21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/712

tal-20 ta' April 2017

li jistabbilixxi s-sena ta' referenza u l-programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst bir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-sena ta' referenza. Id-data ta' referenza magħżula minn kull Stat Membru għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni f'dik is-sena.

(2)

Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar li għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-istatistika miċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar imwettqa fl-Istati Membri tkun tista' titqabbel, u sabiex ikunu jistgħu jitfasslu sommarji affidabbli tal-Unjoni kollha, dan il-programm għandu jkun l-istess fl-Istati Membri kollha.

(4)

B'mod partikolari, huwa neċessarju li jiġu definiti l-kontenut u l-istruttura tal-iperkubi li għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha, il-valur speċjali taċ-ċelluli u s-sinjalaturi li l-Istati Membri jistgħu jużaw f'dawn l-iperkubi kif ukoll il-metadata dwar it-temi.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543 (2) jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-temi taċ-ċensiment u l-kategorizzazzjonijiet tagħhom li għandhom jiġu applikati għad-data li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni għas-sena ta' referenza 2021.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar li għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) għas-sena ta' referenza 2021.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 763/2008 u l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543 It-tifsiriet segwenti għandhom ukoll japplikaw għall-iskop ta' dan ir-Regolament:

(1)

“popolazzjoni totali” ta' żona ġeografika definita sew tfisser il-persuni kollha li r-residenza tas-soltu tagħhom, kif definita fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, tinsab f'dik iż-żona ġeografika;

(2)

“iperkubu” jfisser tabulazzjoni trasversali multidimensjonali ta' kategorizzazzjonijiet li fiha valur ta' ċellula għall-kejl ta' kull kategorija ta' kull kategorizzazzjoni li jkollha tabulazzjoni trasversali minn kull kategorija ta' kwalunkwe kategorizzazzjoni oħra użata f'dak l-iperkubu;

(3)

“valur taċ-ċellula” tfisser l-informazzjoni pprovduta f'ċellula ta' iperkubu. Valur ta' ċellula jista' jkun kemm “valur numeriku taċ-ċellula” kif ukoll “valur speċjali taċ-ċellula”;

(4)

“valur numeriku taċ-ċellula” tfisser valur numeriku li huwa trażmess f'ċellula sabiex jipprovdi l-istatisika dwar l-osservazzjoni għal dik iċ-ċellula;

(5)

“valur kunfidenzjali taċ-ċellula” jfisser valur numeriku taċ-ċellula li sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tal-istatistika tad-data ma għandux jinkixef skont il-miżuri protettivi kontra l-kxif tad-data statistika tal-Istati Membri;

(6)

“valur mhux kunfidenzjali taċ-ċellula” jfisser valur numeriku ta' ċellula li mhuwiex valur kunfidenzjali ta' ċellula;

(7)

“valur mhux affidabbli ta' ċellula” tfisser valur numeriku ta' ċellula li mhuwiex affidabbli skont il-kontroll ta' kwalità tal-Istati Membri;

(8)

“valur speċjali ta' ċellula” tfisser simbolu li jiġi trażmess f'ċellula tal-iperkubu minflok valur numeriku taċ-ċellula;

(9)

“sinjalatur” tfisser kodiċi li jista' jakkumpanja valur partikolari ta' ċellula sabiex tiġi deskritta karatteristika speċifika ta' dak il-valur taċ-ċellula;

Artikolu 3

Data ta' referenza

Kull Stat Membru għandu jiddetermina data ta' referenza li taqa' fl-2021 għal ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar li għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 bid-data ta' referenza magħżula.

Artikolu 4

Programm tad-data statistika

1.   Il-programm tad-data statistika li għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) għas-sena ta' referenza 2021 għandu jikkonsisti mill-iperkubi elenkati fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-valur speċjali taċ-ċellula “mhux applikabbli” fil-każijiet li ġejjin biss:

(a)

meta ċellula tirreferi għal kategorija “mhux applikabbli” ta' mill-inqas kategorizzazzjoni dettaljata waħda; jew

(b)

meta ċellula tiddeskrivi osservazzjoni li ma teżistix fl-Istat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jissostitwixxu kwalunkwe valur kunfidenzjali ta' ċellula “mhux disponibbli”.

4.   Fuq talba ta' Stat Membru l-Kummissjoni (Eurostat) ma għandhiex tgħarraf lill-pubbliku b'xi valur taċ-ċellula mhux affidabbli pprovdut minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 5

Metadata dwar il-valuri taċ-ċelluli

1.   Meta applikabbli, l-Istati Membri għandhom iżidu s-sinjalaturi li ġejjin għal ċellula tal-iperkubu.

(a)

“kunfidenzjali”;

(b)

“mhux affidabbli”;

(c)

“rivedut wara l-ewwel trażmissjoni tad-data”;

(d)

“ara l-informazzjoni mehmuża”.

2.   Kull ċellula li l-valur kunfidenzjali taċ-ċellula tagħha ġiet sostitwita minn valur speċjali “mhux disponibbli” għandha tiġi mmarkata bil-sinjalatur “kunfidenzjali”.

3.   Kull ċellula li l-valur numeriku taċ-ċellula tagħha mhuwiex affidabbli għandha tiġi mmarkata bis-sinjalatur “mhux affidabbli”.

4.   Għal kull ċellula akkumpanjata minn mill-inqas wieħed mis-sinjalaturi “mhux affidabbli”, “riveduta wara l-ewwel trażmissjoni tad-data” jew “ara l-informazzjoni mehmuża”, għandu jiġi pprovdut test ta' spjegazzjoni.

Artikolu 6

Metadata dwar it-temi

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bil-metadata dwar it-temi kif stipulati fl-Anness II.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543 tat-22 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 78, 23.3.2017, p. 13).


ANNESS I

Programm tad-data tal-istatistika (iperkubi) għas-sena ta' referenza 2021

Nru

Totali

Kategorizzazzjonijiet

 

Grupp 1

Popolazzjoni totali

GEO.N.

SEX.

AGE.H.

LMS.H.

HST.H.

FST.H.

 

 

 

1.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.H.

LMS.H.

 

 

 

 

 

1.2

 

GEO.N.

SEX.

AGE.H.

 

HST.H.

 

 

 

 

1.3

 

GEO.N.

SEX.

AGE.H.

 

 

FST.H.

 

 

 

1.4

 

GEO.N.

SEX.

 

LMS.H.

HST.H.

 

 

 

 

 

Grupp 2

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

HST.H.

FST.H.

HAR.

LOC.

 

2.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

LMS.L.

 

FST.H.

 

 

 

2.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

 

HST.H.

 

HAR.

 

 

2.3

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

 

HAR.

LOC.

 

 

Grupp 3

Popolazzjoni totali

GEO.H.

SEX.

AGE.M.

HST.M.

LMS.L.

 

 

 

 

3.1

 

GEO.H.

SEX.

AGE.M.

 

 

 

 

 

 

3.2

 

GEO.H.

SEX.

 

HST.M.

 

 

 

 

 

3.3

 

GEO.H.

SEX.

 

 

LMS.L.

 

 

 

 

 

Grupp 4

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.H.

CAS.H.

OCC.

EDU.

 

 

 

4.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.H.

CAS.H.

 

 

 

 

 

4.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.H.

 

OCC.

 

 

 

 

4.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.H.

 

 

EDU.

 

 

 

 

Grupp 5

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

IND.L.

SIE.

EDU.

 

 

5.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

IND.L.

 

 

 

 

5.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

SIE.

 

 

 

5.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

 

EDU.

 

 

5.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.L.

 

 

SIE.

EDU.

 

 

5.5

 

GEO.N.

SEX.

 

OCC.

IND.L.

 

EDU.

 

 

5.6

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

IND.L.

SIE.

 

 

 

5.7

 

GEO.L.

SEX.

AGE.L.

 

IND.L.

 

EDU.

 

 

 

Grupp 6

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

OCC.

IND.L.

SIE.

EDU.

 

6.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

OCC.

 

 

 

 

6.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

 

 

 

EDU.

 

6.3

 

GEO.L.

SEX.

 

LPW.N.

 

IND.L.

SIE.

 

 

 

Grupp 7

Popolazzjoni totali

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

LPW.L.

IND.L.

SIE.

 

 

 

7.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

LPW.L.

IND.L.

 

 

 

 

7.2

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

LPW.L.

 

SIE.

 

 

 

 

Grupp 8

Popolazzjoni totali

GEO.H.

SEX.

COC.L.

POB.L.

 

 

 

 

 

8.1

 

GEO.H.

SEX.

COC.L.

 

 

 

 

 

 

8.2

 

GEO.H.

SEX.

 

POB.L.

 

 

 

 

 

 

Grupp 9

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.L.

POB.H.

YAE.H.

 

 

 

9.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

COC.L.

POB.H.

 

 

 

 

9.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

YAE.H.

 

 

 

9.3

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

POB.H.

 

 

 

 

9.4

 

GEO.M.

SEX.

 

 

POB.H.

YAE.H.

 

 

 

 

Grupp 10

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

CAS.L.

COC.L.

POB.L.

YAT.

 

 

10.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

COC.L.

 

YAT.

 

 

10.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

POB.L.

YAT.

 

 

10.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.L.

COC.L.

 

YAT.

 

 

 

Grupp 11

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.H.

YAE.L.

 

 

 

 

11.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.H.

 

 

 

 

 

11.2

 

GEO.M.

SEX.

 

COC.H.

YAE.L.

 

 

 

 

 

Grupp 12

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.M.

POB.M.

YAE.L.

SIE.

ROY.

 

12.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

YAE.L.

 

ROY.

 

12.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

POB.M.

 

 

ROY.

 

12.3

 

GEO.L.

SEX.

 

COC.M.

POB.M.

 

 

ROY.

 

12.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

 

 

SIE.

ROY.

 

 

Grupp 13

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.M.

POB.M.

YAE.H.

ROY.

HAR.

 

13.1

 

GEO.L.

SEX.

 

 

POB.M.

YAE.H.

 

HAR.

 

13.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

 

ROY.

HAR.

 

13.3

 

GEO.M.

 

AGE.M.

 

POB.M.

 

 

HAR.

 

13.4

 

GEO.M.

 

AGE.M.

COC.M.

 

 

 

HAR.

 

13.5

 

GEO.L.

 

 

COC.M.

POB.M.

YAE.H.

 

 

 

 

Grupp 14

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

COC.L.

POB.L.

YAE.L.

ROY.

HAR.

14.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

COC.L.

 

 

 

 

14.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

 

POB.L.

 

 

 

14.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

 

 

YAE.L.

 

 

14.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

 

 

 

ROY.

 

14.5

 

GEO.L.

SEX.

AGE.L.

CAS.L.

 

 

 

ROY.

HAR.

 

Grupp 15

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.L.

EDU.

COC.L.

POB.L.

YAE.H.

 

15.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.L.

CAS.L.

EDU.

 

POB.L.

 

 

15.2

 

GEO.L.

SEX.

 

CAS.L.

EDU.

 

 

YAE.H.

 

15.3

 

GEO.L.

SEX.

 

CAS.L.

 

COC.L.

 

YAE.H.

 

15.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.L.

 

COC.L.

POB.L.

 

 

 

Grupp 16

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

COC.L.

POB.L.

YAE.L.

ROY.

 

16.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

COC.L.

 

 

 

 

16.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

POB.L.

 

 

 

16.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

 

YAE.L.

 

 

16.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

 

 

ROY.

 

16.5

 

GEO.L.

SEX.

 

OCC.

 

POB.L.

YAE.L.

 

 

 

Grupp 17

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

IND.H.

COC.L.

YAE.L.

ROY.

 

 

17.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

IND.H.

COC.L.

 

 

 

 

17.2

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

IND.H.

 

YAE.L.

 

 

 

17.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

IND.H.

 

 

ROY.

 

 

 

Grupp 18

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

IND.H.

SIE.

EDU.

COC.L.

POB.L.

 

 

18.1

 

GEO.L.

SEX.

IND.H.

SIE.

 

 

POB.L.

 

 

18.2

 

GEO.L.

SEX.

IND.H.

 

EDU.

 

POB.L.

 

 

18.3

 

GEO.L.

SEX.

IND.L.

 

 

COC.L.

POB.L.

 

 

 

Group19

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

EDU.

POB.L.

YAE.H.

 

 

 

19.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

EDU.

POB.L.

 

 

 

 

19.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

EDU.

 

YAE.L.

 

 

 

19.3

 

GEO.L.

SEX.

 

EDU.

POB.L.

YAE.H.

 

 

 

 

Grupp 20

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

COC.L.

POB.L.

 

 

 

20.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

COC.L.

 

 

 

 

20.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

 

POB.L.

 

 

 

 

Grupp 21

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.M.

HST.H.

CAS.H.

EDU.

 

21.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

CAS.H.

 

 

21.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

 

EDU.

 

21.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

FST.M.

 

CAS.H.

 

 

21.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

FST.M.

 

 

EDU.

 

21.5

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

 

HST.H.

CAS.H.

 

 

 

Grupp 22

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

HST.H.

EDU.

SIE.

 

 

 

22.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

HST.H.

EDU.

 

 

 

 

22.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

HST.H.

 

SIE.

 

 

 

 

Grupp 23

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

HST.L.

CAS.L.

EDU.

 

 

23.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

 

HST.L.

CAS.L.

EDU.

 

 

23.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

 

CAS.L.

EDU.

 

 

 

Grupp 24

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.L.

HST.M.

CAS.L.

 

 

24.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.L.

 

CAS.L.

 

 

24.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

HST.M.

CAS.L.

 

 

 

Grupp 25

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

HST.M.

COC.L.

POB.L.

 

 

25.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

POB.L.

 

 

25.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

HST.M.

COC.L.

 

 

 

25.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

HST.M.

 

POB.L.

 

 

 

Grupp 26

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

HST.M.

COC.L.

POB.L.

 

 

26.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

 

COC.L.

 

 

 

26.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

 

POB.L.

 

 

26.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

COC.L.

POB.L.

 

 

 

Grupp 27

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

FST.M.

HST.M.

YAE.L.

 

 

 

27.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

FST.M.

 

YAE.L.

 

 

 

27.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

 

HST.M.

YAE.L.

 

 

 

 

Grupp 28

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.M.

HST.M.

ROY.

 

 

 

28.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.M.

 

ROY.

 

 

 

28.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

ROY.

 

 

 

 

Grupp 29

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.L.

HST.M.

CAS.L.

POB.L.

 

29.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

CAS.L.

POB.L.

 

29.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

FST.L.

 

CAS.L.

POB.L.

 

29.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

 

HST.M.

CAS.L.

POB.L.

 

 

Grupp 30

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.L.

HST.M.

CAS.L.

COC.L.

 

30.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

CAS.L.

COC.L.

 

30.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

FST.L.

 

CAS.L.

COC.L.

 

30.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

 

HST.M.

CAS.L.

COC.L.

 

 

Grupp 31

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

HST.M.

SIE.

EDU.

POB.L.

 

31.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

SIE.

 

POB.L.

 

31.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

 

SIE.

 

POB.L.

 

31.3

 

GEO.L.

SEX.

 

 

HST.M.

 

EDU.

POB.L.

 

 

Grupp 32

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

HST.M.

SIE.

EDU.

COC.L.

 

32.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

SIE.

 

COC.L.

 

32.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

 

SIE.

 

COC.L.

 

32.3

 

GEO.L.

SEX.

 

 

HST.M.

 

EDU.

COC.L.

 

 

Grupp 33

In-numru tad-djar privati kollha

GEO.M.

TPH.H.

SPH.

TSH.

 

 

 

 

 

33.1

 

GEO.M.

TPH.H.

SPH.

TSH.

 

 

 

 

 

 

Grupp 34

In-numru tal-familji kollha

GEO.M.

TFN.H.

SFN.

 

 

 

 

 

 

34.1

 

GEO.M.

TFN.H.

SFN.

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 35

In-numru tad-djar privati kollha

GEO.H.

TPH.L.

SPH.

 

 

 

 

 

 

35.1

 

GEO.H.

TPH.L.

 

 

 

 

 

 

 

35.2

 

GEO.H.

 

SPH.

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 36

In-numru tal-familji kollha

GEO.H.

TFN.L.

SFN.

 

 

 

 

 

 

36.1

 

GEO.H.

TFN.L.

 

 

 

 

 

 

 

36.2

 

GEO.H.

 

SFN.

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 37

In-numru tal-abitazzjonijiet konvenzjonali kollha

GEO.M.

TOB.

OCS.

POC.

 

 

 

 

 

37.1

 

GEO.M.

TOB.

OCS.

POC.

 

 

 

 

 

 

Grupp 38

In-numru tal-abitazzjonijiet konvenzjonali kollha

GEO.H.

TOB.

OCS.

 

 

 

 

 

 

38.1

 

GEO.H.

TOB.

OCS.

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 39

In-numru tal-abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati kollha

GEO.M.

TOB.

(UFS.or NOR)

(DFS.or DRM)

OWS.

NOC.

 

 

 

39.1

 

GEO.L.

TOB.

 

 

OWS.

NOC.

 

 

 

39.2

 

GEO.M.

TOB.

(UFS.or NOR)

 

 

NOC.

 

 

 

39.3

 

GEO.M.

TOB.

 

(DFS.or DRM)

 

NOC.

 

 

 

 

Grupp 40

In-numru tal-abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati kollha

GEO.L.

WSS.

TOI.

BAT.

TOH.

 

 

 

 

40.1

 

GEO.L.

WSS.

 

 

 

 

 

 

 

40.2

 

GEO.L.

 

TOI.

 

 

 

 

 

 

40.3

 

GEO.L.

 

 

BAT.

 

 

 

 

 

40.4

 

GEO.L.

 

 

 

TOH.

 

 

 

 

 

Grupp 41

In-numru ta' postijiet ta' għajxien kollha

GEO.H.

TLQ.

 

 

 

 

 

 

 

41.1

 

GEO.H.

TLQ.

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

Metadata dwar it-temi msemmija fl-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) metadata testwali dwar id-definizzjonijiet marbuta mat-temi taċ-ċensiment.

Għal kull tema, il-metadata għandha:

ssemmi is-sors(i) tad-data li ntużaw biex jirrappurtaw l-istatistika dwar it-tema;

tirrappurta dwar il-metodoloġija użata sabiex tiġi stmata d-data dwar it-tema;

tirrappurta dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta' affidabilità tad-data dwar it-tema.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata li ġejja:

Il-post tar-residenza solita

Il-metadata għandha tispjega b'liema mod ġiet applikata d-definizzjoni ta' “residenza solita” tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, b'mod partikolari sa liema punt ir-residenza legali jew reġistrata ġiet irrappurtata bħala sostitut għar-residenza solita skont il-kriterji tat-12-il xahar, kif ukoll definizzjoni ċara tal-kunċett adottat għall-popolazzjoni residenti.

Il-metadata għandha tirrapporta jekk studenti tat-tielet livell li l-indirizz taż-żmien skolastiku tagħhom mhuwiex dak tad-dar tal-familja tagħhom ġewx ikkunsidrati li kellhom ir-residenza solita tagħhom fid-dar tal-familja tagħhom.

Il-metadata għandha tirrapporta dwar kwalunkwe applikazzjoni speċifika għall-pajjiż tar-regoli għall-“każijiet speċjali” elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tema “Post ta' residenza solita” fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543.

Persuni bla dar

Id-data tal-popolazzjoni kollha għandha tinkludi l-persuni bla dar primarji kollha (persuni li jgħixu fit-toroq mingħajr kenn) u persuni bla dar sekondarji (persuni li spiss jiċċaqalqu minn akkomodazzjoni temporanja għall-oħra).

Il-metadata għandha tirrapporta l-għadd ta' persuni kollha mingħajr dar. L-għadd ta' persuni bla dar primarji (persuni li jgħixu fit-toroq mingħajr kenn) u ta' persuni bla dar sekondarji (persuni li jiċċaqalqu bejn akkomodazzjoni temporanja u oħra) għandu jintwera meta jkun possibbli li ssir din id-distinzjoni.

Deskrizzjoni tal-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati sabiex tkun prodotta data dwar il-persuni mingħajr dar għandhom jiġu pprovduti.

Stat legali maritali/relazzjonijiet

Il-metadata għandha tirrapporta dwar il-bażi legali relevanti fl-Istati Membri li jikkonċerna żwiġijiet tas-sess oppost u żwiġijiet tal-istess sess, l-età minima għaż-żwiġijiet, relazzjonijiet tas-sess oppost u tal-istess sess irreġistrati, u l-possibilità ta' divorzju jew separazzjoni legali.

Temi ekonomiċi

Il-metadata għandha tirrapporta dwar kwalunkwe applikazzjoni speċifika għall-pajjiż tar-regoli elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tema “Stat kurrenti ta' attività” fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543. Il-metadata għandha tirrapporta jekk l-istat ta' attività fil-preżent ġiex irrapportat abbażi tar-reġistri, u, jekk dan huwa l-każ, fuq id-definizzjonijiet rilevanti użati f'dan ir-reġistru.

Il-metadata għandha tirrapporta fuq l-età minima nazzjonali għall-attività ekonomika fil-pajjiż, u l-bażi legali rilevanti.

Meta ċ-ċensiment fl-Istati Membri jidentifika persuni li għandhom aktar minn impjieg wieħed, il-metadata għandha tiddeskrivi l-metodu użat biex jallokawhom għall-impjieg ewlieni tagħhom (pereżempju, abbażi tal-ħin involut fuq ix-xogħol, id-dħul irċevut).

Il-metadata għandha tirrapporta dwar kwalunkwe applikazzjoni speċifika għall-pajjiż tar-regoli elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tema “Stat kurrenti ta' attività” fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543. Meta ċ-ċensiment fl-Istat Membru jidentifika persuna li tkun kemm tħaddem kif ukoll impjegata hi stess, il-metadata għandha tiddeskrivi l-metodu li jkun intuża biex tiġi allokata għal waħda miż-żewġ kategoriji.

Pajjiż/post tat-twelid

Għal ċensimenti li għalihom m'hemm l-ebda informazzjoni jew hemm biss informazzjoni mhux kompluta disponibbli fuq il-pajjiż tat-twelid skont il-fruntieri internazzjonali eżistenti fil-waqt taċ-ċensiment, il-metadata għandha tinforma dwar il-metodoloġija użata sabiex jiġu allokati persuni fil-kategorizzazzjoni tat-tema “Pajjiż/post ta' twelid”.

Il-metadata għandha tirrapporta jekk informazzjoni dwar il-post fejn seħħ it-twelid kienx użat bħala sostitut għall-post ta' residenza solita tal-omm fiż-żmien tat-twelid.

Pajjiż taċ-ċittadinanza

F'pajjiżi fejn parti mill-popolazzjoni hija magħmula minn persuni li huma “Rikonoxxuti li mhumiex ċittadini” (jiġifieri persuni li la huma ċittadini ta' xi pajjiż u lanqas mingħajr stat u li għandhom xi drittijiet iżda mhux id-drittijiet u d-dmirijiet kollha assoċjati maċ-ċittadinanza), il-metadata għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti.

Post ta' residenza solita sena qabel iċ-ċensiment

Fil-każ li ċ-ċensiment fl-Istat Membru jiġbor l-informazzjoni dwar it-tema “Post ta' residenza solita ta' qabel u d-data tal-wasla fil-post preżenti”, il-metadata għandha tiddeskrivi kwalunkwe metodololoġija li tkun intużat sabiex tirrapporta fuq il-post tar-residenza solita sena qabel iċ-ċensiment.

Temi dwar id-dar u l-familja

Il-metadata għandha tispeċifika jekk iċ-ċensiment fl-Istat Membru japplikax il-kunċett tax-“xogħol tad-dar” jew “ta' min jgħix fid-dar” sabiex jiġu identifikati d-djar privati. Il-metadata għandha tirrapporta dwar il-metodu li jkun intuża sabiex jiġu ġġenerati d-djar u l-familji.

Il-metadata għandha tirrapporta dwar il-mod kif ir-relazzjonijiet bejn il-membri tad-dar jiġu identifikati (eż. il-matriċi tar-relazzjonijiet; ir-relazzjoni mal-persuna ta' referenza). Jekk din id-data tinkiseb minn reġistri amministrattivi, għandu jiġi rrapportat jekk l-informazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn id-dar u l-membri tal-familja hijiex irreġistrata u miksuba direttament minn sors amministrattiv(i), jew jekk din l-informazzjoni hijiex ibbażata fuq mudell statistiku.

Tip ta' proprjetà

Il-metadata għandha tispjega u tagħti eżempji ta' tipi ta' sjieda tal-proprjetà nazzjonali doganali skont il-liġijiet li ġew ikklassifikati taħt “Djar f'tipi oħra ta' pussess”.

Spazju ta' art bżonnjuż u/jew numru ta' kmamar tal-unitajiet ta' akkomodazzjoni, standard ta' densità

Il-metadata għandha tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta' “spazju għall-użu” jew dak ta' “numru ta' kmamar” skont il-każ, u dwar id-definizzjoni adottata għal kejl korrispondenti tal-istandard tad-densità.