12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/653

tat-8 ta' Marzu 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 jintroduċi dokument ġdid bl-informazzjoni ewlenija standardizzat biex itejjeb il-fehim tal-investitur fil-livell tal-konsumatur ta' prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (“PRIIPs”) u l-komparabbiltà ta' dawn il-prodotti.

(2)

Sabiex l-investituri fil-livell tal-konsumatur jiġu pprovduti b'informazzjoni ewlenija li hija faċli biex tinqara, tinftiehem u tiġi pparagunata, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell komuni għad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

(3)

L-identità u d-dettalji ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 8(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 jenħtieġ li jinkludu n-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli jew l-Identifikatur Uniku tal-Prodott għall-PRIIP, meta dan l-identifikatur ikun disponibbli, sabiex ikun aktar faċli għall-investitur fil-livell tal-konsumatur biex isib informazzjoni addizzjonali dwar il-PRIIP.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri fil-livell tal-konsumatur jifhmu u jipparagunaw il-karatteristiċi ekonomiċi u legali tal-PRIIP, kif ukoll biex jiġu pprovduti b'ħarsa ġenerali adegwata tal-politika u l-istrateġija ta' investiment tal-PRIIP, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li jinkludi tagħrif standardizzat marbut mat-tip ta' PRIIP, mal-objettivi ta' investiment tiegħu u kif se jinkisbu, u mal-karatteristiċi jew l-aspetti ewlenin tal-prodott bħal pereżempju l-kopertura tal-assigurazzjoni.

(5)

L-informazzjoni pprovduta lill-investituri fil-livell tal-konsumatur jenħtieġ li tippermettilhom lil dawn l-investituri biex jifhmu u jipparagunaw ir-riskji assoċjati mal-investimenti fil-PRIIPs sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-investiment. Ir-riskji li jappartjenu għal PRIIP jistgħu jvarjaw. L-aktar riskji importanti huma r-riskju tas-suq, ir-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' likwidità. Sabiex l-investituri fil-livell tal-konsumatur jifhmu bis-sħiħ dawn ir-riskji, l-informazzjoni dwar ir-riskji jenħtieġ li tiġi aggregata sa fejn possibbli u ppreżentata b'numri bħala indikatur sommarju tar-riskji wieħed bi spjegazzjonijiet testwali suffiċjenti.

(6)

Meta jiġi vvalutat ir-riskju ta' kreditu, l-awturi ta' PRIIP jenħtieġ li jieħdu inkonsiderazzjoni ċerti fatturi li jistgħu jimmitigaw ir-riskju ta' kreditu għal investitur fil-livell tal-konsumatur. F'dan ir-rigward, meta jiġi vvalutat jekk l-assi ta' PRIIP jew il-kollateral adegwat, jew l-assi li jiggarantixxu l-obbligi tal-ħlas ta' PRIIP, humiex f'kull ħin sal-maturità, ekwivalenti għall-obbligi tal-ħlas tal-PRIIP li għandhom jingħataw lill-investituri tiegħu, din il-valutazzjoni għandha turi li l-assi miżmuma minn impriża tal-assigurazzjoni jikkorrispondu f'kull ħin għall-ammont kurrenti li l-impriża tal-assigurazzjoni jkollha tħallas biex tittrasferixxi l-obbligi tagħha fir-rigward tal-PRIIP lil impriża tal-assigurazzjoni oħra.

(7)

Attwalment, il-klassifikazzjonijiet tal-Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAIs) jipprovdu indikatur konsistenti għar-riskju ta' kreditu f'setturi differenti tal-Unjoni. Id-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha, madankollu, titnaqqas kull fejn ikun possibbli. Għalhekk, huwa importanti li l-indikatur sommarju tar-riskji jkun preċiż b'mod oġġettiv u jiżgura l-komparabbiltà bejn PRIIPs differenti u li jiġi mmonitorjat b'mod xieraq fir-rigward tar-riskju tas-suq u r-riskju ta' kreditu, sabiex l-evidenza dwar l-effettività tal-kejl tar-riskju fil-prattika tkun tista' ssir disponibbli għar-rieżami tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, prevista għall-31 ta' Diċembru 2018. Ir-rieżami jenħtieġ li jieħu inkonsiderazzjoni sa fejn il-klassifikazzjonijiet tal-ECAI fil-prattika jirriflettu l-affidabbiltà kreditizja tal-awtur tal-PRIIP u r-riskju ta' kreditu ffaċċjat mill-investituri f'PRIIPs individwali.

(8)

Meta jkun hemm ir-riskju li l-likwidità tal-PRIIP tista' tvarja fid-dawl tal-opportunitajiet ta' ħruġ bikri mill-PRIIP jew li jinstab xerrej f'suq sekondarju, jenħtieġ li tingħata twissija speċifika. Din it-twissija jenħtieġ li tinkludi wkoll iċ-ċirkostanzi li fihom hemm riskju li l-ħlasijiet mill-PRIIP jistgħu jkunu differenti b'mod sinifikanti milli mistenni għal ħruġ bikri, inkluż permezz tal-applikazzjoni ta' penali fuq il-ħruġ.

(9)

Filwaqt li l-istimi dwar ir-redditi minn PRIIP huma diffiċli biex jiġu prodotti u mifhuma, l-informazzjoni dwar dawn l-istimi hija ta' interess primarju għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u jenħtieġ li tiġi inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija. L-investituri fil-livell tal-konsumatur jenħtieġ li jiġu pprovduti b'informazzjoni ċara dwar l-istimi tar-redditi li tkun konsistenti ma' suppożizzjonijiet realistiċi dwar l-eżiti possibbli u mal-istimi tal-livell tar-riskju tas-suq tal-PRIIP, ippreżentata b'tali mod li tiġi ċċarata l-inċertezza ta' dan it-tagħrif u l-fatt li eżiti aħjar jew agħar huma possibbli.

(10)

Sabiex l-investituri fil-livell tal-konsumatur ikunu jistgħu jqisu r-riskju, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li jipprovdi lill-investituri fil-livell tal-konsumatur b'informazzjoni dwar il-konsegwenzi potenzjali meta awtur ta' PRIIP ma jkunx jista' jħallas. Il-grad ta' protezzjoni tal-investitur fil-livell tal-konsumatur f'dawn il-każijiet taħt skemi ta' garanzija tal-investiment, tal-assigurazzjoni jew tad-depożiti jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod ċar.

(11)

L-informazzjoni dwar l-ispejjeż hija importanti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur meta jiġu pparagunati PRIIPs differenti, li jista' jkollhom strutturi tal-ispejjeż differenti, u meta jitqies kif l-istruttura tal-ispejjeż ta' PRIIP partikolari tista' tapplika għalihom, li jiddependi fuq kemm idumu investiti, kemm jinvestu, u kemm imur tajjeb il-PRIIP. Għal din ir-raġuni, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li jinkludi informazzjoni li tippermetti lill-investitur fil-livell tal-konsumatur jipparaguna l-livelli globali tal-ispejjeż totali bejn PRIIPs differenti meta jinżammu għall-perjodi ta' parteċipazzjoni rakkomandati tagħhom u perjodi iqsar, u jifhem kif dawn l-ispejjeż jistgħu jvarjaw u jevolvu matul iż-żmien.

(12)

Ir-riċerka mill-ittestjar mal-konsumatur uriet li l-investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jifhmu ċ-ċifri monetarji b'mod aktar faċli mill-perċentwali. Differenzi żgħar fl-ispejjeż murija f'perċentwali jistgħu jikkorrelataw ma' differenzi kbar fl-ispejjeż imħallsa mill-investitur fil-livell tal-konsumatur meta murija f'termini monetarji. Għal din ir-raġuni, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li jipprovdi wkoll l-ispejjeż totali għall-perjodi ta' parteċipazzjoni rakkomandati u perjodi iqsar, kemm f'termini monetarji kif ukoll bħala perċentwal.

(13)

Minħabba li l-impatt ta' tipi differenti ta' spejjeż fuq ir-redditi jista' jvarja jenħtieġ li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija jipprovdi wkoll tqassim tat-tipi differenti ta' spejjeż. It-tqassim tal-ispejjeż jenħtieġ li jiġi espress f'termini standardizzati u bħala perċentwal sabiex l-ammonti għal PRIIPs differenti jkunu jistgħu jiġu pparagunati b'mod faċli.

(14)

L-investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jesperjenzaw tibdil fiċ-ċirkostanzi personali meta investimenti aktar fit-tul jkun meħtieġ li jiġu diżinvestiti bla mistenni. Diżinvestimenti minħabba żviluppi tas-suq jistgħu jkunu neċessarji wkoll. Minħabba d-diffikultajiet għall-investituri fil-livell tal-konsumatur biex jantiċipaw il-grad ta' likwidità li jista' jkollhom bżonn fil-portafolji ta' investiment tagħhom b'mod globali, hija partikolarment importanti u jenħtieġ li tiġi inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija l-informazzjoni dwar il-perjodi ta' parteċipazzjoni rakkomandati u l-perjodi ta' parteċipazzjoni minimi meħtieġa, u l-possibbiltà ta' ħruġ parzjali jew ħruġ totali bikri. Għall-istess raġunijiet, id-disponibbiltà u l-konsegwenzi ta' dan id-diżinvestiment bikri jenħtieġ li jiġu ċċarati. Speċifikament, jenħtieġ li jkun ċar jekk dawn il-konsegwenzi humiex minħabba tariffi, penali jew limitazzjonijiet espliċiti fuq id-drittijiet tad-diżinvestiment, jew minħabba l-fatt li l-valur tal-PRIIP partikolari li se jiġi diżinvestit huwa partikolarment sensittiv għall-għażla taż-żmien tad-diżinvestiment.

(15)

Minħabba li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija aktarx li jintuża wkoll bħala sommarju tal-karatteristiċi prinċipali tal-PRIIP mill-investituri fil-livell tal-konsumatur, jenħtieġ li jinkludi informazzjoni ċara dwar kif jista' jiġi ppreżentat ilment dwar il-prodott jew dwar l-imġiba tal-awtur tal-PRIIP jew ta' persuna li tagħti pariri dwar il-prodott jew tbigħu.

(16)

Xi investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jkunu jixtiequ jiksbu aktar informazzjoni dwar aspetti speċifiċi tal-PRIIP. Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ għalhekk li jinkludi kontroreferenza ċara u speċifika għal fejn tista' tinstab aktar informazzjoni speċifika, meta din l-informazzjoni trid tiġi inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014. Meta l-awtur tal-PRIIP huwa obbligat jiżvela ċertu informazzjoni oħra skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, l-investitur fil-livell tal-konsumatur jenħtieġ li jiġi infurmat dwar dan il-fatt u dwar kif jista' jikseb dawk id-dokumenti l-oħra, anke jekk dawn jiġu pprovduti biss fuq talba. Bl-għan li jiġi żgurat li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija jkun konċiż kemm jista' jkun possibbli, il-links għal dawk id-dokumenti l-oħra jistgħu jiġu pprovduti permezz ta' sit web, sakemm l-eżistenza tagħhom tkun ċara u jkunu jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' dan is-sit web.

(17)

Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għal PRIIP li joffri ħafna għażliet ta' investiment sottostanti ma jistax jiġi pprovdut fl-istess format bħal dokument bl-informazzjoni ewlenija għal PRIIP ieħor, għaliex kull għażla ta' investiment sottostanti jkollha riskju, prestazzjoni u profil tal-ispejjeż speċifiċi, li jimpedixxu li l-informazzjoni meħtieġa kollha tiġi pprovduta f'dokument wieħed, konċiż u awtonomu. L-għażliet ta' investiment sottostanti jistgħu jkunu investimenti fi PRIIPs jew investimenti oħra ta' natura simili, jew portafolji standardizzati ta' investimenti sottostanti. Dawn l-għażliet ta' investiment sottostanti jista' jkollhom riskji, gwadanji u spejjeż differenti. Skont in-natura u l-għadd ta' għażliet ta' investimenti sottostanti, l-awtur tal-PRIIP għandu għalhekk, jekk iqis li huwa xieraq, ikun kapaċi jħejji dokumenti bl-informazzjoni ewlenija individwali għal kull għażla. Dawn id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li jinkludu wkoll informazzjoni ġenerika dwar il-PRIIP.

(18)

Meta d-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija individwali għal kull għażla ma jitqisux adegwati għall-investituri fil-livell tal-konsumatur mill-awtur tal-PRIIP, l-informazzjoni speċifika dwar l-għażliet ta' investiment sottostanti u l-informazzjoni ġenerika dwar il-PRIIP jenħtieġ li jiġu pprovduti b'mod separat. Biex tiġi evitata l-konfużjoni, l-informazzjoni ġenerika dwar il-PRIIP mogħtija fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li tindika l-firxa tar-riskji, l-prestazzjoni u l-ispejjeż li huma mistennija mill-għażliet ta' investiment sottostanti differenti offruti. Barra minn hekk, l-informazzjoni speċifika dwar l-għażliet ta' investiment sottostanti jenħtieġ li dejjem tirrifletti l-karatteristiċi tal-PRIIP li permezz tiegħu l-għażliet ta' investiment sottostanti huma offruti. Din l-informazzjoni speċifika tista' tiġi pprovduta f'forom differenti, pereżempju fil-forma ta' dokument wieħed li jistabbilixxi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-għażliet ta' investiment sottostanti differenti kollha, jew permezz ta' dokumenti individwali għal kull għażla ta' investiment sottostanti. Il-fondi tal-UCITS u dawk li mhumiex tal-UCITS li għalihom japplikaw l-Artikoli minn 78 sa 81 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward tal-format u l-kontenut tad-dokument tagħhom bl-informazzjoni ewlenija għall-investituri huma mogħtija perjodu ta' eżenzjoni tranżizzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014. Sabiex dawn il-fondi jkollhom reġim ġuridiku tranżizzjonali konsistenti, l-awturi tal-PRIIP jenħtieġ li jitħallew ikomplu jużaw dawn id-dokumenti ta' tagħrif ewlieni għall-investitur fir-rigward tal-PRIIPs li joffru dawn it-tipi ta' fondi bħala l-unika għażliet ta' investiment sottostanti, jew flimkien ma' għażliet ta' investiment sottostanti oħra. Meta l-awturi ta' PRIIP jagħżlu li jużaw id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għall-investitur f'każ ta' PRIIPs li joffru dawn it-tipi ta' fondi flimkien ma' għażliet oħra ta' investiment ġeneriċi, id-dokument ġeneriku bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li juri firxa waħda ta' klassijiet ta' riskju fil-format tal-iskala tar-riskju tal-PRIIP. Il-firxa ta' klassijiet ta' riskju għal kull investiment sottostanti offruta fl-ambitu ta' PRIIP partikolari jenħtieġ li tikkombina l-indikatur sintetiku tar-riskju u tal-gwadanji skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 (3) għall-fondi tal-UCITS jew dawk li mhumiex tal-UCITS kif ukoll indikatur sommarju tar-riskji għal għażliet oħra ta' investiment sottostanti skont dan ir-Regolament. Meta l-PRIIP joffri biss fondi tal-UCITS jew dawk li mhumiex tal-UCITS bħala għażliet ta' investiment, l-awtur tal-PRIIP jenħtieġ li jitħalla juża l-preżentazzjoni u l-metodoloġija skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 583/2010. Irrispettivament mill-forma magħżula, l-informazzjoni speċifika għandha dejjem tkun konsistenti mal-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

(19)

L-awturi tal-PRIIP iridu jħejju dokumenti bl-informazzjoni ewlenija li huma preċiżi, imparzjali, ċari u li ma jkunux qarrieqa. L-investitur fil-livell tal-konsumatur għandu jkun jista' joqgħod fuq l-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument meta jieħu deċiżjoni dwar l-investiment, anke fix-xhur u s-snin ta' wara t-tħejjija inizjali tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, għal dawk il-PRIIPs li jibqgħu disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards li jiżguraw ir-rieżami u r-reviżjoni adegwati u fil-ħin tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija, sabiex dawn id-dokumenti jibqgħu preċiżi, imparzjali u ċari.

(20)

Id-dejta li tintuża għat-tħejjija tal-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, bħad-dejta dwar l-ispejjeż, ir-riskji u x-xenarji tal-prestazzjoni, tista' tinbidel maż-żmien. It-tibdil fid-dejta jista' jwassal għal tibdil fl-informazzjoni li għandha tiġi inkluża, bħal tibdil fl-indikaturi tar-riskju jew tal-ispejjeż. Għal din ir-raġuni, l-awturi tal-PRIIP għandhom jistabbilixxu proċessi perjodiċi biex jagħmlu rieżami tal-informazzjoni fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija. Dawn il-proċessi għandhom jinkludu valutazzjoni ta' jekk it-tibdil fid-dejta jirrikjedix reviżjoni u pubblikazzjoni mill-ġdid tad-dokument. L-approċċ mill-awturi tal-PRIIP għandu jirrifletti l-punt sa fejn tinbidel l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, pereżempju fil-każ ta' derivattiv negozjat fil-borża, bħal futur standardizzat, opzjoni ta' xiri jew put, ma għandu jkun hemm l-ebda ħtieġa biex kontinwament jiġi aġġornat id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għaliex l-informazzjoni meħtieġa għal dawn l-istrumenti dwar ir-riskji, il-gwadanji u l-ispejjeż tagħhom mhix se tinbidel. Ir-rieżamijiet perjodiċi jistgħu ma jkunux biżżejjed f'każijiet fejn l-awtur tal-PRIIP isir konxju jew kellu jkun konxju ta' tibdil barra mill-proċess tar-rieżami perjodiku li jista' jħalli impatt b'mod sinifikanti fuq l-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, bħal tibdil fil-politika jew l-istrateġija ta' investiment ta' PRIIP li tkun ġiet żvelata qabel, li jkun rilevanti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, jew tibdil sinifikanti fl-istruttura tal-ispejjeż jew il-profil tar-riskju. Għal din ir-raġuni, l-awturi tal-PRIIP għandhom jintalbu wkoll jistabbilixxu proċessi għall-identifikazzjoni ta' sitwazzjonijiet fejn l-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tiġi rieżaminata u riveduta fuq bażi ad hoc.

(21)

Meta rieżami perjodiku jew ad hoc ta' dokument bl-informazzjoni ewlenija jidentifika tibdil fl-informazzjoni li jrid jiġi inkluż fid-dokument, jew jikkonkludi li l-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija ma tkunx għadha preċiża, imparzjali, ċara u li ma tqarraqx, l-awtur tal-PRIIP jenħtieġ li jirrevedi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija biex jieħu inkonsiderazzjoni din l-informazzjoni li nbidlet.

(22)

Minħabba li t-tibdil jista' jkun rilevanti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u għall-allokazzjoni futura tagħhom tal-assi ta' investiment, l-investituri fil-livell tal-konsumatur għandhom ikunu kapaċi jsibu b'mod faċli d-dokument bl-informazzjoni ewlenija l-ġdid, li għandu għalhekk jiġi ppubblikat u jkun identifikabbli b'mod ċar, fuq is-sit web tal-awtur tal-PRIIP. Meta possibbli, l-awtur tal-PRIIP jenħtieġ li jinforma lill-investituri fil-livell tal-konsumatur meta d-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija jkunu ġew riveduti, pereżempju permezz ta' listi tal-posta jew twissijiet bil-posta elettronika.

(23)

Sabiex jiġi żgurat li l-għażla taż-żmien sabiex jitwasslu d-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija sseħħ b'mod konsistenti fl-Unjoni, l-awturi tal-PRIIP jenħtieġ li jipprovdu d-dokument bl-informazzjoni ewlenija fi żmien adegwat qabel ma dawk l-investituri fil-livell tal-konsumatur jintrabtu b'xi kuntratt jew offerta relatata mal-PRIIP.

(24)

Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jkun disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur fi żmien suffiċjenti qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom dwar l-investiment, sabiex ikunu jistgħu jifhmu u jqisu l-informazzjoni rilevanti dwar il-PRIIP meta jieħdu dik id-deċiżjoni. Billi d-deċiżjoni dwar l-investiment issir qabel it-tnedija ta' kull żmien obbligatorju biex wieħed jerġa' jaħsibha, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li jiġi pprovdut qabel dan iż-żmien fejn wieħed jerġa' jaħsibha.

(25)

Filwaqt li fil-każijiet kollha l-investituri fil-livell tal-konsumatur jenħtieġ li jirċievu d-dokument bl-informazzjoni ewlenija fi żmien adegwat qabel jintrabtu b'xi kuntratt jew offerta relatata mal-PRIIP, dak li jista' jitqies bħala żmien adegwat għal investitur fil-livell tal-konsumatur, biex jifhem u jqis l-informazzjoni, jista' jvarja, minħabba li l-investituri fil-livell tal-konsumatur differenti għandhom ħtiġijiet, esperjenza u għarfien differenti. Il-persuna li tagħti l-pariri dwar il-PRIIP jew li tbigħu għandha għalhekk tqis dawn il-fatturi fir-rigward ta' investituri fil-livell tal-konsumatur individwali meta tiddetermina ż-żmien li dawn l-investituri fil-livell tal-konsumatur se jkunu jeħtieġu biex iqisu l-kontenut tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

(26)

Sabiex jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-investiment, investitur fil-livell tal-konsumatur jaf ikollu bżonn żmien addizzjonali biex iqis id-dokument bl-informazzjoni ewlenija ta' PRIIP kumpless jew PRIIP li ma jkunx magħruf għal dak l-investitur. Għaldaqstant, dawn il-fatturi jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi kkunsidrat x'inhuwa ż-żmien adegwat għall-għoti tad-dokument bit-tagħrif.

(27)

L-urġenza tas-sitwazzjoni, pereżempju meta huwa importanti għal investitur fil-livell tal-konsumatur li jixtri l-PRIIP bi prezz partikolari u meta l-prezz ikun sensittiv għall-għażla taż-żmien tat-tranżazzjoni, ukoll għandu jitqies meta jiġi ddeterminat il-limitu tal-kriterju taż-żmien adegwat.

(28)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 japplikaw mill-istess data.

(29)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej”).

(30)

L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u l-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KONTENUT U PREŻENTAZZJONI TAD-DOKUMENT BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA

Artikolu 1

Taqsima bl-informazzjoni ġenerali

It-taqsima fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija li hija dwar l-identità tal-awtur tal-PRIIP u l-awtorità kompetenti tiegħu għandha tinkludi din l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-isem tal-PRIIP assenjat mill-awtur tal-PRIIP u, fejn jeżisti, in-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli jew l-Identifikatur Uniku tal-Prodott tal-PRIIP;

(b)

l-isem ġuridiku tal-awtur tal-PRIIP;

(c)

l-indirizz speċifiku tas-sit web tal-awtur tal-PRIIP li jipprovdi lill-investituri fil-livell tal-konsumatur b'informazzjoni dwar kif jagħmlu kuntatt mal-awtur tal-PRIIP, u numru tat-telefown;

(d)

l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-awtur tal-PRIIP fir-rigward tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija;

(e)

id-data tal-produzzjoni jew ta' meta d-dokument bl-informazzjoni ewlenija jkun ġie sussegwentement rivedut, id-data tal-aħħar reviżjoni tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

L-informazzjoni fit-taqsima msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi wkoll it-twissija dwar il-fehim li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 meta l-PRIIP jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huwa prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(b)

huwa PRIIP li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (i)-(vi) tal-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

Artikolu 2

Taqsima dwar “X'inhu dan il-prodott?”

1.   L-informazzjoni marbuta mat-tip ta' PRIIP fit-taqsima bit-titolu “X'inhu dan il-prodott?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tiddeskrivi l-forma legali tiegħu.

2.   L-informazzjoni dwar l-objettivi tal-PRIIP u l-mezzi biex jinkisbu dawn l-objettivi fit-taqsima bit-titolu “X'inhu dan il-prodott?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tiġi mqassra b'mod konċiż, ċar u li faċli jinftiehem. Din l-informazzjoni għandha tidentifika l-fatturi prinċipali li fuqhom jiddependi r-redditu, l-assi tal-investiment sottostanti jew il-valuri ta' referenza, u kif jiġi ddeterminat ir-redditu, kif ukoll ir-relazzjoni bejn ir-redditu tal-PRIIP u dak tal-assi tal-investiment sottostanti jew tal-valuri ta' referenza. Din l-informazzjoni għandha tirrifletti r-relazzjoni bejn il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat u l-profil tar-riskji u tal-gwadanji tal-PRIIP.

Meta l-għadd ta' assi jew ta' valuri ta' referenza msemmija fl-ewwel subparagrafu huwa tali li referenzi speċifiċi għalihom kollha ma jkunux jistgħu jingħataw f'dokument bl-informazzjoni ewlenija, għandhom jiġu identifikati biss is-segmenti tas-suq jew it-tipi ta' strumenti fir-rigward tal-assi tal-investiment sottostanti jew tal-valuri ta' referenza.

3.   Id-deskrizzjoni tat-tip ta' investitur fil-livell tal-konsumatur li għalih huwa intiż li jiġi kummerċjalizzat il-PRIIP fit-taqsima bit-titolu “X'inhu dan il-prodott?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tinkludi informazzjoni dwar l-investituri fil-livell tal-konsumatur fil-mira, identifikati mill-awtur tal-PRIIP, b'mod partikolari skont il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tat-tip ta' klijent li miegħu jkunu kompatibbli l-PRIIPs. Din l-identifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kemm l-investituri fil-livell tal-konsumatur kapaċi jifilħu għat-telf tal-investiment u l-preferenzi tagħhom rigward it-tul ta' żmien tal-investiment, l-għarfien teoretiku tagħhom tal-PRIIPs u esperjenza tal-passat fihom, is-swieq finanzjarji kif ukoll il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tal-klijenti finali potenzjali.

4.   Id-dettalji tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni fit-taqsima bit-titolu “X'inhu dan il-prodott?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tinkludi f'sommarju ġenerali, pereżempju, il-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt tal-assigurazzjoni, definizzjoni ta' kull benefiċċju mdaħħal, b'nota spjegattiva li turi li l-valur ta' dawn il-benefiċċji qed jintwera fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja” u b'informazzjoni li turi l-karatteristiċi tipiċi bijometriċi tal-investituri fil-livell tal-konsumatur fil-mira, li turi l-primjum globali, il-primjum tar-riskju bijometriku li jifforma parti minn dan il-primjum globali, kif ukoll l-impatt tal-primjum tar-riskju bijometriku fuq ir-redditu tal-investiment fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat jew inkella l-impatt tal-parti tal-ispiża tal-primjum tar-riskju bijometriku li jittieħed inkonsiderazzjoni fl-ispejjeż rikorrenti tal-“Ispejjeż minn żmien għall-ieħor”, kkalkulati skont l-Anness VII. Meta l-primjum jitħallas fil-forma ta' somma waħda f'daqqa, id-dettalji għandhom jinkludu l-ammont investit. Meta l-primjum jitħallas perjodikament għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni l-għadd ta' ħlasijiet perjodiċi, stima tal-primjum tar-riskju bijometriku medju bħala perċentwal tal-primjum annwali, u stima tal-ammont medju investit.

Id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu wkoll spjegazzjoni tal-impatt tal-pagamenti tal-primjum tal-assigurazzjoni, ekwivalenti għall-valur stmat tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni, fuq ir-redditi tal-investiment għall-investitur fil-livell ta' konsumatur.

5.   L-informazzjoni marbuta mat-tul ta' żmien tal-PRIIP fit-taqsima bit-titolu “X'inhu dan il-prodott?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jinkludi dan kollu li ġej:

(a)

id-data tal-maturità tal-PRIIP jew indikazzjoni li ma hemmx data ta' maturità;

(b)

indikazzjoni ta' jekk l-awtur tal-PRIIP huwiex intitolat li jittermina l-PRIIP b'mod unilaterali;

(c)

deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li taħthom il-PRIIP jista' jiġi tterminat b'mod awtomatiku, u d-dati tat-terminazzjoni, jekk ikunu magħrufin.

Artikolu 3

Taqsima dwar “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?”

1.   Fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, l-awturi tal-PRIIP għandhom japplikaw il-metodoloġija tal-preżentazzjoni tar-riskju kif stabbilita fl-Anness II, inkluż l-aspetti tekniċi għall-preżentazzjoni tal-indikatur sommarju tar-riskji kif stabbilit fl-Anness III u konformi mal-gwida teknika, il-formati u l-metodoloġija għall-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni kif stabbilit fl-Annessi IV u V.

2.   Fit-taqsima dwar “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, l-awturi tal-PRIIP għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

il-livell ta' riskju tal-PRIIP fil-forma ta' klassi ta' riskju bl-użu ta' indikatur sommarju tar-riskju li jkollu skala numerika minn 1 sa 7;

(b)

referenza espliċita għal kull PRIIP illikwidu jew PRIIP b'riskju tal-likwidità materjalment rilevanti, kif definit fil-Parti 4 tal-Anness II, fil-forma ta' twissija b'dan il-għan fil-preżentazzjoni tal-indikatur sommarju tar-riskju;

(c)

spjegazzjoni testwali taħt l-indikatur sommarju tar-riskju li tispjega li jekk PRIIP huwa ddenominat f'munita li mhix il-munita uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-PRIIP qed jiġi kkummerċjalizzat, ir-redditu, meta muri fil-munita uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-PRIIP qed jiġi kkummerċjalizzat, jista' jinbidel skont iċ-ċaqliq fil-munita;

(d)

deskrizzjoni qasira tal-profil tar-riskji u l-gwadanji tal-PRIIP u twissija li r-riskju tal-PRIIP jista' jkun ogħla b'mod sinifikanti minn dak irrappreżentat fl-indikatur sommarju tar-riskju meta l-PRIIP ma jinżammx sal-maturità jew għall-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, meta dan ikun il-każ;

(e)

fil-każ ta' PRIIPs b'penali għal ħruġ bikri maqbula b'mod kuntrattwali jew b'perjodi twal ta' avviż ta' diżinvestiment, referenza għall-kundizzjonijiet sottostanti rilevanti fit-taqsima “Għal kemm għandi nżommu u nista' nieħu l-flus qabel?”;

(f)

indikazzjoni tat-telf massimu possibbli, u informazzjoni li l-investiment jista' jintilef jekk ma jkunx protett jew meta l-awtur tal-PRIIP ma jkunx jista' jħallas, jew li ħlasijiet ta' investiment addizzjonali neċessarji mal-investiment inizjali jistgħu jkunu meħtieġa u li t-telf totali jista' jaqbeż b'mod sinifikanti l-investiment inizjali totali.

3.   L-awturi tal-PRIIP għandhom jinkludu erba' xenarji tal-prestazzjoni adegwati, kif stabbilit fl-Anness V fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija. Dawn l-erba' xenarji tal-prestazzjoni għandhom jirrappreżentaw xenarju ta' stress, xenarju mhux favorevoli, xenarju moderat u xenarju favorevoli.

4.   Fil-każ ta' prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, xenarju tal-prestazzjoni addizzjonali għandu jiġi inkluż fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija li jirrifletti l-benefiċċju tal-assigurazzjoni li l-benefiċjarju jirċievi meta sseħħ attività assigurata.

5.   Fil-każ ta' PRIIPs li huma futuri, opzjonijiet ta' xiri u opzjonijiet put innegozjati f'suq regolat jew f'suq ta' pajjiż terz meqjus ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), ix-xenarji tal-prestazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-forma ta' graffs bl-istruttura tal-gwadanji kif stabbilit fl-Anness V fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

Artikolu 4

Taqsima dwar “X'jiġri jekk [l-isem tal-awtur tal-PRIIP] ma jkunx jista' jħallas?”

L-awturi tal-PRIIP għandhom jinkludu dan li ġej fit-taqsima bit-titolu “X'jiġri jekk [l-isem tal-awtur tal-PRIIP] ma jkunx jista' jħallas?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija:

(a)

indikazzjoni dwar jekk l-investitur fil-livell tal-konsumatur jistax iħabbat wiċċu ma' telf finanzjarju minħabba l-inadempjenza tal-awtur tal-PRIIP jew l-inadempjenza ta' entità oħra apparti l-awtur tal-PRIIP, u l-identità ta' din l-entità;

(b)

kjarifika dwar jekk it-telf imsemmi fil-punt (a) huwiex kopert minn skema ta' kumpens jew garanzija għall-investitur, u jekk hemmx xi limitazzjonijiet jew kundizzjonijiet għal din il-kopertura.

Artikolu 5

Taqsima dwar “X'inhuma l-ispejjeż?”

1.   L-awturi tal-PRIIP għandhom japplikaw dan li ġej fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma l-ispejjeż?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija:

(a)

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż stabbilita fl-Anness VI;

(b)

it-tabelli “Spejjeż maż-żmien” u “Kompożizzjoni tal-ispejjeż” għall-informazzjoni dwar l-ispejjeż, kif jinsabu fl-Anness VII skont il-gwida teknika rilevanti ta' ġo fih.

2.   It-tabella “Spejjeż maż-żmien” fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma l-ispejjeż?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, l-awturi tal-PRIIP għandhom jispeċifikaw l-indikatur sommarju tal-ispejjeż tal-ispejjeż aggregati totali tal-PRIIP bħala numru wieħed f'termini monetarji u perċentwali għall-perjodi ta' żmien differenti stabbiliti fl-Anness VI.

3.   It-tabella “Kompożizzjoni tal-ispejjeż” fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma l-ispejjeż?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, l-awturi tal-PRIIP għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

kwalunkwe spiża ta' darba, bħal spejjeż tad-dħul u l-ħruġ, ippreżentata f'termini perċentwali;

(b)

kwalunkwe spiża rikorrenti, bħal spejjeż tat-tranżazzjonijiet tal-portafoll fis-sena u spejjeż rikorrenti oħra fis-sena, ippreżentati f'termini perċentwali;

(c)

kwalunkwe spiża inċidentali, bħal tariffi fuq il-prestazzjoni jew kumpens għal prestazzjoni, ippreżentati f'termini perċentwali.

4.   L-awturi tal-PRIIP għandhom idaħħlu deskrizzjoni ta' kull spiża differenti fit-tabella l-“Kompożizzjoni tal-ispejjeż” fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma l-ispejjeż?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, li tispeċifika fejn u kif dawn l-ispejjeż jistgħu jvarjaw mill-ispejjeż reali li jista' jġarrab l-investitur fil-livell tal-konsumatur jew kif jistgħu jiddependu fuq l-investitur fil-livell tal-konsumatur li jagħżel li jeżerċita jew ma jeżerċitax ċerti għażliet.

Artikolu 6

Taqsima dwar “Għal kemm għandi nżommu, u nista' nieħu l-flus qabel?”

L-awturi tal-PRIIP għandhom jinkludu dan li ġej fit-taqsima bit-titolu “Għal kemm għandi nżommu u nista' nieħu l-flus qabel?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija:

(a)

deskrizzjoni qasira tar-raġunijiet għall-għażla tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat jew minimu meħtieġ;

(b)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-proċedura ta' diżinvestiment u meta d-diżinvestiment jkun possibbli, inkluż indikazzjoni tal-impatt jekk jittieħdu l-flus qabel fuq il-profil tar-riskju jew tal-prestazzjoni tal-PRIIP, jew fuq l-applikabbiltà tal-garanziji tal-kapital;

(c)

informazzjoni dwar kwalunkwe tariffa u penali li għandhom jitħallsu għal diżinvestimenti qabel il-maturità jew xi data speċifikata oħra għajr il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, inkluż kontroreferenza għall-informazzjoni dwar l-ispejjeż li għandha tiġi inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija skont l-Artikolu 5 u kjarifika tal-impatt ta' dawn it-tariffi u l-penali għal perjodi ta' parteċipazzjoni differenti.

Artikolu 7

Taqsima dwar “Kif nista' nressaq ilment?”

L-awturi tal-PRIIP għandhom jipprovdu din l-informazzjoni li ġejja fit-taqsima bit-titolu “Kif nista' nressaq ilment?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, f'forma mqassra:

(a)

il-passi li għandhom jiġu segwiti biex jitressaq ilment dwar il-prodott jew dwar l-imġiba tal-awtur tal-PRIIP jew tal-persuna li tagħti pariri dwar il-prodott jew li tkun tbigħu;

(b)

link għas-sit web rilevanti għal dawn l-ilmenti;

(c)

indirizz postali aġġornat u indirizz elettroniku fejn jistgħu jintbagħtu dawn l-ilmenti.

Artikolu 8

Taqsima dwar “Informazzjoni rilevanti oħra”

1.   L-awturi tal-PRIIP għandhom jindikaw fit-taqsima bit-titolu “Informazzjoni rilevanti oħra” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija kwalunkwe dokument ta' informazzjoni addizzjonali li jista' jiġi pprovdut, u jekk dawn id-dokumenti ta' informazzjoni addizzjonali humiex disponibbli abbażi ta' rekwiżit legali jew biss fuq talba mill-investitur fil-livell tal-konsumatur.

2.   L-informazzjoni inkluża fit-taqsima bit-titolu “Informazzjoni rilevanti oħra” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija tista' tiġi pprovduta f'forma mqassra, inkluż link għas-sit web fejn aktar dettalji apparti d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli.

Artikolu 9

Mudell

L-awturi tal-PRIIP għandhom jippreżentaw id-dokument bl-informazzjoni ewlenija permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness I. Il-mudell għandu jimtela skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat u fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DOKUMENT BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA

Artikolu 10

Il-PRIIPs li joffru varjetà ta' għażliet għall-investimenti

Meta l-PRIIP joffri varjetà ta' għażliet ta' investiment sottostanti, u l-informazzjoni rigward dawn l-għażliet ta' investiment sottostanti ma tistax tiġi pprovduta f'dokument wieħed bl-informazzjoni ewlenija, konċiż u awtonomu, l-awturi tal-PRIIP għandhom jagħtu wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

dokument bl-informazzjoni ewlenija għal kull għażla ta' investiment sottostanti fil-PRIIP, inkluż informazzjoni dwar il-PRIIP skont il-Kapitolu I;

(b)

dokument bl-informazzjoni ewlenija ġeneriku li jiddeskrivi l-PRIIP skont il-Kapitolu I, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli minn 11 sa 14.

Artikolu 11

Taqsima dwar “X'inhu dan il-prodott?” fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija ġeneriku

Fit-taqsima bit-titolu “X'inhu dan il-prodott?”, b'deroga mill-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 2, l-awturi tal-PRIIP għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tat-tipi ta' għażliet ta' investiment sottostanti, inkluż is-segmenti tas-suq jew it-tipi ta' strumenti, kif ukoll il-fatturi prinċipali li fuqhom jiddependi r-redditu;

(b)

dikjarazzjoni li tindika li t-tip ta' investituri li għalihom huwa intiż li jiġi kummerċjalizzat il-PRIIP ivarja abbażi tal-għażla tal-investiment sottostanti;

(c)

indikazzjoni fejn tista' tinstab l-informazzjoni speċifika dwar kull għażla ta' investiment sottostanti.

Artikolu 12

Taqsima dwar “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?” fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija ġeneriku

1.   Fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?”, b'deroga mill-paragrafi 2(a) u 3 tal-Artikolu 3, l-awturi tal-PRIIP għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

il-firxa ta' klassijiet ta' riskju tal-għażliet kollha ta' investiment sottostanti offruti fil-PRIIP bl-użu ta' indikatur sommarju tar-riskji li jkollu skala numerika minn 1 sa 7, kif stabbilit fl-Anness III,

(b)

dikjarazzjoni li tindika li r-riskji u l-gwadanji tal-investiment ivarjaw fuq il-bażi tal-għażla tal-investiment sottostanti;

(c)

deskrizzjoni qasira ta' kif il-prestazzjoni tal-PRIIP b'mod globali tiddependi fuq l-għażliet ta' investiment sottostanti;

(d)

indikazzjoni fejn tista' tinstab l-informazzjoni speċifika dwar kull għażla ta' investiment sottostanti.

2.   Meta l-awturi tal-PRIIP jużaw id-dokumenti ta' tagħrif ewlieni għall-investitur skont l-Artikolu 14(2), sabiex jiġu speċifikati l-klassijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, huma għandhom jużaw l-indikatur sintetiku tar-riskju u tal-gwadanji skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 583/2010 fir-rigward ta' fondi tal-UCITS jew dawk li mhumiex tal-UCITS bħala għażliet ta' investiment sottostanti.

Artikolu 13

Taqsima dwar “X'inhuma l-ispejjeż?” fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija ġeneriku

1.   Fit-taqsima bit-titolu “X'inhuma l-ispejjeż?”, b'deroga mill-Artikolu 5(1)(b), l-awturi tal-PRIIP għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

il-firxa ta' spejjeż għall-PRIIP fit-tabelli “Spejjeż maż-żmien” u “Kompożizzjoni tal-ispejjeż” stabbiliti fl-Anness VII,

(b)

dikjarazzjoni li tindika li l-ispejjeż għall-investitur fil-livell tal-konsumatur ivarjaw fuq il-bażi tal-għażla ta' investiment sottostanti;

(c)

indikazzjoni fejn tista' tinstab l-informazzjoni speċifika dwar kull għażla ta' investiment sottostanti.

2.   Minkejja r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a), u b'deroga mill-punti minn 12 sa 20 tal-Anness VI, meta l-awturi tal-PRIIP jużaw id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għall-investitur skont l-Artikolu 14(2), jistgħu japplikaw il-metodoloġija stabbilita fil-punt 21 tal-Anness VI ta' għall-fondi tal-UCITS jew dawk li mhumiex tal-UCITS

3.   Meta l-awturi tal-PRIIP jużaw id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għall-investitur skont l-Artikolu 14(2) għall-fondi tal-UCITS jew dawk li mhumiex tal-UCITS bħala l-uniku għażliet ta' investiment sottostanti, b'deroga mill-Artikolu 5, jistgħu jispeċifikaw il-firxa ta' imposti għall-PRIIP skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 583/2010.

Artikolu 14

Informazzjoni speċifika dwar kull għażla ta' investiment sottostanti

1.   Fir-rigward tal-informazzjoni speċifika msemmija fl-Artikoli 11,12 u 13, l-awturi tal-PRIIP għandhom jinkludu għal kull għażla ta' investiment sottostanti — dan kollu li ġej:

(a)

twissija dwar il-fehim, meta rilevanti;

(b)

l-objettivi tal-investiment, il-mezzi biex jinkisbu, u s-suq fil-mira intenzjonat skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 2;

(c)

indikatur sommarju tar-riskji u spjegazzjoni testwali, u x-xenarji tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 3;

(d)

preżentazzjoni tal-ispejjeż skont l-Artikolu 5.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-awturi tal-PRIIP jistgħu jużaw id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għall-investitur imfassal skont l-Artikoli minn 78 sa 81 tad-Direttiva 2009/65/KE biex jagħtu informazzjoni speċifika għall-finijiet tal-Artikoli minn 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament Delegat, fejn mill-inqas waħda mill-għażliet tal-investiment sottostanti msemmija fil-paragrafu 1 tkun fond tal-UCITS jew fond li mhuwiex tal-UCITS imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

KAPITOLU III

RIEŻAMI U REVIŻJONI TAD-DOKUMENT BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA

Artikolu 15

Rieżami

1.   L-awturi tal-PRIIP għandhom jagħmlu rieżami l-informazzjoni inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija kull darba li jkun hemm tibdil li jaffettwa b'mod sinifikanti jew aktarx li jaffettwa b'mod sinifikanti l-informazzjoni inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, u tal-anqas, kull tnax-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni inizjali tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

2.   Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jivverifika jekk l-informazzjoni inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija tkunx għadha preċiża, imparzjali, ċara, u mhux qarrieqa. Għandu jivverifika b' mod partikolari:

(a)

jekk l-informazzjoni inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija hijiex konformi mal-forma ġenerali u r-rekwiżiti tal-kontenut skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014, jew mal-forma speċifika u mar-rekwiżiti tal-kontenut stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat;

(b)

jekk inbidlux il-miżuri tar-riskju tas-suq jew tar-riskju ta' kreditu tal-PRIIP, meta dan it-tibdil ikollu l-effett kombinat li jirrikjedi ċ-ċaqliq tal-PRIIP għal klassi differenti tal-indikatur sommarju tar-riskji minn dik indikata fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija suġġett għar-rieżami;

(c)

jekk il-medja tar-redditu għax-xenarju moderat tal-prestazzjoni tal-PRIIP, murija bħala redditu perċentwali ta' kull sena, inbidlitx b'aktar minn ħames punti perċentwali.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awturi tal-PRIIP għandhom jistabbilixxu u jżommu proċessi adegwati tul il-ħajja tal-PRIIP fejn jibqa' disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur biex jidentifikaw mingħajr dewmien żejjed kull ċirkostanza li tista' tirriżulta f'tibdil li jaffettwa jew aktarx li jaffettwa l-preċiżjoni, l-imparzjalità jew iċ-ċarezza tal-informazzjoni inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

Artikolu 16

Reviżjoni

1.   L-awturi tal-PRIIP għandhom mingħajr dewmien żejjed jirrevedu d-dokument bl-informazzjoni ewlenija meta rieżami skont l-Artikolu 15 jikkonkludi li jeħtieġ li jsir tibdil fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

2.   L-awturi tal-PRIIP għandhom jiżguraw li t-taqsimiet kollha tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija affettwati minn dan it-tibdil jiġu aġġornati.

3.   L-awtur tal-PRIIP għandu jippubblika d-dokument bl-informazzjoni ewlenija rivedut fuq is-sit web tiegħu.

KAPITOLU IV

GĦOTI TAD-DOKUMENT BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA

Artikolu 17

Kundizzjonijiet dwar iż-żmien adegwat

1.   Il-persuna li tagħti pariri dwar il-PRIIP jew li tbigħu għandha tipprovdi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija biżżejjed kmieni biex tagħti lill-investituri fil-livell tal-konsumatur biżżejjed żmien biex iqisu d-dokument qabel jintrabtu b'xi kuntratt jew offerta relatata ma' dak il-PRIIP, irrispettivament minn jekk l-investitur fil-livell tal-konsumatur huwiex qed jingħata jew le żmien biex jerġa' jaħsibha.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-persuna li tagħti pariri dwar il-PRIIP jew li tbigħu għandha tivvaluta ż-żmien meħtieġ minn kull investitur fil-livell tal-konsumatur biex iqis id-dokument bl-informazzjoni ewlenija, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni dan li ġej:

(a)

l-għarfien u l-esperjenza tal-investitur fil-livell tal-konsumatur dwar il-PRIIP jew il-PRIIPs ta' natura simili, jew dwar riskji simili għal dawk li jirriżultaw mill-PRIIP;

(b)

il-kumplessità tal-PRIIP;

(c)

meta l-pariri jew il-bejgħ ikunu fuq inizjattiva tal-investitur fil-livell tal-konsumatur, l-urġenza espressa b'mod espliċitu mill-investitur fil-livell tal-konsumatur biex jikkonkludi l-kuntratt jew l-offerta proposti.

Artikolu 18

Dispożizzjoni Finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

L-Artikolu 14(2) għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati meta jingħata tagħrif ewlieni għall-investitur jew il-prospett b'mezz li jibqa' li mhuwiex stampat jew permezz ta' sit elettroniku (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

(8)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).


ANNESS I

FORMOLI TAD-DOKUMENT BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA

Il-manifatturi ta' PRIIPs għandhom ikunu konformi mal-ordni tat-taqsima u t-titli kif ippreżentati fil-formola, li madankollu ma tiffissax parametri għat-tul tat-taqsimiet individwali u t-tqegħid tal-farrada tal-paġni, u hija soġġetta għal massimu kumplessiv ta' tliet faċċati ta' karta ta' daqs A4 meta jiġi stampata.

Image

Image


ANNESS II

METODOLOĠIJA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAR-RISKJU

Il-PARTI 1

Valutazzjoni tar-riskju tas-suq

Determinazzjoni tal-kejl tar-riskju tas-suq (MRM)

1.

Ir-riskju tas-suq jitkejjel skont il-volatilità annwalizzata korrispondenti mal-valur fir-riskju (VaR) f'livell ta' fiduċja ta' 97,5 % fuq il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor. Il-VaR huwa l-perċentwal tal-ammont investit, li jiġi ritornat lill-investitur fil-livell ta' konsumatur.

2.

Il-PRIIP jiġi assenjat klassi MRM skont it-tabella li ġejja:

Klassi MRM

Volatilità ekwivalenti għall-VaR (VEV)

1

< 0,5 %

2

0,5 % - 5,0 %

3

5,0 % - 12 %

4

12 % - 20 %

5

20 % - 30 %

6

30 % - 80 %

7

> 80 %

Speċifikazzjoni tal-kategoriji PRIIP għall-iskopijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tas-suq

3.

Għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tar-riskju tas-suq, il-PRIIPs huma maqsuma f'erba' kategoriji.

4.

Kategorija 1 tkopri dan li ġej:

(a)

PRIIPs fejn l-investituri jistgħu jitilfu aktar mill-ammont li jkunu investew;

(b)

PRIIPS li jaqgħu f'waħda mill-kategoriji msemmija fl-entrati 4 sa 10 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(c)

Il-PRIIPS jew l-investimenti sottostanti ta' PRIIPs li huma pprezzati fuq bażi inqas regolari milli ta' kull xahar, jew li m'għandhomx punt ta' riferiment jew indikatur xieraq, jew fejn il-punt ta' riferiment jew l-indikatur xieraq huwa pprezzat fuq bażi inqas regolari milli ta' kull xahar.

5.

Il-kategorija 2 tkopri PRIIPs li, direttament jew fuq bażi sintetika, joffru skopertura mingħajr ingranaġġ għall-prezzijiet tal-investimenti sottostanti, jew skopertura b'ingranaġġ fuq l-investimenti sottostanti li tħallas multiplu kostanti tal-prezzijiet ta' dawk l-investimenti sottostanti, fejn tal-anqas ikunu disponibbli għall-PRIIP sentejn bi prezzijiet storiċi ta' kuljum, jew erba' snin bi prezzijiet storiċi ta' kull ġimgħa, jew ħames snin bi prezzijiet ta' kull xahar, jew fejn ikunu disponibbli punti ta' riferiment jew indikaturi xierqa, sakemm dawk il-punti ta' riferiment jew l-indikaturi jissodisfaw l-istess kriterji għat-tul u l-frekwenza tal-istorja tal-prezzijiet.

6.

Il-kategorija 3 tkopri PRIIPs li l-valuri tagħhom jirriflettu l-prezzijiet ta' investimenti sottostanti, iżda mhux bħala multiplu kostanti tal-prezzijiet ta' dawk l-investimenti sottostanti, fejn tal-anqas sentejn bi prezzijiet ta' kuljum għall-assi sottostanti, erba' snin bi prezzijiet ta' kull ġimgħa jew ħames snin prezzijiet ta' kull xahar, jew fejn punti ta' riferiment jew indikaturi eżistenti xierqa huma disponibbli, sakemm dawk il-punti ta' riferiment jew l-indikaturi jissodisfaw l-istess kriterji għat-tul u l-frekwenza tal-istorja tal-prezzijiet.

7.

Il-kategorija 4 tkopri PRIIPS li l-valuri tagħhom jiddependu parzjalment fuq fatturi li mhumiex osservati fis-suq, inklużi PRIIPs ibbażati fuq l-assigurazzjoni li jqassmu porzjon mill-profitti tal-manifattur tal-PRIIPs lil investituri fil-livell ta' konsumatur.

Użu ta punti ta' riferiment jew indikaturi xierqa biex jiġu speċifikati kategoriji ta' PRIIPs

Fejn jintużaw punti ta' riferiment jew indikaturi xierqa minn manifattur ta' PRIIPs, dawk il-punti ta' riferiment jew l-indikaturi għandhom jirrappreżentaw l-assi jew l-iskoperturi li jiddeterminaw il-prestazzjoni tal-PRIIP. Il-manifattur tal-PRIIPs għandu jiddokumenta l-użu ta' dawn il-punti ta' riferiment jew l-indikaturi.

Id-determinazzjoni tal-klassi MRM għal PRIIPs tal-Kategorija 1

8.

Il-klassi MRM għall-PRIIPs tal-Kategorija 1 għandha tkun 7, bl-eċċezzjoni tal-PRIIPs imsemmija fil-punt 4(c) ta' dan l-Anness, fejn il-klassi MRM għandha tkun 6.

Id-determinazzjoni tal-klassi MRM għal PRIIPs tal-Kategorija 2

9.

Il-VaR jiġi kkalkulat mill-mument tad-distribuzzjoni osservata tar-redditi tal-PRIIPs jew tal-punt ta' riferiment jew tal-prezz indikatur tiegħu matul l-aħħar ħames snin. Il-frekwenza minima tal-osservazzjonijiet hija kull xahar. Meta l-prezzijiet ikunu disponibbli fuq bażi ta' kuljum, il-frekwenza tkun ta' kuljum. Fejn il-prezzijiet ikunu disponibbli fuq bażi kull ġimgħa, il-frekwenza tkun kull ġimgħa. Fejn il-prezzijiet ikunu disponibbli fuq bażi bimensili, il-frekwenza għandha tkun bimensili.

10.

Fejn ma tkunx disponibbli data dwar il-prezzijiet ta' kuljum li tkopri perjodu ta' 5 snin jista' jintuża perjodu iqsar. Għal osservazzjonijiet ta' kuljum ta' prezz ta' PRIIP jew tal-punt ta' riferiment jew tal-indikatur tiegħu, irid ikun hemm tal-anqas sentejn (2) ta' redditi osservati. Għal osservazzjonijiet ta' kull ġimgħa ta' prezz ta' PRIIP, irid ikun hemm tal-anqas 4 snin ta' data osservata. Għal osservazzjonijiet ta' kull xahar ta' prezz ta' PRIIP, irid ikun hemm data li tkopri perjodu ta' mill-anqas 5 snin.

11.

Ir-redditu għal kull perjodu huwa definit bħala l-logaritmu naturali tal-proporzjon tal-prezz fl-għeluq tas-suq fit-tmiem tal-perjodu attwali sal-għeluq tas-suq fit-tmiem tal-perjodu preċedenti.

12.

Il-kejl tal-VaR f'return space jingħata mill-espansjoni Cornish-Fisher, hekk kif ġej:

Formula

fejn N huwa l-għadd ta' perjodi ta' negozjar fil-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat; u σ, μ1, μ2 huma rispettivament il-volatilità, il-koeffiċjent ta' assimetrija u l-kurtożi eċċessiva mkejla mid-distribuzzjoni tar-redditu. Il-volatilità, il-koeffiċjent ta' assimetrija u l-kurtożi eċċessiva jiġu kkalkulati mill-mumenti mkejla tad-distribuzzjoni tar-redditi skont dan li ġej:

il-mument żero, M0 , huwa l-għadd ta' osservazzjonijiet matul il-perjodu skont il-punt 10 ta' dan l-Anness

l-ewwel mument, M1 , huwa l-medja tar-redditi osservati kollha fil-kampjun

it-tieni mument M2 , it-tielet mument M3 u r-raba' mument M4 huma definiti bil-mod standard:

Formula,

Formula,

Formula,

fejn ri hija r-redditu mkejjel fuq perjodu nru i fl-istorja tar-redditi.

il-volatilità, σ, hija mogħtija minn Formula.

il-koeffiċjent ta' assimetrija, μ1, huwa ugwali għal M33.

il-kurtożi żejda, μ2, hija ugwali għal M44 – 3.

13.

VEV tingħata minn:

Formula

fejn T hija t-tul tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat fi snin.

14.

Għal PRIIPs li huma mmaniġġjati skont il-politiki jew l-istrateġiji tal-investiment li jsegwu ċerti objettivi ta' gwadann billi jipparteċipaw permezz ta' investiment flessibbli fi klassijiet ta' assi finanzjarji differenti (pereż. kemm fis-swieq tal-ekwità kif ukoll tal-introjtu fiss), il-VEV li trid tintuża tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)

fejn ma kien hemm ebda reviżjoni tal-politika tal-investiment matul il-perjodu msemmi fil-punt 10 ta' dan l-Anness, il-VEV li għandha tintuża hija l-ogħla mill-VEVs li ġejjin

(i)

il-VEV ikkomputata skont il-punti 9 sa 13 ta' dan l-Anness;

(ii)

il-VEV tar-redditu tat-taħlita tal-assi proforma li hija konsistenti mal-allokazzjoni tal-assi ta' riferiment tal-fond fi żmien il-komputazzjoni;

(iii)

il-VEV li hija konsistenti mal-limitu tar-riskju tal-fond, jekk hemm u jekk xieraq.

(b)

fejn il-politika tal-investiment ġiet riveduta matul il-perjodu msemmi fil-punt 10 ta' dan l-Anness, il-VEV li għandha tintuża hija l-ogħla mill-VEVs imsemmija fil-punt (a)(ii) u (iii).

15.

Il-PRIIP jiġi assenjat klassi MRM kif stabbilit taħt punt 2 ta' dan l-Anness skont il-VEV. Fil-każ ta' PRIIP li għandu biss data tal-prezz fix-xahar, il-klassi MRM assenjata taħt punt 2 ta' dan l-Anness tiżdied bi klassi waħda addizzjonali.

Id-determinazzjoni tal-klassi MRM għal PRIIPs tal-Kategorija 3

16.

Il-VaR fil-price space għandu jiġi kkalkulat minn distribuzzjoni ta' valuri PRIIP fit-tmiem tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat. Id-distribuzzjoni tinkiseb bis-simulazzjoni tal-prezz jew prezzijiet, li tiddetermina l-valur tal-PRIIP fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat. Il-VaR ikun il-valur tal-PRIIP f'livell ta' fiduċja ta' 97,5 % fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat skontat sad-data preżenti permezz tal-fattur ta' skont mistenni mingħajr riskji mid-data preżenti sat-tmiem tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat.

17.

VEV tingħata minn:

Formula

fejn T hija t-tul tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat fi snin. Fil-kalkolu jintuża l-perjodu fi snin sas-sejħa jew sal-kanċellazzjoni biss jekk il-prodott jiġi eżerċitat jew jiġi kkanċellat qabel tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat skont is-simulazzjoni.

18.

Il-PRIIP jiġi assenjat klassi MRM kif stabbilit fil-punt 2 ta' dan l-Anness, skont il-VEV. Fil-każ ta' PRIIP li għandu biss data tal-prezz fix-xahar, il-klassi MRM assenjata taħt punt 2 ta' dan l-Anness tiżdied bi klassi waħda addizzjonali.

19.

L-għadd minimu ta' simulazzjonijiet huwa 10 000.

20.

Is-simulazzjoni hija abbażi ta' bootstrapping tad-distribuzzjoni mistennija tal-prezzijiet jew tal-livelli tal-prezz tal-kuntratti sottostanti tal-PRIIP mid-distribuzzjoni osservata tar-redditi għal dawn il-kuntratti b'sostituzzjoni.

21.

Għall-iskopijiet tas-simulazzjoni msemmija fil-punti 16 sa 20 ta' dan l-Anness, hemm żewġ tipi ta' fatturi osservabbli tas-suq li jistgħu jikkontribwixxu għall-valur ta' PRIIP: prezzijiet spot (jew il-livelli tal-prezzijiet) u kurvi.

22.

Għal kull simulazzjoni ta' prezz spot (jew livell), il-manifattur tal-PRIIP għandu:

(a)

jikkalkula r-redditu għal kull perjodu osservat fl-aħħar 5 snin, jew fis-snin imsemmija fil-punt 6 ta' dan l-Anness, billi jieħu l-logaritmu tal-prezz fl-għeluq kull perjodu diviż bil-prezz fl-għeluq tal-perjodu preċedenti;

(b)

b'mod aleatorju jagħżel perjodu osservat wieħed li jikkorrispondi mar-redditu għall-kuntratti sottostanti kollha għal kull perjodu simulat fil-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat (l-istess perjodu osservat jista' jintuża aktar minn darba fl-istess simulazzjoni);

(c)

jikkalkula r-redditu għal kull kuntratt billi jgħodd ir-redditi mill-perjodi magħżula u jikkoreġi l-istess redditu biex jiżgura li r-redditu mistenni mkejjel mid-distribuzzjoni simulata tar-redditi jkun l-aspettattiva newtrali minn riskji tar-redditi matul il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat. Il-valur finali tar-redditu jingħata billi:

Formula

Fejn:

it-tieni terminu jikkoreġi l-impatt tal-medja tar-redditi osservati;

it-tielet terminu jikkoreġi l-impatt tal-varjanza tar-redditi osservati;

l-aħħar terminu li jikkoreġi l-impatt quanto jekk il-munita tal-eżerċitar tkun differenti mill-munita tal-assi. It-termini li jikkontribwixxu għall-korrezzjoni huma kif ġej:

ρ huwa l-korrelazzjoni bejn il-prezz tal-assi u r-rata Fx rilevanti -imkejla matul il-perjodu ta' parteċipazzjoni rrikmandat;

σ huwa l-volatilità mkejla tal-assi;

σccy huwa l-volatilità mkejla tar-rata Fx.

(d)

ikkalkula l-prezz ta' kull kuntratt sottostanti billi tieħu l-esponent tar-redditu.

23.

Għall-kurvi, titwettaq analiżi tal-komponent prinċipali (PCA) biex jiġi żgurat li s-simulazzjoni tal-movimenti ta' kull punt fuq il-kurva matul perjodu twil jirriżulta f'kurva konsistenti.

(a)

Il-PCA titwettaq billi:

(i)

jinġabar ir-rekord storiku tal-punti tal-maturitajiet li jiddefinixxu l-kurva għal kull perjodu ta' negozjar matul l-aħħar ħames snin, jew fis-snin imsemmija fil-punt 6 ta' dan l-Anness;

(ii)

jiġi żgurat li kull punt ta' maturità huwa pożittiv — fejn ikun hemm punt ta' maturità negattiv, il-punti tal-maturitajiet kollha jiġu mċaqalqa min-numru sħiħ minimu jew bil-perċentwal minimu biex jiġu żgurati valuri pożittivi għall-punti tal-maturitajiet kollha;

(iii)

jiġi kkalkulat ir-redditu matul kull perjodu għal kull punt ta' maturità billi jittieħed il-logaritmu naturali tal-proporzjon bejn il-prezz/livell fl-għeluq ta' kull perjodu osservat u l-prezz/livell fl-għeluq tal-perjodu preċedenti;

(iv)

jiġu kkoreġuti r-redditi osservati f'kull punt ta' maturità sabiex is-sett riżultanti tar-redditi f'kull punt ta' maturità jkollu medja ta' żero;

(v)

tiġi kkalkulata l-matriċi tal-kovarjanza bejn il-maturitajiet differenti billi jingħaddu r-redditi;

(vi)

jiġu kkalkulati l-eigenvectors u l-eigenvalues tal-matriċi tal-kovarjanza.

(vii)

jiġu magħżula l-eigenvectors li jikkorrispondu mal-akbar tliet eigenvalues.

(viii)

tiġi ffurmata matriċi bi 3 kolonni fejn l-ewwel kolonna tkun l-eigenvector bl-akbar eigenvalue; il-kolonna tan-nofs tkun l-eigenvector bit-tieni l-akbar eigenvalue u l-aħħar kolonna tkun l-eignenvector bit-tielet l-akbar eigenvalue;

(ix)

jiġu pproġettati r-redditi fuq it-tliet eigenvectors prinċipali kkalkulati fil-pass preċedenti billi tiġi mmultiplikata l-matriċi N×M tar-redditi miksuba fil-punt (iv) bil-matriċi M×3 tal-eigenvectors miksuba fil-punt (viii)

(x)

tiġi kkalkulata l-matriċi tar-redditi li għandha tintuża fis-simulazzjoni billi jiġu mmultiplikati r-riżultati fil-punt (ix) bit-traspożizzjoni tal-matriċi tal-eigenvectors miksuba fil-punt (viii). Dan huwa s-sett ta' valuri li għandu jintuża fis-simulazzjoni.

(b)

Is-simulazzjoni tal-kurva titwettaq hekk kif ġej:

(i)

il-pass tal-ħin fis-simulazzjoni huwa perjodu wieħed. Għal kull perjodu ta' osservazzjoni fil-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat agħżel ringiela b'mod aleatorju mill-matriċi kkalkulata tar-redditi. Ir-redditu għal kull punt ta' maturità, T, huwa s-somma fuq ir-ringieli magħżula tal-kolonna korrispondenti mal-punt ta' maturità, T.

(ii)

ir-rata simulata għal kull punt ta' maturità T, tkun ir-rata attwali fil-punt ta' maturità T:

multiplikata bl-esponent tar-redditu simulat,

aġġustat għal kwalunkwe ċaqliq użat biex jiżgura valuri pożittivi għal kull punt ta' maturità, u

aġġustat sabiex il-medja mistennija taqbel mal-aspettattivi attwali għar-rata tal-punt ta' maturità T, fl-għeluq tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat.

24.

Għal PRIIPs fil-Kategorija 3 li huma karatterizzati minn protezzjoni mhux kundizzjonali tal-kapital, il-manifattur tal-PRIIP jista' jassumi li l-VaR fil-livell ta' fiduċja ta' 97,5 % huwa ugwali għal-livell tal-protezzjoni mhux kundizzjonali tal-kapital fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, skontat għad-data preżenti permezz tal-fattur tal-iskont mistenni mingħajr riskju

Id-determinazzjoni tal-klassi MRM għal PRIIPs tal-Kategorija 4

25.

Fejn il-prestazzjoni tal-PRIIP tiddependi fuq fattur jew fatturi mhux osservati fis-suq jew sa ċertu punt taħt il-kontroll tal-manifattur tal-PRIIP, jew dan ikun il-każ għal komponent tal-PRIIP, il-manifattur tal-PRIIP għandu jsegwi l-metodu f'din it-taqsima biex iqis dan il-fattur jew dawn il-fatturi.

26.

Il-komponenti differenti tal-PRIIP li jikkontribwixxu għall-prestazzjoni tal-PRIIP għandhom jiġu identifikati, sabiex dawk il-komponenti li mhumiex dipendenti b'mod sħiħ jew parzjalment fuq fattur jew fatturi li mhumiex osservati fis-suq biex jiġu ttrattati skont il-metodi rilevanti stabbiliti f'dan l-Anness għal PRIIPs tal-Kategorija 1, 2 jew 3. Għal kull wieħed minn dawn il-komponenti, għandha tiġi kkalkulata VEV.

27.

Il-komponent tal-PRIIP li jiddependi, b'mod sħiħ jew parzjalment fuq fattur jew fatturi li mhumiex osservati fis-suq irid jsegwi standards tal-industrija u regolatorji robusti u rikonoxxuti sew biex jiġu ddeterminati l-aspettattivi rilevanti fir-rigward tal-kontribuzzjoni futura ta' dawn il-fatturi u l-inċertezza li tista' teżisti fir-rigward ta' dik il-kontribuzzjoni. Fejn il-komponent mhuwiex kompletament dipendenti fuq fattur li mhux osservat fis-suq, għandha tintuża metodoloġija bootstrap biex jitqiesu l-fatturi tas-suq, kif stabbilit għall-PRIIPs tal-Kategorija 3. Il-VEV għall-komponent tal-PRIIP ikun ir-riżultat tal-kombinazzjoni tal-metodoloġija bootstrap u standards tal-industrija u regolatorji robusti u rikonoxxuti sew biex jiġu ddeterminati l-aspettattivi rilevanti fir-rigward tal-kontribuzzjoni futura ta' dawn il-fatturi li mhumiex osservati fis-suq.

28.

Il-VEV ta' kull komponent tal-PRIIP għandha tiġi ponderata proporzjonalment sabiex tinkiseb VEV kumplessiva tal-PRIIP. Meta jiġu ponderati l-komponenti għandhom jitqiesu l-karatteristiċi tal-prodott. Fejn rilevanti, għandhom jitqiesu l-algoritmi tal-prodott li jimmitigaw ir-riskju tas-suq kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tal-komponent bil-profitt.

29.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 4 li huma karatterizzati minn protezzjoni mhux kundizzjonali tal-kapital, il-manifattur tal-PRIIP jista' jassumi li l-VaR fil-livell ta' fiduċja ta' 97,5 % huwa ugwali għal-livell tal-protezzjoni mhux kundizzjonali tal-kapital fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, skontat għad-data preżenti bil-fattur tal-iskont mistenni mingħajr riskju.

Il-PARTI 2

Metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu

I.   REKWIŻITI ĠENERALI

30.

PRIIP jew l-investimenti jew l-iskoperturi sottostanti tiegħu għandhom jitqiesu li fihom riskju tal-kreditu meta r-redditu tal-PRIIP jew tal-investimenti jew tal-iskoperturi sottostanti tiegħu jiddependi fuq l-affidabbiltà kreditizja ta' manifattur jew parti marbuta li tagħmel, direttament jew indirettament, pagamenti rilevanti lill-investitur. PRIIP b'MRM ta' 7 mhux meħtieġ jivvaluta r-riskju ta' kreditu.

31.

Fejn entità tagħmel impenn direttament biex tagħmel pagament lil investitur fil-livell ta' konsumatur għal PRIIP, jiġi valutat riskju ta' kreditu għall-entità li hija debitur dirett.

32.

Jekk l-obbligi ta' pagament kollha ta' debitur jew debitur indirett wieħed jew aktar huma garantiti bla kundizzjonijiet u irrevokabbilment minn entità oħra (il-garanti), il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-garanti tista' tintuża jekk hija aktar favorevoli mill-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tad-debitur jew tad-debituri rispettivi.

33.

Għal PRIIPs li huma skoperti għal investimenti jew tekniki sottostanti, inklużi PRIIPs li minnhom infushom fihom riskju ta' kreditu jew li min-naħa tagħhom jagħmlu investimenti sottostanti li fihom riskju ta' kreditu, ir-riskju ta' kreditu jiġi vvalutat b'relazzjoni mar-riskju tal-kreditu li għandhom kemm il-PRIIP innifsu kif ukoll l-investimenti jew l-iskoperturi sottostanti (inklużi skoperturi għal PRIIPs oħra), fuq bażi trasparenti u b'valutazzjoni kaskata fejn meħtieġ.

34.

Fejn ir-riskju tal-kreditu qiegħed biss fil-livell ta' investimenti jew skoperturi sottostanti (inkluż għal PRIIPs oħra), ir-riskju tal-kreditu ma jiġix ivvalutat fil-livell tal-PRIIP innifsu iżda minflok fil-livell ta' dawk l-investimenti jew l-iskoperturi sottostanti fuq bażi trasparenti. Fejn il-PRIIP ikun Impriża ta' Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (UCITS) jew Fond ta' Investiment Alternattiv (AIF), il-UCITS jew l-AIF innifsu jiġi kkunsidrat li m'għandu l-ebda riskju tal-kreditu, filwaqt li l-investimenti jew l-iskoperturi sottostanti tal-UCITS jew l-AIF jiġi vvalutati fejn meħtieġ.

35.

Fejn PRIIP ikun skopert għal investimenti sottostanti multipli li fihom skopertura għal riskju tal-kreditu, ir-riskju tal-kreditu li jkun fih kull investiment sottostanti li jirrappreżenta skopertura ta' 10 % jew aktar tal-assi jew il-valur totali tal-PRIIP jiġi vvalutat separatament.

36.

Investimenti jew skoperturi sottostanti għal derivattivi nnegozjati fil-borża jew derivattivi barra l-borża kklerjati jiġu sopponuti għall-iskopijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu li m'għandhom l-ebda riskju ta' kreditu. Jitqies li mhemm l-ebda riskju ta' kreditu meta skopertura tkun kollateralizzat bis-sħiħ u kif xieraq, jew meta skoperturi mhux kollateralizzati jkun fihom riskju tal-kreditu li jammonta għal inqas minn 10 % tal-assi jew tal-valur totali tal-PRIIP.

II.   VALUTAZZJONI TAR-RISKJU TAL-KREDITU

Valutazzjoni tal-kreditu tad-debituri

37.

Fejn disponibbli, manifattur tal-PRIIPs jiddefinixxi ex-ante istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) waħda jew aktar, ċertifikata jew reġistrata mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom jiġu konsistentament imsemmija għall-iskop tal-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu. Fejn ikun hemm disponibbli valutazzjonijiet tal-kreditu multipli skont dik il-politika, tintuża l-klassifikazzjoni medjana, li tieħu l-valur l-aktar baxx taż-żewġ valuri tan-nofs fil-każ ta' numru biż-żewġ ta' valutazzjonijiet.

38.

Il-livell tar-riskju tal-kreditu tal-PRIIP u kull debitur rilevanti jiġi vvalutat fuq il-bażi ta', kif applikabbli:

(a)

il-valutazzjoni tal-kreditu assenjata lill-PRIIP minn ECAI;

(b)

il-valutazzjoni tal-kreditu assenjata lid-debitur rilevanti minn ECAI;

(c)

fin-nuqqas ta' valutazzjoni tal-kreditu skont (a) jew (b) jew it-tnejn, valutazzjoni tal-kreditu prestabbilita kif stipulat fil-punt 43 ta' dan l-Anness.

Allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu lill-iskali tal-kwalità kreditizja

39.

L-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAIs fi skala oġġettiva ta' skali tal-kwalità kreditizja tiġi bbażata fuq ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 (3).

40.

Fil-każ ta' riskji tal-kreditu vvalutati fuq bażi trasparenti, l-iskala tal-kwalità kreditizja assenjata tkun tikkorrispondi mal-medja tal-iskali tal-kwalità kreditizja ponderata ta' kull debitur rilevanti li għalih jeħtieġ li ssir valutazzjoni tal-kreditu, fi proporzjon għall-assi totali li huma jirrappreżentaw rispettivament.

41.

Fil-każ ta' riskji tal-kreditu vvalutati fuq bażi kaskata, l-iskoperturi kollha tar-riskju tal-kreditu jiġu vvalutati separatament, għal kull saff, u l-iskala tal-kwalità kreditizja assenjata tkun l-ogħla skala tal-kwalità kreditizja, li huwa mifhum tkun dik bejn skala ta' kwalità kreditizja stabbilita bħala 1 u skala tal-kwalità kreditizja stabbilita bħala 3, bl-ogħla minn dawn it-tnejn tkun 3.

42.

L-iskala tal-kwalità kreditizja skont il-punt 38 ta' dan l-Anness tiġi aġġustata għall-maturità jew għall-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat tal-PRIIP, skont it-tabella li ġejja, għajr fejn ġiet assenjata valutazzjoni tal-kreditu li tirrifletti dik il-maturità jew dak il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat):

Skala tal-kwalità kreditizja skont il-punt 38 ta' dan l-Anness

L-iskala tal-kwalità kreditizja aġġustata, fil-każ fejn il-maturità tal-PRIIP, jew il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat tiegħu fejn PRIIP m'għandux maturità, hija sa sena

L-iskala tal-kwalità kreditizja aġġustata, fil-każ fejn il-maturità tal-PRIIP, jew il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat tiegħu fejn PRIIP m'għandux maturità, tvarja minn sena sa tnax-il sena

L-iskala tal-kwalità kreditizja aġġustata, fil-każ fejn il-maturità tal-PRIIP, jew il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat tiegħu fejn PRIIP m'għandux maturità, taqbeż it-tnax-il sena

0

0

0

0

1

1

1

1

2

1

2

2

3

2

3

3

4

3

4

5

5

4

5

6

6

6

6

6

43.

Jekk id-debitur m'għandux valutazzjoni tal-kreditu esterna, il-valutazzjoni tal-kreditu prestabbilita kif imsemmi fil-punt 38 ta' dan l-Anness tkun:

(a)

skala ta' kwalità kreditizja 3, jekk id-debitur ikun rregolat bħala istituzzjoni ta' kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni taħt liġi jew il-qafas legali applikabbli tal-Unjoni meqjus ekwivalenti taħt il-liġi tal-Unjoni u jekk il-klassifikazzjoni tal-Istat Membru fejn id-debitur huwa domiċiljat tkun skala 3 tal-kwalità kreditizja;

(b)

skala 5 tal-kwalità kreditizja, għal kwalunkwe debitur ieħor.

III.   KEJL TAR-RISKJU TAL-KREDITU

44.

PRIIPs jiġi allokat għal kejl tar-riskju tal-kreditu (CRM) fuq skala minn 1 sa 6 abbażi tat-tabella tal-immappjar stabbilita fil-punt 45 ta' dan l-Anness u billi jiġu applikati l-fatturi għall-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu taħt il-punti 46, 47, 48 u 49 ta' dan l-Anness, jew fatturi li jkabbru r-riskju tal-kreditu taħt il-punti 50 u 51 ta' dan l-Anness, jekk xieraq.

45.

Tabella dwar l-immappjar tal-iskali tal-kwalità kreditizja f'CRM:

Skala tal-kwalità kreditizja aġġustata

Kejl tar-riskju tal-kreditu

0

1

1

1

2

2

3

3

4

4

5

5

6

6

46.

Is-CRM jista' jiġi assenjat bħala 1 fejn l-assi ta' PRIIP jew kollateral xieraq, jew assi li jiggarantixxu l-obbligu tal-pagament tal-PRIIP, ikunu:

(a)

fi kwalunkwe ħin sal-maturità ekwivalenti għall-obbligi tal-pagament tal-PRIIP lill-investituri tiegħu;

(b)

miżmum minn parti terza f'kont segregat taħt termini u kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew id-Direttiva 2014/91/UE (5); kif ukoll

(c)

mhux, taħt l-ebda ċirkostanza, aċċessibbli għal kwalunkwe kreditur ieħor tal-manifattur taħt il-liġi applikabbli.

47.

Is-CRM jista' jiġi assenjat bħala 2 fejn l-assi ta' PRIIP jew kollateral xieraq, jew assi li jiggarantixxu l-obbligu tal-pagament tal-PRIIP, ikunu:

(a)

fi kwalunkwe ħin sal-maturità ekwivalenti għall-obbligi tal-pagament tal-PRIIP lill-investituri tiegħu;

(b)

identifikati u miżmuma f'kontijiet jew reġistri, ibbażati fuq il-liġi applikabbli, inklużi l-Artikoli 275 u 276 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); kif ukoll

(c)

b'tali mod li l-pretensjonijiet ta' investituri fil-livell ta' konsumatur ikollhom prijorità fuq il-pretensjonijiet ta' kredituri oħrajn tal-manifattur tal-PRIIP jew parti marbuta li tagħmel, direttament jew indirettament, pagamenti rilevanti lill-investitur.

48.

Fejn ir-riskju tal-kreditu jrid jiġi vvalutat fuq bażi trasparenti jew ta' kaskata, il-fatturi tal-mitigazzjoni taħt il-punti 46 u 47 ta' dan l-Anness jistgħu jiġu applikati wkoll meta jkun qed jiġi vvalutat ir-riskju tal-kreditu b'relazzjoni ma' kull debitur sottostanti.

49.

Fejn PRIIP ma jistax jissodisfa l-kriterji taħt il-punt 47 ta' dan l-Anness, is-CRM skont il-punt 45 ta' dan l-Anness jista' jitnaqqas bi klassi waħda fejn il-pretensjonijiet tal-investituri fil-livell ta' konsumatur ikollhom prijorità fuq il-pretensjonijiet ta' kredituri ordinarji, kif stabbilit fl-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE, tal-manifattur tal-PRIIP jew parti marbuta li tagħmel, direttament jew indirettament, pagamenti rilevanti lill-investitur, sakemm id-debitur ikun soġġett għar-rekwiżiti prudenzjali rilevanti fir-rigward li jiġi żgurat tqabbil xieraq tal-attivi u l-passivi.

50.

Is-CRM skont il-punt 45 ta' dan l-Anness jiżdied b'żewġ klassijiet fejn il-pretensjoni ta' investitur fil-livell ta' konsumatur tkun subordinata għall-pretensjonijiet ta' kredituri superjuri.

51.

Is-CRM skont il-punt 45 ta' dan l-Anness jiżdied bi tliet klassijiet fejn PRIIP ikun parti mill-fondi proprji tad-debitur tal-PRIIP, kif definit fl-Artikolu 4(1)(118) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jew fl-Artikolu 93 tad-Direttiva 2009/138/UE.

Il-PARTI 3

Aggregazzjoni tar-riskju tas-suq u tal-kreditu fl-indikatur sommarju tar-riskju

52.

L-indikatur sommarju tar-riskju kumplessiv (SRI) huwa assenjat skont il-kombinazzjoni tal-klassijiet CRM u MRM, skont it-tabella li ġejja:

Klassi MRM

Klassi CRM

MR1

MR2

MR3

MR4

MR5

MR6

MR7

CR1

1

2

3

4

5

6

7

CR2

1

2

3

4

5

6

7

CR3

3

3

3

4

5

6

7

CR4

5

5

5

5

5

6

7

CR5

5

5

5

5

5

6

7

CR6

6

6

6

6

6

6

7

Il-monitoraġġ tad-data b'rilevanza għall-indikatur sommarju tar-riskju

53.

Il-manifattur tal-PRIIP għandu jimmonitorja d-data tas-suq rilevanti għall-kalkolu tal-klassi MRM u, jekk il-klassi MRM tinbidel għal klassi MRM differenti, il-manifattur tal-PRIIP għandu jattribwixxi l-klassi MRM korrispondenti għall-klassi MRM li l-PRIIP qabbel għall-maġġoranza tal-punti ta' riferiment matul l-erba' xhur preċedenti.

54.

Il-manifattur tal-PRIIP jimmonitorja wkoll il-kriterji tar-riskju tal-kreditu rilevanti għall-kalkolu tas-CRM u, jekk skont dawn il-kriterji, is-CRM jinbidel għal klassi CRM differenti, il-PRIIP jerġa' jattribwixxi mill-ġdid is-CRM fil-klassi CRM rilevanti.

55.

Dejjem irid isir rieżami tal-klassi MRM wara deċiżjoni mill-manifattur tal-PRIIP fir-rigward tal-politika u/jew l-istrateġija ta' investiment tal-PRIIP. F'dawk iċ-ċirkostanzi, kwalunkwe bidla fl-MRM tiġi mifhuma bħala determinazzjoni ġdida tal-klassi MRM tal-PRIIP, u konsegwentement, issir skont ir-regoli ġenerali tad-determinazzjoni ta' klassi MRM għall-kategorija tal-PRIIP.

Il-PARTI 4

Riskju ta' likwidità

56.

PRIIP jiġi kkunsidrat li għandu riskju tal-likwidità materjalment rilevanti meta jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

il-PRIIP jiġi aċċettat għal negozjar f'suq sekondarju jew faċilità tal-likwidità alternattiva u ma jkunx hemm likwidità impenjata offruta minn ġeneraturi tas-suq jew mill-manifattur tal-PRIIP, biex b'hekk il-likwidità tkun tiddependi biss fuq id-disponibbiltà tax-xerrejja u l-bejjiegħa fis-suq sekondarju jew fil-faċilità tal-likwidità alternattiva, meta jitqies li negozjar regolari tal-prodott f'punt fiż-żmien ma jiggarantixxix in-negozjar regolari tal-istess prodott fi kwalunkwe punt ieħor ta' żmien;

(b)

il-profil tal-likwidità medja tal-investimenti sottostanti jkun b'mod sinifikanti inqas mill-frekwenza tar-rifużjoni regolari għall-PRIIP, meta u sal-punt li l-likwidità offruta mill-PRIIP tkun kundizzjonali għal-likwidazzjoni tal-assi sottostanti tiegħu;

(c)

il-manifattur tal-PRIIP jistima li l-investitur fil-livell ta' konsumatur jista' jaffaċċja diffikultajiet sinifikanti f'termini ta' żmien jew kostijiet għad-diżinvestiment matul ħajjet il-prodott, soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq.

57.

PRIIP jiġi kkunsidrat illikwidu, kemm kuntrattwalment kif ukoll mhux, jekk jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

il-PRIIP ma jiġix aċċettat għal negozjar f'suq sekondarju, u l-ebda faċilità tal-likwidità alternattiva ma tiġi promossa mill-manifattur tal-PRIIP jew minn parti terza, jew il-faċilità tal-likwidità alternattiva tkun soġġetta għal kundizzjonijiet limitanti sinifikanti, inkluż pieni għal ħruġ bikri jew prezzijiet tal-fidwa diskrezzjonali, jew meta ma jkunx hemm arranġamenti ta' likwidità;

(b)

il-PRIIP joffri possibbiltajiet potenzjali ta' ħruġ jew fidwa bikrin qabel il-maturità applikabbli, iżda dawn ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet limitanti sinifikanti, inkluż pieni sinifikanti ta' ħruġ bikri jew prezzijiet tal-fidwa diskrezzjonali, jew għall-kunsens minn qabel u d-diskrezzjoni tal-manifattur tal-PRIIP;

(c)

il-PRIIP ma joffrix possibbiltajiet potenzjali ta' ħruġ bikri jew fidwa qabel il-maturità applikabbli.

58.

PRIIP jiġi kkunsidrat likwidu fil-każijiet l-oħrajn kollha.


(1)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 tal-11 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 19).

(4)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1)

(5)  Id-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186).

(6)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).


ANNESS III

PREŻENTAZZJONI TAL-SRI

Format tal-preżentazzjoni

1.

Il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jużaw il-format t'hawn taħt għall-preżentazzjoni tal-SRI fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija. In-numru rilevanti għandu jiġi muri b'enfasi kif muri skont l-SRI għall-PRIIP.

Image

Gwida għall-ikkompletar fir-rigward tal-SRI

2.

L-ispjegazzjoni narrattiva għall-SRI għandha tispjega fil-qosor l-iskop tal-SRI u r-riskji sottostanti.

3.

Immedjatament taħt l-SRI, jiġi indikat il-qafas taż-żmien tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat. Barra dan, tiġi inkluża twissija direttament taħt l-SRI fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn ir-riskju tal-PRIIP huwa kkunsidrat li huwa b'mod sinifikanti ogħla jekk il-perjodu ta' parteċipazzjoni huwa differenti;

(b)

fejn PRIIP jiġi kkunsidrat li għandu riskju tal-likwidità materjalment rilevanti jew li huwa illikwidu, kemm jekk dan ikun kuntrattwali fin-natura tiegħu jew le.

4.

Kif applikazzjoni għal PRIIP, l-ispjegazzjoni narrattiva għandha tinkludi:

(a)

twissija b'tipa grassa fejn:

(i)

PRIIP jiġi kkunsidrat li għandu riskju tal-munita kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)(c) ta' dan ir-Regolament (Element C);

(ii)

PRIIP jista' jkollu obbligu possibbli li jżid mal-investiment inizjali, (Element D);

(b)

fejn applikabbli, spjegazzjoni tar-riskji materjalment rilevanti għall-PRIIP li ma setgħux jiġu koperti b'mod xieraq mill-SRI (Element E);

(c)

kjarifika:

(i)

li l-PRIIP għandu protezzjoni tal-kapital (parzjali) kontra riskju tas-suq fejn rilevanti, inkluż speċifikazzjoni tal-perċentwal tal-kapital investit li huwa protett (Element F);

(ii)

tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-limitazzjonijiet fejn il-protezzjoni tal-kapital (parzjali) kontra r-riskju tas-suq hija limitata (Element G);

(iii)

li l-PRIIP ma għandux protezzjoni tal-kapital kontra r-riskju tas-suq fejn rilevanti (Element H);

(iv)

li l-PRIIP ma għandux garanzija tal-kapital kontra r-riskju tal-kreditu fejn rilevanti (Element I);

(v)

tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-limitazzjonijiet fejn il-protezzjoni kontra r-riskju tal-kreditu hija limitata (Element J).

5.

Għal PRIIPs li joffru firxa ta' opzjonijiet għall-investiment, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jużaw il-format imsemmi fil-punt 1 ta' dan l-Anness għall-preżentazzjoni tal-SRI, fejn jindikaw il-klassijiet tar-riskju kollha li huma offruti mill-klassi bir-riskju l-aktar baxx għall-klassi bl-ogħla riskju.

6.

Għal derivattivi li huma futuri, opzjonijiet eżerċitabbli u opzjonijiet put innegozjati f'suq regolat jew f'suq ta' pajjiż terz kunsidrat ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, Elementi A, B, u, fejn rilevanti, H, għandhom jiġu inklużi.

Spjegazzjonijiet narrattivi

7.

Għall-iskopijiet tal-preżentazzjoni tal-SRI, inkluż il-punt 4 ta' dan l-Anness, għandhom jintużaw l-ispjegazzjonijiet narrattivi li ġejjin, kif xieraq:

 

[Element A] L-indikatur sommarju tar-riskju huwa gwida għal-livell ta' riskju ta' dan il-prodott meta mqabbel ma' prodotti oħra. Dan juri kemm huwa probabbli li l-prodott jitlef il-flus minħabba movimenti fis-swieq jew minħabba li ma nistgħux inħallsuk.

 

[Element B] Ikklassifikajna dan il-prodott bħala [1/2/3/4/5/6/7] minn 7, jiġifieri l-klassi tar-riskju [1=“l-aktar baxxa”/2=“baxxa”/3=“baxxa medja”/4=“medja”/5=“medja għolja”/6=“it-tieni mill-ogħla”/7=“l-ogħla”].

 

[Minbarra dan, agħti spjegazzjoni qasira tal-klassifikazzjoni tal-prodott f'massimu ta' 300 karattru f'lingwa sempliċi]

 

[Eżempju ta' spjegazzjoni: Din tikklassifika t-telf potenzjali mill-prestazzjoni fil-ġejjieni f'livell [1=“baxx ħafna”/2=“baxx”/3=“baxx medju”/4=“medju”/5=“medju għoli”/6=“għoli”/7=“għoli ħafna”], u kundizzjonijiet tas-suq ħżiena [1, 2= “probabbli ħafna li mhux”/3=“probabbli li mhux”/4=“jistgħu”/5=“probabbilment”/6=“probabbli ħafna li”] jagħmlu impatt fuq il-kapaċità [tagħna] [ta' X] li [inħallsuk][iħallsek].

 

[[Fejn applikabbli:] Element C, b'tipa grassa] Oqgħod attent għar-riskju tal-munita. Se tirċievi pagamenti f'munita differenti, għalhekk ir-redditu finali li tirċievi se jiddependi fuq ir-rata tal-kambju bejn iż-żewġ muniti. Dan ir-riskju mhux ikkunsidrat fl-indikatur muri hawn fuq.

 

[[Fejn applikabbli:] Element D] F'xi ċirkostanzi tista' tkun meħtieġ tagħmel pagamenti addizzjonali biex tħallas għal telf. (b'tipa grassa) It-telf totali li tista' ġġarrab jista' b'mod sinifikanti jaqbeż l-ammont investit.

 

[[Fejn applikabbli:] [Element E] [Riskji oħrajn materjalment rilevanti għall-PRIIP mhux inklużi fl-indikatur sommarju tar-riskju għandhom jiġu spjegati f'massimu ta' 200 karattru]

 

[[Fejn applikabbli:] [Element F] [Int intitolat li tirċievi lura tal-anqas [daħħal il- %] tal-kapital tiegħek. Kwalunkwe ammont aktar minn dan, u kwalunkwe redditu addizzjonali, jiddependi fuq il-prestazzjoni futura tas-suq u mhuwiex ċert.]

 

[[Fejn applikabbli:] [Element G] [Madankollu, din il-protezzjoni kontra l-prestazzjoni futura tas-suq ma tapplikax jekk int [..]

[Fejn japplikaw kundizzjonijiet ta' ħruġ bikri] tiġbor il-flus qabel [... snin/xhur/jiem]]

[Fejn iridu jsiru pagamenti kontinwi] tonqos li tħallas il-pagamenti tiegħek fil-ħin.

[Fejn japplikaw limitazzjonijiet oħrajn: tispjega dawn f'massimu ta' […] karattru f'lingwa sempliċi.]

 

[[Fejn applikabbli:] [Element H] [Dan il-prodott ma jinkludix protezzjoni mill-prestazzjoni futura tas-suq għalhekk tista' titlef l-investiment kollu tiegħek, jew parti minnu.]

 

[[Fejn applikabbli:] [Element I] [Jekk (aħna) ma jkunux nistgħu nħallsuk dak li huwa dovut lilek, tista' titlef l-investiment kollu tiegħek.]

 

[[Fejn applikabbli:] [Element J] [Madankollu, tista' tibbenefika minn skema tal-protezzjoni tal-konsumatur (ara t-taqsima “x'jiġri jekk ma nkunux nistgħu nħallsuk”). L-indikatur muri hawn fuq ma jikkunsidrax din il-protezzjoni.]


ANNESS IV

XENARJI TAL-PRESTAZZJONI

Għadd ta' xenarji

1.

L-erba' xenarji ta' prestazzjoni taħt dan il-Regolament li se juru firxa ta' redditi possibbli, għandhom ikunu dawn:

(a)

xenarju favorevoli;

(b)

xenarju moderat;

(c)

xenarju mhux favorevoli;

(d)

xenarju ta' kriżi.

2.

Ix-xenarju ta' kriżi se jistabbilixxi l-impatti mhux favorevoli sinifikanti tal-prodott mhux kopert fix-xenarju mhux favorevoli msemmi fil-punt 1(c) ta' dan l-Anness. Ix-xenarju ta' kriżi għandu juri perjodi intermedji fejn dawk il-perjodi jintwerew għax-xenarji ta' prestazzjoni taħt il-punt 1(a) sa (c) ta' dan l-Anness.

3.

Xenarju addizzjonali għal prodotti ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni għandu jkun ibbażati fuq ix-xenarju moderat imsemmi f'punt 1(b), fejn il-prestazzjoni hija rilevanti fir-rigward tar-redditu tal-investiment.

Kalkoli tal-valuri tax-xenarju tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat

4.

Il-valuri tax-xenarju taħt xenarji ta' prestazzjoni differenti għandhom jiġu kkalkulati b'mod simili bħall-kejl tar-riskju tas-suq. Il-valuri tax-xenarji jiġu kkalkulati għall-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat.

5.

Ix-xenarju mhux favorevoli għandu jkun il-valur tal-PRIIP fl-10 perċentil.

6.

Ix-xenarju moderat għandu jkun il-valur tal-PRIIP fil-50 perċentil.

7.

Ix-xenarju favorevoli għandu jkun il-valur tal-PRIIP fid-90 perċentil.

8.

Ix-xenarju ta' kriżi għandu jkun il-valur tal-PRIIP li jirriżulta mill-metodoloġija deskritta fil-qosor fil-punti 10 u 11 ta' dan l-Anness għal PRIIPs tal-Kategorija 2 u fil-punti 12 u 13 ta' dan l-Anness għal PRIIPs tal-Kategorija 3.

9.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 2, il-valuri mistennija fil-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat għandhom ikunu:

(a)

Ix-xenarju mhux favorevoli:

Formula

(b)

Ix-xenarju moderat:

Formula

(c)

Ix-xenarju favorevoli:

Formula

fejn N huwa l-għadd ta' perjodi ta' negozjar fil-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, u fejn it-termini l-oħrajn huma definiti fil-punt 12 tal-Anness II.

10.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 2, il-kalkolu tax-xenarju ta' kriżi jkollu l-passi li ġejjin:

(a)

Identifika subintervall ta' tul w li jikkorrispondi għall-intervalli li ġejjin:

 

Sena

> sena

Prezzijiet ta' kuljum

21

63

Prezzijiet ta' kull ġimgħa

8

16

Prezzijiet ta' kull xahar

6

12

(b)

Għal kull intervall ta' tul w identifika r-redditi storiċi lognormali rt, fejn t = t0, t1, t2, …, tN.

(c)

Kejjel il-volatilità abbażi tal-formola hawn taħt billi tibda minn ti = t0 u ibqa' irrepeti sakemm ti = tN – w

Formula

Fejn Mw huwa l-għadd ta' osservazzjonijiet fis-subintervall u huwa l-medja tar-redditi lognormali storiċi kollha fis-subintervall korrispondenti.

(d)

Iddeduċi l-valur li jikkorrispondi għad-99 perċentil għal sena u d-90 perċentil għall-perjodi ta' parteċipazzjoni oħra. Dan il-valur għandu jkun il-volatilità fi kriżi

Formula

.

11.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 2, il-valuri mistennija fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat għax-xenarju ta' kriżi għandhom ikunu:

Formula

fejn zα huwa l-valur xieraq magħżul tal-PRIIP fil-perċentil estrem li jikkorrispondi għal 1 % għal (1) sena u għal 5 % għall-perjodi l-oħra ta' parteċipazzjoni.

12.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 3, isiru l-aġġustamenti li ġejjin għall-kalkolu ta' xenarji ta' prestazzjoni favorevoli, moderati u mhux favorevoli:

(a)

ir-redditu mistenni għal kull assi jew assijiet għandu jkun ir-redditu osservat għall-perjodu kif determinat f'punt 6 ta' Anness II;

(b)

il-prestazzjoni mistennija tiġi kkalkulata fit-tmiem tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, u mingħajr ma tiġi skontata l-prestazzjoni mistennija permezz tal-fattur ta' skont mistenni mingħajr riskju.

13.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 3, isiru l-aġġustamenti li ġejjin għall-kalkolu tax-xenarju ta' kriżi:

(a)

Iddeduċi l-volatilità ta' kriżi abbażi ta' metodoloġija definita fil-punt 10 ta' dan l-Anness;

(b)

Poġġi r-redditi storiċi fi skala ġdida rt, abbażi tal-formola stipulata hawn taħt;

Formula

(c)

Agħmel bootstrapping fuq kif deskritt fil-punt 22 tal-Anness II;

(d)

Ikkalkula r-redditu għal kull kuntratt billi tgħodd ir-redditi mill-perjodi magħżula u tikkoreġi dawn ir-redditi sabiex tiżgura li r-redditu mistenni mkejjel mid-distribuzzjoni simulata ta' redditu huwa kif inhu hawn taħt

Formula

fejn E*[rbootstrap] hija l-medja simulata ġdida.

14.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 3, ix-xenarju ta' kriżi għandu jkun il-valur tal-PRIIP fil-perċentil estrem zα kif definit f'punt 11 ta' dan l-Anness tad-distribuzzjoni simulata kif stipulat f'punt 13 ta' dan l-Anness.

15.

Għall-PRIIPs ta' Kategorija 4, il-metodu fil-punt 27 ta' Anness II għandu jintuża fir-rigward ta' dawk il-fatturi li mhumiex osservati fis-suq, ikkombinati kif meħtieġ mal-metodu għall-PRIIPs ta' Kategorija 3. Il-metodi rilevanti għal PRIIPs tal-Kategorija 2 stipulati fil-punt 9 sa 11 ta' dan l-Anness u l-metodi rilevanti għal PRIIPs tal-Kategorija 3 stabbiliti fil-punti 12 sa 14 ta' dan l-Anness għandhom jintużaw għall-komponenti rilevanti tal-PRIIP fejn il-PRIIP jikkombina komponenti differenti. Ix-xenarji tal-prestazzjoni għandhom ikunu medja ponderata tal-komponenti relevanti. Il-karatteristiċi tal-prodotti u l-garanziji tal-kapital għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fil-kalkoli tal-prestazzjoni.

16.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 1 kif definiti fil-punt 4(a) tal-Anness II, u l-PRIIPs tal-Kategorija 1 kif definiti fil-punt 4(b) tal-Anness II li mhumiex futuri, opzjonijiet eżerċitabbli u opzjonijiet put innegozjati f'suq regolat jew f'suq ta' pajjiż terz ikkunsidrat li huwa ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ix-xenarji tal-prestazzjoni jiġu kkalkulati skont il-punti 12 sa 14 ta' dan l-Anness.

17.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 1, li huma futuri, opzjonijiet eżerċitabbli u opzjonijiet put innegozjati fuq suq regolat jew f'suq ta' pajjiż terz ikkunsidrat li huwa ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ix-xenarji ta' prestazzjoni għandhom jintwerew fil-forma ta' graffs tal-istruttura tal-gwadann. Għandha tkun inkluża graff biex turi l-prestazzjoni għax-xenarji kollha għal-livelli differenti tal-valur sottostanti. L-assi orizzontali tal-graff għandha turi l-prezzijiet varji possibbli tal-valur sottostanti u l-assi vertikali għandha turi l-profitt jew it-telf bil-prezzijiet differenti tal-valur sottostanti. Għal kull prezz tal-valur sottostanti, il-graff għandha turi l-profitt jew it-telf li jirriżulta u b'liema prezz tal-valur sottostanti l-profitt jew it-telf ikun żero.

18.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 1 kif definiti fil-punt 4(c) tal-Anness II għandha tiġi pprovduta l-aħjar stima raġonevoli u konservattiva tal-valuri mistennija għax-xenarji tal-prestazzjoni stipulati fil-punt 1(a) sa (c) ta' dan l-Anness fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat.

Ix-xenarji magħżula u murija għandhom ikunu konsistenti ma' u jikkumplimentaw l-informazzjoni l-oħra li jkun hemm fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, inkluż il-profil tar-riskju kumplessiv għall-PRIIP. Il-manifattur tal-PRIIP għandu jiżgura l-konsistenza tax-xenarji b'konklużjonijiet tal-governanza interna tal-prodott, inkluż fost affarijiet oħra, kwalunkwe test tal-istress li sar mill-manifattur tal-PRIIP għall-PRIIP, u d-data u l-analiżi wżati għall-iskopijiet li tiġi prodotta l-informazzjoni l-oħra fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

Ix-xenarji jintgħażlu biex jagħtu preżentazzjoni bilanċjata tar-riżultati possibbli tal-prodott f'kundizzjonijiet favorevoli u mhux favorevoli, iżda jintwerew biss ix-xenarji li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija. Ix-xenarji m'għandhomx jiġu magħżula biex jagħtu prominenza żejda lir-riżultati favorevoli għad-detriment ta' dawk mhux favorevoli.

Il-kalkolu tal-valuri mistennija għall-perjodi ta' parteċipazzjoni intermedji

19.

Għal PRIIPs b'perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat ta' bejn 1 u 3 snin, il-prestazzjoni tintwera f'2 perjodi ta' parteċipazzjoni differenti: fit-tmiem l-ewwel sena u fit-tmiem il-perjodi ta' parteċipazzjoni rakkomandat.

20.

Għal PRIIPs b'perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat ta' 3 snin jew aktar, il-prestazzjoni tintwera fi tliet perjodi ta' parteċipazzjoni: fit-tmiem l-ewwel sena, wara nofs il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat arrotondit għat-tmiem tal-eqreb sena, u fit-tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat.

21.

Għall-PRIIPs b'perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat ta' sena jew inqas, m'għandu jintwera ebda xenarju ta' prestazzjoni għal perjodu ta' parteċipazzjoni intermedju.

22.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 2, il-valuri li għandhom jintwerew għall-perjodi intermedji jiġu kkalkulati permezz tal-formoli fil-punt 9 sa 11 ta' dan l-Anness fejn N huwa ddefinit bħala l-għadd ta' perjodi ta' negozjar mid-data tal-bidu sat-tmiem tal-perjodu intermedju.

23.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 1 u PRIIPs tal-Kategorija 4, il-valuri li għandhom jintwerew għall-perjodi intermedji jiġu stmati mill-manifattur tal-PRIIP b'mod konsistenti mal-istima fit-tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat. Għal dan il-għan, il-metodu wżat biex ikun stmat il-valur tal-PRIIP fil-bidu ta' kull perjodu intermedju jeħtieġ jipproduċi l-istess valur għall-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat kollu, bħal skont il-metodu preskritt fil-punti 16 u 15 ta' dan l-Anness rispettivament.

24.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 3, sabiex jipproduċi x-xenarji favorevoli, moderati, mhux favorevoli u ta' kriżi f'perjodu intermedju qabel tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, il-manifattur għandu jagħżel tliet simulazzjonijiet sottostanti kif imsemmi fil-punti 16 sa 24 tal-Anness II użati għall-kalkolu tal-MRM u simulazzjoni sottostanti waħda kif imsemmija fil-punt 13 ta' dan l-Anness, fuq il-bażi tal-livelli sottostanti biss u b'tali mod li l-valur simulat tal-PRIIPs għal dak il-perjodu intermedju x'aktarx ikun konsistenti max-xenarju rilevanti.

(a)

Sabiex jipproduċi x-xenarji favorevoli, moderati, mhux favorevoli u ta' kriżi f'perjodu intermedju għal PRIIP tal-Kategorija 3 b'wieħed sottostanti u li l-valur tiegħu huwa magħruf li huwa funzjoni li qed tiżdied tal-livell sottostanti tiegħu, il-manifattur għandu jagħżel tliet simulazzjonijiet sottostanti kif imsemmi fil-punti 16 sa 24 tal-Anness II użati għall-kalkolu tal-MRM u simulazzjoni sottostanti waħda kif imsemmija fil-punt 13 ta' dan l-Anness, li jwasslu rispettivament għal-livell tad-90 perċentil għax-xenarju favorevoli, għal-livell tal-50 perċentil għax-xenarju moderat u għal-livell tal-10 perċentil għax-xenarju mhux favorevoli u l-livell ta' perċentil li jikkorrispondi għal 1 % għal (1) sena u għal 5 % għall-perjodi l-oħra ta' parteċipazzjoni għax-xenarju ta' kriżi.

(b)

Sabiex jipproduċi x-xenarji favorevoli, moderati, mhux favorevoli u ta' kriżi f'perjodu intermedju għal PRIIP tal-Kategorija 3 b'wieħed sottostanti u li l-valur tiegħu huwa magħruf li huwa funzjoni li qed tonqos tal-livell sottostanti tiegħu, il-manifattur għandu jagħżel tliet simulazzjonijiet sottostanti kif imsemmi fil-punti 16 sa 24 tal-Anness II użati għall-kalkolu tal-MRM u simulazzjoni sottostanti waħda kif imsemmija fil-punt 13 ta' dan l-Anness, li jwasslu rispettivament għal-livell tad-90 perċentil għax-xenarju mhux favorevoli, għal-livell tal-50 perċentil għax-xenarju moderat u għal-livell tal-10 perċentil għax-xenarju favorevoli u l-livell ta' perċentil li jikkorrispondi għal 1 % għal (1) sena u għal 5 % għall-perjodi l-oħra ta' parteċipazzjoni għax-xenarju ta' kriżi.

(c)

Biex jipproduċi x-xenarji favorevoli, moderati, mhux favorevoli u ta' kriżi f'perjodu intermedju għal PRIIPs tal-Kategorija 3 għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) il-manifattur għandu jagħżel valuri sottostanti konsistenti mad-90, il-50 u l-10 livelli perċentili u l-livell perċentil li jikkorrispondi għal 1 % għal (1) sena u għal 5 % għal perjodi oħra ta' parteċipazzjoni tal-PRIIP u juża dawn il-valuri bħala bażi (seed values) għal simulazzjoni biex jiddetermina l-valur tal-PRIIP.

25.

Għal PRIIPs tal-Kategorija 1, li huma futuri, opzjonijiet eżerċitabbli u opzjonijiet put negozjati f'suq regolat jew f'suq ta' pajjiż terz ikkunsidrat li huwa ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ma għandhomx jiġu inklużi x-xenarji ta' prestazzjoni għal perjodi ta' parteċipazzjoni intermedji.

26.

Għax-xenarji favorevoli, moderati u mhux favorevoli fil-perjodi intermedji, l-istima tad-distribuzzjoni wżata biex jinqara l-valur tal-PRIIP fil-perċentili differenti tkun konsistenti mar-redditu osservat u l-volatilità osservata matul l-aħħar 5 snin tal-istrumenti kollha tas-suq li jiddeterminaw il-valur tal-PRIIP. Għax-xenarju ta' kriżi f'perjodi intermedji, l-istima ta' distribuzzjoni wżata biex jinqara l-valur tal-PRIIP f'perċentili differenti tkun konsistenti ma' distribuzzjoni simulata tal-istrumenti kollha tas-suq li jiddeterminaw il-valur tal-PRIIP kif stipulat fil-punti 11 u 13.

27.

Ix-xenarju mhux favorevoli jkun l-istima tal-valur tal-PRIIP fil-bidu tal-perjodu intermedju konsistenti mal-10 perċentil.

28.

Ix-xenarju moderat għandu jkun l-istima tal-valur tal-PRIIP fil-bidu tal-perjodu intermedju konsistenti mal-50 perċentil.

29.

Ix-xenarju favorevoli għandu jkun l-istima tal-valur tal-PRIIP fil-bidu tal-perjodu intermedju konsistenti mad-90 perċentil.

30.

Ix-xenarju ta' kriżi għandu jkun l-istima tal-valur tal-PRIIP fil-bidu tal-perjodu intermedju konsistenti mal-livell ta' perċentil li jikkorrispondi għal 1 % għal (1) sena u għal 5 % għall-perjodi oħra ta' parteċipazzjoni tad-distribuzzjoni simulata kif stipulat fil-punt 13.

Rekwiżiti ġenerali

31.

Il-prestazzjoni tal-PRIIP għandha tiġi kkalkulata netta mill-kostijiet kollha applikabbli skont l-Anness VI għax-xenarju u l-perjodu ta' parteċipazzjoni li qed jiġi ppreżentat.

32.

Il-prestazzjoni għandha tiġi ppreżentati f'unitajiet monetarji. L-ammonti wżati għandhom ikunu konsistenti mal-ammonti msemmija fil-punt 90 tal-Anness VI.

33.

Il-prestazzjoni għandha tiġi ppreżentata wkoll f'termini ta' perċentwal, bħala redditu annwali medju tal-investiment. Iċ-ċifra għandha tkun ikkalkulata billi titqies il-prestazzjoni netta bħala numeratur u l-ammont tal-investiment inizjali jew il-prezz imħallas bħala denominatur.

Għal dawk il-PRIIPs fejn m'hemmx investiment inizjali jew prezz imħallas bħal kuntratti futuri jew swaps, il-perċentwal għandu jkun ikkalkulat billi jqis il-valur nominali tal-kuntratt u nota tal-qiegħ għandha tiżdied biex tispjega dak il-kalkolu.

34.

Għal prodott tal-assigurazzjoni bbażat fuq l-investiment, dan li ġej għandu japplika flimkien mal-metodi msemmija hawn fuq inkluż fil-punt 15 meta jiġu kalkulati x-xenarji tal- prestazzjoni rigward l-investiment:

(a)

għandha titqies il-parteċipazzjoni f'profitti futuri;

(b)

preżunzjonijiet fuq il-parteċipazzjoni f'profitti futuri għandhom ikunu konsistenti mal-preżunzjonijiet fuq ir-rati annwali tar-redditu tal-assi sottostanti;

(c)

preżunzjonijiet dwar kif profitti futuri jinqasmu bejn il-manifattur tal-PRIIP u l-investitur fil-livell ta' konsumatur u preżunzjonijiet oħra fuq il-qsim tal-profitti għandhom ikunu realistiċi u konformi mal-prattika operazzjonali attwali u l-istrateġija operazzjonali tal-manifattur tal-PRIIP. Fejn hemm biżżejjed evidenza li l-impriża tkun se tbiddel il-prattiki jew l-istrateġija tagħha, is-suppożizzjonijiet dwar il-qsim tal-profitti futur għandhom ikunu konsistenti mal-prattiki jew l-istrateġija mibdula; Għall-assiguraturi tal-ħajja fl-ambitu tad-Direttiva 2009/138/KE, dawn is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mas-suppożizzjonijiet dwar azzjonijiet futuri tal-ġestjoni wżati għall-valutazzjoni tal-provvedimenti tekniċi fil-karta tal-bilanċ tas-Solvenza II;

(d)

fejn komponent tal-prestazzjoni relatat mal-parteċipazzjoni fil-profitti li huma pagabbli fuq bażi ta' diskrezzjoni, dan il-komponent għandu jiġi supponut biss fix-xenarji ta' prestazzjoni favorevoli:

(e)

ix-xenarji ta' prestazzjoni għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti ta' investiment stipulati fil-punt 32 ta' dan l-Anness.


ANNESS V

METODOLOĠIJA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAX-XENARJI TA' PRESTAZZJONI

Il-PARTI 1

Speċifikazzjonijiet tal-preżentazzjoni ġenerali

1.

Ix-xenarji ta' prestazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b'mod li huwa ġust, preċiż, ċar u li ma jqarraqx, u li hu probabbli li jinftiehem mill-investitur fil-livell tal-konsumatur medju.

2.

Fejn ix-xenarji tal-prestazzjoni jistgħu jintwerew biss mal-maturità jew fit-tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat, bħal għall-PRIIPs imsemmija fil-punt 21 tal-Anness IV, dan għandu jkun spjegat b'mod ċar fl-ispjegazzjoni testwali stipulata fl-element E f'Parti 2 ta' dan l-Anness.

3.

Fil-każijiet kollha, l-ispjegazzjonijiet narrattivi stipulati fl-elementi A, B, C, D u F fil-Parti 2 ta' dan l-Anness għandhom jiġu inklużi, għajr fil-każ tal-PRIIPs tal-Kategorija 1 imsemmija fil-punt 17 tal-Anness IV, fejn minflok għandhom jintużaw l-ispjegazzjonijiet testwali stipulati fl-elementi G sa K.

Il-PARTI 2

Preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni

Għall-PRIIPs kollha barra għall-PRIIP tal-kategorija 1 imsemmija fil-punt 17 tal-Anness IV, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jippreżentaw ix-xenarji tal-prestazzjoni permezz tal-formati ta' hawn taħt, skont jekk il-PRIIP huwiex investiment jew primjum waħdieni jew pagament regolari jew PRIIP primjum. Il-perjodi intermedji jistgħu jkunu differenti skont it-tul tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat. Għal prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni ringieli addizzjonali huma inklużi fir-rigward tax-xenarju għall-benefiċċji tal-assigurazzjoni inkluż il-primjum ta' riskju bijometriku kumulattiv għal prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni primjum regolari. Ir-redditi għal dan ix-xenarju għandhom jintwerew biss f'valuri assoluti.

Formola A: Investiment wieħed u/jew jitħallas primjum wieħed.

Investiment wieħed imħallas

Image

Primjum wieħed imħallas

Image

Formola B: jitħallsu investimenti u/jew primjums regolari.

Investimenti regolari mħallsin

Image

Primjums regolari mħallsin

Image

Xenarji ta' prestazzjoni

[Element A] Din it-[tabella/graff] turi l-flus li tieħu lura fis-snin li ġejjin [perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat], f'xenarji differenti, jekk wieħed jassumi li investejt EUR[…] [fis-sena].

[Element B] Ix-xenarji juru kif l-investiment tiegħek jista' jmur. Tista' tqabbilhom ma' xenarji ta' prodotti oħra.

[Element C] Ix-xenarji preżentati huma stima tal-prestazzjoni futura bbażata fuq evidenza mill-passat dwar kif il-valur ta' dan l-investiment ivarja, u mhumiex indikatur eżatt. Dak li tieħu se jvarja skont kif imur is-suq u għal kemm żmien iżżomm l-investiment/il-prodott.

[Element D] Dan ix-xenarju ta' kriżi juri dak li tista' tirċievi lura f'ċirkostanzi tas-suq estremi, u ma jieħux inkonsiderazzjoni s-sitwazzjoni fejn ma nkunux nistgħu nħallsuk.

[Fejn applikabbli][Element E] Dan il-prodott ma jistax jinġibed [faċilment]. Dan ifisser li huwa diffiċli tieħu stima ta' kemm tieħu lura jekk tiġbdu qabel [fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat/il-maturità]. Jew ma tkunx tista' tiġbdu qabel jew ikollok tħallas kostijiet għoljin jew tagħmel telf kbir jekk tiġbdu.

[Element F] Iċ-ċifri murija jinkludu il-kostijiet kollha tal-prodott innifsu, [fejn applikabbli]:[iżda jistgħu ma jinkludux il-kostijiet kollha li tħallas lill-konsulent jew lid-distributur tiegħek][u jinkludu il-kostijiet tal-konsulent jew id-distributur tiegħek]. Iċ-ċifri ma jikkunsidrawx is-sitwazzjoni tat-taxxa personali tiegħek, li tista' wkoll taffettwa kemm tirċievi.

[Element G] Din il-graff turi kif jista' jmur l-investiment tiegħek. Inti tista' tqabbilhom mal-graffs tal-gwadann ta' derivattivi oħra.

[Element H] Din il-graff tippreżenta firxa ta' riżultati possibbli u mhijiex indikazzjoni eżatta ta' dak li tista' tirċievi lura. Dak li tirċievi ser ivarja skont kif jiżviluppa s-sottostanti. Il-graff turi x'jista' jkun il-profitt jew it-telf tal-prodott għal kull valur tas-sottostanti. L-assi orizzontali juri l-prezzijiet differenti possibbli tal-valur sottostanti fid-data tal-iskadenza u l-assi vertikali juri l-profitt jew it-telf.

[Element I] Jekk tixtri dan il-prodott jindika li inti taħseb li l-prezz sottostanti se [jiżdied/jonqos].

[Element J] It-telf massimu tiegħek ikun li titlef l-investiment kollu tiegħek (il-primjum imħallas).

[Element K] Iċ-ċifri murija jinkludu l-kostijiet kollha tal-prodott innifsu, iżda jistgħu ma jinkludux il-kostijiet kollha li jkollok tħallas lill-konsulent jew lid-distributur tiegħek. Iċ-ċifri ma jikkunsidrawx is-sitwazzjoni tat-taxxa personali tiegħek, li tista' wkoll taffettwa kemm tirċievi.


ANNESS VI

METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-KOSTIJIET

Il-PARTI 1

Lista tal-kostijiet

I.   LISTA TAL-KOSTIJIET TAL-FONDI TA' INVESTIMENT (AIFs U UCITS)

Il-kostijiet li għandhom jiġu divulgati

Kostijiet ta' darba

1.

Kost ta' darba huwa kost tad-dħul jew ħruġ li jew:

(a)

titħallas direttament mill-investitur fil-livell ta' konsumatur; jew

(b)

titnaqqas minn pagament riċevut minn jew dovut lill-investitur fil-livell ta' konsumatur.

2.

Kostijiet ta' darba huma kostijiet imġarrba mill-investitur fil-livell ta' konsumatur li ma jitnaqqsux mill-assi tal-AIF jew tal-UCITS.

3.

Kostijiet ta' darba jinkludu, iżda mhumiex limitati, għat-tipi li ġejjin ta' kostijiet bil-quddiem inizjali li għandhom jiġu kkunsidrati fl-ammont tal-kost li għandu jiġi divulgat fid-dokument tal-informazzjoni ewlenija:

(a)

it-tariffa tad-distribuzzjoni sal-punt li l-ammont ikun magħruf mill-kumpanija tal-immaniġġjar. Jekk l-ammont attwali ma jkunx magħruf mill-kumpanija tal-immaniġġjar, għandu jintwera l-massimu possibbli magħruf tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-PRIIP speċifiku;

(b)

kostijiet tal-kostituzzjoni (parti bil-quddiem);

(c)

kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni (parti bil-quddiem);

(d)

tariffa tal-abbonament inkluż it-taxxi.

Kostijiet rikorrenti

4.

Kostijiet rikorrenti huma ħlasijiet imnaqqsa mill-assi ta' AIF jew UCITS, u jirrappreżentaw dan li ġej:

(a)

kostijiet meħtieġa fl-operazzjonijiet tagħhom;

(b)

kull pagament, inkluż remunerazzjonijiet, lil partijiet konnessi mal-AIF jew mal-UCITS jew li jipprovdulhom servizzi;

(c)

kostijiet tat-tranżazzjonijiet.

5.

Kostijiet rikorrenti jinkludu, iżda mhumiex limitati għat-tipi li ġejjin ta' kostijiet li jitnaqqsu mill-assi tal-AIR jew tal-UCITS, u għandhom jiġu kkunsidrati fl-ammont tal-kost li għandu jiġi divulgat fid-dokument tal-informazzjoni ewlenija:

(a)

il-ħlasijiet kollha lill-persuni li ġejjin, inkluż lil kwalunkwe persuna minn dawn li ġiet iddelegat b'xi funzjoni:

(i)

il-kumpanija ta' ġestjoni tal-fond;

(ii)

id-diretturi tal-fond f'każ ta' kumpanija tal-investiment;

(iii)

id-depożitarju;

(iv)

il-kustodju/kustodji;

(v)

kwalunkwe konsulent tal-investiment;

(b)

il-pagamenti kollha lil kwalunkwe persuna li tipprovdi servizzi esternalizzati lil kwalunkwe minn dawn t'hawn, inkluż:

(i)

fornituri tal-valutazzjoni u ta' servizzi ta' kontabilità tal-fondi;

(ii)

fornituri tas-servizzi tal-azzjonisti, bħal aġenti tat-trasferiment u sensara li huma sidien tar-reġistri tal-ishma tal-fondi u jipprovdu servizzi ta' subkontabbiltà għas-sidien benefiċjarji ta' dawk l-ishma;

(iii)

fornituri ta' servizzi tal-immaniġġjar tal-kollateral;

(iv)

fornituri ta' servizzi ta' senserija primarja;

(v)

aġenti tas-self tat-titoli;

(vi)

fornituri tal-immaniġġjar tal-propjetà u ta' servizzi simili;

(c)

imposti tar-reġistrazzjoni, tariffi tal-elenkar, imposti regolatorji u imposti simili, inkluż tariffi tal-passaporti;

(d)

tariffi bi provvediment għalihom għal trattament speċifiku tal-qligħ u t-telf;

(e)

tariffi tal-awditjar;

(f)

pagamenti li konsulenti legali u professjonali;

(g)

kwalunkwe kost ta' distribuzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni, sal-punt li l-ammont ikun magħruf mill-kumpanija tal-immaniġġjar. Jekk l-ammont attwali ma jkunx magħruf mill-kumpanija tal-immaniġġjar, għandu jintwera l-massimu possibbli magħruf tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-PRIIP speċifiku;

(h)

kostijiet ta' finanzjament, relatati mat-teħid ta' self (ipprovdut minn partijiet relatati);

(i)

kostijiet tal-garanzija tal-kapital ipprovduta minn garanti terz;

(j)

pagamenti lil partijiet terzi biex ikopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba b'rabta mal-akkwist jew id-disponiment ta' kwalunkwe assi fil-portafoll tal-fond (inkluż il-kostijiet tat-tranżazzjoni kif imsemmi fil-punti 7 sa 23 ta' dan l-Anness);

(k)

il-valur tal-prodotti jew is-servizzi riċevuti mill-kumpanija tal-immaniġġjar jew kwalunkwe persuna konnessa bi skambju għat-tqegħid ta' ordnijiet tan-negozjar;

(l)

meta fond jinvesti l-assi tiegħu f'UCITS jew AIFs, l-indikatur sommarju tal-kostijiet għandu jikkunsidra l-imposti mġarrba fil-UCITS jew fl-AIFs. Dawn li ġejjin għandhom ikunu inklużi fil-kalkolu:

(i)

jekk is-sottostanti jkun UCITS jew AIF, għandha tintuża l-aktar ċifra riċenti disponibbli tal-indikatur sommarju tal-kost; din tista' tkun iċ-ċifra pubblikata mill-UCITS jew mill-AIF jew mill-operaturi jew mill-kumpanija tal-immaniġġjar, jew ċifra kalkulata minn sors ta' parti terza affidabbli jekk tkun aktar aġġornata miċ-ċifra pubblikata;

(ii)

is-sommarju tal-indikatur tal-kostijiet jista' jitnaqqas sal-punt li jkun hemm fis-seħħ xi arranġament (u li ma jkunx diġà rifless fil-kont tal-profitt u t-telf tal-fond) biex il-fond ta' investiment jirċievi remissjoni jew retroċessjoni tal-imposti mill-AIF jew UCITS sottostanti;

(iii)

meta l-akkwist jew id-disponiment tal-unitajiet ma jsirx bil-prezz tan-nofs tal-UCITS jew tal-AIF, il-valur tad-differenza bejn il-prezz tat-tranżazzjoni u l-prezz tan-nofs għandu jiġi kkunsidrat bħala kost tat-tranżazzjoni, sal-punt li dan ma jkunx inkluż fis-sommarju tal-indikatur tal-kostijiet;

(m)

meta fond jinvesti f'PRIIP għajr UCITS jew AIFs, is-sommarju tal-indikatur tal-kostijiet tiegħu għandu jikkunsidra l-imposti mġarrba fil-PRIIP sottostanti. Dawn li ġejjin għandu jkunu inklużi fil-kalkolu:

(i)

l-aktar sommarju tal-indikatur tal-kostijiet reċentement disponibbli għall-PRIIP sottostanti għandu jkun inkluż fil-kalkoli;

(ii)

is-sommarju tal-indikatur tal-kostijiet jista' jitnaqqas sal-punt li jkun hemm xi arranġament fis-seħħ (u li mhuwiex diġà rifless fil-kont tal-profitt u t-telf tal-fond) biex il-fond ta' investiment jirċievi remissjoni jew retroċessjoni tal-kostijiet mill-PRIIP sottostanti;

(iii)

fil-każijiet fejn l-akkwist jew it-trasferiment tal-unitajiet ma jsirx fil-prezz tan-nofs tal-PRIIP sottostanti, il-valur tad-differenza bejn il-prezz tat-tranżazzjoni u l-prezz tan-nofs għandu jkun ikkunsidrat bħala kostijiet tat-tranżazzjoni, sal-put li dan ma jkunx inkluż fis-sommarju tal-indikatur tal-kostijiet;

(n)

meta fond jinvesti fi prodott ta' investiment ieħor minbarra PRIIP is-sommarju tal-indikatur tal-kostijiet tiegħu għandu jikkunsidra l-imposti mġarrba fil-prodott ta' investiment sottostanti. Il-manifattur tal-PRIIP għandu jew juża kwalunkwe informazzjoni pubblikata li tirrappreżenta sostitut raġonevoli għas-sommarju tal-indikatur tal-kostijiet jew inkella għandu jagħmel l-aħjar stima tal-livell massimu tiegħu bbażata fuq l-iskrutinju tal-prospett attwali tal-prodott ta' investiment u l-aktar rapporti u kontijiet riċenti pubblikati;

(o)

kostijiet operattivi (jew kwalunkwe remunerazzjoni) taħt ftehim tal-qsim tat-tariffi ma' parti terza sal-punt li ma jkunux diġà inklużi f'tip ieħor ta' kostijiet imsemmija hawn fuq;

(p)

il-qligħ minn tekniki effiċjenti tal-immaniġġjar tal-portafoll jekk ma jitħallsux fil-portafoll;

(q)

kostijiet impliċiti mġarrba minn fondi strutturati kif imsemmi fit-taqsima II ta' dan l-Anness, u b'mod partikolari fil-punti 36 sa 46 ta' dan l-Anness;

(r)

dividendi ġejjin minn ishma fil-portafoll tal-fondi, jekk id-dividendi ma jakkumulawx fil-fond.

Kostijiet inċidentali

6.

Dawn it-tipi ta' kostijiet inċidentali li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fl-ammont li għandu jiġi divulgat:

(a)

tariffa relatata mal-prestazzjoni pagabbli lill-kumpanija tal-immaniġġjar jew lil xi konsulent tal-investimenti, inkluż tariffa tal-prestazzjoni kif imsemmija fil-punt 24 ta' dan l-Anness;

(b)

kumpens għal prestazzjoni kif imsemmi fil-punt 25 ta' dan l-Anness.

Kalkolu ta' tipi speċifiċi ta' kostijiet ta' fondi tal-investiment

Kostijiet tat-tranżazzjoni

7.

Il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi annwali, ibbażati fuq medja tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet li ħallas il-PRIIP fit-tliet snin preċedenti. Meta l-PRIIP ikun ilu jopera għal inqas minn tliet snin, il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom ikunu kkalkulati permezz tal-metodoloġija stabbilita fil-punt 21 ta' dan l-Anness.

8.

Kostijiet aggregati tat-tranżazzjoni għal PRIIP għandhom ikunu kkalkulati bħala s-somma tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet kif ikkalkulati f'konformità mal-punti 9 sa 23 ta' dan l-Anness fil-munita bażi tal-PRIIP għat-tranżazzjonijiet individwali kollha mwettqa mill-PRIIP fil-perjodu speċifikat. Din is-somma għandha tiġi kkonvertita f'perċentwal billi tiġi diviża bl-assi netti medji tal-PRIIP matul l-istess perjodu.

9.

Meta tikkalkula l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet il-kostijiet imġarrba mill-PRIIP matul it-tliet snin preċedenti, il-kostijiet attwali tat-tranżazzjoni jridu jiġu kkalkulati permezz tal-metodoloġija deskritta fil-punti 12 sa 18 ta' dan l-Anness għall-investimenti fl-istrumenti li ġejjin:

(a)

titoli trasferibbli kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE (1);

(b)

strumenti oħra li huma opportunitajiet frekwenti għad-disponiment, it-tifdija jew li b'xi mod ieħor jirrealizzaw bi prezzijiet li huma disponibbli b'mod pubbliku għall-parteċipanti tas-suq u li jew huma prezzijiet tas-suq jew prezzijiet magħmula disponibbli, jew validati, minn sistemi ta' valwazzjoni indipendenti mill-emittent.

10.

Għal investimenti fi strumenti jew assi oħra jridu jintużaw stimi tal-kostijiet tat-tranżazzjoni permezz tal-metodoloġija ta' hawn taħt fil-punti 19 sa 20 ta' dan l-Anness.

Trattament ta' mekkaniżmi kontra d-dilwizzjoni

11.

Fejn PRIIP għandu mekkaniżmu ta' pprezzar li jpaċi l-impatt tad-dilwazzjoni mit-tranżazzjonijiet fil-PRIIP innifsu, l-ammont tal-benefiċċju li jakkumula għal detenturi attwali tal-PRIIP mill-mekkaniżmi ta' kontra d-dilwizzjoni jista' jitnaqqas mill-kostijiet tat-tranżazzjoni fil-PRIIP permezz tal-metodoloġija li ġejja:

(a)

l-ammont monetarju ta' kwalunkwe tariffa kontra d-dilwizzjoni, jew pagament ieħor b'konnessjoni ma' tranżazzjoni fil-PRIIP innifsu, li jitħallas lill-PRIIP jista' jitnaqqas mill-kostijiet totali tat-tranżazzjoni

(b)

Il-benefiċċju għall-PRIIP tal-ħruġ ta' unitajiet (jew inkella jippermetti investimenti fil-PRIIP) bi prezz li mhuwiex il-prezz tan-nofs, jew l-ikkanċellar tal-unitajiet (jew inkella jippermetti l-fidwa ta' fondi mill-PRIIP) għal prezz għajr il-prezz tan-nofs, sakemm il-PRIIP innifsu jirċievi l-benefiċċji, għandu jkun ikkalkulat kif ġej u jista' jitnaqqas mill-kostijiet totali tat-tranżazzjoni:

(i)

id-differenza bejn il-prezz tal-unitajiet maħruġa u l-prezz tan-nofs, immultiplikata bl-għadd nett tal-unitajiet maħruġa;

(ii)

id-differenza bejn il-prezz tal-unitajiet ikkanċellati u l-prezz tan-nofs, immultiplikata bl-għadd nett tal-unitajiet ikkanċellati;

Kostijiet attwali tat-tranżazzjoni

12.

Il-kostijiet attwali tat-tranżazzjoni għal kull tranżazzjoni għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi li ġej:

(a)

għal kull xirja li ssir mill-PRIIP, il-prezz tal-istrument fil-ħin li l-ordni tax-xiri tintbagħat lil persuna oħra għall-eżekuzzjoni (il-“prezz tal-wasla”) għandu jitnaqqas mill-prezz nett tal-eżekuzzjoni realizzata tat-tranżazzjoni. Il-valur li jirriżulta għandu jiġi multiplikat bl-għadd ta' unitajiet mixtrija;

(b)

għal kull bejgħ li jsir mill-PRIIP, il-prezz nett tal-eżekuzzjoni realizzata tat-tranżazzjoni għandu jitnaqqas mill-prezz tal-istrument fil-ħin li tiġi trażmessal-ordni tal-bejgħ lil persuna oħra għall-eżekuzzjoni (“prezz tal-wasla” tal-bejgħ). Il-valur li jirriżulta għandu jiġi multiplikat bl-għadd tal-unitajiet mibjugħa.

13.

Il-prezz nett tal-eżekuzzjoni realizzata għandu jiġi ddeterminat bħala l-prezz li bih tiġi esegwita t-tranżazzjoni, inkluż l-imposti, il-kummissjonijiet, it-taxxi u l-pagamenti l-oħra kollha (bħall-imposti kontra d-dilwizzjoni) assoċjati mat-tranżazzjoni, direttament jew indirettament, fejn dawn il-pagamenti jsiru mill-assi tal-PRIIP.

14.

Il-prezz tal-wasla għandu jkun iddeterminat bħala l-prezz tan-nofs tal-investiment fil-ħin meta l-ordni biex issir it-tranżazzjoni tintbagħat lil persuna oħra. Għall-ordnijiet li t-tranżazzjoni tagħhom issir f'ġurnata li mhijiex il-ġurnata li l-ordni oriġinarjament intbagħtet fiha lil persuna oħra, il-prezz tal-wasla għandu jiġi determinat bħala l-prezz tal-ftuħ tal-investiment fil-ġurnata tat-tranżazzjoni jew, fejn il-prezz tal-ftuħ ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-għeluq preċedenti. Meta ma jkunx disponibbli prezz fil-ħin meta l-ordni biex issir it-tranżazzjoni tintbagħat lil persuna oħra (pereżempju minħabba li l-ordni ma nbdietx fil-ħinijiet tas-suq jew saret fi swieq barra 'l borża fejn m'hemmx trasparenza tal-prezzijiet dakinhar), il-prezz tal-wasla għandu jkun iddeterminat bħala l-prezz tal-ftuħ fil-ġurnata tat-tranżazzjoni jew, fejn il-prezz tal-ftuħ ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-għeluq preċedenti. Fejn ordni tiġi esegwita mingħajr ma tintbagħat lil persuna oħra, il-prezz tal-wasla għandu jiġi ddeterminat bħala l-prezz ta' nofs is-suq tal-investiment fil-ħin meta ġiet esegwita t-tranżazzjoni.

15.

Fejn l-informazzjoni dwar il-ħin meta l-ordni biex issir it-tranżazzjoni tintbagħat lil persuna oħra ma tkunx disponibbli (jew ma tkunx disponibbli f'livell preċiż biżżejjed), jew fejn l-informazzjoni dwar il-prezz f'dak il-ħin ma tkunx disponibbli, huwa permess li jintuża bħala l-prezz tal-wasla l-prezz tal-ftuħ tal-investiment fil-ġurnata tat-tranżazzjoni, jew fejn il-prezz tal-ftuħ ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-għeluq preċedenti. Meta jiġu kkalkulati l-kostijiet ta' tranżazzjoni permezz ta' data qabel il-31 ta' Diċembru 2017, il-prezzijiet dakinhar jistgħu jkunu kkunsidrati bħala mhux disponibbli.

16.

Il-kostijiet assoċjati mat-tranżazzjonijiet imwettqa minn PRIIPs u li jikkonċernaw strumenti finanzjarji li jaqgħu f'waħda mill-kategoriji msemmija fil-punti 4 sa 10 ta' Taqsima C ta' Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jiġu kkalkulat bil-mod li ġej:

(a)

għall-istrumenti li huma standardizzati u fejn hemm negozjar regolari fl-istrument innifsu (pereżempju futur ta' indiċi fuq indiċi ewlieni ta' ekwità), il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu kkalkulati b'referenza għall-istrument innifsu. Il-prezz tal-wasla għandu jiġi ddeterminat bħala l-prezz tan-nofs tal-istrument;

(b)

għal strumenti lineari li huma personalizzati, u fejn m'hemmx trasparenza fil-prezzijiet jew kummerċ regolari fl-istrument innifsu, il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu kkalkulati b'referenza għall-assi(jiet) sottostanti. Il-prezz tal-wasla għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-prezz(ijiet) tal-assi sottostanti, permezz ta' ponderazzjoni adegwata jekk ikun hemm aktar minn assi sottostanti wieħed. Meta l-kost tat-tranżazzjoni fl-istrument ikun materjalment ogħla mill-prezz tat-tranżazzjoni fl-assi sottostanti, dan għandu jkun rifless fil-kalkoli tal-kost tat-tranżazzjoni;

(c)

għal strumenti mhux lineari, huwa permissibbli li tikkalkula l-kostijiet tat-tranżazzjoni bħala d-differenza bejn il-prezz imħallas jew riċevut għall-istrumenti u l-valur ġust tal-istrument, fuq il-bażi deskritta fil-punti 36 sa 46 ta' dan l-Anness.

17.

Fil-kalkoli tal-kostijiet assoċjati mar-rati tal-kambju, il-prezz tal-wasla jrid jirrifletti stima raġonevoli tal-prezz konsolidat, u ma jridx sempliċiment ikun il-prezz disponibbli minn kontroparti jew pjattaforma tar-rati tal-kambju unika, anke jekk jeżisti ftehim biex it-tranżazzjonijiet kollha tar-rati tal-kambju jsiru mal-istess kontroparti.

18.

Fil-kalkoli tal-kostijiet assoċjati ma' ordnijiet li jiddaħħlu inizjalment f'irkant, il-prezz tal-wasla għandu jiġi kkalkulat bħala l-prezz tan-nofs immedjatament qabel l-irkant.

Kostijiet tat-tranżazzjoni għal assi oħra

19.

Meta tkun qed issir l-istima tal-kostijiet għall-assi oħra għajr assi kif imsemmija f'punt 9 ta' dan l-Anness, għandha tintuża l-metodoloġija fil-punt 12 ta' dan l-Anness u l-prezz tal-wasla għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

għall-bejgħ:

(i)

il-prezz tal-wasla għandu jiġi kkalkulat bħala l-prezz ta' valwazzjoni indipendenti preċedenti tal-assi, aġġustat għall-movimenti tas-suq, fejn xieraq, permezz ta' indiċi ta' riferiment xieraq;

(ii)

fejn prezz ta' valwazzjoni indipendenti preċedenti ma jkunx disponibbli, il-kostijiet tat-tranżazzjoni jridu jiġu stmati abbażi tad-differenza bejn il-prezz tat-tranżazzjoni u evalwazzjoni tal-valur ġust tal-assi qabel il-bejgħ;

(b)

għax-xiri:

(i)

il-prezz tal-wasla għandu jiġi kkalkulat bħala l-prezz ta' valwazzjoni indipendenti preċedenti tal-assi, aġġustat għall-movimenti tas-suq, fejn xieraq, permezz ta' indiċi ta' riferiment xieraq, meta tali prezz ikun disponibbli;

(ii)

fejn prezz ta' valwazzjoni indipendenti preċedenti ma jkunx disponibbli, il-kostijiet tat-tranżazzjoni jridu jiġu stmati abbażi tad-differenza bejn il-prezz tat-tranżazzjoni u evalwazzjoni tal-valur ġust tal-assi qabel ix-xiri;

20.

L-istima tal-kostijiet tat-tranżazzjoni ma jistgħux ikunu inqas mill-ammont tal-kostijiet reali identifikabbli assoċjati direttament mat-tranżazzjoni.

Kostijiet tat-tranżazzjoni għal PRIIPs ġodda

21.

Għall-PRIIPs li ilhom joperaw għal inqas minn 3 snin u li jinvestu b'mod predominanti f'assi kif imsemmi fil-punt 9 ta' dan l-Anness, il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet jistgħu jiġu kkalkulati jew billi timmultiplika stima tal-fatturat tal-portafoll f'kull klassi tal-assi bil-kostijiet kalkulati skont il-metodoloġija msemmija fil-punt (c), jew bħala medja tal-kostijiet reali tat-tranżazzjoni mġarrba matul il-perjodu tal-operat u stima standardizzata fuq il-bażi ta' dan li ġej:

(a)

għall-ogħla multiplu ta' sitt xhur li l-PRIIP ikun ilu jopera, il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi deskritta fil-punti 12 sa 18 ta' dan l-Anness;

(b)

għall-kumplament tal-perjodu sa tliet snin, il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom ikunu stmati billi timmultiplika stima tal-fatturat tal-portafoll f'kull klassi tal-assi skont il-metodoloġija msemmija f'punt (c);

(c)

il-metodoloġija li għandha tintuża hija differenti skont il-klassi tal-assi u għandha tkun determinata kif ġej:

(i)

Għall-klassijiet tal-assi indikati fit-tabella hawn taħt, il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu kkalkulati bħala medja tal-kostijiet stmati tat-tranżazzjoni (abbażi ta' firxa bejn it-talba u l-offerta diviża bi tnejn) għall-klassi tal-assi relevanti taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

Biex tittieħed stima tal-kost, għal kull klassi ta' assi għandu jiġi identifikat indiċi ta' referenza wieħed jew aktar. Imbagħad, il-firxa medja bejn it-talba u l-offerta tal-indiċijiet sottostanti għandhom jinġabru. Id-data miġbura għandha tirreferi għall-firxa bejn it-talba u l-offerta tal-għeluq fl-għaxar ġurnata tan-negozju ta' kull xahar matul l-aħħar sena.

Il-firxa bejn it-talba u l-offerta miġbura mbagħad għandha tiġi diviża bi tnejn biex tikseb il-prezz stmat tat-tranżazzjoni għal kull punt ta' żmien. Il-medja ta' dawk il-valuri hija l-kost stmat tat-tranżazzjoni f'kull klassi tal-assi taħt kundizzjonijiet normal tas-suq.

Klassijiet tal-Assi

Bonds tal-Gvern

Bonds tal-gvern u strumenti simili fi swieq żviluppati klassifikazzjoni tas-suq AAA-A

Bonds tal-gvern u strumenti simili fi swieq żviluppati klassifikazzjoni differenti taħt A

Bonds tal-gvern fi swieq emerġenti (muniti dgħajfa u muniti sodi)

Bonds tal-gvern fi swieq emerġenti (muniti dgħajfa u muniti sodi)

Bonds korporattivi ta' grad ta' investiment

Bonds korporattivi ta' grad ta' investiment

Bonds korporattivi oħra

Bonds korporattivi b'rendiment għoli

(ii)

Għall-klassijiet tal-assi indikati fit-tabella hawn taħt, il-kostijiet tat-tranżazzjoni (inkluż kostijiet espliċiti u kostijiet impliċiti) għandhom jiġu stmati jew permezz ta' informazzjoni komparabbli jew billi żżid l-istimi tal-kostijiet espliċiti mal-istimi ta' nofs il-firxa bejn it-talba u l-offerta, permezz tal-metodoloġija deskritta fil-punt (i).

Klassijiet tal-Assi

Likwidità

Strumenti tas-suq monetarju (għal finijiet ta' ċarezza, il-fondi tas-swieq monetarji mhumiex inklużi)

Ishma fi swieq żviluppati

Ishma f'kapitalizzazzjoni kbira (swieq żviluppati)

Ishma f'kapitalizzazzjoni medja (swieq żviluppati)

Ishma f'kapitalizzazzjoni żgħira (swieq żviluppati)

Ishma fi swieq emerġenti

Ishma f'kapitalizzajoni kbira (swieq emerġenti)

Ishma f'kapitalizzajoni medja (swieq emerġenti)

Ishma f'kapitalizzajoni żgħira (swieq emerġenti)

Derivattivi elenkati

Derivattivi elenkati

(iii)

Għall-klassijiet tal-assi indikati fit-tabella hawn taħt, il-kost tat-tranżazzjoni hija l-medja tal-kost tat-tranżazzjoni osservata (abbażi tal-firxa bejn it-talba u l-offerta diviża bi tnejn) f'din il-klassi tal-assi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

Meta jkun qed jiġi identifikat il-kost osservat tat-tranżazzjoni, jistgħu jitqiesu r-riżultati tal-istħarriġ minn bord.

Klassijiet tal-Assi

OTC

Opzjonijiet eżotiċi OTC

Opzjonijiet komuni vanilla OTC

OTC IRS, CDS u simili

Swaps OTC u strumenti simili (differenti minn IRS, CDS u simili)

OTC FX Forwards fi swieq żviluppati

OTC FX Forwards fi swieq emerġenti

22.

Stimi tal-fatturat tal-portafoll għal PRIIP li ilu jopera għal inqas minn sena jridu jsiru fuq bażi konsistenti mal-politika tal-investiment divulgata fid-dokumenti tal-offerta. Stimi tal-fatturat ta' portafoll għal PRIIP li ilu jopera għal aktar minn sena jridu jkunu konsistenti mal-fatturat reali tal-portafoll.

23.

Għal PRIIPs li ilhom joperaw għal inqas minn tliet snin u li jinvestu b'mod predominanti f'assi għajr l-assi msemmija fil-punt 9 ta' dan l-Anness, il-manifattur tal-PRIIP għandu jieħu stima tal-kostijiet tat-tranżazzjoni abbażi tal-metodu tal-valur ġust permezz ta' assi komparabbli.

Tariffi relatati mal-prestazzjoni

24.

Biex tikkalkula t-tariffi relatati mal-prestazzjoni, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

ikkalkula t-tariffi fuq il-bażi ta' data storika li tkopri l-aħħar 5 snin. it-tariffi annwali medji tal-prestazzjoni għandhom jiġu kkalkulati f'termini perċentwali,

(b)

fejn storja sħiħa tat-tariffi tal-prestazzjoni ma tkunx disponibbli għax il-klassi tal-fond/sehem hija ġdida jew it-termini tal-fond inbidlu minħabba l-introduzzjoni tat-tariffa tal-prestazzjoni jew il-bidla ta' wieħed mill-parametri tagħha, il-metodu msemmi hawn fuq għandu jiġi aġġustat skont il-passi li ġejjin:

(i)

ħu l-istorja rilevanti disponibbli tat-tariffi tal-prestazzjoni tal-klassi tal-fond/sehem;

(ii)

għal kull sena li d-data ma tkunx disponibbli, ħu stima r-redditu tal-klassi tal-fond/sehem u, f'każ ta' mudell tat-tariffa tal-prestazzjoni relattiva, ikkunsidra s-serje storika tal-punt ta' riferiment/ir-rata minima;

għal fondi ġodda, ir-redditu tagħhom għandu jiġi stmat permezz tar-redditu ta' fond komparabbli jew ta' grupp pari. Ir-redditu stmat għandu jkun gross bil-kostijiet kollha imposti fuq il-fond il-ġdid. Għalhekk redditi ta' gruppi pari jeħtieġ ikunu aġġustati billi jiżdiedu l-kostijiet relevanti medji imposti skont ir-regoli tal-fond il-ġdid. Pereżempju, f'każ ta' klassi ġdida bi struttura ta' tariffi differenti, ir-redditu ta' din il-klassi ġdida għandu jiġi aġġustat billi jitqiesu l-kostijiet tal-klassi eżistenti;

(iii)

ikkalkula t-tariffi mill-bidu tal-perjodu tal-kampjun, kif meħtieġ fil-punt (a), sad-data tad-disponibilità tad-data tat-tariffa reali tal-prestazzjoni tal-fond, bl-applikazzjoni tal-algoritmu rilevanti għas-serje storika msemmija hawn fuq;

(iv)

għaqqad iż-żewġ serje ta' tariffi tal-prestazzjoni f'serje waħda matul il-perjodu tal-kampjun kollu kif meħtieġ fil-punt (a);

(v)

ikkalkula t-tariffi tal-prestazzjoni permezz tal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) (medja tat-tariffi tal-prestazzjoni annwali).

Kumpens għal prestazzjoni

25.

Biex tikkalkula l-kumpens għal prestazzjoni għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

ikkalkula t-tariffi fuq il-bażi ta' data storika li tkopri l-aħħar 5 snin. Il-kumpensi għal prestazzjoni annwali medji għandhom jiġu kalkulati f'termini perċentwali;

(b)

fejn l-istorja sħiħa tal-kumpens għal prestazzjoni ma tkunx disponibbli għax il-klassi tal-fond/sehem tkun ġdida jew it-termini tal-fond inbidlu minħabba l-introduzzjoni tal-kumpens għal prestazzjoni jew bidla f'wieħed mill-parametri tagħha, il-metodu msemmi hawn fuq għandu jiġi aġġustat skont il-passi li ġejjin:

(i)

ħu l-istorja rilevanti disponibbli tal-kumpens għall-prestazzjoni tal-klassi tal-fond/sehem;

għal kull sena li d-data mhijiex disponibbli, ikkalkula r-redditu tal-klassi tal-fond/sehem;

għal fondi ġodda, ir-redditu tagħhom għandu jiġi stmat permezz tar-redditu ta' fond komparabbli jew ta' grupp pari. Ir-redditu stmat għandu jkun gross bil-kostijiet kollha imposti fuq il-fond il-ġdid. Għalhekk redditi tal-gruppi pari jeħtieġ ikunu aġġustati billi jiżdiedu l-kostijiet relevanti medji imposti skont ir-regoli tal-fond il-ġdid. Pereżempju, f'każ ta' klassi ġdida bi struttura ta' tariffi differenti, ir-redditu ta' din il-klassi ġdida għandu jiġi aġġustat billi jitqiesu l-kostijiet tal-klassi eżistenti.

(ii)

ikkalkula l-kumpens għall-prestazzjoni mill-bidu tal-perjodu tal-kampjun, kif meħtieġ fil-punt (a), sad-data tad-disponibilità tad-data tal-kumpens għall-prestazzjoni reali tal-fond, billi tapplika l-algoritmu rilevanti għas-serje storika msemmija hawn fuq;

(iii)

għaqqad iż-żewġ serje tal-kumpens għall-prestazzjoni f'serje waħda matul il-perjodu tal-kampjun kollu kif meħtieġ fil-punt (a);

(iv)

ikkalkula l-kumpens għall-prestazzjoni permezz tal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) (medja tal-kumpens għall-prestazzjoni annwali).

26.

Jekk ma jinżammx kumpens għall-prestazzjoni matul l-investiment, jeħtieġ li twissija takkumpanja l-indikazzjoni ta' żero kumpens għall-prestazzjoni fit-tabella tal-kompożizzjoni tal-kostijiet sabiex tiċċara li pagament ta' x % tar-redditu finali se jinżamm sussegwentement għall-ħruġ tal-investiment.

II.   LISTA TAL-KOSTIJIET TAL-PRIPs GĦAJR FONDI TA' INVESTIMENT

Il-kostijiet li għandhom jiġu divulgati

Kostijiet ta' darba

27.

Kost ta' darba huwa kost tad-dħul u l-ħruġ li jinkludi imposti inizjali, kummissjonijiet jew ammont ieħor imħallas direttament mill-investitur fil-livell ta' konsumatur jew imnaqqas minn pagament riċevut minn jew dovut lill-investitur fl-livell ta' konsumatur.

28.

Kostijiet ta' darba jiġġarrbu minn PRIP oħra li mhumiex fond ta' investiment, kemm jekk jirrappreżentaw kostijiet imġarrba neċessarjament fl-operazzjoni tiegħu kif ukoll jekk huma remunerazzjoni ta' kwalunkwe parti konnessa miegħu jew li tipprovdilu servizzi.

Imposti u kostijiet tad-dħul ta' darba

29.

Kostijiet u imposti tad-dħul ta' darba jinkludu, iżda mhumiex limitati għat-tipi li ġejjin li għandhom jiġu kkunsidrati fl-ammont tal-kostijiet li jrid jiġi divulgat għall-PRIPs oħra għajr fondi ta' investiment:

(a)

kummissjonijiet fuq il-bejgħ;

(b)

kostijiet ta' strutturar, inkluż kostijiet tal-ġenerazzjoni tas-suq (firxa) u kostijiet tas-saldu;

(c)

kostijiet tal-iħħeġġjar (biex jiġi żgurat li l-manifattur tal-PRIIP ikun jista' jirreplika l-prestazzjoni tal-komponenti tad-derivattivi tal-prodott strutturat — dawn il-kostijiet jinkludu kostijiet tat-tranżazzjoni)

(d)

tariffi legali;

(e)

kostijiet għall-garanzija tal-kapital;

(f)

primjum impliċitu mħallas lil emittent.

Imposti u kostijiet tal-ħruġ ta' darba

30.

Kostijiet u imposti tal-ħruġ ta' darba li jinkludu, iżda mhumiex limitati, għat-tipi li ġejjin li għandhom jiġu kkunsidrati fl-ammont li jrid jiġi divulgat għall-PRIPs oħra għajr fondi ta' investiment:

(a)

tariffi proporzjonati;

(b)

firxa bejn l-offerta u n-nofs biex jinbiegħ il-prodott u kull kost espliċitu jew penali applikabbli għall-ħruġ bikri. L-istima tal-firxa bejn l-offerta u n-nofs għandu jsir f'relazzjoni mad-disponibilità ta' suq sekondarju, mal-kundizzjonijiet tas-suq u mat-tip ta' prodott. Fis-sitwazzjoni fejn il-manifattur tal-PRIIP (jew parti terza relatata) ikun l-uniku kontroparti disponibbli biex jixtri l-prodott fis-suq sekondarju, huwa għandu jieħu stima tal-kostijiet tal-ħruġ li jridu jiżdiedu mal-valur ġust tal-prodott skont il-politiki interni tiegħu;

(c)

kostijiet relatati ma' kuntratt għad-differenza (CFD) bħal:

(i)

kummissjonijiet debitati minn fornituri ta' CFD — kummissjoni ġenerali jew kummissjoni fuq kull negozju — jiġifieri mal-ftuħ u l-għeluq ta' kuntratt;

(ii)

Negozjar CFD bħal firxa bejn l-offerta u t-talba, kostijiet ta' finanzjament ta' kuljum u mil-lum għall-għada, tariffi u taxxi tal-immaniġġjar tal-kont li mhumiex diġà inklużi fil-valur ġust.

Kostijiet rikorrenti

31.

Kostijiet rikorrenti huma pagamenti mnaqqsa regolarment mill-pagamenti kollha dovuti lill-investitur fil-livell ta' konsumatur jew mill-ammont investit.

32.

Kostijiet rikorrenti jinkludu t-tipi kollha ta' kostijiet imġarrba minn PRIP għajr fond ta' investiment kemm jekk jirrappreżentaw kostijiet neċessarjament imġarrba fl-operat tiegħu kif ukoll jekk huma remunerazzjoni ta' kwalunkwe parti konnessa miegħu jew li tipprovdilu servizzi.

33.

Il-lista li ġejja hija indikattiva iżda mhijiex eżawrjenti tat-tipi ta' kostijiet rikorrenti li, meta jitnaqqsu jew jiġu imposti separatament għandhom jitqiesu fl-ammont divulgat:

(a)

kostijiet relatati mal-pagamenti tal-kupuni;

(b)

kostijiet tas-sottostanti, jekk ikun hemm.

Kostijiet tal-PRIPs imsemmija fil-punt 17 tal-Anness IV

34.

Kostijiet u imposti tal-ħruġ ta' darba huma tariffi tal-kambju, tariffi tal-ikklerjar u tariffi tas-saldu fejn magħrufa.

35.

Kostijiet rikorrenti huma kostijiet tal-iħħeġġjar imġarrba taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u taħt kundizzjonijiet tas-suq taħt stress.

Kalkoli tal-kostijiet impliċiti tal-PRIPs oħra għajr fondi tal-investiment

36.

Għall-finijiet tal-kalkoli tal-kostijiet impliċiti inkorporati fil-PRIPs, il-manifattur tal-PRIIP għandu jirreferi għall-prezz tal-emissjoni u, wara l-perjodu ta' abbonament, għal-prezz disponibbli għax-xiri tal-prodott f'suq sekondarju.

37.

Id-differenza bejn il-prezz u l-valur ġust tal-prodott titqies bħala stima tal-kostijiet totali tad-dħul inklużi fil-prezz. Jekk il-manifattur tal-PRIIP ma jistax jiddistingwi l-kostijiet impliċiti rilevanti li għandhom jiġu divulgati kif imsemmi fil-punt 29 ta' dan l-Anness permezz tad-differenza bejn il-prezz u l-valur ġust, huwa għandu jikkollega mal-emittent tal-komponenti differenti tal-prodott, jew mal-korp relevanti, biex jiġbor l-informazzjoni rilevanti dwar dawk il-kostijiet.

38.

Valur ġust huwa dak il-prezz li jkun riċevut biex jinbiegħ assi jew imħallas biex tiġi ttrasferita obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet attwali tas-suq (jiġifieri prezz tal-ħruġ) irrispettivament minn jekk dak il-prezz huwiex direttament osservabbli jew stmat permezz ta' teknika ta' valwazzjoni oħra.

39.

Il-politika ta' valur ġust li tirregola l-kejl tal-valur ġust għandha tistabbilixxi serje ta' regoli inkluż f'dawn l-oqsma li ġejjin:

(a)

il-governanza;

(b)

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-valur ġust.

40.

Ir-regoli msemmija fil-punt 39 ta' dan l-Anness għandhom l-għan li jiddeskrivu proċess ta' valwazzjoni li:

(a)

jikkonforma mal-istandards applikabbli tal-kontabilità, fir-rigward ta' valur ġust;

(b)

jiżgura li l-mudelli interni tal-ipprezzar għall-PRIIPs ikunu konsistenti mal-metodoloġiji, mal-mudellar u mal-istandards użati mill-manifattur tal-PRIIP biex jivvaluta l-portafoll tiegħu stess taħt l-ipoteżi li l-prodott huwa disponibbli għall-bejgħ jew miżmum għan-negozjar;

(c)

huwa konsistenti mal-livell tal-kumplessità tal-prodott u mat-tip ta' sottostanti;

(d)

jikkunsidra r-riskju tal-kreditu tal-emittent u l-inċertezza dwar is-sottostanti;

(e)

jistipula l-parametri biex jidentifika suq attiv sabiex jevita r-riskju ta' pprezzar ħażin li jista' jwassal f'każijiet estremi għal stimi mhux preċiżi b' mod sinifikanti;

(f)

jimmassimizza l-użu tal-inputs relevanti osservabbli tas-suq u jimminimizza l-użu tal-inputs mhux osservabbli.

41.

Il-valur ġust ta' prodott strutturat għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta':

(a)

prezzijiet tas-suq, fejn disponibbli jew iffurmati b'mod effiċjenti;

(b)

mudelli interni tal-ipprezzar li jużaw bħala input valuri tas-suq li huma marbuta indirettament mal-prodott, derivati minn prodotti b'karatteristiċi simili (approċċ komparabbli);

(c)

mudelli interni tal-ipprezzar ibbażati fuq inputs li mhumiex derivati direttament minn data tas-suq li għalihom iridu jiġu fformulati stimi u suppożizzjonijiet (approċċ valwazzjoni skont mudell);

42.

Jekk il-valur ġust ma' jistax joriġina mill-prezzijiet tas-suq, għandu jiġi kkalkulat permezz tat-teknika ta' valutazzjoni li tista' tirrappreżenta tajjeb il-fatturi differenti li jaffettwaw l-istruttura tal-ħlas ta' prodott u jagħmel użu massimu mid-data tas-suq.

43.

It-teknika tal-valwazzjoni msemmija fil-punt 42 ta' dan l-Anness għandha tikkunsidra dan li ġej skont il-kumplessità tal-prodott:

(a)

l-użu ta' tranżazzjonijiet tas-suq distakkati riċenti bejn kontropartijiet esperti u professjonali;

(b)

referenza għall-prezz tas-suq attwali ta' strument ieħor li huwa sostanzjalment l-istess;

(c)

l-użu ta' mudell tal-flussi tal-flus skontati adegwat fejn il-probabilità ta' kull fluss ta' flus tiġi ddeterminata permezz ta' mudell adattat tal-evoluzzjoni tal-prezz tal-assi.

44.

F'każ ta' prodotti ta' abbonament, il-valur ġust għandu jiġi kkalkulat fid-data meta jiġu ddeterminati t-termini tal-prodott. Din id-data ta' valwazzjoni għandha tkun viċin il-bidu tal-perjodu tal-abbonament. Fejn jeżistu perjodi twal tal-offerta jew volatilità għolja tas-suq, għandu jkun definit kriterju għall-aġġornament tal-informazzjoni tal-kostijiet.

45.

Meta jintużaw termini preliminarji, il-kostijiet għandhom ikunu kkalkulati permezz tat-termini minimi tal-prodott.

46.

Fejn jintużaw prezzijiet varjabbli tal-abbonament għandha tiġi definita proċedura dwar kif jiġi inkorporat u ddivulgat l-effett tal-kostijiet tal-prezzijiet varjabbli tal-abbonament.

III.   LISTA TAL-KOSTIJIET TA' PRODOTTI TA' INVESTIMENT IBBAŻATI FUQ L-ASSIGURAZZJONI

Il-kostijiet li għandhom jiġu divulgati

Kostijiet ta' darba

47.

Kost ta' darba huwa kost tad-dħul jew ħruġ li jinkludi l-kostijiet inizjali, il-kummissjonijiet jew kwalunkwe ammont ieħor imħallas direttament mill-investitur fil-livell ta' konsumatur jew imnaqqsa mill-ewwel pagament jew minn għadd limitat ta' pagamenti dovuti lill-investitur fil-livell ta' konsumatur jew minn pagament mat-tifdija jew it-terminazzjoni tal-prodott.

48.

Kostijiet ta' darba jitħallsu minn prodott ibbażat fuq l-assigurazzjoni, kemm jekk jirrappreżentaw kostijiet meħtieġa fl-operat tiegħu, kemm jekk ikunu remunerazzjoni ta' xi parti marbuta miegħu jew li tipprovdilu servizzi.

49.

Kostijiet ta' darba jinkludu, iżda mhumiex limitati, għat-tipi ta' kostijiet u imposti ta' dħul li ġejjin li għandhom jitqiesu fl-ammont li għandu jiġi divulgat għal prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni:

(a)

kostijiet tal-istrutturar jew tal-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

kostijiet tal-akkwist, id-distribuzzjoni, il-bejgħ;

(c)

kostijiet tal-ipproċessar/operat (inkluż kostijiet għall-immaniġġjar tal-kopertura tal-assigurazzjoni);

(d)

il-parti li hija l-kost tal-primjums tar-riskju bijometriku msemmi fil-punt 59 f'dan l-Anness;

(e)

kostijiet biex jinżamm il-kapital meħtieġ (il-parti bil-quddiem għanda tkun divulgata dment li jiġu ddebitati).

Kostijiet rikorrenti

50.

Kostijiet rikorrenti huma pagamenti mnaqqsa regolarment mill-pagamenti kollha mill-investitur fil-livell ta' konsumatur jew mill-ammont investit jew mill-ammonti li mhumiex allokati lill-investitur fil-livell ta' konsumatur skont mekkaniżmu ta' qsim tal-profitt.

51.

Il-kostijiet rikorrenti jinkludi kull tip ta' kost imġarrab minn prodotti ta' investiment ibbażati fuq assigurazzjoni kemm jekk jirrappreżentaw kostijiet meħtieġa fl-operat, kemm jekk ikunu remunerazzjoni ta' xi parti marbuta miegħu jew li tipprovdilu servizzi.

52.

Il-lista li ġejja hija indikattiva iżda mhijiex eżawrjenti għat-tipi ta' kostijiet rikorrenti li għandhom jitqiesu fl-ammont ta' “Kostijiet oħra rikorrenti” f'tabella 2 tal-Anness VII:

(a)

kostijiet tal-istrutturar jew tal-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

kostijiet tal-akkwist, id-distribuzzjoni, il-bejgħ;

(c)

kostijiet tal-ipproċessar/operat (inkluż kostijiet għall-immaniġġjar tal-kopertura tal-assigurazzjoni);

(d)

il-parti li hija l-kost tal-primjums tar-riskju bijometriku msemmi fil-punt 59 f'dan l-Anness;

(e)

kostijiet amministrattivi oħra;

(f)

il-kostijiet tal-parteċipazzjoni fil-kapital (parti rikorrenti li għandha tiġi divulgata dment li jiġu ddebitati);

(g)

kwalunkwe ammont debitat b'mod impliċitu fuq l-ammont investit bħall-kostijiet imġarrba għall-immaniġġjar tal-investimenti tal-kumpanija tal-assigurazzjoni (tariffi tad-depożitu, kostijiet għal investimenti ġodda, eċċ.);

(h)

pagamenti lil partijiet terzi biex jitħallsu l-kostijiet li jkun meħtieġ li jsiru b'konnessjoni mal-akkwist jew id-disponiment ta' kwalunkwe assi propjetà tal-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni (inkluż kostijiet tat-tranżazzjoni kif imsemmi fil-punti 7 sa 23 f'dan l-Anness).

53.

Fejn investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jinvesti parti mill-assi tiegħu f'UCITS jew f'AIFs f'PRIIP oħra għajr UCITS jew AIFs jew fi prodott ta' investiment oħra għajr PRIIP, il-punti 5(l), 5(m) u 5(n) ta' dan l-Anness għandhom jiġu applikati rispettivament.

Kostijiet tad-divulgazzjoni tal-primjum tar-riskju bijometriku ta' prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni

Il-parti li hija l-kostijiet ta' primjums tar-riskju bijometriku

54.

Il-primjums tar-riskji bijometriċi huma dawk il-primjums imħallsa direttament mill-investitur fil-livell ta' konsumatur jew li jitnaqqsu mill-ammonti kreditati lill-provvediment matematiku jew mill-bonus ta' parteċipazzjoni tal-polza tal-assigurazzjoni, li huma maħsuba biex ikopru r-riskju statistiku ta' pagamenti tal-benefiċċju mill-kopertura tal-assigurazzjoni.

55.

Il-valur ġust tal-primjums tar-riskji bijometriċi huwa l-valur attwali mistenni, skont ir-rati tal-interess imsemmija fil-punt 71(a) ta' dan l-Anness, tal-pagamenti tal-benefiċċji fil-futur mill-kopertura tal-assigurazzjoni meta jitqies dan li ġej:

(a)

l-aħjar suppożizzjonijiet tal-istimi ta' dawn il-pagamenti ta' benefiċċju derivati mill-profil tar-riskju individwali tal-portafoll tal-manifattur individwali;

(b)

ħlasijiet oħra relatati mal-kopertura tal-assigurazzjoni (roħs fuq il-primjums tar-riskji bijometriċi mħallas lura lill-investituri fil-livell ta' konsumatur, żieda fil-pagamenti tal-benefiċċji, tnaqqis tal-primjums futuri, eċċ.) li jirriżultaw mill-mekkaniżmi tal-qsim tal-profitti (legali u/jew kuntrattwali).

56.

L-aħjar suppożizzjonijiet tal-istimi tal-pagamenti futuri ta' benefiċċji mill-kopertura tal-assigurazzjoni għandhom jiġu stabbiliti b'mod realistiku.

57.

Il-pagamenti futuri stmati tal-benefiċċji għandhomx jinkludu marġnijiet ta' prudenza jew kostijiet tal-immaniġġjar tal-kopertura tal-assigurazzjoni.

58.

Għal manifatturi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE dawn l-aħjar suppożizzjonijiet tal-istimi għandhom ikunu konsistenti mas-suppożizzjonijiet rispettivi wżati għall-kalkoli tal-provvedimenti tekniċi fil-karta tal-bilanċ tas-Solvenza II.

59.

Il-parti li hija l-kost mill-primjums tar-riskju bijometriku hija d-differenza bejn il-primjums tar-riskju bijometriku debitat lill-investitur fil-livell ta' konsumatur kif imsemmi fil-punt 54 ta' dan l-Anness u l-valur ġust tal-primjums tar-riskju bijometriku msemmi fil-punt 55 ta' dan l-Anness;

60.

Manifattur ta' PRIIP jista' jinkludi l-primjums tar-riskju bijometriku sħaħ fil-kalkoli ta' kostijiet ta' darba jew ta' kostijiet rikorrenti minflok il-parti li hija l-kostijiet ta' dawk il-primjums.

Il-PARTI 2

Sommarju tal-indikaturi tal-kostijiet u effett kompost tal-kostijiet

I.   SOMMARJU TAL-INDIKATURI TAL-KOSTIJIET

61.

Is-sommarju tal-indikaturi tal-kostijiet tal-PRIIP huwa t-tnaqqis mir-rendiment minħabba l-kostijiet totali kkalkulati f'konformità mal-punti 70 sa 72 ta' dan l-Anness.

62.

Għall-kalkolu tas-sommarju tal-indikaturi tal-kostijiet, il-kostijiet li għandhom jiġu divulgati msemmija fil-punt 72 ta' dan l-Anness għandhom ikunu l-kostijiet totali. Għall-fondi tal-investiment dan għandu jkun ugwali għas-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness miżjuda mas-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 4 u 6 ta' dan l-Anness; għal PRIPs oħra għajr fondi ta' investiment, minbarra l-PRIIPs imsemmija fil-punt 17 ta' Anness IV, is-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 27 u 28 ta' dan l-Anness flimkien mas-somma kif imsemmi fil-punti 31 u 32 ta' dan l-Anness; għal PRIIPs imsemmija fil-punt 17 ta' Anness IV, is-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 34 u 35 ta' dan l-Anness; u għall-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, is-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 47 u 48 biż-żieda tas-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 50 u 51 ta' dan l-Anness. Il-kostijiet totali għandhom ukoll jinkludu penali tal-ħruġ, fejn relevanti.

Kostijiet ta' darba u proporzjonijiet tal-kostijiet tad-dħul/il-ħruġ

63.

Il-proporzjon tal-kostijiet tad-dħul u l-ħruġ tal-PRIIP għandu jkun it-tnaqqis tar-rendiment annwali minħabba l-kostijiet tad-dħul u l-ħruġ ikkalkulati skont il-punti 70 sa 72 ta' dan l-Anness.

64.

Għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kostijiet tad-dħul u l-ħruġ, il-kostijiet li għandhom ikunu divulgati kif imsemmi fil-punt 72 ta' dan l-Anness għandhom għall-fondi ta' investiment ikunu l-kostijiet tad-dħul u l-ħruġ skont il-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness; il-punti 27 u 28 ta' dan l-Anness għal PRIPs oħra għajr fondi ta' investiment, minbarra l-PRIIPs imsemmija fil-punt 17 tal-Anness IV; il-punt 35 għall-PRIIPs imsemmija fil-punt 17 tal-Anness IV; u l-punti 47 u 48 ta' dan l-Anness għall-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni. Il-kostijiet tal-ħruġ għandhom jinkludu wkoll penali tal-ħruġ, fejn relevanti.

Proporzjonijiet tal-kostijiet rikorrenti, tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet tal-portafoll u tal-kostijiet tal-assigurazzjoni/ta' kostijiet rikorrenti oħrajn

65.

Il-proporzjon tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet tal-portafoll, tal-kostijiet tal-assigurazzjoni u ta' kostijiet rikorrenti oħrajn tal-PRIIP għandu jkun it-tnaqqis tar-rendiment annwali minħabba l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet tal-portafoll u kostijiet rikorrenti oħra kkalkulati skont il-punti 70 sa 72 ta' dan l-Anness.

66.

Għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet tal-portafoll u tal-proporzjon tal-kostijiet tal-assigurazzjoni għandu japplika dan li ġej:

(a)

għall-kalkolu tat-tranżazzjoni tal-portafoll, il-kostijiet li għandhom jiġu divulgati msemmija fil-punt 72 għandhom ikunu l-kostijiet tat-tranżazzjoni tal-portafoll skont il-punti 7 sa 23 ta' dan l-Anness għall-fondi ta' investiment, il-punt 29(c) ta' dan l-Anness għall-PRIPs oħra għajr fondi ta' investiment, minbarra l-PRIIPs imsemmija fil-punt 17 ta' Anness IV, u fil-punt 52(h) ta' dan l-Anness għal prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni;

(b)

għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kostijiet tal-assigurazzjoni, il-kostijiet li għandhom jiġu divulgati msemmija fil-punt 72 ta' dan l-Anness għandhom ikunu l-kostijiet tal-assigurazzjoni skont il-punti 59 u 60 ta' dan l-Anness għal prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni.

67.

Il-proporzjon ta' kostijiet rikorrenti oħrajn għandu jkun it-tnaqqis tar-rendiment annwali minħabba kostijiet rikorrenti oħra li jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn is-sommarju tal-indikatur tal-kost skont il-punt 61 ta' dan l-Anness u l-proporzjon tat-total tal-kostijiet ta' darba, skont il-punt 63 ta' dan l-Anness, biż-żieda tal-proporzjon tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet tal-portafoll, skont il-punt 66(a), biż-żieda tal-proporzjon tal-kostijiet tal-assigurazzjoni, skont il-punt 66(b) ta' dan l-Anness, biż-żieda tal-proporzjon tal-kostijiet inċidentali, skont il-punt 68 ta' dan l-Anness.

Kostijiet inċidentali u proporzjon tal-kostijiet inċidentali (tariffi tal-prestazzjoni u proporzjon tal-kumpens għal prestazzjoni)

68.

Għall-kalkolu tal-proporzjon tat-tariffi tal-prestazzjoni, il-kost li għandu jkun divulgat imsemmi fil-punt 72 għandu jkun il-kostijiet inċidentali tal-portafoll skont il-punt 6(a) ta' dan l-Anness għal fondi ta' investiment. Għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kumpens għal prestazzjoni, il-kost li għandu jkun divulgat imsemmi fil-punt 72 ta' dan l-Anness għandu jkun il-kostijiet inċidentali tal-portafoll skont il-punt 6(b) ta' dan l-Anness għal fondi ta' investiment.

69.

Il-“kostijiet rikorrenti”, “it-tariffi tal-prestazzjoni” u “il-kumpens għal prestazzjoni” kif imsemmija fl-Anness VII huma rispettivament il-“kostijiet rikorrenti”, “il-proporzjon tat-tariffi tal-prestazzjoni” u “il-proporzjon tal-kumpens għal prestazzjoni” kif imsemmija f'dan l-Anness u fl-Artikolu 5.

Kalkolu tas-sommarju tal-indikatur tal-kost

70.

Is-sommarju tal-indikatur tal-kost għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn żewġ perċentwali i u r fejn r hija r-rata interna annwali tar-redditu meta mqabbla mal-pagamenti grossi mill-investitur fil-livell ta' konsumatur u l-istimi tal-pagamenti ta' benefiċċji lill-investitur fil-livell ta' konsumatur matul il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat u i hija r-rata interna annwali tar-redditu għax-xenarju mingħajr kostijiet rispettiv.

71.

L-istima tal-pagamenti ta' benefiċċji futuri skont il-punt 70 ta' dan l-Anness għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ħlief għal PRIIPs kif imsemmija fil-punt 17 tal-Anness IV, ir-rata interna annwali tar-redditu, jiġifieri l-prestazzjoni, tal-PRIIP għandha tkun ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-metodoloġija u l-ipoteżi sottostanti wżati għall-istima tax-xenarju moderat fit-taqsima tax-xenarji tal-prestazzjoni tad-dokument tal-informazzjoni ewlenija;

(b)

il-pagamenti ta' benefiċċji għandhom jiġu stmati skont is-suppożizzjoni li l-kostijiet kollha inklużi fil-kostijiet totali skont il-punt 62 ta' dan l-Anness jitnaqqsu;

(c)

għal PRIIPs kif imsemmi fil-punt 17 ta' Anness IV u għal fondi UCITS jew fondi mhux UCITS li għalihom il-manifatturi tal-PRIIP jużaw id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għall-investituri skont l-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament, il-prestazzjoni għandha tkun ta' 3 %.

72.

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' xenarju bla kostijiet kif imsemmi fil-punt 70 ta' dan l-Anness għandu japplika dan li ġej:

(a)

għall-kalkolu ta' i, jew il-pagamenti grossi mill-investitur fil-livell ta' konsumatur mill-kalkolu ta' r għandhom jitnaqqsu bil-kostijiet li għandhom jiġu divulgati, jew il-pagamenti ta' benefiċċji proġettati lill-investitur fil-livell ta' konsumatur mill-kalkolu ta' r għandhom jiżdiedu skont is-suppożizzjoni li l-ammonti tal-kostijiet li għandhom jiġu divulgati kienu investiti addizzjonalment. Għalhekk i hija r-rata interna annwali tar-redditu meta mqabbla ma' dawn il-pagamenti aġġustati minn u għall-investitur fil-livell ta' konsumatur;

(b)

fejn il-kostijiet li għandhom jiġu divulgati jistgħu jkunu espressi bħala perċentwal kostanti tal-valur tal-assi jistgħu ma jiġux ikkunsidrati fil-kalkolu deskritt fil-punt 72(a) ta' dan l-Anness u minflok jingħaddu wara mal-perċentwal tar-rata interna annwali tar-redditu i għax-xenarju rispettiv mingħajr kostijiet.

Rekwiżiti speċifiċi għal PRIPs oħra għajr fondi ta' investiment

73.

Għall-finijiet ta' kalkolu tax-xenarju mingħajr kostijiet kif imsemmi fil-punt 70 ta' dan l-Anness għall-PRIPs oħra għajr fondi ta' investiment, il-pagamenti grossi mill-investitur fil-livell ta' konsumatur mill-kalkolu ta' r, kif imsemmi fil-punt 72 ta' dan l-Anness, għandhom jitnaqqsu bil-kostijiet li għandhom jiġu divulgati.

Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni

74.

Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-punti 70 sa 72 ta' dan l-Anness, għandu jiġu supponut, għal prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, li ma jseħħux pagamenti li jirriżultaw minn kopertura tal-assigurazzjoni waqt il-perjodu tal-parteċipazzjoni. Jiġifieri, il-kalkolu tas-sommarju tal-indikatur tal-kost għandu jkun ibbażat biss fuq il-pagamenti tal-benefiċċji tad-dotazzjoni stmati.

75.

Sal-punt li kostijiet rikorrenti u ta' darba jkunu koperti minn kostijiet espliċiti li huma parti fissa mill-kalkolu tal-primjum tal-prodott il-kalkolu ta' kostijiet rikorrenti u ta' darba għandhom ikunu bbażati fuq dawn il-kostijiet espliċiti.

76.

Għall-parteċipazzjoni fil-profitti għall-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

fil-kalkolu ta' kostijiet rikorrenti u kostijiet ta' darba għall-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni l-ammonti miżmuma mir-redditu tal-investiment permezz ta' mekkaniżmi tal-qsim tal-profitti għandhom jitqiesu bħala kostijiet;

(b)

fejn parti mill-kostijiet tingħata lura lid-detenturi tal-polza permezz ta' bonuses separati tal-kostijiet dan għandu jitqies bħala roħs tal-kostijiet li jnaqqas il-kostijiet sakemm:

(i)

il-kostijiet tal-bonuses jiġu dikjarati separatament mill-partijiet l-oħra tal-bonus ta' parteċipazzjoni u huma maħsuba għar-rifużjoni ta' partijiet mill-kostijiet mit-termini kuntrattwali tal-prodott.

(ii)

il-manifattur tal-PRIIP jista' jissostanzja abbażi ta' metodi attwarji sodi li l-bonuses futuri mistennija tal-kostijiet huma koperti minn profitti futuri mistennija li jirriżultaw minn suppożizzjonijiet prudenti dwar il-kostijiet futuri.

Kalkolu tal-proporzjonijiet

Prinċipju li ma jsirx għadd doppju

77.

Jekk tip wieħed tal-kost ikun kopert minn żewġ tipi jew aktar ta' kostijiet kif imsemmi f'dan l-Anness, dak it-tip ta' kost għandu jingħadd darba biss fil-kalkoli tal-indikaturi (proporzjonijiet) li huma bbażati fuqu.

Speċifikazzjonijiet oħra

78.

Il-proporzjonijiet għandhom jiġu espressi bħala perċentwal b'żewġ postijiet deċimali.

79.

Il-proporzjonijiet għandhom jiġu kalkulati mill-inqas darba fis-sena.

80.

Il-proporzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-aktar kalkoli tal-kostijiet reċenti li l-manifattur tal-PRIIP iddetermina. Mingħajr preġudizzju għall-punt 77 ta' dan l-Anness, il-kostijiet jiġu vvalutati abbażi ta' “taxxi kollha inklużi”.

Għall-fondi ta' investiment għandu japplika dan li ġej:

(a)

għandu jitwettaq kalkolu separat għal kull klassi ta' sehem, imma jekk l-unitajiet ta' żewġ jew aktar klassijiet jikklassifikaw pari passu, jista' jitwettaq kalkolu wieħed għalihom;

(b)

fil-każ ta' fond li huwa umbrella, kull komportament kostitwenti jew sottofond għandu jiġi ttrattat separatament għall-finijiet ta' dan l-Anness, iżda kwalunkwe spiża attribwita għall-fond kollu għandha titqassam bejn is-sottofondi kollha fuq bażi li tkun ġusta għall-investituri kollha.

81.

Minbarra l-ewwel kalkolu għal PRIIP ġdid, u jekk mhux dikjarat mod ieħor, il-proporzjonijiet għandhom ikunu kkalkulati mill-inqas darba f'sena, fuq bażi ex-post. Fejn ikun kunsidrat mhux xieraq li tintuża ċifra ex-post minħabba bidla materjali, tista' tintuża stima minflok sakemm isiru disponibbli ċifri ex-post li jirriflettu l-impatt tal-bidla materjali.

82.

Iċ-ċifri ex-post għandhom ikunu bbażati fuq kalkoli tal-kostijiet reċenti li ddetermina l-manifattur tal-PRIIP fuq bażi raġonevoli u li jkunu xierqa għal dak l-iskop. Iċ-ċifri jistgħu jkunu bbażati fuq il-kostijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-operazzjonijiet tal-PRIIP pubblikati fl-aħħar rapport annwali jew ta' sitt xhur, jekk dik id-dikjarazzjoni tkun reċenti biżżejjed. Jekk mhuwiex reċenti biżżejjed għandu jintuża minflok kalkolu komparabbli bbażat fuq il-kostijiet debitati matul perjodu aktar reċenti ta' 12-il xahar.

83.

Informazzjoni dwar il-proporzjonijiet li kienu applikabbli matul is-snin/perjodi preċedenti għandhom jiġu ppubblikati fil-post li huwa speċifika fid-dokument tal-informazzjoni ewlenija bħala s-sors ġenerali ta' informazzjoni ulterjuri għal investituri li jeħtiġuha.

84.

Fejn il-kostijiet li huma attribwiti għal UCITS jew AIF sottostanti għandhom jitqiesu għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

l-indikatur tal-kostijiet ta' kull UCITS jew AIF sottostanti għandu jkun prorata skont il-proporzjon tal-valur nett tal-assi tal-PRIIP li l-UCITS jew AIF jirrappreżentaw fid-data relevanti li hija d-data li fiha jittieħdu ċ-ċifri tal-PRIIP;

(b)

iċ-ċifri prorata kollha għandhom jingħaddu maċ-ċifra tal-kostijiet totali tal-PRIIP li tinvesti stess, b'hekk tippreżenta total wieħed.

Metodoloġija ta' kalkolu għal PRIIPs ġodda

85.

Minflok data ex-post, għandhom jintużaw stimi fil-kalkoli tat-tipi differenti tal-kostijiet. Tali stimi għandhom jitwettqu billi PRIIP komparabbli jew grupp ta' pari jintuża bħala indikatur ta' sostituzzjoni.

86.

Għall-PRIIPs li jiddebitaw tariffa fissa li tinkludi kollox, għandha tintuża dik l-imposta sakemm tinkludi l-kostijiet kollha li jridu jiġu ppreżentati skont ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni tal-kostijiet tal-PRIIPs.

87.

Għall-PRIIPs li jistipulaw livell massimu tal-ammont li jista' jiġi debitat, u sakemm jinkludi l-kostijiet kollha li jridu jiġu ppreżentati skont ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni tal-kostijiet tal-PRIIPs għandu jintuża dak il-livell massimu minflok sakemm il-manifattur tal-PRIIP jimpenja ruħu li jirrispetta ċ-ċifra ppubblikata u jassorbi kwalunkwe kost li kieku jwassalha biex tinqabeż.

88.

Jekk, fl-opinjoni tal-manifattur tal-PRIIP, l-espressjoni taċ-ċifra sa żewġ postijiet deċimali x'aktarx li tissuġġerixxi grad skorrett ta' preċiżjoni għall-investituri, għandu jkun biżżejjed li dik iċ-ċifra tiġi espressa sa post deċimali wieħed.

89.

Il-manifattur tal-PRIIP għandu jiżgura li l-preċiżjoni taċ-ċifra stmata tibqa' tiġi rieżaminata. Il-manifattur tal-PRIIP għandu jiddetermina meta huwa adattat li jibda juża ċifri ex-post minflok stima; iżda fi kwalunkwe każ għandha, mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data li fiha l-PRIIP kien offrut għall-bejgħ għall-ewwel darba fi kwalunkwe Stat Membru, tirrieżamina l-preċiżjoni tal-istima billi jikkalkula ċ-ċifri fuq bażi ex-post.

II.   EFFETT KOMPOST TAL-KOSTIJIET

Ir-rekwiżiti komuni għat-tipi kollha ta' PRIIPs

90.

It-tabella/i msemmija fl-Artikolu 5 għandu jkun fihom bħala indikazzjoni tal-kostijiet total f'termini monetarji u perċentwali f'każ li l-investitur fil-livell ta' konsumatur jinvesti, rispettivament EUR 10 000 (għal kull PRIIPs barra minn prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni bi primjum regolari), jew EUR 1 000 fis-sena (għal prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni bi primjum regolari) matul perjodi ta' parteċipazzjoni differenti, inkluż il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat. Il-perjodi ta' parteċipazzjoni li jridu jintwerew huma dawk imsemmija fil-punti 14 sa 16 ta' Anness IV. Fejn prodott huwa kkunsidrat li m'għandux faċilità ta' likwidità alternattiva promossa mill-manifattur tal-PRIIP jew parti terza, jew fejn ma jkunx hemm arranġamenti tal-likwidità, jew għal dawk l-PRIIPs kif imsemmi f'punt 17 ta' Anness IV, dik l-indikazzjoni tal-kostijiet tista' tintwera biss fil-maturità jew fi tmiem il-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat.

91.

Fejn il-munita tal-PRIIP mhijiex l-Euro, għandu jintuża ammont ta' daqs simili għal dawk stipulati fil-punt 90 ta' dan l-Anness u li jkun multiplu ta' 1 000.

92.

Il-kostijiet totali għandhom jinkludu kostijiet ta' darba, kostijiet rikorrenti u inċidentali, u, fejn relevanti, penali tal-ħruġ.

93.

Penali tal-ħruġ iridu jkunu jingħarfu minn kostijiet oħra ta' ħruġ li xorta waħda jkollhom jitħallsu u għalhekk dejjem jeħtieġ li jkunu inklużi fil-kostijiet ta' darba.

94.

Ir-relevanza tal-penali tal-ħruġ tiddependi fuq il-perjodu ta' parteċipazzjoni tal-investiment u l-mument preċiż meta l-prodott jinfeda. Penali tal-ħruġ mhumiex relevanti jekk l-investiment jinżamm għall-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat.


(1)  Id-Direttiva tal-Kumissjoni 2007/16/KE tad-19 ta' Marzu 2007 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta' ċerti definizzjonijiet (ĠU L 79, 20.3.2007, p. 11).


ANNESS VII

PREŻENTAZZJONI TAL-KOSTIJIET

It-Tnaqqis fir-Rendiment (RIY) juri x'impatt ikollhom il-kostijiet totali li inti tħallas fuq ir-redditu tal-investiment li tista' tieħu. Il-kostijiet totali jqisu l-kostijiet ta' darba biss, rikorrenti u inċidentali.

L-ammonti murija hawn huma l-kostijiet kumulattivi tal-prodott innifsu, għal tliet perjodi ta' parteċipazzjoni differenti. Dawn jinkludu penali potenzjali ta' ħruġ bikri. Iċ-ċifri jassumu li inti tinvesti [EUR 10 000 (JEW EUR 1 000 fis-sena għal PRIIPs bi primjum regolari)]. Iċ-ċifri huma stimi u jistgħu jinbidlu fil-futur.

Tabella 1

Il-kostijiet maż-żmien

Il-persuna li qed tbigħlek jew tagħtik pariri dwar dan il-prodott tista' tiċċarġjak kostijiet oħra. Jekk huwa hekk, din il-persuna tipprovdilek l-informazzjoni dwar dawn il-kostijiet, u turik l-impatt li l-kostijiet kollha se jkollhom fuq l-investiment tiegħek maż-żmien.

Image

Tabella 2

Preżentazzjoni tal-kostijiet

It-tabella t'hawn taħt turi:

l-impatt ta' kull sena tat-tipi differenti ta' kostijiet fuq ir-redditu tal-investiment li tista' tieħu fl-aħħar tal-perjodu ta' parteċipazzjoni rakkomandat;

it-tifsira tal-kategoriji tal-kostijiet differenti.

Image

Għall-PRIIPs li joffru firxa ta' għażliet ta' investiment, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jużaw tabella 1 u tabella 2 ta' dan l-Anness għall-preżentazzjoni tal-kostijiet u juru għal kull ċifra f'kull tabella, kif relevanti, il-firxa tal-kostijiet.