8.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/212
tas-7 ta' Frar 2017
li jaħtar il-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar, li jistabbilixxi responsabbiltajiet u kompiti supplimentari għal dan il-laboratorju u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) u (6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-kompiti, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (l-UE) għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali. Il-laboratorji ta' referenza tal-UE għas-saħħa tal-annimali u għall-annimali ħajjin huma elenkati fil-Parti II tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
S'issa għad m'hemmx laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar. Il-laboratorji ta' referenza tal-UE għandhom ikopru l-oqsma tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u tas-saħħa tal-annimali fejn huma meħtieġa riżultati analitiċi u dijanjostiċi preċiżi. It-tifqigħat tal-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar iwasslu għall-ħtieġa ta' riżultati analitiċi u dijanjostiċi preċiżi. |
(3) |
Fit-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni nediet sejħa għall-applikazzjonijiet biex tagħżel u taħtar laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar. Il-laboratorju magħżul “Centre de coopération internationale en recherche agronomique pour le développement (CIRAD)” għandu jinħatar bħala laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar. |
(4) |
Barra mill-funzjonijiet u d-dmirijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju magħżul għandu jiġi assenjat ċerti kompiti u responsabbiltajiet speċifiċi. Dawn jikkonċernaw b'mod partikolari l-kollaborazzjoni bejn il-laboratorji ta' referenza nazzjonali tal-Istati Membri biex jappoġġaw il-funzjonijiet tagħhom u jipprovdu metodi ottimi għad-dijanjożi tal-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar. |
(5) |
Għalhekk il-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandha tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-Centre de coopération internationale en recherche agronomique pour le développement (CIRAD), Montpellier, Franza jinħatar bħala laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar.
Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti supplimentari ta' dak il-laboratorju huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, qed jiżdied il-punt 20 li ġej:
“20. |
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar
Barra mill-funzjonijiet u d-dmirijiet ġenerali tal-laboratorji ta' referenza tal-UE fis-settur tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar għandu jkollu r-responsabbiltajiet u l-kompiti li ġejjin:
1. |
li jiżgura l-kollaborazzjoni bejn il-laboratorji ta' referenza nazzjonali tal-Istati Membri u jipprovdi metodi ottimi għad-dijanjożi tal-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar fil-bhejjem, speċifikament billi:
|
2. |
li jappoġġa l-funzjonijiet tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali tal-Istati Membri maħtura għad-dijanjożi tal-pesta tal-annimali ruminanti ż-żgħar, partikularment billi:
|
3. |
li jagħti l-informazzjoni u jwettaq taħriġ ulterjuri, partikolarment billi:
|