sal-punt li l-effett ma kienx kompletament jitneħħa mill-aġġustamenti tal-ispejjeż, kwalunkwe impatt li jifdal fuq il-livell tal-marġni tad-dannu kien ikun marġinali biss. Anke wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż, il-profittabbilità tal-produttur tal-Unjoni baqgħet affettwata b'mod negattiv mit-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu fl-Unjoni.

Tidwir tal-attenzjoni tal-industrija tal-Unjoni lejn prodotti bi prezz aktar baxx

(132)

Wara divulgazzjoni definittiva, kif spjegat fil-premessa (26), produttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi allegaw li d-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom l-industrija tal-Unjoni fil-bejgħ fis-segmenti l-oħrajn għajr iż-żejt u l-gass kienu r-riżultat tal-forzi tas-suq, u mhux relatati mal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Huma ddikjaraw ukoll li l-produtturi tal-Unjoni kienu għażlu strateġija kummerċjali biex iduru minn prodotti taż-żejt u tal-gass għal segmenti bi prezz aktar baxx, u dan ikkawża x-xejriet negattivi fil-profittabbiltà.

(133)

Il-Kummissjoni nnutat li l-importazzjonijiet iddampjati miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni fl-ambitu tal-prodott kollu kemm hu, mhux fis-segment taż-żejt u tal-gass biss. Għaldaqstant, id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina ma kienx limitat għal segment partikulari. Fin-nuqqas tal-importazzjonijiet iddampjati li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun kapaċi tikseb prezzijiet ogħla fis-segmenti kollha, independentement mill-attenzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Sa fejn dan it-tidwir tal-attenzjoni kien sors ta' dannu, dan kien minħabba l-prestazzjoni tal-esportazzjoni u t-tnaqqis fil-konsum, li t-tnejn li huma ġew ivvalutati hawn fuq bħala fatturi potenzjali oħra li jikkawżaw dannu, bil-konklużjoni li dawn il-fatturi ma jistgħux jiksru r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet iddampjati miċ-Ċina u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

Valutazzjoni kumulattiva ta' dawk il-fatturi l-oħra li nstabu li jikkontribwixxu għad-dannu

(134)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kawżi l-oħra tad-dannu, kemm separatament kif ukoll flimkien, ma kisrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping miċ-Ċina u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Dan għaliex l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping b'mod ċar ikkawżaw dannu billi waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni u għalhekk naqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(135)

B'kuntrast ma' dan, il-kawżi l-oħra tad-dannu ma kinux relatati mat-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni u l-impatt kumulattiv tagħhom kien marġinali. Id-dannu kkawżat mit-tnaqqis fil-volumi ta' bejgħ ma kienx relatat mal-prezzijiet tal-Unjoni u l-effett tiegħu kien marġinali, jekk xejn, wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż lill-produtturi tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kienu żgħar, u seħħew bi prezzijiet għoljin u li baqgħu jiżdiedu. Għalhekk, ma kkawżax tnaqqis fil-prezz, u l-effett tagħhom, jekk applikabbli, kien marġinali. L-istruttura speċifika tal-ispejjeż ta' produttur tal-Unjoni kienet indirizzata bl-aġġustamenti tal-ispejjeż, u kwalunkwe effett li jifdal wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż, jekk xejn, kien marġinali.

(136)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż argumenta li l-livell ġenerali tal-paga u tal-ispejjeż fiċ-Ċina kien aktar baxx milli fl-Unjoni, u dan jispjega għaliex il-prezzijiet taċ-Ċina kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni. Huwa ddikjara li, għaldaqstant, it-twaqqigħ fil-prezzijiet kien fenomenu normali, u li t-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni kien inġust.

(137)

Il-Kummissjoni enfasizzat li d-dazji antidumping kienu imposti biss f'sitwazzjonijiet fejn il-prezzijiet tal-bejgħ mill-esportazzjoni kienu aktar baxxi mill-valur normali. Għaldaqstant, l-argumenti rigward kostijiet aktar baxxi ma kinux pertinenti.

(138)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż ieħor u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ikkontestaw is-sejbiet dwar il-kawżalità. Huma argumentaw li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma setgħux jispjegaw il-varjazzjonijiet tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Huma allegaw li kawżi għajr l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw id-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Huma argumentaw li l-aġġustamenti fl-ispejjeż ma jistgħux jissostitwixxu l-analiżi tal-kawżalità.

(139)

Il-Kummissjoni nnutat li l-aġġustamenti fl-ispejjeż iddeterminaw l-ispiża attwali tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat fl-premessi (81), (84), (85) u (86). It-tieni nett, il-Kummissjoni nnutat li l-argumenti li qamu wara d-divulgazzjoni definittiva ma kkontestawx is-sejba li l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, f'kuntest ta' tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni. L-argumenti lanqas ma kkontestaw is-sejba li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjon, u għaldaqstant ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni vvalutat fid-dettall il-fatturi l-oħra li kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industruha tal-Unjoni fil-premessi minn (111) sa (135). L-analiżi ta' attribwizzjoni kumulattiva ta' fatturi oħrajn fil-premessi minn (134) u (135) uriet li l-fatturi l-oħra, kemm separatament kif ukoll meta meħuda flimkien, ma kisrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet iddampjati miċ-Ċina li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-UE, u li l-ebda dannu attribwibbli għal fatturi oħrajn ma ġie attribwit għall-importazzjonijiet iddampjati. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(140)

Għalhekk, anke meta l-effett kumulattiv tal-fatturi l-oħra li possibilment ikkontribwew għad-dannu ġie indirizzat, ir-rabta ta' kawżalità bejn id-dumping u d-dannu ma nkisritx. Fuq din il-bażi, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessa (115) tar-Regolament provviżorju ġew konfermati.

G.   INTERESSI TAL-UNJONI

(141)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż ma qabilx mal-konklużjonijiet stipulati fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju, skont liema hemm diversi sorsi alternattivi tal-provvista. Madankollu, it-talba ma kinitx sostanzjata. Il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni juru li l-biċċa l-kbira tal-importaturi mhux relatati diġà jixtru minn sorsi oħra.

(142)

Id-dikjarazzjoniġiet miċħuda u l-konklużjonijiet stipulati fil-premessi minn (116) sa (132) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

H.   MIŻURI DEFINITTIVI TA' ANTIDUMPING

1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (marġni tad-dannu)

(143)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż stqarr illi l-profitt fil-mira ta' + 5,7 % użat sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kif stipulat fil-premessa (137) tar-Regolament provviżorju ma ntlaħaqx fil-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni. Madankollu t-talba ma kinitx sostanzjata u ma speċifikax liema metodu jew rata ta' profitt kellhom jintużaw minflok. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(144)

L-ilmentatur argumenta li l-livell xieraq tal-profitt fil-mira għandu jkun + 15 %, peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu diġà preżenti fl-2012. Huwa ssuġġerixxa li tintuża dejta tal-profitt mis-snin ta' qabel l-2012 sabiex jiġi appoġġjat tali livell.

(145)

Il-Kummissjoni nnutat li l-metodu għad-determinazzjoni provviżorja tal-profitt fil-mira fuq il-bażi tas-sena 2012 kien issuġġerit fl-ilment, u li l-livell kien ibbażat fuq dejta verifikata tal-produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni ma pprovdewx dejta storika tal-profitt mis-snin qabel l-2012 li tista' tiġi vverifikata. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx u l-konklużjonijet stipulati fil-premessi (134) sa (137) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati, f'dak li jirrigwarda l-metodu tad-determinazzjoni tal-profitt fil-mira fuq il-bażi tas-sena 2012.

(146)

Fl-istadju provviżorju, il-prodotti bi prezz għoli ddeterminaw il-profittabbiltà medja sa livell għoli, minħabba li l-kalkolu kien ibbażat fuq valuri tal-bejgħ. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jikkonċernaw prodotti bażiċi bi prezz baxx. Il-metodu bbażat fuq valuri ta' bejgħ għalhekk jiddikjara b'mod eċċessiv l-importanza tal-prodotti bi prezz għoli meta paragunati mas-sehem attwali tagħhom tas-suq tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, għall-finijiet tal-kalkolu tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, il-piżijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu stabbiliti sabiex jikkorrispondu għas-sehem tagħhom tal-volum tal-bejgħ, għall-kuntrarju tal-valur tal-bejgħ.

(147)

Il-profitabbiltà medja ponderata hija kif ġej:

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-profitabbiltà medja tal-industrija tal-Unjoni, ponderata bil-volum tal-bejgħ fl-Unjoni (%)

+ 4,7

– 0,9

– 4,0

– 3,9

(148)

Għalhekk, il-profitt tas-sena 2012 inbidel minn + 5,7 % għal + 4,7 %. Il-profitt fil-mira għalhekk kien stabbilit għal + 4,7 %.

(149)

Il-profitabbiltà ponderata tal-industrija tal-Unjoni fil-PI u l-profitt fil-mira huma użati għall-kalkolu tal-prezzijiet li ma jikkawżawx dannu, b'mod konformi mal-premessi (139) u (140) tar-Regolament provviżorju.

(150)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż qajjem dubju dwar il-kalkolu tal-prezz unitarju fil-mira. Huwa ddikjara li l-prezzijiet unitarji fil-mira jinħtieġ li jkunu 4,7 % ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, filwaqt li fid-divulgazzjoni definittiva id-differenza bejn iż-żewġ prezzijiet kienet ta' 9 %.

(151)

Il-Kummissjoni ċċarat li d-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni u prezz unitarju fil-mira hija magħmula mit-telf medju (– 3,9 %) u mill-profitt fil-mira (+ 4,7 %). Dawn il-presentaġġi huma kkalkulati abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (139) tar-Regolament provviżorju. Dawn l-istess ammonti jwasslu għal differenza ta' 9 % meta espressi bħala persentaġġ tal-valuri CIF tal-importazzjoni.

(152)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż ieħor irrefera għall-kontijiet annwali ppubblikati ta' produttur tal-Unjoni fil-kampjun, u argumenta li l-produttur tal-Unjoni kien profittabbli fl-2014, u minkejja li għamel telf fl-2015, jista' jitqies profittabbli jekk l-ispejjeż jiġu aġġustati billi jiġi eliminat it-telf tal-valur tal-assi, jitnaqqsu l-ispejjeż tal-oġġetti mibjugħa f'konformità mal-bejgħ, u jitnaqqsu l-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi f'konformità mal-bejgħ. Abbażi ta' dan, il-produttur esportatur Ċiniż iddikjara li l-industrija tal-Unjoni kienet profittabbli fl-2013-2015, u għaldaqstant il-marġni tad-dannu jinħtieġ li ma jinkludi l-ebda profitt fil-mira, u jinħtieġ li lanqas ma jqis it-telf tal-industrija tal-Unjoni.

(153)

Il-Kummissjoni nnutat li r-riżultati finanzjarji fil-kontijiet annwali rreferew għar-riżultati tal-grupp kollu u għall-prodotti kollha, filwaqt li s-sejbiet tal-investigazzjoni kkonċernaw speċifikament għall-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat ma setgħetx tiġi kkalkulata abbażi tal-kontijiet pubblikati, billi ma rreferewx għall-istess ambitu tal-attività.

(154)

Il-kummenti li jikkonċernaw il-metodu għall-istabbiliment tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kienu indirizzati fil-premessi minn (75) sa (78). Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (138) sa (141) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

2.   Miżuri definittivi

(155)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2). Il-Kummissjoni pparagunat il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji jenħtieġ li jkun stabbilit fil-livell tal-iktar marġni baxx mill-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu.

(156)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati tad-dazju antidumping definittiv, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dannu (%)

Marġni tad-dumping (%)

Rata ta' dazju antidumping definittiv (%)

Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd.

29,2

45,4

29,2

Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd.

54,9

103,8

54,9

Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd.

44,6

39,9

39,9

Hengyang Valin MPM Co., Ltd.

48,2

92,9

48,2

Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd.

41,4

52,3

41,4

Il-produtturi l-oħra li kkooperaw

45,6

73,6

45,6

Il-produtturi l-oћra kollha

54,9

103,8

54,9

(157)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, huma rriflettew il-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u magħmul mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhom ikunu suġġetti għal ebda rata ta' dazju antidumping individwali.

(158)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (6). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(159)

Sabiex ir-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba differenza fir-rati ta' dazju jinżammu kemm jista' jkun baxxi, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. Kumpaniji b'dazji antidumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(160)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jinħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

3.   Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji

(161)

Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti garantiti permezz ta' dazju provviżorju antidumping, imposti mir-Regolament provviżorju, jinġabru definittivament sal-estent tal-ammont tad-dazji definittivi.

(162)

Il-miżuri preveduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ġie impost dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406.4 mm, li attwalment jaqgħu taħt il-Kodiċijiet NM 7304 19 90, ex 7304 29 90, 7304 39 98 u 7304 59 99 (il-kodiċi TARIC 7304299090) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Rata ta' dazju antidumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd.

29,2

C171

Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd.

54,9

C172

Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd.

39,9

C173

Hengyang Valin MPM Co., Ltd.

48,2

C174

Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd.

41,4

C204

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

45,6

C998

Il-produtturi l-oћra kollha

54,9

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata t-tali fattura, japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għad-dazji garanntiti permezz tad-dazji proviżorji tal-antidumping skont ir-Regolament (UE) 2016/1977.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Fejn produttur esportatur miċ-Ċina jipprovdi provi suffiċjenti lill-Kummissjoni li

(i)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw miċ-Ċina matul il-perjodu ta' investigazzjoni (l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015)

(ii)

ma jiġix mill-esportatur jew il-produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(iii)

jew effettivament esporta l-oġġetti kkonċernati jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lill-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni,

l-Artikolu 1(2) jista' jiġi emendat biż-żieda tal-produttur esportatur il-ġdid mal-lista fl-Anness.

Artikolu 3

L-ammonti garantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/1977 għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju tal-antidumping se jiġu rilaxxati.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1977 tal-11 ta' Novembru 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 305, 12.11.2016, p. 1).

(3)  Kontenut ta' kromju ogħla minn jew daqs 0,5 % u inqas minn 7 %; kontenut ta' kromju ogħla minn jew daqs 7 % u inqas minn 10,5 %; Dawn it-tipi ta' prodotti kienu identifikati fit-tabella PCN bħala kategoriji 4 u 5 taħt l-ewwel ċifra tal-PCN.

(4)  Kawża C-595/11; ĠU C 164, 8.6.2013, p. 6.

(5)  WTO, ir-rapport tal-Korp tal-Appell, AB-2015-7, WT/DS397/AB/RW, it-18 ta' Jannar 2016.

(6)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.


ANNESS

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:

Kumpanija

TARIC kodiċi addizzjonali

Tianjin Pipe Manufacturing Co., Ltd.

C998

Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd.

C998

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd

C998

Wuxi SP. Steel Tube Manufacturing Co., Ltd

C998

Zhangjiagang Tubes China Co., Ltd.

C998

TianJin TianGang Special Petroleum Pipe Manufacture Co., Ltd

C998

Shandong Zhongzheng Steel Pipe Manufacturing Co., Ltd.

C998