21.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/104
tad-19 ta' Ottubru 2016
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 (2) jistabbilixxi d-dettalji tad-dejta li trid tiġi rrapportata u jobbliga lill-kontropartijiet biex jiżguraw li d-dejta rappurtata tkun mifthiema bejn iż-żewġ partijiet għal negozju. |
(2) |
Huwa importanti wkoll li jiġi rikonoxxut li kontroparti ċentrali (CCP) taġixxi bħala parti f'kuntratt tad-derivattivi. Għaldaqstant meta kuntratt eżistenti jiġi sussegwentement ikklerjat minn CCP dan għandu jiġi rrappurtat bħala terminat u għandu jiġu rrappurtat il-kuntratt il-ġdid li jirriżulta mill-ikklerjar. |
(3) |
Meta kuntratt tad-derivattivi jkun magħmul minn taħlita ta' kuntratti tad-derivattivi, l-awtoritajiet kompetenti jridu jifhmu l-karatteristiċi ta' kull kuntratt tad-derivattivi konċernat. Billi jeħtieġ ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jifhmu l-kuntest kumplessiv, għandu jkun evidenti wkoll mir-rapport tat-tranżazzjoni li t-tranżazzjoni hija parti minn strateġija kumplessiva. Għalhekk, il-kuntratti tad-derivattivi li jirreletaw ma' taħlita ta' kuntratti ta' derivattivi għandhom jiġu rapportati f'partijiet separati għal kull kuntratt ta' derivattivi b'identifikatur intern biex ikun hemm rabta bejn il-partijiet. |
(4) |
Fil-każ ta' kuntratti ta' derivati magħmula minn taħlita ta' kuntratti ta' derivativi li għandhom jiġu rrapportati f'aktar minn rapport wieħed, jista' jkun diffiċli li wieħed jiddetermina kif l-informazzjoni relevanti dwar il-kuntratt għandhiex tiġi allokata bejn ir-rapporti u b'hekk kemm rapporti għandhom jiġu sottomessi. Għalhekk, il-kontropartijiet għandhom jaqblu dwar l-għadd ta' rapporti li għandhom jiġu sottomessi biex jirrappurtaw kuntratt bħal dan. |
(5) |
Sabiex jiġu mmonitorjati sew il-konċentramenti tar-riskji u r-riskju sistemiku, huwa kruċjali li jiġi żgurat li tiġi sottomessa lir-repożitorji tat-transazzjonijiet informazzjoni sħiħa u preċiża dwar l-iskopertura u l-kollateral skambjat bejn żewġ kontropartijiet. Għalhekk, huwa essenzjali li l-kontropartijiet jirrapportaw il-valwazzjonijiet tal-kuntratti tad-derivattivi skont metodoloġija komuni. Barra minn hekk, huwa daqstant ieħor importanti li jkun meħtieġ rappurtar tal-marġnijiet inizjali u ta' varjazzjoni depożitati u rċevuti. |
(6) |
Sabiex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni sħiħa dwar l-iskoperturi reali tal-kontropartijiet fil-kategoriji kollha tad-derivattivi, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tar-rappurtar b'rabta mad-dettalji tad-derivattivi ta' kreditu kif ukoll tal-kollateral skambjat bejn il-kontropartijiet. Barra minn hekk, sabiex il-partijiet li jkunu qed jirrappurtaw jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tar-rappurtar b'mod standardizzat u armonizzat, huma meħtieġa aktar kjarifiki fir-rigward tad-deskrizzjonijiet tal-kaxex eżistenti. |
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Huwa xieraq li jiġu emendati r-rekwiżiti tar-rappurtar fir-rigward id-dettalji tad-dejta li trid tiġi rrappurtata. Il-kontropartijiet u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom għalhekk jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji biex jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti emendati. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
(10) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Id-dettalji u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrapportati f'rapport wieħed. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, id-dettalji u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrappurtati f'rapporti separati meta japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-kontropartijiet f'kuntratt tad-derivattivi magħmul minn taħlita ta' kuntratti ta' derivattivi għandhom jaqblu, qabel l-iskadenza għar-rappurtar, fuq l-għadd ta' rapporti separati li għandhom jintbagħtu lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet b'rabta ma' dak il-kuntratt ta' derivattivi. Il-kontroparti li tirrapporta għandha torbot ir-rapporti separati, b'identifikatur li jkunn uniku fil-livell tal-kontroparti, mal-grupp tar-rapporti tat-tranżazzjoni skont il-kaxxa 14 fit-Tabella 2 ta' dan l-Anness.” |
(2) |
L-Artikoli 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 2 Negozjar ikklerjat 1. Meta kuntratt ta' derivattivi li d-dettalji tiegħu jkunu diġà ġew irrappurtati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi sussegwentement ikklerjat minn CCP, dak il-kuntratt għandu jiġi rapportat bħala terminat billi fil-kaxxa 93 fit-Tabella 2 tal-Anness tiġi speċifikata t-tip ta' azzjoni “Terminazzjoni Bikrija”, u għandhom jiġu rrappurtati l-kuntratti ġodda li jirriżultaw mill-ikklerjar. 2. Fejn kuntratt ikun konkluż kemm f'ċentru tan-negozjar kif ukoll ikklerjat fl-istess jum, għandhom jiġu rrappurtati biss il-kuntratti li jirriżultaw mill-ikklerjar. Artikolu 3 Rapportar tal-iskoperturi 1. Id-dejta dwar il-kollateral meħtieġ skont it-Tabella 1 tal-Anness għandha tinkludi kull kollateral depożitat u rċevut skont il-kaxex 21 sa 35 fit-Tabella 1 tal-Anness. 2. Meta kontroparti ma tikkollateralizzax fuq bażi ta' livell ta' tranżazzjoni, il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw għand repożitorju tat-tranżazzjonijiet il-kollateral depożitat u rċevut fuq bażi ta' portafoll skont il-kaxex 21 sa 35 fit-Tabella 1 tal-Anness. 3. Meta l-kollateral relatat ma' kuntratt jiġi rrappurtat fuq bażi ta' portafoll, il-kontroparti li tirrapporta għandha tirrapporta għand repożitorju tat-tranżazzjonijiet kodiċi li jidentifika l-portafoll marbut mal-kollateral rappurtat skont il-kaxxa 23 fit-Tabella 1 tal-Anness. 4. Kontropartijiet mhux finanzjarji minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mhumiex meħtieġa jirrapportaw il-kollateral, il-valwazzjoni skont is-suq, jew il-valwazzjoni skont mudell tal-kuntratti msemmija fit-Tabella 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament. 5. Għal kuntratti kklerjati minn CCP, il-kontroparti għandha tirrapporta l-valwazzjoni tal-kuntratt ipprovduta mis-CCP skont il-kaxex 17 sa 20 fit-Tabella 1 tal-Anness. 6. Għal kuntratti mhux ikklerjati minn CCP, il-kontroparti għandha tirrapporta, skont il-kaxex 17 sa 20 fit-Tabella 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, il-valwazzjoni tal-kuntratt imwettqa skont il-metodoloġija definita fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju nru 13 Kejl tal-Valur Ġust kif adottat mill-Unjoni u msemmi fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (*1). (*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).”" |
(3) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Ammont nozzjonali 1. L-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi msemmi fil-kaxxa 20 fit-Tabella 2 tal-Anness għandu jiġi speċifikat kif ġej:
2. Ir-rapport inizjali ta' kuntratt ta' derivattivi li l-ammont nozzjonali tiegħu jvarja maż-żmien għandu jispeċifika l-ammont nozzjonali kif applikabbli fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt tad-derivattivi.” |
(4) |
L-Artikolu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 Reġistru tar-rapportar Modifiki fid-dejta reġistrata għand ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jinżammu f'reġistru li jidentifika l-persuna jew persuni li talbu l-modifika, inkluż ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet innifsu jekk applikabbli, ir-raġuni jew ir-raġunijiet għal tali modifika, data u kronogramma u deskrizzjoni ċara tal-bidliet, inkluż il-kontenut l-antik u l-ġdid tad-dejta rilevanti kif stabbilit fil-kaxxa 93 fit-Tabella 2 tal-Anness.” |
(5) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Novembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 1)
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS
“ANNESS
Dettalji li għandhom jiġu rrapportati lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet
Tabella 1
Dejta tal-Kontroparti
|
Kaxxa |
Dettalji li għandhom jiġu rrapportati |
|
Partijiet fil-kuntratt |
|
1 |
Kronogramma tar-rapportar |
Data u ħin tar-rapportar lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
2 |
ID tal-Kontroparti li Tirrapporta |
Kodiċi uniku li jidentifika lill-kontroparti fil-kuntratt li qed tirrapporta. |
3 |
Tip ta' ID tal-Kontroparti l-oħra |
Tip ta' kodiċi użat biex jidentifika lill-Kontroparti l-oħra. |
4 |
ID tal-kontroparti l-oħra |
Kodiċi uniku li jidentifika lill-kontroparti l-oħra tal-kuntratt. Din il-kaxxa għandha timtela mill-perspettiva tal-kontroparti li tirrapporta. Fil-każ ta' individwu privat, għandu jintuża kodiċi tal-klijent b'mod konsistenti. |
5 |
Pajjiż tal-Kontroparti l-oħra |
Il-kodiċi tal-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-kontroparti l-oħra jew il-pajjiż tar-residenza f'każ li dik il-kontroparti l-oħra tkun persuna fiżika. |
6 |
Settur korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta. |
Natura tal-attivitajiet tal-kumpanija tal-kontroparti li tirrapporta. Jekk il-Kontroparti li Tirrapporta tkun Kontroparti Finanzjarja, din il-kaxxa għandu jkun fiha l-kodiċijiet meħtieġa kollha inklużi fit-Tassonomija għal Kontropartijiet Finanzjarji u li japplikaw għal dik il-Kontroparti. Jekk il-Kontroparti li Tirrapporta tkun Kontroparti Mhux Finanzjarja, din il-kaxxa għandu jkun fiha l-kodiċijiet meħtieġa kollha inklużi fit-Tassonomija għal Kontropartijiet Mhux Finanzjarji u li japplikaw għal dik il-Kontroparti. Meta tkun rappurtata aktar minn attività waħda, il-kodiċijiet għandhom jimtlew skont l-ordni tal-importanza relattiva tal-attivitajiet korrispondenti. |
7 |
Natura tal-kontroparti li tirrapporta. |
Indika jekk il-kontroparti li tirrapporta mhijiex CCP, kontroparti finanzjarja jew mhux finanzjarja jew tip ieħor ta' kontroparti skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 1 jew il-punti 1, 8 u 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
8 |
ID tas-sensar |
Fil-każ li sensar jaġixxi bħala intermedjarju għall-kontroparti li tirrapporta mingħajr ma jsir kontroparti huwa stess, il-kontroparti li tirrapporta għandha tidentifika lil dan is-sensar b'kodiċi uniku. |
9 |
ID tal-entità li qed tissottometti r-rapport |
Fil-każ li l-kontoparti li tirrapporta tkun iddelegat is-sottomissjoni tar-rapport lil parti terza jew lill-kontroparti l-oħra, din l-entità għandha tiġi identifikata b'kodiċi uniku f'din il-kaxxa. Inkella din il-kaxxa għandha titħalla vojta. |
10 |
ID tal-membru li jikklerja |
Fil-każ meta kuntratt tad-derivattivi jiġi kklerjat u l-kontroparti tar-rappurtar ma tkunx membru tal-ikklerjar hija stess, il-membru tal-ikklerjar li permezz tiegħu l-kuntratt tad-derivattivi jkun ikklerjat għandu jiġi identifikat f'din il-kaxxa b'kodiċi uniku. |
11 |
Tip ta' ID tal-Benefiċjarju |
Tip ta' kodiċi użat biex jidentifika lill-Benefiċjarji. |
12 |
ID tal-Benefiċjarju |
Il-parti soġġetta għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt. Meta t-tranżazzjoni titwettaq permezz ta' struttura, bħal trust jew fond, li tirrappreżenta għadd ta' benefiċjarji, dik l-istruttura għandha tkun identifikata bħala l-benefiċjarju. Meta l-benefiċjarju tal-kuntratt ma jkunx kontroparti f'dan il-kuntratt, il-kontroparti tar-rapportar trid tidentifika lil dan il-benefiċjarju b'kodiċi uniku jew, fil-każ ta' individwu privat, b'kodiċi tal-klijent b'mod konsistenti kif assenjat mill-entità ġuridika użata mill-individwu privat. |
13 |
Kapaċità tan-negozjar |
Tidentifika jekk il-kontraparti li qed tirrapporta kkonkludietx il-kuntratt bħala awtur għan-nom tagħha stess (f'isimha stess jew f'isem klijent) jew bħala aġent għan-nom ta' klijent u f'ismu. |
14 |
Naħa tal-kontroparti |
Tidentifika jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex xerrej jew bejjiegħ. |
15 |
B'rabta diretta ma' attività kummerċjali jew finanzjament tat-teżor |
Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex oġġettivament miżurabbli bħala marbut direttament mal-attività kummerċjali jew mal-finanzjament tat-teżor tal-kontroparti li tirrapporta, kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
16 |
Limitu tal-ikklerjar |
Informazzjoni dwar jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex qed taqbeż il-limitu tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
17 |
Valur tal-kuntratt |
Valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt, jew valwazzjoni skont mudell fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 648/2012. Il-valwazzjoni tas-CCP li trid tintuża għall-ikklerjar tan-negozju. |
18 |
Munita tal-valur |
Il-munita użata għall-valwazzjoni tal-kuntratt. |
19 |
Kronogramma tal-valwazzjoni |
Id-data u l-ħin tal-aħħar valwazzjoni Għal valwazzjoni skont is-suq għandhom jiġu rrappurtati d-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni tal-prezzijiet ta' referenza. |
20 |
Tip ta' valwazzjoni |
Indika jekk il-valwazzjoni twettqitx skont il-valur tas-suq, skont mudell jew ġietx ipprovduta mis-CCP. |
21 |
Kollateralizzazzjoni |
Indika jekk jeżistix ftehim ta' kollateral bejn il-kontropartijiet. |
22 |
Portafoll tal-kollateral |
Jekk il-kollateralizzazzjoni twettqitx fuq bażi ta' portafoll. Portafoll tfisser il-kollateral ikkalkulat fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn sett ta' kuntratti u mhux għal kull negozju. |
23 |
Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral |
Jekk il-kollaterali jiġi rrapportat fuq bażi ta' portafoll, il-portafoll għandu jiġi identifikat b'kodiċi uniku determinat mill-kontroparti li tirrapporta. |
24 |
Marġni inizjali depożitat |
Il-valur tal-marġni inizjali li l-kontroparti li tirrapporta tkun iddepożitat għand il-kontroparti l-oħra. Meta l-marġni inizjali jiġi ddepożitat fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valuri kumplessiv tal-marġni inizjali depożitat għall-portafoll. |
25 |
Il-munita tal-marġni inizjali depożitat |
Speċifika l-munita tal-marġni inizjali depożitat |
26 |
Marġni tal-varjazzjoni depożitat |
Il-valur tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat, inkluż il-flus saldati, mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra. Meta l-marġni tal-varjazzjoni jiġi ddepożitat fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat għall-portafoll. |
27 |
Munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat |
Speċifika l-munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat |
28 |
Marġni inizjali riċevut |
Il-valur tal-marġni inizjali riċevut mill-kontroparti li tirrapporta mingħand il-kontroparti l-oħra. Meta l-marġni inizjali jiġi rċevut fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni inizjali rċevut għall-portafoll. |
29 |
Munita tal-marġni inizjali riċevut |
Speċifika l-munita tal-marġni inizjali riċevut |
30 |
Marġni tal-varjazzjoni riċevut |
Il-valur tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut, inkluż il-flus saldati, mill-kontroparti li tirrapporta mingħand il-kontroparti l-oħra. Meta l-marġni tal-varjazzjoni jiġi rċevut fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni tal-varjazzjoni rċevut għall-portafoll. |
31 |
Munita tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut |
Speċifika l-munita tal-marġni ta' varjazzjoni riċevut |
32 |
Kollateral tal-eċċess depożitat |
Valur tal-kollateral depożitat f'eċċess tal-kollateral meħtieġ. |
33 |
Munita tal-kollateral f'eċċess depożitat |
Speċifika l-munita tal-kollateral eċċessiv depożitat. |
34 |
Kollateral f'eċċess irċevut |
Il-valur tal-kollateral irċevut f'eċċess ta' dak meħtieġ. Kollateral |
35 |
Munita tal-kollateral f'eċċess irċevut |
Speċifika l-munita tal-kollateral eċċessiv irċevut. |
Tabella 2
Dejta Komuni
|
Kaxxa |
Dettalji li għandhom jiġu rrapportati |
Tipi applikabbli ta' kuntratti ta' derivattivi |
||||||||||||||||
|
Taqsima 2a — Tip ta' kuntratt |
|
Il-kuntratti kollha |
||||||||||||||||
1 |
Tip ta' kuntratt |
Kull kuntratt rappurtat għandu jiġi klassifikat skont it-tip tiegħu. |
|
||||||||||||||||
2 |
Klassi tal-assi |
Kull kuntratt rappurtat għandu jiġi klassifikat skont il-klassi tal-assi li huwa bbażat fuqu. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2b — Informazzjoni dwar il-kuntratt |
|
Il-kuntratti kollha |
||||||||||||||||
3 |
Tip ta' klassifikazzjoni tal-prodott |
It-tip ta' klassifikazzjoni tal-prodott rilevanti. |
|
||||||||||||||||
4 |
Klassifikazzjoni tal-prodott |
Għal prodotti identifikati permezz tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) jew tal-Identifikatur Alternattiv tal-Istrument (AII), għandu jkun speċifikat il-kodiċi tal-Klassifikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji (CFI). Għal prodotti li għalihom mhumiex disponibbli ISIN jew AII, għandu jiġi speċifikat Identifikatur Uniku tal-Prodott (UPI) approvat. Sakemm jiġi approvat UPI dawk il-prodotti għandhom jiġu kklassifikati b'kodiċi CFI. |
|
||||||||||||||||
5 |
Tip ta' identifikazzjoni tal-prodott |
It-tip ta' identifikazzjoni tal-prodott rilevanti. |
|
||||||||||||||||
6 |
Identifikazzjoni tal-prodott |
Il-prodott għandu jiġi identifikat permezz ta' ISIN jew AII. L-AII għandu jintuża jekk prodott jiġi nnegozjat f'ċentru tan-negozjar kklassifikat bħala AII fir-reġistru ppubblikat fis-sit elettroniku tal-ESMA u stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (2). L-AII għandu jintuża biss sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
||||||||||||||||
7 |
Tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti |
It-tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti rilevanti. |
|
||||||||||||||||
8 |
Identifikazzjoni tas-sottostanti |
Is-sottostanti dirett għandu jiġi identifikat bl-użu ta' identifikatur uniku għal dan is-sottostanti abbażi tat-tip tiegħu. L-AII għandu jintuża biss sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Għal swaps tal-Inadempjenza ta' Kreditu, għandu jiġi pprovdut l-ISIN tal-obbligu ta' referenza. Fil-każ ta' basktijiet magħmula, fost l-oħrajn, minn strumenti finanzjarji negozjati f'ċentru tan-negozjar, l-istrumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar biss għandhom jiġu speċifikati. |
|
||||||||||||||||
9 |
Munita nozzjonali 1 |
Il-munita tal-ammont nozzjonali. Fil-każ ta' kuntratt ta' derivattivi tar-rata tal-imgħax jew tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment 1. |
|
||||||||||||||||
10 |
Munita nozzjonali 2 |
Il-munita tal-ammont nozzjonali. Fil-każ ta' kuntratt ta' derivattivi tar-rata tal-imgħax jew tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment 2. |
|
||||||||||||||||
11 |
Munita konsenjabbli |
Il-munita li se tiġi kkonsenjata. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2c — Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
|
Il-kuntratti kollha |
||||||||||||||||
12 |
ID tan-negozjar |
Sakemm isir disponibbli UTI, ID Uniku tan-Negozjar miftiehem mal-kontroparti l-oħra. |
|
||||||||||||||||
13 |
In-numru tal-intraċċar tar-rapport |
Numru uniku għall-grupp ta' rapporti li jikkonċernaw l-istess eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' derivattivi. |
|
||||||||||||||||
14 |
ID tal-komponent tan-negozjar kumpless |
Identifikatur, intern tad-ditta li tirrapporta, biex jidentifika u jorbot ir-rapporti kollha relatati mal-istess kuntratt ta' derivattivi magħmul minn taħlita ta' kuntratti ta' derivattivi. Il-kodiċi jrid ikun uniku fil-livell tal-kontroparti għall-grupp tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta' derivattivi. Din il-kaxxa hija applikabbli biss meta ditta teżegwixxi kuntratt ta' derivattivi magħmul minn żewġ kuntratti ta' derivattivi jew aktar u meta dan il-kuntratt ma jkunx jista' jiġi rapportat b'mod xieraq f'rapport wieħed. |
|
||||||||||||||||
15 |
Ċentru tal-eżekuzzjoni |
Iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat b'kodiċi uniku għal dan iċ-ċentru. Meta kuntratt ikun ġie konkluż OTC u l-istrument rispettiv ikun ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar, għandu jintuża l-kodiċi MIC “XOFF”. Meta kuntratt ikun ġie konkluż OTC u l-istrument rispettiv ma jkunx ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar, għandu jintuża l-kodiċi MIC “XXXX”. |
|
||||||||||||||||
16 |
Kompressjoni |
Tidentifika jekk il-kuntratt jirriżultax minn operazzjoni ta' kompressjoni, kif definit fl-Artikolu 2(1) 47 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
|
||||||||||||||||
17 |
Prezz/rata |
Il-prezz għal kull derivattiv ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax dovuti. |
|
||||||||||||||||
18 |
Notazzjoni tal-prezz |
Il-mod li bih huwa espress il-prezz. |
|
||||||||||||||||
19 |
Munita tal-prezz |
Il-munita li fiha jkun denominat il-Prezz/ir-rata. |
|
||||||||||||||||
20 |
Nozzjonali |
L-ammont ta' referenza li minnu jiġu determinati l-ħlasijiet kuntrattwali. F'każ ta' terminazzjonijiet parzjali, amortizzamenti u fil-każ ta' kuntratti fejn in-nozzjonali, minħabba l-karatteristiċi tal-kuntratt, ivarja maż-żmien, din tirrifletti n-nozzjonali li jifdal wara li tkun saret il-bidla. |
|
||||||||||||||||
21 |
Multiplikatur tal-prezz |
L-għadd ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju li jkunu inklużi f'lot ta' negozjar; pereżempju, l-għadd ta' derivattivi rappreżentati mill-kuntratt. |
|
||||||||||||||||
22 |
Kwantità |
L-għadd ta' kuntratti inklużi fir-rapport. Għal imħatri fuq il-firxiet, il-kwantità għandha tkun il-valur monetarju milgħub għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti dirett. |
|
||||||||||||||||
23 |
Pagament bil-quddiem |
L-ammont ta' kwalunkwe pagament bil-quddiem li tkun għamlet jew irċeviet il-kontroparti tar-rapportar. |
|
||||||||||||||||
24 |
Tip ta' konsenja |
Tindika jekk il-kuntratt humiex saldat fiżikament jew fi flus. |
|
||||||||||||||||
25 |
Kronogramma tal-eżekuzzjoni |
Data u ħin ta' meta ġie eżegwit il-kuntratt. |
|
||||||||||||||||
26 |
Data effettiva |
Data meta jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt. |
|
||||||||||||||||
27 |
Data tal-maturità |
Data oriġinali tal-iskadenza tal-kuntratt rapportat. Terminazzjoni bikrija ma għandhiex tiġi rrapportata f'din il-kaxxa. |
|
||||||||||||||||
28 |
Data tat-terminazzjoni |
Data tat-terminazzjoni fil-każ ta' terminazzjoni bikrija ta' kuntratt rappurtat. |
|
||||||||||||||||
29 |
Data tas-saldu |
Data tas-saldu tas-sottostanti. Jekk ikun hemm iżjed minn waħda, tista' tintuża aktar minn kaxxa waħda. |
|
||||||||||||||||
30 |
Tip ta' Ftehim Prinċipali |
Referenza għal kwalunkwe ftehim prinċipali, jekk jeżistu (pereż. Ftehim Prinċipali ISDA; Ftehim Prinċipali tax-Xiri u l-Bejgħ tal-Enerġija; Ftehim Prinċipali ForEx Internazzjonali; Ftehim Prinċipali Ewropew jew kwalunkwe Ftehim Prinċipali lokali). |
|
||||||||||||||||
31 |
Verżjoni tal-Ftehim Prinċipali |
Referenza għas-sena tal-verżjoni tal-ftehim prinċipali użata għan-negozju rapportat, jekk applikabbli (pereż. 1992, 2002, eċċ.). |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2d — Mitigazzjoni tar-riskju/Rappurtar |
|
Il-kuntratti kollha |
||||||||||||||||
32 |
Kronogramma tal-konferma |
Id-data u l-ħin tal-konferma, kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (4). |
|
||||||||||||||||
33 |
Mezzi tal-konferma |
Jekk il-kuntratt ġiex ikkonfermat elettronikament, mhux elettronikament jew għadu ma ġiex ikkonfermat. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2e — Ikklerjar |
|
Il-kuntratti kollha |
||||||||||||||||
34 |
Obbligu tal-ikklerjar |
Tindika, jekk il-kuntratt rapportat jappartjenix għal klassi ta' derivattivi OTC li kienu ġew iddikjarati soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar u fejn iż-żewġ kontropartijiet tal-kuntratt huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, fil-mument tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. |
|
||||||||||||||||
35 |
Ikklerjat |
Tindika jekk l-ikklerjar seħħx. |
|
||||||||||||||||
36 |
Kronogramma tal-ikklerjar |
Ħin u data meta seħħ l-ikklerjar. |
|
||||||||||||||||
37 |
CCP |
F'każ ta' kuntratt li ġie kklerjat, il-kodiċi uniku tas-CCP li kklerja l-kuntratt. |
|
||||||||||||||||
38 |
Intragrupp |
Jindika jekk il-kuntratt ġiex iffirmat bħala tranżazzjoni intragrupp, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2f — Rati tal-imgħax |
|
Derivattivi tar-rati tal-imgħax |
||||||||||||||||
39 |
Rata fissa tas-segment 1 |
Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment 1 użata, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
40 |
Rata fissa tas-segment 2 |
Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment 2 użata, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
41 |
Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 1 |
L-għadd ta' ġranet reali fil-perjodu tal-kalkolu tal-pagatur b'rata fissa rilevanti tas-segment 1, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
42 |
Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 2 |
L-għadd ta' ġranet reali fil-perjodu tal-kalkolu tal-pagatur b'rata fissa rilevanti tas-segment 2, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
43 |
Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — perjodu ta' żmien |
Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti għar-rata fissa tas-segment 1, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
44 |
Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — multiplikatur |
Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 1, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
45 |
Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — perjodu ta' żmien |
Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
46 |
Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — multiplikatur |
Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
47 |
Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien |
Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
48 |
Frekwenza ta' pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur |
Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
49 |
Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien |
Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
50 |
Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur |
Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
51 |
Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien |
Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
52 |
Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur |
Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
53 |
Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien |
Il-perjodu ta' żmien tal-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
54 |
Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur |
Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
55 |
Rata varjabbli tas-segment 1 |
Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu risettjati f'intervalli predeterminati b'referenza għal rata ta' referenza tas-suq, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
56 |
Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien |
Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 1. |
|
||||||||||||||||
57 |
Il-perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur |
Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 1. |
|
||||||||||||||||
58 |
Rata varjabbli tas-segment 2 |
Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu risettjati f'intervalli predeterminati b'referenza għar-rata ta' referenza tas-suq, jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
59 |
Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien |
Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 2. |
|
||||||||||||||||
60 |
Il-perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur |
Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 2. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2 g — Kambju |
|
Derivattivi tal-munita |
||||||||||||||||
61 |
Munita 2 tal-konsenja |
Il-kontro munita, jekk differenti mill-munita tal-konsenja. |
|
||||||||||||||||
62 |
Rata 1 tal-kambju |
Ir-rata tal-kambju fid-data u l-ħin ta' meta ġie konkluż il-kuntratt. Din għandha tiġi espressa bħala prezz ta' munita bażi fil-munita kwotata. |
|
||||||||||||||||
63 |
Rata tal-kambju forward |
Ir-rata tal-kambju forward kif miftiehem bejn il-kontropartijiet fil-ftehim kuntrattwali. Din għandha tkun espressa bħala prezz ta' munita bażi fil-munita kwotata. |
|
||||||||||||||||
64 |
Bażi tar-rata tal-kambju |
Bażi tal-kwotazzjoni għar-rata tal-kambju. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2h — Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet |
|
Derivattivi tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet |
||||||||||||||||
|
Ġenerali |
|
|
||||||||||||||||
65 |
Bażi tal-komodità |
Tindika t-tip ta' komodità sottostanti l-kuntratt. |
|
||||||||||||||||
66 |
Dettalji tal-komodità |
Id-dettalji tal-komodità partikolari lil hinn mill-kaxxa 65. |
|
||||||||||||||||
|
Enerġija |
Il-kaxex 67–77 japplikaw biss għal kuntratti tad-derivattivi relatati mal-gass naturali u mal-elettriku konsenjati fl-Unjoni. |
|
||||||||||||||||
67 |
Post jew żona tal-konsenja |
Punt(i) tal-konsenja taż-żona/i tas-suq. |
|
||||||||||||||||
68 |
Punt ta' Interkonnessjoni |
Identifikazzjoni tal-fruntiera/i jew punt(i) tul il-fruntiera/i ta' kuntratt ta' trasport. |
|
||||||||||||||||
69 |
Tip ta' tagħbija |
Identifikazzjoni tal-profil tal-konsenja. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima repetibbli tal-kaxex 70 — 77 |
|
|
||||||||||||||||
70 |
Intervalli tal-konsenja tat-tagħbija |
L-intervall ta' ħin għal kull blokka jew għamla. |
|
||||||||||||||||
71 |
Data u ħin ta' meta tibda l-konsenja |
Id-data u l-ħin tal-bidu tal-konsenja. |
|
||||||||||||||||
72 |
Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja |
Id-data u l-ħin ta' meta tispiċċa l-konsenja. |
|
||||||||||||||||
73 |
Tul ta' żmien |
Kemm iddum il-konsenja. |
|
||||||||||||||||
74 |
Jiem tal-Ġimgħa |
Il-jiem tal-ġimgħa tal-konsenja |
|
||||||||||||||||
75 |
Kapaċità tal-konsenja |
Il-kapaċità tal-konsenja għal kull intervall ta' konsenja speċifikat fil-kaxxa 70. |
|
||||||||||||||||
76 |
Unità tal-Kwantità |
Kwantità ta' kuljum jew ta' kull siegħa f'MWh jew kWh/d li tikkorrispondi għall-komodità sottostanti. |
|
||||||||||||||||
77 |
Prezz tal-kwantitajiet skont intervall tal-ħin |
Jekk japplika, il-prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta' żmien tal-konsenja. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2i — Opzjonijiet |
|
Kuntratti li fihom opzjoni |
||||||||||||||||
78 |
Tip ta' opzjoni |
Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex eżerċitabbli (dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (dritt ta' bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk jistax jiġi ddeterminat huwiex eżerċitabbli jew put fil-ħin tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi.
|
|
||||||||||||||||
79 |
Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni |
Tindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'sensiela ta' dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-kuntratt (Stil Amerikan). |
|
||||||||||||||||
80 |
Prezz tal-eżerċitar (rata massima/minima) |
Il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni. |
|
||||||||||||||||
81 |
Notazzjoni tal-prezz tal-eżerċitar |
Il-mod li bih jiġi espress il-prezz. |
|
||||||||||||||||
82 |
Data tal-maturità tas-sottostanti |
F'każ ta' swapzjonijiet, id-data tal-maturità tal-iswap sottostanti. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2j — Derivattivi ta' kreditu |
|
|
||||||||||||||||
83 |
Superjorità |
Informazzjoni dwar is-superjorità f'każ ta' kuntratt fuq indiċi jew fuq entità b'isem wieħed. |
|
||||||||||||||||
84 |
Entità ta' referenza |
Identifikazzjoni tal-entità ta' referenza sottostanti. |
|
||||||||||||||||
85 |
Frekwenza tal-pagamenti |
Il-frekwenza tal-pagamenti tar-rata tal-imgħax jew tal-kupun. |
|
||||||||||||||||
86 |
Bażi tal-kalkolu |
Il-bażi tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax. |
|
||||||||||||||||
87 |
Serje |
In-numru tas-serje tal-kompożizzjoni tal-indiċi jekk applikabbli. |
|
||||||||||||||||
88 |
Verżjoni |
Verżjoni ġdida ta' serje tinħareġ jekk wieħed mill-kostitwenti isir inadempjenti u l-indiċi jkollu jiġi ponderat mill-ġdid biex jitqies l-għadd il-ġdid tal-kostitwenti totali fl-indiċi. |
|
||||||||||||||||
89 |
Fattur tal-indiċi |
Il-fattur li għandu jiġi applikat lin-Nozzjonali (Kaxxa 20) biex jaġġustah għall-eventi ta' kreditu kollha preċedenti f'dik serje tal-indiċi. Iċ-ċifra tvarja bejn 0 u 100. |
|
||||||||||||||||
90 |
Segment |
Indikazzjoni dwar jekk kuntratt tad-derivattivi huwiex segmentat. |
|
||||||||||||||||
91 |
Punt tal-attakkament |
Il-punt li fih it-telf fil-pula se jintrabat ma' segment partikolari. |
|
||||||||||||||||
92 |
Punt tal-attakkament |
Il-punt li lil hinn minnu t-telf ma jaffettwax is-segment partikolari. |
|
||||||||||||||||
|
Taqsima 2k — Modifiki fil-kuntratt |
|
|
||||||||||||||||
93 |
Tip ta' azzjoni |
Jekk ir-rapport fihx:
|
|
||||||||||||||||
94 |
Livell |
Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport qigħedx isir fuq livell ta' negozjar jew ta' pożizzjoni. Rapport fil-livell ta' pożizzjoni jista' jintuża biss bħala suppliment għal rapportar fil-livell ta' negozjar biex jirrappurta eventi ta' wara n-negozjar u biss jekk in-negozji individwali fi prodotti funġibbli ġew sostitwiti minn din il-pożizzjoni. |
|
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012(ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).”