16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2356

tal-15 ta' Diċembru 2017

dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Awstralja fir-rigward tal-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Awwissu 2016, l-Awstralja ppreżentat rapport li jagħti d-dettalji tar-riżultati tal-kalkoli tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift fl-Awstralja. Fl-Awstralja, ir-reġjuni statistiċi li joqorbu l-iktar lejn id-deskrizzjoni tar-reġjuni tal-klassifikazzjoni NUTS 2 huma l-istati. Għaldaqstant l-istimi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra twettqu fil-livell tal-istati Awstraljani.

(2)

Wara li eżaminat ir-rapport ippreżentat mill-Awstralja, il-Kummissjoni tqis li dan jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE li jippermettu lil pajjiż terz juża valuri tipiċi għal żona ġeografika iżgħar (l-istati Awstraljani) minn dik użata fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti: id-dejta li hemm f'dan ir-rapport tirreferi għal emissjonijiet mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola (iż-żrieragħ żejtnija tal-lift); l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift huma mistennija li jkunu anqas minn jew ugwali għall-emissjonijiet li kienu preżunti fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti rilevanti; u li dawn l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra ġew irrappurtati lill-Kummissjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni tqis li fir-rapport li l-Awstralja ppreżentat għar-rikonoxximent fit-22 ta' Awwissu 2016 hemm dejta preċiża għall-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift prodotti fl-istati tal-Awstralja, li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-klassifikazzjoni NUTS 2, għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE. Deskrizzjoni fil-qosor tad-dejta li tinsab fir-rapport tingħata fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' 5 snin. Jekk il-kontenut jew iċ-ċirkostanzi tar-rapport, kif ippreżentat għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni fit-22 ta' Awwissu 2016, jinbidlu b'xi mod li jista' jaffettwa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent stabbiliti fl-Artikolu 1, dawn il-bidliet għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bl-għan li tistabbilixxi jekk id-dejta fir-rapport għadhiex preċiża.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tista' tiġi rrevokata mill-Kummissjoni jekk jintwera b'mod ċar li d-dejta li hemm fir-rapport ma għadhiex preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift prodotti fl-Awstralja.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


ANNESS

L-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-lift fl-Istati tal-Awstralja (tunnellata CO2-eq/tunnellata taż-żrieragħ tal-lift abbażi tal-materja niexfa)

Stat

N2O fil-ħamrija

Residwi fl- għelejjel

Manifattura

Użu tal- fjuwil

Ġir

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Pestiċida

New South Wales (dryland)

0,046

0,005

0,115

0,195

0,023

0,079

0,035

0,001

0,500

New South Wales (irrigated)

0,276

0,123

0,115

0,275

0,006

0,096

0,053

0,001

0,944

New South Wales

0,051

0,008

0,115

0,197

0,023

0,079

0,036

0,001

0,509

Victoria (dryland)

0,026

0,005

0,113

0,192

0,020

0,078

0,035

0,001

0,470

Victoria (irrigated)

0,271

0,121

0,113

0,268

0,005

0,091

0,052

0,001

0,922

Victoria

0,030

0,007

0,113

0,193

0,019

0,078

0,035

0,001

0,476

Queensland

0,076

0,008

0,118

0,188

0,006

0,351

0,034

0,003

0,784

South Australia

0,013

0,002

0,113

0,184

0,013

0,080

0,034

0,001

0,439

Western Australia

0,013

0,002

0,112

0,237

0,032

0,079

0,034

0,002

0,511

Tasmania

0,270

0,121

0,107

0,265

0,012

0,138

0,052

0,002

0,967

L-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ tal-lift fl-Istati tal-Awstralja (g CO2-eq / MJ FAME)

Stat

N2O fil-ħamrija

Residwi fl-għelejjel

Manifattura

Użu tal-fjuwil

Ġir

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Pestiċida

New South Wales (dryland)

1,766

0,192

4,414

7,485

0,883

3,032

1,343

0,038

19

New South Wales (irrigated)

10,594

4,721

4,414

10,555

0,23

3,685

2,034

0,038

36

New South Wales

1,958

0,307

4,414

7,561

0,883

3,032

1,382

0,038

20

Victoria (dryland)

0,998

0,192

4,337

7,37

0,768

2,994

1,343

0,038

18

Victoria (irrigated)

10,402

4,644

4,337

10,287

0,192

3,493

1,996

0,038

35

Victoria

1,151

0,269

4,337

7,408

0,729

2,994

1,343

0,038

18

Queensland

2,917

0,307

4,529

7,216

0,230

13,472

1,305

0,115

30

South Australia

0,499

0,077

4,337

7,062

0,499

3,071

1,305

0,038

17

Western Australia

0,499

0,077

4,299

9,097

1,228

3,032

1,305

0,077

20

Tasmania

10,363

4,644

4,107

10,171

0,461

5,297

1,996

0,077

37