17.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/1 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1442
tal-31 ta' Lulju 2017
li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-impjanti kbar tal-kombustjoni
(notifikata bid-dokument C(2017) 5225)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f'kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jeċċedux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-BAT. |
(2) |
Fl-20 ta' Ottubru 2016, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 (2) għadda lill-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għall-impjanti kbar tal-kombustjoni. Din l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku. |
(3) |
Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta' dak id-dokument ta' referenza tal-BAT. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.
ANNESS
KONKLUŻJONIJIET TAL-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT)
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet segwenti speċifikati fl-Anness I għad-Direttiva 2010/75/UE:
— |
1.1: Il-kombustjoni tal-karburanti f'installazzjonijiet b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' 50 MW jew aktar, biss meta din l-attività sseħħ f'impjanti ta' kombustjoni b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' 50 MW jew aktar. |
— |
1.4: Il-gassifikazzjoni tal-faħam jew ta' karburanti oħrajn f'installazzjonijiet b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' 20 MW jew aktar, biss meta din l-attività tkun assoċjata direttament ma' impjant ta' kombustjoni. |
— |
5.2.: Ir-rimi jew l-irkupru tal-iskart f'impjanti ta' koinċinerazzjoni tal-iskart għal skart mhux perikoluż b'kapaċità li teċċedi t-3 tunnellati fis-siegħa jew għall-iskart perikoluż b'kapaċità li teċċedi l-10 tunnellati kuljum, biss meta din l-attività sseħħ f'impjanti ta' kombustjoni koperti taħt il-punt 1.1 hawn fuq. |
B'mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru l-attivitajiet upstream u downstream assoċjati direttament mal-attivitajiet imsemmija qabel, inklużi t-tekniki ta' prevenzjoni u kontroll tal-emissjonijiet applikati.
Il-karburanti kkunsidrati f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma kwalunkwe materjal kombustibbli solidu, likwidu u/jew gassuż, inklużi:
— |
karburanti solidi (eż. faħam, linjite, pit); |
— |
bijomassa (kif definita fl-Artikolu 3(31) tad-Direttiva 2010/75/UE); |
— |
karburanti likwidi (eż. żejt karburanti tqil u żejt tal-gass); |
— |
karburanti gassużi (eż. gass naturali, gass li jkun fih l-idroġenu u gass sintetiku); |
— |
karburanti speċifiċi għall-industrija (eż. prodotti sekondarji mill-industriji tal-kimika u tal-ħadid u l-azzar); |
— |
skart minbarra skart muniċipali mħallat kif definit fl-Artikolu 3(39) u minbarra skart ieħor elenkat fl-Artikolu 42(2)(a)(ii) u (iii) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx dawn li ġejjin:
— |
il-kombustjoni ta' karburanti f'unitajiet b'kapaċità termali kklassifikata ta' inqas minn 15-il MW; |
— |
l-impjanti tal-kombustjoni li jibbenifikaw mid-deroga għal tul ta' ħajja limitat jew għal tisħin distrettwali kif stabbilit fl-Artikoli 33 u 35 tad-Direttiva 2010/75/UE, sakemm jiskadu d-derogi stabbiliti fil-permessi tagħhom, għal dak li jikkonċerna l-BAT-AELs għall-inkwinanti koperti mid-deroga, kif ukoll għal inkwinanti oħrajn li l-emissjonijiet tagħhom kienu jitnaqqsu mill-miżuri tekniċi mwarrba mid-deroga; |
— |
il-gassifikazzjoni tal-karburanti, meta din ma tkunx assoċjata direttament mal-kombustjoni tal-gass sintetiku li jirriżulta; |
— |
il-gassifikazzjoni tal-karburanti u l-kombustjoni sussegwenti tal-gass sintetiku meta dawn ma jkunux assoċjati direttament mar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass; |
— |
l-attivitajiet upstream u downstream mhux assoċjati direttament mal-attivitajiet ta' kombustjoni jew gassifikazzjoni; |
— |
il-kombustjoni fi fran jew ħiters tal-ipproċessar; |
— |
il-kombustjoni f'impjanti tal-post-kombustjoni; |
— |
l-ivvampjar; |
— |
il-kombustjoni f'bojlers ta' rkupru u berners ta' kubrit ridott totali fl-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta, hekk kif din hija koperta mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta u tal-kartun; |
— |
il-kombustjoni tal-karburanti tar-raffinerija fis-sit tar-raffinerija, hekk kif din hija koperta mill-konklużjonijiet tal-BAT għar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass; |
— |
ir-rimi jew l-irkupru tal-iskart fi:
hekk kif din hija koperta mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-inċinerazzjoni tal-iskart. |
Konklużjonijiet oħrajn tal-BAT u dokumenti ta' referenza oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:
— |
Sistemi Komuni ta' Trattament/Ġestjoni tal-Ilma Mormi u tal-Gass ta' Skart fis-Settur tal-Kimika (CWW) |
— |
Serje ta' BREF kimiku (LVOC, eċċ.) |
— |
Ekonomija u Effetti Transmedjali (ECM) |
— |
Emissjonijiet mill-Ħażna (EFS) |
— |
L-Effiċjenza Enerġetika (ENE) |
— |
Is-Sistemi Industrijali tat-Tkessiħ (ICS) |
— |
Il-Produzzjoni tal-Ħadid u tal-Azzar (IS) |
— |
Il-Monitoraġġ ta' Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma minn installazzjonijiet IED (ROM) |
— |
Il-Produzzjoni ta' Polpa, Karta u Kartun (PP) |
— |
Ir-Raffinar taż-Żejt Minerali u tal-Gass (REF) |
— |
L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI) |
— |
It-Trattament tal-Iskart (WT) |
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Terminu użat |
Definizzjoni |
||||
Termini ġenerali |
|||||
Bojler |
Kwalunkwe impjant ta' kombustjoni bl-eċċezzjoni ta' magni, turbini tal-gass u fran jew ħiters tal-ipproċessar |
||||
Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat (CCGT) |
CCGT hija impjant ta' kombustjoni fejn jintużaw żewġ ċikli termodinamiċi (jiġifieri ċ-ċikli Brayton u Rankine). F'CCGT, is-sħana mill-gass li joħroġ mit-tromba ta' ċumnija ta' turbina tal-gass (li topera skont iċ-ċiklu ta' Brayton sabiex tipproduċi l-elettriku) tiġi kkonvertita f'enerġija utli f'ġeneratur tal-fwar tal-irkupru tas-sħana (HRSG), fejn hija tintuża sabiex tiġġenera l-fwar, li mbagħad tespandi f'turbina tal-fwar (li topera skont iċ-ċiklu Rankine sabiex tipproduċi elettriku addizzjonali). Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, CCGT tinkludi konfigurazzjonijiet kemm bi ħruq supplimentari tal-HRSG kif ukoll mingħajru |
||||
Impjant ta' kombustjoni |
Kwalunkwe apparat tekniku fejn jiġu ossidizzati l-karburanti sabiex tintuża s-sħana li tiġi ġġenerata. Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, kombinazzjoni fformata minn:
titqies bħala impjant ta' kombustjoni wieħed. Sabiex tiġi kkalkolata l-kapaċità termali kklassifikata totali ta' kombinazzjoni bħal din, għandhom jiżdiedu flimkien il-kapaċitajiet tal-impjanti ta' kombustjoni individwali kollha kkonċernati, li għandhom kapaċità termali kklassifikata ta' mill-inqas 15-il MW |
||||
Unità tal-kombustjoni |
Impjant ta' kombustjoni individwali |
||||
Kejl kontinwu |
Kejl li jsir bl-użu ta' sistema tal-kejl awtomatizzata installata b'mod permanenti fis-sit |
||||
Skariku dirett |
Skariku (lejn korp tal-ilma riċeventi) fil-punt fejn l-emissjoni tħalli l-installazzjoni mingħajr trattament tul il-katina ulterjuri |
||||
Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) |
Sistema komposta minn teknika ta' eliminazzjoni waħda jew kombinazzjoni ta' tekniki ta' eliminazzjoni bl-iskop li jitnaqqas il-livell ta' SOX li joħroġ minn impjant ta' kombustjoni |
||||
Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) — eżistenti |
Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) li mhijiex sistema ta' FGD ġdida |
||||
Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) — ġdida |
Sistema ta' desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD) f'impjant ġdid jew sistema ta' FGD li tinkludi mill-inqas teknika ta' eliminazzjoni waħda introdotta jew kompletament sostitwita f'impjant eżistenti wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT |
||||
Żejt tal-gass |
Kwalunkwe karburant likwidu li ġej minn żejt mhux maħdum li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 2710 19 25 , 2710 19 29 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 17 jew 2710 20 19 . Jew kwalunkwe karburant likwidu li ġej minn żejt mhux maħdum, li inqas minn 65 % tal-volum tiegħu (inkluż it-telf) jiddistilla f'temperatura ta' 250 °C u li tal-anqas 85 % tal-volum tiegħu (inkluż it-telf) jiddistilla f'temperatura ta' 350 °C bil-metodu ASTM D86 |
||||
Żejt karburanti tqil (heavy fuel oil — HFO) |
Kwalunkwe karburant likwidu li ġej minn żejt mhux maħdum li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 2710 19 51 sa 2710 19 68 , 2710 20 31 , 2710 20 35 , 2710 20 39 . Kwalunkwe karburant likwidu li ġej minn żejt mhux maħdum, minbarra ż-żejt tal-gass li, minħabba l-limiti tad-distillazzjoni tiegħu, jaqa' fi ħdan il-kategorija ta' żjut tqal maħsuba għall-użu bħala karburant u li inqas minn 65 % tal-volum tiegħu (inkluż it-telf) jiddistilla f'temperatura ta' 250 °C bil-metodu ASTM D86. Jekk id-distillazzjoni ma tkunx tista' tiġi stabbilità bil-metodu ASTM D86, il-prodott taż-żejt mhux maħdum jiġi kkategorizzat ukoll bħala żejt karburant tqil |
||||
Effiċjenza elettrika netta (unità ta' kombustjoni u IGCC) |
Il-proporzjon bejn il-produzzjoni elettrika netta (l-elettriku prodott fuq in-naħa tal-vultaġġ għoli tat-trasformatur ewlieni nieqes l-enerġija importata — eż. għall-konsum tas-sistemi awżiljarji) u d-dħul tal-enerġija minn karburant/materja prima (bħala l-valur tat-tisħin aktar baxx ta' karburant/materja prima) fil-konfini tal-unità ta' kombustjoni fuq perjodu ta' żmien partikolari |
||||
Effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta |
Il-proporzjon bejn l-enerġija mekkanika fl-akkoppjar tat-tagħbija u l-enerġija termali fornuta mill-karburant |
||||
Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (unità ta' kombustjoni u IGCC) |
Il-proporzjon bejn l-enerġija prodotta netta (l-elettriku, l-ilma sħun, il-fwar, l-enerġija mekkanika prodotta nieqsa l-enerġija elettrika u/jew termali importata (eż. għall-konsum tas-sistemi awżiljarji)) u d-dħul tal-enerġija minn karburant (bħala l-valur tat-tisħin aktar baxx ta' karburant) fil-konfini tal-unità ta' kombustjoni fuq perjodu ta' żmien partikolari |
||||
Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (unità ta' gassifikazzjoni) |
Il-proporzjon bejn l-enerġija prodotta netta (l-elettriku, l-ilma sħun, il-fwar, l-enerġija mekkanika prodotta u l-gass sintetiku (bħala l-valur tat-tisħin aktar baxx ta' gass sintetiku) nieqsa l-enerġija elettrika u/jew termali importata (eż. għall-konsum tas-sistemi awżiljarji)) u d-dħul tal-enerġija minn karburant/materja prima (bħala l-valur tat-tisħin aktar baxx ta' karburant/materja prima) fil-konfini tal-unità ta' gassifikazzjoni fuq perjodu ta' żmien partikolari |
||||
Sigħat maħduma |
Il-ħin, espress f'sigħat, li matulu impjant ta' kombustjoni, kollu kemm hu jew parti minnu, jitħaddem u jkun qed jiskarika l-emissjonijiet fl-arja, minbarra l-perjodi tal-bidu u tal-waqfien |
||||
Kejl perjodiku |
Id-determinazzjoni ta' mikjel (kwantità partikolari soġġetta għal kejl) f'intervalli ta' żmien speċifikati |
||||
Impjant — eżistenti |
Impjant ta' kombustjoni li mhuwiex impjant ġdid |
||||
Impjant — ġdid |
Impjant ta' kombustjoni li jingħata l-ewwel permess fl-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta' impjant ta' kombustjoni fuq il-pedamenti eżistenti, wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT |
||||
Impjant tal-post-kombustjoni |
Sistema maħsuba biex tippurifika l-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija permezz ta' kombustjoni, li ma titħaddimx bħala impjant ta' kombustjoni indipendenti, bħal ossidant termali (jiġifieri inċineratur tal-gass residwu), li jintuża għat-tneħħija tal-kontenut tal-inkwinant(i) (eż. VOC) mill-gass mit-tromba ta' ċumnija bi jew mingħajr l-irkupru tas-sħana ġġenerata fih. It-tekniki ta' kombustjoni mqassma f'għadd ta' stadji, fejn kull stadju ta' kombustjoni jkun ristrett f'kompartament separat, li jista' jkollu karatteristiċi distinti tal-proċess ta' kombustjoni (eż. il-proporzjon karburant-ajra, il-profil tat-temperatura) jitqiesu bħala li huma integrati fil-proċess ta' kombustjoni u mhumiex meqjusa bħala impjanti tal-post-kombustjoni. Bl-istess mod, meta l-gassijiet iġġenerati f'ħiter/forn tal-ipproċessar jew fi proċess ieħor ta' kombustjoni jkunu sussegwentement ossidizzati f'impjant ta' kombustjoni distint sabiex jiġi rkuprat il-valur enerġetiku tagħhom (bi jew mingħajr l-użu ta' karburant awżiljarju) għall-produzzjoni tal-elettriku, tal-fwar, ta' żejt/ilma sħun jew tal-enerġija mekkanika, l-impjant tal-aħħar mhuwiex meqjus bħala impjant tal-post-kombustjoni |
||||
Sistema ta' previżjoni tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet (PEMS) |
Sistema li tintuża sabiex tiddetermina l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet ta' inkwinant minn sors ta' emissjoni fuq bażi kontinwa, abbażi tar-relazzjoni tagħha ma' għadd ta' parametri tal-proċess karatteristiċi li jkunu mmonitorjati kontinwament (eż. il-konsum tal-gass kombustibbli, il-proporzjon bejn l-arja u l-karburant) u d-dejta dwar il-kwalità tal-alimentazzjoni jew tal-karburant (eż. il-kontenut tal-kubrit) |
||||
Karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika |
Prodotti sekondarji gassużi u/jew likwidi ġġenerati mill-industrija (petro-)kimika u użati bħala karburanti mhux kummerċjali fl-impjanti ta' kombustjoni |
||||
Fran jew ħiters tal-ipproċessar |
Fran jew ħiters tal-ipproċessar huma:
Bħala konsegwenza tal-applikazzjoni ta' prattiki tajbin ta' rkupru tal-enerġija, il-ħiters/fran tal-ipproċessar jista' jkollhom sistema assoċjata għall-ġenerazzjoni tal-fwar/elettriku. Din titqies bħala karatteristika integrali tad-disinn tal-ħiter/forn tal-ipproċessar li ma tistax tiġi kkunsidrata f'iżolament |
||||
Karburanti tar-raffinerija |
Materjal kombustibbli solidu, likwidu jew gassuż mill-passi ta' distillazzjoni u konverżjoni tar-raffinar taż-żejt mhux raffinat. Eżempji huma l-gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG), il-gass sintetiku, iż-żjut tar-raffinerija u l-kokk petroliferu |
||||
Residwi |
Sustanzi jew oġġetti ġġenerati mill-attivitajiet koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan id-dokument, bħala skart jew prodotti sekondarji |
||||
Perjodu tal-bidu u tal-waqfien |
Il-perjodu ta' żmien ta' tħaddim ta' impjant kif stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/249/UE (*1) |
||||
Unità — eżistenti |
Unità tal-kombustjoni li mhijiex unità ġdida |
||||
Unità — ġdida |
Unità ta' kombustjoni li tingħata l-ewwel permess fl-impjant ta' kombustjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta' unità ta' kombustjoni fuq il-pedamenti eżistenti tal-impjant ta' kombustjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT |
||||
Valida (medja ta' kull siegħa) |
Medja ta' kull siegħa titqies bħala valida meta ma ssir ebda manutenzjoni tas-sistema tal-kejl awtomatizzata jew meta ma jkun hemm ebda ħsara fiha |
Terminu użat |
Definizzjoni |
Inkwinanti/parametri |
|
As |
Is-somma ta' arseniku u l-komposti tiegħu, espressa bħala As |
C3 |
Idrokarburi li għandhom numru ta' karbonju ugwali għal tlieta |
C4+ |
Idrokarburi li għandhom numru ta' karbonju ta' erbgħa jew akbar |
Cd |
Is-somma ta' kadmju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cd |
Cd+Tl |
Is-somma ta' kadmju, tallju u l-komposti tagħhom, espressa bħala Cd+Tl |
CH4 |
Metan |
CO |
Monossidu tal-karbonju |
COD |
Domanda kimika ta' ossiġenu. L-ammont ta' ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni totali tal-materja organika f'diossidu tal-karbonju |
COS |
Sulfur tal-karbonil |
Cr |
Is-somma ta' kromju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cr |
Cu |
Is-somma ta' ram u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cu |
Trab |
Materja partikolata totali (fl-arja) |
Fluworur |
Fluworur maħlul, espress bħala F– |
H2S |
Sulfur tal-idroġenu |
HCl |
Il-komposti inorganiċi kollha ta' klorur gassuż, espressi bħala HCl |
HCN |
Ċjanur tal-idroġenu |
HF |
Il-komposti inorganiċi kollha ta' fluworu gassuż, espressi bħala HF |
Hg |
Is-somma ta' merkurju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Hg |
N2O |
Monossidu dinitroġenu (ossidu nitruż) |
NH3 |
Ammonijaka |
Ni |
Is-somma ta' nikil u l-komposti tiegħu, espressa bħala Ni |
NOX |
Is-somma ta' monossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2), espressa bħala NO2 |
Pb |
Is-somma ta' ċomb u l-komposti tiegħu, espressa bħala Pb |
PCDD/F |
Dibenżo-p-diossini u furani poliklorinati |
RCG |
Konċentrazzjoni mhux ipproċessata fil-gass mit-tromba ta' ċumnija. Il-konċentrazzjoni ta' SO2 fil-gass mhux raffinat li joħroġ mit-tromba ta' ċumnija bħala medja annwali (taħt il-kundizzjonijiet standard mogħtija skont kunsiderazzjonijiet ġenerali) fil-bokka tas-sistema ta' tnaqqis tal-SOX, espressa f'kontenut ta' ossiġenu ta' referenza ta' 6 % skont il-volum ta' O2 |
Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V |
Is-somma ta' antimonju, arseniku, ċomb, kromju, kobalt, ram, manganiż, nikil, vanadju u l-komposti tagħhom, espressa bħala Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V |
SO2 |
Diossidu tal-kubrit |
SO3 |
Trijossidu tal-kubrit |
SOX |
Is-somma ta' diossidu tal-kubrit (SO2) u triossidu tal-kubrit (SO3), espressa bħala SO2 |
Sulfat |
Sulfat maħlul, espress bħala SO4 2– |
Sulfur, rilaxxat faċilment |
Is-somma ta' sulfur maħlul u ta' dawk is-sulfuri mhux maħlula li jiġu rilaxxati faċilment mal-aċidifikazzjoni, espressa bħala S2– |
Sulfit |
Sulfit maħlul, espress bħala SO3 2– |
TOC |
Karbonju organiku totali, espress bħala C (fl-ilma) |
TSS |
Solidi totali sospiżi. Il-konċentrazzjoni tal-massa tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejla permezz tal-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u permezz tal-gravimetrija |
TVOC |
Komposti organiċi volatili totali, espressi bħala C (fl-arja) |
Zn |
Is-somma ta' żingu u l-komposti tiegħu, espressa bħala Zn |
AKRONIMI
Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:
Akronimu |
Definizzjoni |
ASU |
Unità tal-provvista tal-arja |
CCGT |
Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat, bi ħruq supplimentari jew mingħajru |
CFB |
Sodda fluwidizzata ċirkolanti |
CHP |
Sħana u enerġija kkombinati |
COG |
Gass ta' forn tal-kokk |
COS |
Sulfur tal-karbonil |
DLN |
Berners niexfa b'emissjonijiet baxxi ta' NOX |
DSI |
Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal |
ESP |
Preċipitatur elettrostatiku |
FBC |
Kombustjoni f'sodda fluwidizzata |
FGD |
Desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija |
HFO |
Żejt karburanti tqil |
HRSG |
Ġeneratur tal-fwar bi rkupru tas-sħana |
IGCC |
Ċiklu kkombinat ta' gassifikazzjoni integrata |
LHV |
Valur ta' tisħin aktar baxx |
LNB |
Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX |
LNG |
Gass naturali likwifikat |
OCGT |
Turbina tal-gass b'ċiklu miftuħ |
OTNOC |
Kundizzjonijiet minbarra l-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim |
PC |
Kombustjoni pulverizzata |
PEMS |
Sistema ta' previżjoni tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet |
RKS |
Riduzzjoni katalitika selettiva |
SDA |
Assorbitur niexef bl-isprej |
RMKS |
Riduzzjoni mhux katalitika selettiva |
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
L-Aqwa Tekniki Disponibbli
It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta' ħarsien tal-ambjent.
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma ġeneralment applikabbli.
Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs)
Meta jingħataw il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għal perjodi differenti tat-teħid tal-medja, jeħtieġ li jiġu rrispettati dawk il-BAT-AELs kollha.
Il-BAT-AELs stabbiliti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jistgħux japplikaw għat-turbini mħaddma b'karburant likwidu u dawk imħaddma bil-gass u għall-magni li jintużaw f'każ ta' emerġenza mħaddma inqas minn 500 siegħa/sena, meta tali użu ta' emerġenza ma jkunx kompatibbli mal-issodisfar tal-BAT-AELs.
BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet, espressi bħala massa ta' sustanza emessa għal volum ta' gass mit-tromba ta' ċumnija taħt il-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef f'temperatura ta' 273,15 K, u pressjoni ta' 101,3 kPa, espressi fl-unitajiet mg/Nm3, μg/Nm3 jew ng I-TEQ/Nm3.
Il-monitoraġġ assoċjat mal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja jingħata fi BAT 4
Il-kundizzjonijiet ta' referenza għall-ossiġenu li jintużaw sabiex jesprimu l-BAT-AELs f'dan id-dokument huma murija fit-tabella mogħtija hawn taħt.
Attività |
Livell ta' referenza tal-ossiġenu (OR) |
Kombustjoni ta' karburanti solidi |
6 % skont il-volum |
Kombustjoni ta' karburanti solidi f'kombinazzjoni ma' karburanti likwidi u/jew gassużi |
|
Koinċinerazzjoni tal-iskart |
|
Kombustjoni ta' karburanti likwidi u/jew gassużi meta ma sseħħx f'turbina tal-gass jew magna |
3 % skont il-volum |
Kombustjoni ta' karburanti likwidi u/jew gassużi meta sseħħ f'turbina tal-gass jew magna |
15 % skont il-volum |
Kombustjoni f'impjanti ta' IGCC |
L-ekwazzjoni sabiex tiġi kkalkolata l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta' referenza tal-ossiġenu hija:
Fejn:
ER |
: |
il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta' referenza tal-ossiġenu OR; |
OR |
: |
il-livell ta' referenza tal-ossiġenu f' % skont il-volum; |
EM |
: |
il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet imkejla; |
OM |
: |
il-livell imkejjel tal-ossiġenu f' % skont il-volum. |
Għall-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Il-perjodu li fuqu tinħadem il-medja |
Definizzjoni |
Medja ta' kuljum |
Medja fuq perjodu ta' 24 siegħa abbażi ta' medji validi ta' kull siegħa miksuba b'kejl kontinwu |
Medja annwali |
Medja fuq perjodu ta' sena abbażi ta' medji validi ta' kull siegħa miksuba b'kejl kontinwu |
Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni |
Valur medju ta' tliet kejlijiet konsekuttivi ta' mill-inqas 30 minuta kull wieħed (1) |
Medja ta' kampjuni miksuba matul sena waħda |
Medja tal-valuri miksuba matul sena waħda tal-kejlijiet perjodiċi meħuda bil-frekwenza tal-monitoraġġ stabbilita għal kull parametru |
BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet, espressi bħala massa ta' sustanza emessa għal volum ta' ilma u espressi f'μg/l, mg/l jew g/l. Il-BAT-AELs jirreferu għal medji ta' kuljum, jiġifieri kampjuni aggregati proporzjonali għall-fluss fuq perjodu ta' 24 siegħa. Il-kampjuni aggregati proporzjonali għall-ħin jista' jintuża diment li jkun jista' jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed.
Il-monitoraġġ assoċjat mal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma jingħata fi BAT 5
Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEELs)
Livell ta' effiċjenza enerġetika assoċjat mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEEL) jirreferi għall-proporzjon bejn il-produzzjoni netta tal-enerġija tal-unità ta' kombustjoni u d-dħul ta' enerġija minn karburant/materja prima tal-unità ta' kombustjoni fid-disinn attwali tal-unità. Il-produzzjoni netta tal-enerġija tiġi stabbilita fil-kombustjoni, fil-gassifikazzjoni jew fil-konfini tal-unità tal-IGCC, inklużi sistemi awżiljarji (eż. sistemi ta' trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija) u għall-unità mħaddma b'tagħbija sħiħa.
Fil-każ tal-impjanti ta' sħana u enerġija kkombinati (CHP):
— |
il-BAT-AEEL għall-utilizzazzjoni totali netta tal-karburant jirreferi għall-unità ta' kombustjoni mħaddma b'tagħbija sħiħa u adattata sabiex timmassimizza primarjament il-provvista tas-sħana u, it-tieni, il-bqija tal-enerġija li tista' tiġi ġġenerata; |
— |
il-BAT-AEEL għall-effiċjenza elettrika netta jirreferi għall-unità ta' kombustjoni li tiġġenera l-elettriku biss b'tagħbija sħiħa. |
Il-BAT-AEELs jiġu espressi bħala perċentwal. Id-dħul tal-enerġija minn karburant/materja prima huwa espress bħala valur ta' tisħin aktar baxx (LHV).
Il-monitoraġġ assoċjat mal-BAT-AEELs jingħata fi BAT 2
Kategorizzazzjoni tal-impjanti/unitajiet ta' kombustjoni skont il-kapaċità termali kklassifikata totali tagħhom
Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, meta tiġi indikata medda ta' valuri għall-kapaċità termali kklassifikata totali, din għandha tinqara bħala “daqs jew akbar mit-tarf ta' isfel tal-medda u inqas mit-tarf ta' fuq tal-medda”. Pereżempju, il-kategorija tal-impjant 100–300 MWth għandha tinqara bħala: impjanti ta' kombustjoni b'kapaċità termali kklassifikata totali daqs jew akbar minn 100 MW u inqas minn 300 MW.
Meta parti minn impjant ta' kombustjoni li jiskarika gassijiet mit-tromba ta' ċumnija minn kanal separat wieħed jew aktar fi ħdan ċumnija komuni tkun qed titħaddem inqas minn 1 500 siegħa/sena, dik il-parti tal-impjant tista' tiġi kkunsidrata separatament għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT. Għall-partijiet kollha tal-impjant, il-BAT-AELs japplikaw fir-rigward tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant. F'każijiet bħal dawn, l-emissjonijiet minn kull wieħed minn dawk il-kanali jiġu mmonitorjati separatament.
1. KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT
Il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għal kull karburant inklużi fit-Taqsimiet 2 sa 7 japplikaw minbarra l-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT imsemmija f'din it-taqsima.
1.1. Sistemi ta' ġestjoni ambjentali
BAT 1. |
Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT għandha timplimenta u taderixxi ma' sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Meta valutazzjoni turi li kwalunkwe wieħed mill-elementi elenkati taħt l-entrati x sa xvi mhuwiex meħtieġ, id-deċiżjoni għandha tiġi rreġistrata, inklużi r-raġunijiet. |
Applikabbiltà
Il-kamp ta' applikazzjoni (eż. il-livell ta' dettall) u n-natura tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment ikunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, kif ukoll mal-firxa tal-impatti ambjentali li jista' jkollha.
1.2. Monitoraġġ
BAT 2. |
Il-BAT għandha tiddetermina l-effiċjenza elettrika netta u/jew l-utilizzazzjoni totali netta tal-karburant u/jew l-effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta tal-unitajiet ta' gassifikazzjoni, IGCC u/jew kombustjoni billi jitwettaq test tal-prestazzjoni b'tagħbija sħiħa (2), skont l-istandards EN, wara l-kummissjonar tal-unità u wara kull modifika li tista' taffettwa b'mod sinifikanti l-effiċjenza elettrika netta u/jew l-utilizzazzjoni totali netta tal-karburant u/jew l-effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta tal-unità. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT għandha tuża standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti. |
BAT 3. |
Il-BAT għandha timmonitorja l-parametri ewlenin tal-proċess rilevanti għall-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, inklużi dawk mogħtija hawn taħt.
|
BAT 4. |
Il-BAT għandha timmonitorja l-emissjonijiet fl-arja tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f'konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT għandha tuża standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.
|
BAT 5. |
Il-BAT għandha timmonitorja l-emissjonijiet fl-ilma mit-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f'konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT għandha tuża standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.
|
1.3. Il-prestazzjoni tal-kombustjoni u l-prestazzjoni ambjentali ġenerali
BAT 6. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjanti ta' kombustjoni u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' CO u sustanzi mhux maħruqa, il-BAT għandha tiżgura kombustjoni ottimizzata u tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
BAT 7. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' ammonja fl-arja mill-użu ta' riduzzjoni katalitika selettiva (RKS) u/jew riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS) għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOX, il-BAT għandha tottimizza d-disinn u/jew it-tħaddim ta' RKS u/jew RMKS (eż. il-proporzjon ta' reaġent ottimizzat għal NOX, id-distribuzzjoni ta' reaġent omoġenju u d-daqs ottimali tal-qtar tar-reaġent). Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT Il-livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta' NH3 fl-arja mill-użu ta' RKS u/jew RMKS huwa < 3–10 mg/Nm3 bħala medja annwali jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni. It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jinkiseb meta tintuża RKS u t-tarf ta' fuq tal-medda jista' jinkiseb meta tintuża RMKS mingħajr tekniki ta' eliminazzjoni niedja. Fil-każ tal-impjanti li jaħarqu bijomassa u li jitħaddmu b'tagħbijiet varjabbli, kif ukoll fil-każ tal-magni li jaħarqu HFO u/jew żejt tal-gass, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 15 mg/Nm3. |
BAT 8. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja waqt kundizzjonijiet ta' tħaddim normali, il-BAT għandha tiżgura, permezz ta' disinn, tħaddim u manutenzjoni xierqa, li s-sistemi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet jintużaw f'kapaċità u disponibbiltà ottimali. |
BAT 9. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjanti ta' kombustjoni u/jew gassifikazzjoni u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT għandha tinkludi l-elementi li ġejjin fil-programmi ta' garanzija tal-kwalità/kontroll tal-kwalità għall-karburanti kollha użati, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali (ara BAT 1):
Deskrizzjoni Il-karatterizzazzjoni inizjali u l-ittestjar regolari tal-karburant jistgħu jsiru mill-operatur u/jew mill-fornitur tal-karburant. Jekk dawn isiru mill-fornitur, ir-riżultati sħaħ jiġu pprovduti lill-operatur fil-forma ta' speċifikazzjoni u/jew garanzija mill-fornitur ta' prodott (karburant).
|
BAT 10. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma waqt kundizzjonijiet minbarra l-kundizzjonijiet normali ta' tħaddim (OTNOC), il-BAT għandha tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' ġestjoni bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali (ara BAT 1), li jkun proporzjonat mar-rilevanza tar-rilaxxi ta' inkwinanti potenzjali u li jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
BAT 11. |
Il-BAT għandha timmonitorja kif xieraq l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma waqt l-OTNOC. Deskrizzjoni Il-monitoraġġ jista' jitwettaq permezz ta' kejl dirett tal-emissjonijiet jew permezz ta' monitoraġġ tal-parametri sostituti, jekk jiġi pprovat li dan ikun ta' kwalità xjentifika ugwali jew aħjar mill-kejl dirett tal-emissjonijiet. L-emissjonijiet matul il-bidu u l-waqfien (SU/SD) jistgħu jiġu vvalutati abbażi ta' kejl dettaljat tal-emissjonijiet imwettaq għal proċedura tipika ta' SU/SD tal-anqas darba kull sena u bl-użu tar-riżultati ta' dan il-kejl bil-għan li jiġu stmati l-emissjonijiet għal kull SU/SD matul is-sena. |
1.4. Effiċjenza enerġetika
BAT 12. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet ta' kombustjoni, gassifikazzjoni u/jew IGCC imħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
1.5. L-użu tal-ilma u l-emissjonijiet fl-ilma
BAT 13. |
Sabiex jitnaqqsu l-użu tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi kkontaminat li jiġi skarikat, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.
|
BAT 14. |
Sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ilma mormi mhux ikkontaminat u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT għandha tissegrega l-flussi tal-ilma mormi u tittrattahom separatament, skont il-kontenut tal-inkwinanti. Deskrizzjoni Il-flussi tal-ilma mormi tipikament segregati u ttrattati jinkludu l-ilma tal-iskol tas-superfiċje, l-ilma tat-tkessiħ u l-ilma mormi mit-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija Applikabbiltà L-applikabbiltà tista' tkun ristretta fil-każ tal-impjanti eżistenti minħabba l-konfigurazzjoni tas-sistemi tad-drenaġġ. |
BAT 15. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mit-trattament ta' gass mit-tromba ta' ċumnija, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt, kif ukoll tuża tekniki sekondarji mill-aktar qrib possibbli tas-sors sabiex tiġi evitata dilwizzjoni.
Il-BAT-AELs jirreferu għall-iskariki diretti f'korp tal-ilma riċeventi fil-punt li fih l-emissjoni tħalli l-installazzjoni. Tabella 1 BAT-AELs għall-iskariki diretti f'korp tal-ilma riċeventi mit-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija
|
1.6. L-immaniġġjar tal-iskart
BAT 16. |
Sabiex titnaqqas il-kwantità ta' skart li jintbagħat għar-rimi mill-proċess ta' kombustjoni u/jew gassifikazzjoni u t-tekniki ta' eliminazzjoni, il-BAT għandha torganizza operazzjonijiet sabiex timmassimizza, f'ordni ta' prijorità u wara li tieħu f'kunsiderazzjoni l-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja
permezz tal-implimentazzjoni ta' kombinazzjoni xierqa ta' tekniki bħal:
|
1.7. Emissjonijiet tal-ħoss
BAT 17. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom.
|
2. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-KOMBUSTJONI TA' KARBURANTI SOLIDI
2.1. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
2.1.1.
BAT 18. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, u minbarra BAT 6, il-BAT għandha tuża t-teknika mogħtija hawn taħt.
|
2.1.2.
BAT 19. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.
Tabella 2 Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite
|
2.1.3.
BAT 20. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO u N2O fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 3 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite
Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda ġeneralment tkun kif ġejja:
|
2.1.4.
BAT 21. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCl u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 4 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite
Għal impjant ta' kombustjoni b'kapaċità termali kklassifikata totali ta' aktar minn 300 MW, li huwa ddisinjat speċifikament sabiex jaħraq karburanti ta' linjite indiġenu u li jista' juri li ma jistax jikseb il-BAT-AELs imsemmija fi Table 4 għal raġunijiet tekno-ekonomiċi, il-BAT-AELs medji ta' kuljum stabbiliti fi Table 4 ma japplikawx, u t-tarf ta' fuq tal-medda tal-BAT-AEL medja annwali huwa kif ġej:
Tabella 5 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' HCI u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite
|
2.1.5.
BAT 22. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 6 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite
|
2.1.6.
BAT 23. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 7 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-kombustjoni ta' faħam u linjite
|
2.2. Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1
2.2.1.
Tabella 8
Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit
Tip ta' unità ta' kombustjoni |
||||
Effiċjenza elettrika netta (%) (75) |
||||
Unità ġdida (78) |
Unità eżistenti |
Unità ġdida |
Unità eżistenti |
|
Bojler ta' bijomassa solida u/jew pit |
33,5 sa > 38 |
28-38 |
73-99 |
73-99 |
2.2.2.
BAT 24. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO u N2O fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 9 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit
Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun:
|
2.2.3.
BAT 25. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCl u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 10 Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit
Tabella 11 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' HCI u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit
|
2.2.4.
BAT 26. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 12 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit
|
2.2.5.
BAT 27. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Il-livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-kombustjoni ta' bijomassa solida u/jew pit huwa < 1–5 μg/Nm3 bħala medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni. |
3. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-KOMBUSTJONI TA' KARBURANTI LIKWIDI
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima ma japplikawx għall-impjanti ta' kombustjoni fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta; dawn huma koperti mit-Taqsima 4.3
3.1. Bojlers imħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'bojlers. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1
3.1.1.
Tabella 13
Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass fil-bojlers
Tip ta' unità ta' kombustjoni |
||||
Effiċjenza elettrika netta (%) |
Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant (%) (101) |
|||
Unità ġdida |
Unità eżistenti |
Unità ġdida |
Unità eżistenti |
|
Bojler imħaddem bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass |
> 36,4 |
35,6-37,4 |
80-96 |
80-96 |
3.1.2.
BAT 28. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 14 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'bojlers
Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun:
|
3.1.3.
BAT 29. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCl u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 15 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'bojlers
|
3.1.4.
BAT 30. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 16 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'bojlers
|
3.2. Magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
Fir-rigward ta' magni mħaddma bl-HFO u/jew biż-żejt tal-gass, it-tekniki ta' eliminazzjoni sekondarji għall-NOx, SO2 u għat-trab jistgħu ma jkunux applikabbli għal magni fi gżejjer li jiffurmaw parti minn sistema żgħira iżolata (117) jew sistema mikro iżolata (118), minħabba restrizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u loġistiċi/infrastrutturali, sakemm ma jkunux interkonnessi mal-grilja tal-elettriku kontinentali jew ma jkollhomx aċċess għal provvista naturali tal-gass. Il-BAT-AELs għall-magni ta' dan it-tip għandhom għalhekk japplikaw biss f'sistema żgħira iżolata u f'sistema mikro iżolata mill-1 ta' Jannar 2025 għall-magni l-ġodda, u mill-1 ta' Jannar 2030 għall-magni eżistenti.
3.2.1.
BAT 31. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.
Tabella 17 Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv
|
3.2.2.
BAT 32. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 33. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO u komposti organiċi volatili fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.
Tabella 18 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv
Bħala indikazzjoni, għall-impjanti ta' kombustjoni eżistenti li jaħarqu biss HFO u mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena jew għall-impjanti ta' kombustjoni ġodda li jaħarqu biss HFO,
|
3.2.3.
BAT 34. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 19 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv
|
3.2.4.
BAT 35. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 20 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' HFO u/jew żejt tal-gass f'magni b'moviment rotattiv
|
3.3. Turbini tal-gass imħaddma biż-żejt tal-gass
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
3.3.1.
BAT 36. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni taż-żejt tal-gass f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.
Tabella 21 Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għat-turbini tal-gass imħaddma biż-żejt tal-gass
|
3.3.2.
BAT 37. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 38. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
Bħala indikazzjoni, il-livell ta' emissjonijiet għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass li jużaw żewġ tipi ta' karburant għal użu f'każ ta' emerġenza u mħaddma < 500 siegħa/sena ġeneralment ikun 145–250 mg/Nm3, bħala medja ta' kuljum jew medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni.
3.3.3.
BAT 39. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX u trab fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża t-teknika mogħtija hawn taħt.
Tabella 22 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' SO2 u trab fl-arja mill-kombustjoni ta' żejt tal-gass fit-turbini tal-gass, inklużi turbini tal-gass li jużaw żewġ tipi ta' karburant
|
4. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-KOMBUSTJONI TA' KARBURANTI GASSUŻI
4.1. Konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' gass naturali
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' gass naturali. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1. Huma ma japplikawx għall-impjanti ta' kombustjoni fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta. dawn huma koperti mit-Taqsima. 4.3.
4.1.1.
BAT 40. |
Sabiex iżid l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni ta' gass naturali, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.
Tabella 23 Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' gass naturali
|
4.1.2.
BAT 41. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 42. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali f'turbini tal-gass, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 43. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali fil-magni, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 44. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali, il-BAT għandha tiżgura kombustjoni ottimizzata u/jew tuża katalisti tal-ossidazzjoni. Deskrizzjoni Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3. Tabella 24 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali f'turbini tal-gass
Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO għal kull tip ta' impjant ta' kombustjoni eżistenti mħaddem ≥ 1 500 siegħa/sena u għal kull tip ta' impjant ta' kombustjoni ġdid ġeneralment tkun kif ġejja:
Fil-każ ta' turbina tal-gass mgħammra b'berners DLN, dawn il-livelli indikattivi jikkorrispondu għal meta l-operazzjoni ta' DLN tkun effettiva. Tabella 25 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali fil-bojlers u l-magni
Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun:
|
BAT 45. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC) u ta' metan (CH4) fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali f'magni ta' tqabbid bl-ispark li jużaw gass li jinħaraq bil-limitu, il-BAT għandha tiżgura kombustjoni ottimizzata u/jew tuża katalisti ta' ossidazzjoni. Deskrizzjoni Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 8.3. Il-katalisti ta' ossidazzjoni mhumiex effettivi fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' idrokarburi saturati li jkun fihom anqas minn erba' atomi ta' karbonju. Tabella 26 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' formaldeid u CH4 fl-arja mill-kombustjoni ta' gass naturali f'magna ta' tqabbid bl-ispark li tuża gass li jinħaraq bil-limitu
|
4.2. Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar (gass ta' forn tal-blast, gass ta' forn tal-kokk, gass ta' forn tal-ossiġenu bażiku), individwalment, f'taħlita, jew simultanjament ma' karburanti gassużi u/jew likwidi oħrajn. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
4.2.1.
BAT 46. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt.
Tabella 27 Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar fil-bojlers
Tabella 28 Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar f'CCGTs
|
4.2.2.
BAT 47. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 48. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar f'CCGTs, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 49. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 29 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar
Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO ġeneralment tkun:
|
4.2.3.
BAT 50. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 30 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar
|
4.2.4.
BAT 51. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 31 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar
|
4.3. Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
BAT 52. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 53. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
|
BAT 54. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti gassużi u/jew likwidi f'turbini tal-gass fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 32 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti gassużi f'turbini tal-gass b'ċiklu miftuħ fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta
Bħala indikazzjoni, il-medja tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni ġeneralment tkun:
|
5. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-IMPJANTI MĦADDMA B'AKTAR MINN TIP WIEĦED TA' KARBURANT
5.1. Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, individwalment, f'taħlita, jew simultanjament ma' karburanti gassużi u/jew likwidi oħrajn. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
5.1.1.
BAT 55. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 6 u hawn taħt.
|
5.1.2.
Tabella 33
Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers
Tip ta' unità ta' kombustjoni |
||||
Effiċjenza elettrika netta (%) |
||||
Unità ġdida |
Unità eżistenti |
Unità ġdida |
Unità eżistenti |
|
Bojler li juża karburanti tal-proċess likwidi mill-industrija tal-kimika, inkluż meta mħallta ma' HFO, żejt tal-gass u/jew karburanti likwidi oħrajn |
> 36,4 |
3,.6-37,4 |
80-96 |
80-96 |
Bojler li juża karburanti tal-proċess gassużi mill-industrija tal-kimika, inkluż meta mħallta ma' gass naturali u/jew karburanti gassużi oħrajn |
39-42,5 |
38-40 |
78-95 |
78-95 |
5.1.3.
BAT 56. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 34 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers
Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO għall-impjanti eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena u għall-impjanti ġodda ġeneralment tkun < 5–30 mg/Nm3. |
5.1.4.
BAT 57. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCl u HF fl-arja mill-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 35 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers
Tabella 36 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' HCI u HF fl-arja mill-kombustjoni tal-karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers
|
5.1.5.
BAT 58. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' trab, metalli marbuta ma' partikuli u speċi ta' traċċi mill-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 37 Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab mill-kombustjoni ta' taħlitiet ta' gassijiet u likwidi komposti minn 100 % ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers
|
5.1.6.
BAT 59. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' komposti organiċi volatili u dibenżo-diossini u furani poliklorinati mill-kombustjoni ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija fi BAT 6 u hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 38 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' PCDD/F u TVOC fl-arja mill-kombustjoni ta' 100 % ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika fil-bojlers
|
6. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-KOINĊINERAZZJONI TAL-ISKART
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-koinċinerazzjoni tal-iskart fl-impjanti ta' kombustjoni. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
Meta jiġi ko-inċinerat l-iskart, il-BAT-AELs f'din it-taqsima japplikaw għall-volum kollu ta' gass mit-tromba ta' ċumnija li jiġi ġġenerat.
Barra minn hekk, meta l-iskart jiġi ko-inċinerat flimkien mal-karburanti koperti mit-Taqsima 2, il-BAT-AELs stabbiliti fit-Taqsima 2 japplikaw ukoll (i) għall-volum kollu ta' gass mit-tromba ta' ċumnija li jiġi ġġenerat, u (ii) għall-volum ta' gass mit-tromba ta' ċumnija li jirriżulta mill-kombustjoni tal-karburanti koperti minn dik it-taqsima bl-użu tal-formula tar-regola tat-taħlit stabbilita fl-Anness VI (il-parti 4) għad-Direttiva 2010/75/UE, fejn il-BAT-AELs għall-volum ta' gass mit-tromba ta' ċumnija li jirriżulta mill-kombustjoni tal-iskart għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' BAT 61.
6.1.1.
BAT 60. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-koinċinerazzjoni tal-iskart fl-impjanti ta' kombustjoni, jiġu żgurati kundizzjonijiet stabbli tal-kombustjoni u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT għandha tuża t-teknika BAT 60 (a) ta' hawn taħt u taħlita tat-tekniki mogħtija fi BAT 6 u/jew it-tekniki l-oħrajn mogħtija hawn taħt.
|
BAT 61. |
Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet miżjuda mill-koinċinerazzjoni tal-iskart fl-impjanti ta' kombustjoni, il-BAT għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu fil-parti tal-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija li jirriżultaw mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma jkunux ogħla minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT għall-inċinerazzjoni tal-iskart. |
BAT 62. |
Sabiex jitnaqqas l-impatt fuq ir-riċiklaġġ tar-residwi tal-koinċinerazzjoni tal-iskart fl-impjanti ta' kombustjoni, il-BAT għandha żżomm kwalità tajba ta' ġibs, irmied u gagazza, kif ukoll residwi oħrajn, skont ir-rekwiżiti stabbiliti għar-riċiklaġġ tagħhom meta l-impjant ma jkunx qed jikkoinċenera l-iskart, bl-użu ta' waħda mit-tekniki mogħtija fil-BAT 60 jew taħlita tagħhom u/jew permezz tar-restrizzjoni tal-koinċinerazzjoni għal frazzjonijiet ta' skart b'konċentrazzjonijiet ta' inkwinanti simili għal dawk f'karburanti maħruqa oħrajn. |
6.1.2.
BAT 63. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-koinċinerazzjoni tal-iskart, il-BAT għandha tuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija fi BAT 12 u BAT 19, skont it-tip ta' karburant ewlieni użat u l-konfigurazzjoni tal-impjant. Il-livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) huma mogħtija fi Table 8 għall-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit u fi Table 2 għall-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite. |
6.1.3.
BAT 64. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO u N2O fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 20. |
BAT 65. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO u N2O mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 24. |
6.1.4.
BAT 66. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 21. |
BAT 67. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX, HCI u HF fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 25. |
6.1.5.
BAT 68. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 22. Tabella 39 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' metall fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam u/jew linjite
|
BAT 69. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metalli marbuta ma' partikuli fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 26. Tabella 40 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' metall fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa u/jew pit
|
6.1.6.
BAT 70. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' merkurju fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa, pit, faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda jew taħlita mit-tekniki mogħtija fi BAT 23 u BAT 27. |
6.1.7.
BAT 71. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili u dibenżo-diossini u furani poliklorinati fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa, pit, faħam u/jew linjite, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija fi BAT 6, BAT 26 u hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 41 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' PCDD/F u TVOC fl-arja mill-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' bijomassa, pit, faħam u/jew linjite
|
7. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-GASSIFIKAZZJONI
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma ġeneralment applikabbli għall-impjanti ta' gassifikazzjoni kollha assoċjati direttament mal-impjanti ta' kombustjoni u għall-impjanti b'IGCC. Huma japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
7.1.1.
BAT 72. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet ta' IGCC u gassifikazzjoni, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija fi BAT 12 u hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 42 Livelli ta' effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-unitajiet ta' gassifikazzjoni u IGCC
|
7.1.2.
BAT 73. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja, filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' CO fl-arja mill-impjanti b'IGCC, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 43 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-impjanti b'IGCC
Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livelli ta' emissjonijiet ta' CO għall-impjanti eżistenti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena u għall-impjanti ġodda ġeneralment tkun < 5–30 mg/Nm3. |
7.1.3.
BAT 74. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX fl-arja mill-impjanti b'IGCC, il-BAT għandha tuża t-tekniki mogħtija hawn taħt.
Il-livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-impjanti b'IGCC ta' ≥ 100 MWth huwa 3–16 mg/Nm3, espress bħala medja annwali. |
7.1.4.
BAT 75. |
Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab, metalli marbuta ma' partikuli, ammonijaka u aloġenu fl-arja mill-impjanti b'IGCC, il-BAT għandha tuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.
Tabella 44 Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta' trab u metall marbut ma' partikuli fl-arja mill-impjanti b'IGCC
|
8. DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI
8.1. Tekniki ġenerali
Teknika |
Deskrizzjoni |
Sistema ta' kontroll avvanzata |
L-użu ta' sistema awtomatika kompjuterizzata sabiex tikkontrolla l-effiċjenza tal-kombustjoni u tappoġġja l-prevenzjoni u/jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet. Din tinkludi wkoll l-użu ta' monitoraġġ bi prestazzjoni għolja. |
Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni |
Miżuri meħuda sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza tal-konverżjoni tal-enerġija, eż. fil-forn/bojler, filwaqt li jimminimizzaw l-emissjonijiet (b'mod partikolari ta' CO). Din tinkiseb b'taħlita ta' tekniki, inklużi d-disinn tajjeb tat-tagħmir ta' kombustjoni, l-ottimizzazzjoni tat-temperatura (eż. taħlit effikaċi tal-karburant u l-arja ta' kombustjoni) u ż-żmien ta' residenza fiż-żona tal-kombustjoni, kif ukoll l-użu ta' sistema ta' kontroll avvanzata. |
8.2. Tekniki maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika
Teknika |
Deskrizzjoni |
Sistema ta' kontroll avvanzata |
Ara t-Taqsima 8.1 |
l-istat ta' tħejjija tas-CHP |
Il-miżuri meħuda sabiex jippermettu l-esportazzjoni aktar tard ta' kwantità utli ta' sħana lejn tagħbija ta' sħana barra mis-sit b'mod li jinkiseb tnaqqis ta' mill-inqas 10 % fl-użu tal-enerġija primarja, meta mqabbel mal-ġenerazzjoni separata tas-sħana u l-enerġija prodotta. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u ż-żamma tal-aċċess għal punti speċifiċi fis-sistema tal-fwar minn fejn jista' jiġi estratt il-fwar, kif ukoll id-disponibbiltà ta' spazju suffiċjenti sabiex aktar tard ikunu jistgħu jitwaħħlu oġġetti bħal pajpijiet, skambjaturi tas-sħana, kapaċità żejda ta' demineralizzazzjoni tal-ilma, impjant ta' bojler standby u turbini ta' kontropressjoni. Is-sistemi ta' Bilanċ tal-Impjant (BoP) u s-sistemi ta' kontroll/strumentazzjoni huma addattati għal ammeljorament. Hija possibbli wkoll il-konnessjoni aktar tard tat-turbina/i ta' kontropressjoni. |
Ċiklu kkombinat |
It-taħlita ta' żewġ ċikli termodinamiċi jew aktar, eż. ċiklu Brayton (turbina tal-gass/magna ta' kombustjoni) ma' ċiklu Rankine (turbina tal-fwar/bojler) għall-konverżjoni tat-telf tas-sħana mill-gass mit-tromba ta' ċumnija tal-ewwel ċiklu f'enerġija utli miċ-ċiklu/i sussegwenti. |
Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni |
Ara t-Taqsima 8.1 |
Kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija |
Skambjatur tas-sħana fejn l-ilma jissaħħan minn qabel mill-gass mit-tromba ta' ċumnija qabel jissaħħan fil-kondensatur tal-fwar. Il-kontenut tal-fwar fil-gass mit-tromba ta' ċumnija b'hekk jikkondensa hekk kif jitkessaħ mill-ilma tat-tisħin. Il-kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija jintuża kemm biex iżid l-effiċjenza enerġetika tal-unità ta' kombustjoni kif ukoll biex ineħħi inkwinanti bħal trab, SOX, HCl u HF mill-gass mit-tromba ta' ċumnija. |
Sistema ta' ġestjoni tal-gassijiet tal-proċess |
Sistema li tippermetti li l-gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar li jistgħu jintużaw bħala karburanti (eż. gassijiet ta' forn tal-blast, forn tal-kokk u forn tal-ossiġenu bażiku) jkunu diretti lejn l-impjanti ta' kombustjoni, skont id-disponibbiltà ta' dawn il-karburanti u t-tip ta' impjanti ta' kombustjoni f'impjant tal-azzar integrat. |
Kundizzjonijiet superkritiċi tal-fwar |
L-użu ta' ċirkwit tal-fwar, inklużi sistemi ta' tisħin mill-ġdid tal-fwar, fejn il-fwar ikun jista' jilħaq pressjonijiet 'il fuq minn 220,6 bar u temperaturi ta' > 540 °C. |
Kundizzjonijiet ultra-superkritiċi tal-fwar |
L-użu ta' ċirkwit tal-fwar, inklużi sistemi ta' tisħin mill-ġdid, fejn il-fwar ikun jista' jilħaq pressjonijiet 'il fuq minn 250-300 bar u temperaturi ta' aktar minn 580-600 °C. |
Ċumnija niedja |
Id-disinn taċ-ċumnija sabiex tippermetti l-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma mill-gass mit-tromba ta' ċumnija saturat u b'hekk jiġi evitat l-użu ta' reheater tal-gass mit-tromba ta' ċumnija wara l-FGD niedja. |
8.3. Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOX u/jew CO fl-arja
Teknika |
Deskrizzjoni |
Sistema ta' kontroll avvanzata |
Ara t-Taqsima 8.1 |
Introduzzjoni tal-arja fi stadji |
Il-ħolqien ta' diversi żoni ta' kombustjoni fil-kompartiment tal-kombustjoni b'kontenut differenti ta' ossiġenu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOX u l-iżgurar ta' kombustjoni ottimizzata. It-teknika tinvolvi żona ta' kombustjoni primarja bi ħruq substojkjometriku (jiġifieri b'defiċjenza tal-arja) u żona ta' kombustjoni sekondarja ta' ħruq mill-ġdid (li titħaddem bl-arja eċċessiva) sabiex tittejjeb il-kombustjoni. Xi bojlers żgħar u antiki jistgħu jirrikjedu tnaqqis tal-kapaċità sabiex ikun hemm l-ispazju għall-introduzzjoni tal-arja fi stadji. |
Tekniki kkombinati għat-tnaqqis ta' NOX u SOX |
L-użu ta' tekniki ta' eliminazzjoni integrati u kumplessi għat-tnaqqis ikkombinat ta' NOX, SOX u, ta' spiss, inkwinanti oħrajn mill-gass mit-tromba ta' ċumnija, eż. karbonju attivat u proċessi ta' DeSONOX. Huma jistgħu jiġu applikati weħidhom jew inkella flimkien ma' tekniki primarji oħrajn f'bojlers b'PC imħaddma bil-faħam. |
Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni |
Ara t-Taqsima 8.1 |
Berners niexfa b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (DLN) |
Berners b'turbini tal-gass li jinkludu t-taħlit minn qabel tal-arja u l-karburant qabel jiddaħħlu fiż-żona tal-kombustjoni. Permezz tat-taħlit tal-arja u l-karburant qabel il-kombustjoni jinkisbu distribuzzjoni tat-temperatura omoġenja u temperatura aktar baxxa tal-fjamma, li jirriżultaw f'emissjonijiet aktar baxxi ta' NOX. |
Riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta' ċumnija jew tal-gass tal-egżost (FGR/EGR) |
Ir-riċirkolazzjoni ta' parti mill-gass mit-tromba ta' ċumnija għall-kompartiment tal-kombustjoni sabiex tieħu post parti mill-arja ta' kombustjoni friska, bl-effett doppju ta' tkessiħ tat-temperatura u limitazzjoni tal-kontenut ta' O2 għall-ossidazzjoni tan-nitroġenu, sabiex b'hekk tiġi limitata l-ġenerazzjoni tal-NOX. Din timplika l-provvista tal-gass mit-tromba ta' ċumnija mill-forn għal ġol-fjamma sabiex jitnaqqsu l-kontenut ta' ossiġenu u, għaldaqstant, it-temperatura tal-fjamma. L-użu ta' berners speċjali jew provvedimenti oħrajn huwa bbażat fuq ir-riċirkolazzjoni interna tal-gassijiet tal-kombustjoni li jkessħu l-bażi tal-fjammi u jnaqqsu l-kontenut ta' ossiġenu fl-iżjed parti sħuna tal-fjammi. |
Għażla tal-karburant |
L-użu ta' karburant b'kontenut baxx ta' nitroġenu. |
Introduzzjoni tal-karburant fi stadji |
It-teknika hija bbażata fuq it-tnaqqis tat-temperatura tal-fjamma jew hot spots lokalizzati permezz tal-ħolqien ta' diversi żoni ta' kombustjoni fil-kompartiment tal-kombustjoni b'livelli differenti ta' injezzjonijiet ta' karburant u arja. Il-modifika tista' tkun inqas effikaċi f'impjanti iżgħar milli f'impjanti akbar. |
Kunċett ta' ħruq bil-limitu u kunċett avvanzat ta' ħruq bil-limitu |
Il-kontroll tat-temperatura massima tal-fjamma f'kundizzjonijiet ta' ħruq bil-limitu huwa l-approċċ ta' kombustjoni primarju għal-limitazzjoni tal-formazzjoni ta' NOX f'magni li jaħdmu bil-gass. Il-kombustjoni bil-limitu tnaqqas il-proporzjon ta' karburant-arja fiż-żoni fejn jiġu ġġenerati l-NOX, sabiex b'hekk it-temperatura massima tal-fjamma tkun inqas mit-temperatura tal-fjamma adjabatika stojkjometrika, għaldaqstant hija tnaqqas il-formazzjoni ta' NOX termali. L-ottimizzazzjoni ta' dan il-kunċett tissejjaħ il-“kunċett avvanzat ta' ħruq bil-limitu”. |
Berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOX (LNB) |
It-teknika (inklużi l-berners avvanzati jew ultra avvanzati b'emissjonijiet baxxi ta' NOX) hija bbażata fuq il-prinċipji tat-tnaqqis tat-temperaturi massimi tal-fjammi; il-berners tal-bojlers huma maħsuba biex idewmu iżda wkoll itejbu l-kombustjoni u jżidu t-trasferiment tas-sħana (emissività akbar tal-fjamma). It-taħlit tal-arja/karburant inaqqas id-disponibbiltà tal-ossiġenu u jnaqqas it-temperatura massima tal-fjamma, sabiex b'hekk idewwem il-konverżjoni ta' nitroġenu marbut ma' karburant għal NOX u l-formazzjoni ta' NOX termali, filwaqt li jżomm effiċjenza għolja tal-kombustjoni. Tista' tkun assoċjata ma' disinn modifikat tal-kompartiment ta' kombustjoni tal-forn. Id-disinn ta' berners b'emissjonijiet baxxi ħafna ta' NOX (ULNBs) jinkludi l-introduzzjoni tal-kombustjoni fi stadji (arja/karburant) u r-riċirkolazzjoni tal-gassijiet mill-firebox (riċirkolazzjoni interna tal-gass mit-tromba ta' ċumnija). Il-prestazzjoni tat-teknika tista' tiġi influwenzata mid-disinn tal-bojler meta jiġu mmodifikati impjanti antiki. |
Kunċett ta' kombustjoni b'emissjonijiet baxxi ta' NOX f'magni diżil |
It-teknika tikkonsisti f'taħlita ta' modifiki tal-magni interni, eż. ottimizzazzjoni tal-kombustjoni u tal-injezzjoni tal-karburant (it-tajming tard ħafna tal-injezzjoni tal-karburant flimkien mal-għeluq bikri tal-valv tal-arja fil-bokka), turboċarġing jew iċ-ċiklu Miller. |
Katalizzaturi tal-ossidazzjoni |
L-użu ta' katalisti (li ġeneralment ikun fihom metalli prezzjużi bħal palladju jew platinu) għall-ossidazzjoni ta' monossidu tal-karbonju u idrokarburi mhux maħruqa mal-ossiġenu sabiex jifformaw is-CO2 u l-fwar tal-ilma. |
Tnaqqis fit-temperatura tal-arja tal-kombustjoni |
L-użu tal-arja tal-kombustjoni fit-temperatura ambjentali. L-arja tal-kombustjoni ma tissaħħanx minn qabel fi preheater ta' arja riġenerattiva. |
Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS) |
Ir-riduzzjoni selettiva tal-ossidi tan-nitroġenu b'ammonijaka jew urea fil-preżenza ta' katalist. It-teknika hija bbażata fuq ir-riduzzjoni tal-NOX għal nitroġenu f'sodda katalitika permezz tar-reazzjoni mal-ammonijaka (b'mod ġenerali soluzzjoni milwiema) f'temperatura operattiva ottimali ta' madwar 300–450 °C. Jistgħu jiġu applikati diversi saffi ta' katalisti. Riduzzjoni ogħla tal-NOX tinkiseb bl-użu ta' diversi saffi ta' katalisti. Id-disinn tat-teknika jista' jkun modulari u jistgħu jintużaw katalisti speċjali u/jew tisħin minn qabel sabiex ilaħħqu mat-tagħbijiet baxxi jew ma' tieqa wiesgħa tat-temperatura tal-gass mit-tromba ta' ċumnija. RKS “fil-kanal” jew “slip” hija teknika li tikkombina r-RMKS ma' RKS downstream li tnaqqas il-ħruġ tal-ammonijaka mill-unità ta' RMKS. |
Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS) |
Ir-riduzzjoni selettiva tal-ossidi tan-nitroġenu b'ammonijaka jew urea mingħajr katalist. It-teknika hija bbażata fuq it-tnaqqis ta' NOX għal nitroġenu permezz tar-reazzjoni mal-ammonijaka jew l-urea f'temperatura għolja. It-tieqa tat-temperatura operattiva tinżamm bejn 800 °C u 1 000 °C għal reazzjoni ottimali. |
Żieda ta' ilma/fwar |
L-ilma jew il-fwar jintuża bħala dilwent għat-tnaqqis tat-temperatura tal-kombustjoni f'turbini tal-gass, magni jew bojlers u, b'hekk, tal-formazzjoni ta' NOX termali. Dan għandu jew jitħallat minn qabel mal-karburant qabel il-kombustjoni tiegħu (emulsjoni, umidifikazzjoni jew saturazzjoni tal-karburant) jew inkella jiġi injettat direttament fil-kompartiment tal-kombustjoni (injezzjoni ta' ilma/fwar). |
8.4. Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' SOX, HCl u/jew HF fl-arja
Teknika |
Deskrizzjoni |
Injezzjoni ta' sorbent f'bojler (fil-forn jew fis-sodda) |
L-injezzjoni diretta ta' sorbent niexef fil-kompartiment tal-kombustjoni, jew iż-żieda ta' adsorbenti bbażati fuq kalċju jew manjeżju mas-sodda ta' bojler bis-sodda fluwidizzata. Il-wiċċ tal-partikuli tas-sorbent jirreaġixxi mal-SO2 fil-gass mit-tromba ta' ċumnija jew fil-bojler bis-sodda fluwidizzata. Din it-teknika tintuża l-aktar flimkien ma' teknika ta' eliminazzjoni tat-trab. |
Purifikatur niexef ta' sodda fluwidizzata ċirkolanti (CFB) |
Il-gass mit-tromba ta' ċumnija mill-preheater tal-arja fil-bojler jidħol fl-assorbitur tas-CFB fil-qiegħ u jiċċirkola vertikalment 'il fuq minn ġo sezzjoni ta' Venturi fejn sorbent solidu u ilma jiġu injettati separatament fil-fluss tal-gass mit-tromba ta' ċumnija. Din it-teknika tintuża l-aktar flimkien ma' teknika ta' eliminazzjoni tat-trab. |
Tekniki kkombinati għat-tnaqqis ta' NOX u SOX |
Ara t-Taqsima 8.3 |
Injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI) |
L-injezzjoni u d-dispersjoni ta' sorbent ta' trab niexef fil-fluss tal-gass mit-tromba ta' ċumnija. Is-sorbent (eż. karbonat tas-sodju, bikarbonat tas-sodju, ġir idrat) jirreaġixxi mal-gassijiet aċidużi (eż. l-ispeċi ta' kubrit gassuż u Hcl) sabiex jifformaw solidu li jitneħħa b'tekniki ta' eliminazzjoni tat-trab (filtru b'borża jew preċipitatur elettrostatiku). Id-DSI ġeneralment tintuża flimkien ma' filtru b'borża. |
Kondensatur tal-gass mit-tromba ta' ċumnija |
Ara t-Taqsima 8.2 |
Għażla tal-karburant |
L-użu ta' karburant b'kontenut baxx ta' kubrit, kloru u/jew fluworu |
Sistema ta' ġestjoni tal-gassijiet tal-proċess |
Ara t-Taqsima 8.2 |
FGD fl-ilma baħar |
Tip mhux riġenerattiv speċifiku ta' purifikazzjoni niedja bl-użu ta' alkalinità naturali tal-ilma baħar għall-assorbiment tal-komposti aċidużi fil-gass mit-tromba ta' ċumnija. Ġeneralment tirrikjedi tnaqqis upstream tat-trab. |
Assorbitur niexef bl-isprej (SDA) |
L-introduzzjoni u d-dispersjoni ta' sospensjoni/soluzzjoni ta' reaġent alkalin fil-fluss tal-gass mit-tromba ta' ċumnija. Il-materjal jirreaġixxi mal-ispeċi ta' kubrit gassuż sabiex jifformaw solidu li jitneħħa b'tekniki ta' eliminazzjoni tat-trab (filtru b'borża jew preċipitatur elettrostatiku). L-SDA ġeneralment jintuża flimkien ma' filtru b'borża. |
Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja) |
Teknika jew taħlita ta' tekniki ta' purifikazzjoni li permezz tagħha/tagħhom l-ossidi tal-kubrit jitneħħew mill-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija b'diversi proċessi li ġeneralment ikunu jinvolvu sorbent alkalin għall-ġbir ta' SO2 gassuż u t-trasformazzjoni tiegħu f'solidi. Fil-proċess ta' purifikazzjoni niedja, il-komposti gassużi jinħallu f'likwidu adattat (ilma jew soluzzjoni alkalina). Tista' tinkiseb it-tneħħija simultanja ta' komposti solidi u gassużi. Downstream mill-purifikatur niedi, il-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija jiġu saturati bl-ilma u hija meħtieġa separazzjoni tal-qtar qabel l-iskariku tal-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija. Il-likwidu li jirriżulta mill-purifikazzjoni niedja jintbagħat f'impjant għat-trattament tal-ilma mormi u l-materja li ma tinħallx tinġabar permezz ta' sedimentazzjoni jew filtrazzjoni. |
Purifikazzjoni niedja |
L-użu ta' likwidu, tipikament ilma jew soluzzjoni milwiema, għall-ġbir ta' komposti aċidużi mill-gass mit-tromba ta' ċumnija permezz ta' assorbiment. |
8.5. Tekniki maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' trab, metalli, inkluż merkurju, u/jew PCDD/F
Teknika |
Deskrizzjoni |
Filtru b'borża |
Il-filtri b'borża jew tad-drapp huma kostruwiti minn drapp minsuġ jew bil-feltru poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jitneħħew il-partikuli. L-użu ta' filtru b'borża jirrikjedi l-għażla ta' drapp addattat għall-karatteristiċi tal-gass mit-tromba ta' ċumnija u t-temperatura operazzjonali massima. |
Injezzjoni ta' sorbent f'bojler (fil-forn jew fis-sodda) |
Ara d-deskrizzjoni ġenerali fit-Taqsima 8.4. Hemm kobenefiċċji fil-forma ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' trab u metall. |
Injezzjoni ta' sorbent ta' karbonju (eż. karbonju attivat jew karbonju attivat aloġenat) fil-gass mit-tromba ta' ċumnija |
Adsorbiment ta' merkurju u/jew PCDD/F minn sorbenti ta' karbonju, bħal karbonju attivat (aloġenat), bi trattament kimiku jew mingħajru Is-sistema ta' injezzjoni ta' sorbent tista' tittejjeb biż-żieda ta' filtru b'borża supplimentari. |
Sistema FGD niexfa jew semi-niexfa |
Ara d-deskrizzjoni ġenerali ta' kull teknika (jiġifieri assorbitur niexef bl-isprej (SDA), injezzjoni ta' sorbent minn ġo kanal (DSI), purifikatur niexef ta' sodda fluwidizzata ċirkolanti (CFB)) fit-Taqsima 8.4. Hemm kobenefiċċji fil-forma ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' trab u metall. |
Preċipitatur elettrostatiku (ESP) |
Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw b'tali mod li l-partikuli jiġu ċċarġjati u sseparati taħt l-influwenza ta' kamp elettriku. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu joperaw taħt firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet. L-effiċjenza tal-eliminazzjoni ġeneralment tiddependi fuq l-għadd ta' kampijiet, iż-żmien ta' residenza (daqs), il-proprjetajiet tal-katalisti u l-apparat għat-tneħħija tal-partikuli upstream. Ġeneralment, l-ESPs ikunu jinkludu bejn żewġ u ħames kampijiet. L-aktar ESPs moderni (bi prestazzjoni għolja) għandhom sa seba' kampijiet. |
Għażla tal-karburant |
L-użu ta' karburant b'kontenut baxx ta' rmied jew metalli (eż. merkurju). |
Multiċikluni |
Sett ta' sistemi għall-kontroll tat-trab, abbażi ta' forza ċentrifugali, fejn il-partikuli jiġu sseparati mill-gass tat-trasportatur, immuntati f'kompartiment wieħed jew diversi kompartimenti. |
L-użu ta' addittivi aloġenati fil-karburant jew injettati fil-forn |
Iż-żieda ta' komposti aloġeni (eż. addittivi brominati) fil-forn għall-ossidazzjoni tal-merkurju elementali fi speċi solubbli jew ta' partikuli, sabiex b'hekk tittejjeb it-tneħħija tal-merkurju fis-sistemi ta' eliminazzjoni downstream. |
Desulfurizzazzjoni niedja tal-gass mit-tromba ta' ċumnija (FGD niedja) |
Ara d-deskrizzjoni ġenerali fit-Taqsima 8.4. Hemm kobenefiċċji fil-forma ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' trab u metalli. |
8.6. Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ilma
Teknika |
Deskrizzjoni |
Adsorbiment fuq karbonju attivat |
Iż-żamma ta' inkwinanti solubbli fuq il-wiċċ ta' partikuli solidi u porużi ħafna (l-adsorbent). Ġeneralment jintuża karbonju attivat għall-adsorbiment ta' komposti organiċi u merkurju. |
Trattament bijoloġiku aerobiku |
L-ossidazzjoni bijoloġika ta' inkwinanti organiċi dissolti ma' ossiġenu bl-użu tal-metaboliżmu ta' mikroorganiżmi. Fil-preżenza tal-ossiġenu dissolt — injettat bħala arja jew ossiġenu pur — il-komponenti organiċi jiġu mineralizzati f'diossidu tal-karbonju u ilma jew jiġu ttrasformati f'bijomassa u metaboliti oħrajn. Taħt ċerti kundizzjonijiet, in-nitrifikazzjoni aerobika sseħħ ukoll meta l-mikroorganiżmi jossidizzaw l-ammonju (NH4 +) għan-nitrit intermedju (NO2 -), li mbagħad ikompli jiġi ossidizzat għal nitrat (NO3 -). |
Trattament bijoloġiku anossiku/anaerobiku |
It-tnaqqis bijoloġiku tal-inkwinanti bl-użu tal-metaboliżmu ta' mikroorganiżmi (eż. in-nitrat (NO3 -) jitnaqqas għal nitroġenu gassuż elementali, l-ispeċijiet ossidizzati ta' merkurju jitnaqqsu għal merkurju elementali). It-trattament anossiku/anaerobiku tal-ilma mormi mill-użu ta' sistemi ta' eliminazzjoni niedja ġeneralment jitwettaq f'bijoreatturi b'rita fissa bl-użu ta' karbonju attivat bħala trasportatur. It-trattament bijoloġiku anossiku/anaerobiku għat-tneħħija tal-merkurju jiġi applikat flimkien ma' tekniki oħrajn. |
Koagulazzjoni u flokkulazzjoni |
Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw sabiex jisseparaw is-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jitwettqu f'passi suċċessivi. Il-koagulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta' koagulanti b'ċarġ oppost għal dawk tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta' polimeri, sabiex b'hekk il-kolliżjonijiet tal-partikuli ta' mikroflok iġegħluhom jingħaqdu sabiex jipproduċu floks akbar. |
Kristallizzazzjoni |
It-tneħħija ta' inkwinanti joniċi mill-ilma mormi permezz tal-kristallizzazzjoni tagħhom fuq materjal ta' propagazzjoni, bħal ramel jew minerali, fi proċess ta' sodda fluwidizzata |
Filtrazzjoni |
Is-separazzjoni tas-solidi mill-ilma mormi billi jingħaddu minn ġo midjum poruż. Hija tinkludi tipi differenti ta' tekniki, eż. filtrazzjoni tar-ramel, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni. |
Flotazzjoni |
Is-separazzjoni ta' partikuli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma' bżieżaq tal-gass fini, ġeneralment arja. Il-partikuli galleġġjanti jakkumulaw fil-wiċċ tal-ilma u jinġabru permezz ta' xkumaturi. |
Skambju tal-joni |
Iż-żamma ta' inkwinanti joniċi mill-ilma mormi u s-sostituzzjoni tagħhom b'joni aktar aċċettabbli bl-użu ta' reżina għall-iskambju tal-joni. L-inkwinanti jinżammu temporanjament u wara jiġu rilaxxati f'likwidu ta' kontroħasil jew riġenerazzjoni. |
Newtralizzazzjoni |
L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal-livell ta' pH newtrali (bejn wieħed u ieħor 7) permezz taż-żieda ta' sustanzi kimiċi. L-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2) ġeneralment jintuża sabiex iżid il-pH, filwaqt li l-aċidu tal-kubrit (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2) ġeneralment jintuża sabiex inaqqas il-pH. Il-preċipitazzjoni ta' xi inkwinanti tista' sseħħ matul in-newtralizzazzjoni. |
Separazzjoni taż-żejt mill-ilma |
It-tneħħija taż-żejt liberu mill-ilma mormi permezz ta' separazzjoni bi gravità bl-użu ta' apparat bħas-separatur tal-American Petroleum Institute, interċettatur bil-pjanċi kkorrugati, jew interċettatur bil-pjanċi paralleli. Is-separazzjoni taż-żejt mill-ilma normalment tkun segwita minn flotazzjoni, appoġġjata minn koagulazzjoni/flokkulazzjoni. F'xi każijiet, jista' jkun meħtieġ li jitkissru l-emulsjonijiet qabel is-separazzjoni taż-żejt mill-ilma. |
Ossidazzjoni |
Il-konverżjoni tal-inkwinanti b'aġenti ossidanti kimiċi għal komposti simili li huma inqas perikolużi u/jew aktar faċli biex jiġu eliminati. Fil-każ tal-ilma mormi mill-użu ta' sistemi ta' eliminazzjoni niedja, l-arja tista' tintuża għall-ossidazzjoni tas-sulfit (SO3 2-) għal sulfat (SO4 2-). |
Preċipitazzjoni |
Il-konverżjoni ta' inkwinanti maħlula f'komposti li ma jinħallux biż-żieda ta' preċipitanti kimiċi. Sussegwentement, il-preċipitanti solidi fformati jiġu sseparati permezz ta' sedimentazzjoni, flotazzjoni jew filtrazzjoni. Is-sustanzi kimiċi tipiċi li jintużaw għall-preċipitazzjoni tal-metall huma l-ġir, id-dolomit, l-idrossidu tas-sodju, il-karbonat tas-sodju, is-sulfur tas-sodju u l-organosulfur. L-imluħa tal-kalċju (minbarra l-ġir) jintużaw għall-preċipitazzjoni tas-sulfat jew tal-fluworur. |
Sedimentazzjoni |
Is-separazzjoni tas-solidi sospiżi permezz tad-depożitar gravitazzjonali. |
Strippaġġ |
It-tneħħija ta' inkwinanti li jistgħu jitnaddfu (eż. ammonijaka) mill-ilma mormi permezz ta' kuntatt ma' fluss għoli ta' kurrent ta' gass sabiex jiġu ttrasferiti għall-fażi gassuża. L-inkwinanti jitneħħew mill-gass tal-istrippaġġ fi trattament downstream u potenzjalment ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw. |
(*1) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/249/UE tas-7 ta' Mejju 2012 rigward id-determinazzjoni tal-perjodi tal-bidu u tal-waqfien tat-tħaddim għall-finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 44).
(1) Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet marbuta mat-teħid tal-kampjuni jew limitazzjonijiet analitiċi, kejl ta' 30 minuta jkun inadegwat, għandu jiġi allokat perjodu xieraq għat-teħid tal-kampjuni. Għal PCDD/F, jintuża perjodu ta' teħid ta' kampjuni ta' bejn 6 u 8 sigħat.
(2) Fil-każ tal-unitajiet CHP, jekk għal raġunijiet tekniċi t-test tal-prestazzjoni ma jkunx jista' jitwettaq bl-unità titħaddem b'tagħbija sħiħa għall-provvista tas-sħana, it-test jista' jiġi supplimentat jew sostitwit b'kalkolu li juża parametri ta' tagħbija sħiħa.
(3) Il-kejl kontinwu tal-kontenut ta' fwar tal-ilma tal-gass mit-tromba ta' ċumnija ma jkunx neċessarju jekk il-gass mit-tromba ta' ċumnija inkluż fil-kampjun jitnixxef qabel issir l-analiżi.
(4) L-istandards EN ġeneriċi għall-kejl kontinwu huma EN 15267-1, EN 15267-2, EN 15267-3 u EN 14181. L-istandards EN għall-kejl perjodiku huma mogħtija fit-tabella.
(5) Il-frekwenza tal-monitoraġġ ma tapplikax meta t-tħaddim tal-impjant ikun għall-iskop waħdieni li jsir kejl tal-emissjonijiet.
(6) Fil-każ ta' impjanti b'kapaċità termali kklassifikata ta' < 100 MW imħaddma < 1 500 siegħa/sena, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sitt xhur. Għat-turbini tal-gass, il-monitoraġġ perjodiku jitwettaq b'tagħbija tal-impjant ta' kombustjoni ta' > 70 %. Għall-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam, linjite, bijomassa solida u/jew pit, jeħtieġ li l-frekwenza tal-monitoraġġ tieħu f'kunsiderazzjoni wkoll il-Parti 6 tal-Anness VI għall-IED.
(7) Fil-każ tal-użu ta' RKS, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sena, jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.
(8) Fil-każ ta' turbini mħaddma b'gass naturali b'kapaċità termali kklassifikata ta' < 100 MW mħaddma < 1 500 siegħa/sena, jew fil-każ tal-OCGTs eżistenti, minflok, tista' tintuża PEMS.
(9) Minflok, tista' tintuża PEMS.
(10) Qegħdin isiru żewġ settijiet ta' kejlijiet, wieħed bl-impjant imħaddem b'tagħbijiet ta' > 70 % u l-ieħor b'tagħbijiet ta' < 70 %.
(11) Bħala alternattiva għall-kejl kontinwu fil-każ ta' impjanti li jaħarqu żejt b'kontenut ta' kubrit magħruf u meta ma jkun hemm ebda sistema ta' desulfurizzazzjoni ta' gass mit-tromba ta' ċumnija, jistgħu jintużaw kejlijiet perjodiċi tal-anqas darba kull tliet xhur u/jew proċeduri oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta' SO2.
(12) Fil-każ tal-karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' tiġi aġġustata għall-impjanti ta' < 100 MWth wara karatterizzazzjoni inizjali tal-karburant (ara BAT 5) abbażi ta' valutazzjoni tar-rilevanza tar-rilaxxi ta' inkwinanti (eż. il-konċentrazzjoni fil-karburant, it-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija applikat) fl-emissjonijiet fl-arja, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet.
(13) Jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed, jista' jsir kejl perjodiku kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti u/jew tal-iskart jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas darba kull sena. Għall-koinċinerazzjoni tal-iskart ma' faħam, linjite, bijomassa solida u/jew pit, jeħtieġ li l-frekwenza tal-monitoraġġ tieħu f'kunsiderazzjoni wkoll il-Parti 6 tal-Anness VI għall-IED.
(14) Fil-każ tal-karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' tiġi aġġustata wara karatterizzazzjoni inizjali tal-karburant (ara BAT 5) abbażi ta' valutazzjoni tar-rilevanza tar-rilaxxi ta' inkwinanti (eż. il-konċentrazzjoni fil-karburant, it-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija applikat) fl-emissjonijiet fl-arja, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet.
(15) Fil-każ ta' impjanti b'kapaċità termali kklassifikata ta' < 100 MW imħaddma < 500 siegħa/sena, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sena. Fil-każ ta' impjanti b'kapaċità termali kklassifikata ta' < 100 MW imħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' titnaqqas għal tal-anqas darba kull sitt xhur.
(16) Jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed, jista' jsir kejl perjodiku kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti u/jew tal-iskart jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas darba kull sitt xhur.
(17) Fil-każ ta' impjanti li jaħarqu gassijiet tal-proċess tal-ħadid u tal-azzar, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sitt xhur, jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.
(18) Il-lista tal-inkwinanti mmonitorjati u l-frekwenza tal-monitoraġġ jistgħu jiġu aġġustati wara karatterizzazzjoni inizjali tal-karburant (ara BAT 5) abbażi ta' valutazzjoni tar-rilevanza tar-rilaxxi ta' inkwinanti (eż. il-konċentrazzjoni fil-karburant, it-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija applikat) fl-emissjonijiet fl-arja, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet.
(19) Fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sitt xhur.
(20) Fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista' tkun tal-anqas darba kull sena.
(21) Il-teħid kontinwu tal-kampjuni flimkien ma' analiżi frekwenti tal-kampjuni integrati fiż-żmien, eż. permezz ta' metodu standardizzat ta' monitoraġġ b'nassa assorbenti, jistgħu jintużaw bħala alternattiva għall-kejl kontinwu.
(22) Jekk jiġi pprovat li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed minħabba l-kontenut baxx ta' merkurju fil-karburant, jista' jitwettaq kejl perjodiku biss kull darba li bidla fil-karatteristiċi tal-karburanti jista' jkollha impatt fuq l-emissjonijiet.
(23) Il-frekwenza minima tal-monitoraġġ ma tapplikax fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(24) Il-kejl jitwettaq bl-impjant imħaddem b'tagħbijiet ta' > 70 %.
(25) Fil-każ ta' karburanti tal-proċess mill-industrija tal-kimika, il-monitoraġġ huwa applikabbli biss meta l-karburanti jkun fihom sustanzi klorinati.
(26) Il-monitoraġġ tat-TOC u l-monitoraġġ tas-COD huma alternattivi. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla ppreferuta għaliex ma jiddependix fuq l-użu ta' komposti tossiċi ħafna.
(27) Il-lista ta' sustanzi/parametri kkaratterizzati tista' titnaqqas għal dawk biss li jistgħu jkunu mistennija b'mod raġonevoli li jkunu preżenti fil-karburant(i) abbażi tal-informazzjoni dwar il-materja prima u l-proċessi tal-produzzjoni.
(28) Din il-karatterizzazzjoni titwettaq mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' aċċettazzjoni u pre-aċċettazzjoni tal-iskart stabbilita f'BAT 60(a), li tista' twassal għall-karatterizzazzjoni u/jew il-kontroll ta' sustanzi/parametri oħrajn minbarra dawk elenkati hawnhekk.
(29) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 8.6
(30) Japplika jew il-BAT-AEL għal TOC jew inkella l-BAT-AEL għal COD. TOC huwa l-għażla preferuta peress li l-monitoraġġ tiegħu ma jiddependix fuq l-użu ta' komposti tossiċi ħafna.
(31) Dan il-BAT-AEL japplika wara t-tnaqqis tat-tagħbija fil-bokka.
(32) Dan il-BAT-AEL japplika biss għall-ilma mormi mill-użu ta' FGD niedja.
(33) Dan il-BAT-AEL japplika biss għall-impjanti ta' kombustjoni li jużaw komposti tal-kalċju fit-trattament tal-gass mit-tromba ta' ċumnija.
(34) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ma jistax japplika fil-każ ta' ilma mormi mielaħ ħafna (eż. konċentrazzjonijiet ta' klorur ≥ 5 g/l) minħabba s-solubbiltà akbar tas-sulfat tal-kalċju.
(35) Dan il-BAT-AEL ma japplikax għall-iskariki fil-baħar jew f'korpi ta' ilma salmastru.
(36) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx fil-każ tal-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(37) Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).
(38) It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jikkorrispondi għal każijiet fejn l-effiċjenza enerġetika miksuba tiġi affettwata b'mod negattiv (sa erba' punti perċentwali) mit-tip ta' sistema ta' tkessiħ użata jew mill-pożizzjoni ġeografika tal-unità.
(39) Dawn il-livelli ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.
(40) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.
(41) It-truf ta' isfel tal-meded tal-BAT-AEEL jinkisbu fil-każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi mhux favorevoli, unitajiet imħaddma b'linjite ta' grad baxx u/jew unitajiet antiki (ikkummissjonati għall-ewwel darba qabel l-1985).
(42) It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEEL jista' jinkiseb b'parametri tal-fwar għolja (pressjoni, temperatura).
(43) It-titjib li jista' jinkiseb fl-effiċjenza elettrika jiddependi fuq l-unità speċifika, iżda żieda ta' aktar minn tliet punti perċentwali titqies bħala li tirrifletti l-użu tal-BAT għall-unitajiet eżistenti, skont id-disinn oriġinali tal-unità u l-modifiki diġà mwettqa.
(44) Fil-każ tal-unitajiet li jaħarqu linjite b'valur ta' tisħin aktar baxx inqas minn 6 MJ/kg, it-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEEL huwa 41,5 %.
(45) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEEL jista' jkun sa 46 % fil-każ tal-unitajiet ta' ≥ 600 MWth li jużaw kundizzjonijiet superkritiċi jew ultra-superkritiċi tal-fwar.
(46) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEEL jista' jkun sa 44 % fil-każ tal-unitajiet ta' ≥ 600 MWth li jużaw kundizzjonijiet superkritiċi jew ultra-superkritiċi tal-fwar.
(47) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(48) Fil-każ ta' impjanti ta' bojlers b'PC imħaddma bil-faħam li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1987, imħaddma < 1 500 siegħa/sena u li għalihom mhijiex applikabbli RKS u/jew RMKS, l-ogħla tarf tal-medda huwa 340 mg/Nm3.
(49) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(50) It-tarf ta' isfel tal-medda jitqies bħala li jista' jinkiseb meta tintuża RKS.
(51) L-ogħla tarf tal-medda huwa 175 mg/Nm3 għall-bojlers b'FBC li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u għall-bojlers b'PC imħaddma bil-linjite.
(52) L-ogħla tarf tal-medda huwa 220 mg/Nm3 għall-bojlers b'FBC li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u għall-bojlers b'PC imħaddma bil-linjite.
(53) Fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda huwa 200 mg/Nm3 għall-impjanti mħaddma ≥ 1 500 siegħa/sena u 220 mg/Nm3 għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(54) L-ogħla tarf tal-medda jista' jkun sa 140 mg/Nm3 fil-każ tal-limitazzjonijiet minħabba d-disinn tal-bojlers u/jew fil-każ tal-bojlers b'sodod fluwidizzati mhux mgħammra b'tekniki ta' eliminazzjoni sekondarji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOX.
(55) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(56) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(57) Fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, it-tarf ta' fuq tal-medda tal-BAT-AEL huwa 250 mg/Nm3.
(58) It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jinkiseb bl-użu ta' karburanti b'emissjonijiet baxxi ta' kubrit flimkien mal-aktar disinji avvanzati ta' sistemi ta' eliminazzjoni niedja.
(59) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 220 mg/Nm3 fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u mħaddma < 1 500 siegħa/sena. Għal impjanti eżistenti oħrajn li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 205 mg/Nm3.
(60) Għall-bojlers b'sodda fluwidizzata ċirkolanti, it-tarf ta' isfel tal-medda jista' jinkiseb bl-użu ta' FGD niedja b'effiċjenza għolja. L-ogħla tarf tal-medda jista' jinkiseb bl-użu ta' injezzjoni ta' sorbent fis-sodda tal-bojler.
(61) Jista' jkun diffiċli biex jinkiseb it-tarf ta' isfel ta' dawn il-meded tal-BAT-AEL fil-każ tal-impjanti mgħammra b'FGD niedja u ħiter gass-gass downstream.
(62) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 20 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin: l-impjanti li jaħarqu karburanti fejn il-kontenut medju ta' kloru jkun 1 000 mg/kg (niexef) jew ogħla; impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena; Bojlers b'FBC. Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(63) Fil-każ tal-impjanti mgħammra b'FGD niedja b'ħiter gass-gass downstream, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 7 mg/Nm3.
(64) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 7 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin: l-impjanti mgħammra b'FGD niedja b'ħiter gass-gass downstream; impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena; Bojlers b'FBC. Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(65) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(66) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(67) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 28 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(68) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 25 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(69) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 12 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(70) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 20 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(71) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 14 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(72) It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinkiseb bit-tekniki speċifiċi ta' tnaqqis tal-merkurju.
(73) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx fil-każ tal-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(74) Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).
(75) It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jikkorrispondi għal każijiet fejn l-effiċjenza enerġetika miksuba tiġi affettwata b'mod negattiv (sa erba' punti perċentwali) mit-tip ta' sistema ta' tkessiħ użata jew mill-pożizzjoni ġeografika tal-unità.
(76) Dawn il-livelli ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.
(77) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.
(78) It-tarf ta' isfel tal-medda jista' jkun 'l isfel sa 32 % fil-każ tal-unitajiet ta' < 150 MWth li jaħarqu karburanti tal-bijomassa b'umdità għolja.
(79) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(80) Għall-impjanti ta' kombustjoni mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(81) Għall-impjanti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' potassju jkun 2 000 mg/kg (niexef) jew ogħla, u/jew il-kontenut medju ta' sodju jkun 300 mg/kg jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 200 mg/Nm3.
(82) Għall-impjanti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' potassju jkun 2 000 mg/kg (niexef) jew ogħla, u/jew il-kontenut medju ta' sodju jkun 300 mg/kg jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 250 mg/Nm3.
(83) Għall-impjanti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' potassju jkun 2 000 mg/kg (niexef) jew ogħla, u/jew il-kontenut medju ta' sodju jkun 300 mg/kg jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 260 mg/Nm3.
(84) Għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' potassju jkun 2 000 mg/kg (niexef) jew ogħla, u/jew il-kontenut medju ta' sodju jkun 300 mg/kg jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 310 mg/Nm3.
(85) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 160 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(86) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 200 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(87) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(88) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(89) Għall-impjanti eżistenti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' kubrit ikun 0,1 wt-% (niexef) jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 100 mg/Nm3.
(90) Għall-impjanti eżistenti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' kubrit ikun 0,1 wt-% (niexef) jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 215 mg/Nm3.
(91) Għall-impjanti eżistenti li jaħarqu karburanti meta l-kontenut medju ta' kubrit ikun 0,1 wt-% (niexef) jew ogħla, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 165 mg/Nm3, jew inkella 215 mg/Nm3 jekk dawk l-impjanti jkunu bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014 u/jew ikunu bojlers b'FBC li jaħarqu l-pit.
(92) Għall-impjanti li jaħarqu karburanti fejn il-kontenut medju ta' kloru jkun ≥ 0,1 wt-% (niexef), jew għall-impjanti eżistenti li jaħarqu bijomassa flimkien ma' karburant b'kontenut għoli ta' kubrit (eż. pit) jew li jużaw addittivi għall-konverżjoni tal-alkali klorur (eż. kubrit elementali), l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL għall-medja annwali għal impjanti ġodda huwa 15 mg/Nm3, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL għall-medja annwali għall-impjanti eżistenti huwa 25 mg/Nm3. Il-medja ta' kuljum tal-medda tal-BAT-AEL ma tapplikax għal dawn l-impjanti.
(93) Il-medja ta' kuljum tal-medda tal-BAT-AEL ma tapplikax għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena. L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL għall-medja annwali għall-impjanti ġodda mħaddma < 1 500 siegħa/sena huwa 15 mg/Nm3.
(94) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(95) Jista' jkun diffiċli biex jinkiseb it-tarf ta' isfel ta' dawn il-meded tal-BAT-AEL fil-każ tal-impjanti mgħammra b'FGD niedja u ħiter gass-gass downstream.
(96) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(97) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(98) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(99) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(100) Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).
(101) Dawn il-livelli ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.
(102) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(103) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(104) Għal bojlers industrijali u impjanti tat-tisħin distrettwali li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003, imħaddma < 1 500 siegħa/sena u li għalihom mhijiex applikabbli RKS u/jew RMKS, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 450 mg/Nm3.
(105) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 110 mg/Nm3 għall-impjanti ta' 100-300 MWth u l-impjanti ta' ≥ 300 MWth li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(106) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 145 mg/Nm3 għall-impjanti ta' 100-300 MWth u l-impjanti ta' ≥ 300 MWth li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(107) Għal bojlers industrijali u impjanti tat-tisħin distrettwali ta' > 100 MWth li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003, imħaddma < 1 500 siegħa/sena u li għalihom mhijiex applikabbli RKS u/jew RMKS, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 365 mg/Nm3.
(108) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(109) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(110) Għal bojlers industrijali u impjanti tat-tisħin distrettwali li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003 u mħaddma < 1 500 siegħa/sena, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 400 mg/Nm3.
(111) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 175 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(112) Għal bojlers industrijali u impjanti tat-tisħin distrettwali li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003, imħaddma < 1 500 siegħa/sena u li għalihom mhijiex applikabbli FGD niedja, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 200 mg/Nm3.
(113) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(114) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(115) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 25 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(116) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 15 mg/Nm3 għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014.
(117) Kif definita fil-punt 26 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/UE.
(118) Kif definita fil-punt 27 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/UE.
(119) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(120) Il-BAT-AEELs tal-effiċjenza elettrika netta japplikaw kemm għall-unitajiet ta' CHP li d-disinn tagħhom huwa orjentat lejn il-ġenerazzjoni tal-enerġija, kif ukoll għall-unitajiet li jiġġeneraw biss enerġija.
(121) Jista' jkun diffiċli li jinkisbu dawn il-livelli fil-każ ta' magni mgħammra b'tekniki sekondarji ta' eliminazzjoni intensivi fl-enerġija.
(122) Jista' jkun diffiċli li jinkiseb dan il-livell fil-każ ta' magni li jużaw radjatur bħala sistema ta' tkessiħ f'postijiet ġeografiċi sħan u xotti.
(123) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għal impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena jew għal impjanti li ma jistgħux jiġu mgħammra b'tekniki sekondarji ta' eliminazzjoni.
(124) Il-medda tal-BAT-AEL hija 1 150–1 900 mg/Nm3 għal impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena jew għal impjanti li ma jistgħux jiġu mgħammra b'tekniki sekondarji ta' eliminazzjoni.
(125) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(126) Għall-impjanti li jinkludu unitajiet ta' < 20MWth li jaħarqu l-HFO, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL applikabbli għal dawk l-unitajiet huwa 225 mg/Nm3.
(127) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(128) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(129) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 280 mg/Nm3 jekk ma tkun tista' tiġi applikata ebda teknika ta' eliminazzjoni sekondarja. Dan jikkorrispondi għal kontenut ta' kubrit tal-karburant ta' 0,5 wt-% (niexef).
(130) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(131) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(132) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(133) Il-BAT-AEELs tal-effiċjenza elettrika netta japplikaw kemm għall-unitajiet ta' CHP li d-disinn tagħhom huwa orjentat lejn il-ġenerazzjoni tal-enerġija, kif ukoll għall-unitajiet li jiġġeneraw biss enerġija.
(134) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(135) Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(136) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(137) Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).
(138) Il-BAT-AEELs tal-utilizzazzjoni totali netta tal-karburanti ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.
(139) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.
(140) Dawn il-BAT-AEELs japplikaw għall-unitajiet użati għall-applikazzjonijiet ta' trażmissjoni mekkanika.
(141) Jista' jkun diffiċli biex jinkisbu dawn il-livelli fil-każ ta' magni adattati sabiex jilħqu livelli ta' NOX aktar baxxi minn 190 mg/Nm3.
(142) Dawn il-BAT-AELs japplikaw ukoll għall-kombustjoni ta' gass naturali f'turbini mħaddma b'żewġ tipi ta' karburanti.
(143) Fil-każ ta' turbina tal-gass mgħammra b'DLN, dawn il-BAT-AELs japplikaw biss meta l-operazzjoni ta' DLN tkun effettiva.
(144) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(145) L-ottimizzazzjoni tal-funzjonament ta' teknika eżistenti sabiex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX tista' twassal għal livelli ta' emissjonijiet ta' CO fl-ogħla tarf tal-medda indikattiva għall-emissjonijiet ta' CO mogħtija wara din it-tabella.
(146) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għat-turbini eżistenti għall-applikazzjonijiet ta' trażmissjoni mekkanika jew għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena.
(147) Għall-impjanti b'effiċjenza elettrika (EE) netta akbar minn 39 %, jista' jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni għall-ogħla tarf tal-medda, li jkun jikkorrispondi għal [l-ogħla tarf] × EE/39, fejn EE hija l-effiċjenza tal-enerġija elettrika netta jew l-effiċjenza tal-enerġija mekkanika netta tal-impjant stabbilita fil-kundizzjonijiet tal-karga bażika tal-ISO.
(148) L-ogħla tarf tal-medda huwa 80 mg/Nm3 fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003 u mħaddma bejn 500 siegħa/sena u 1 500 siegħa/sena.
(149) Għall-impjanti b'effiċjenza elettrika (EE) netta akbar minn 55 %, jista' jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni għall-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL, li jkun jikkorrispondi għal [l-ogħla tarf] × EE/55, fejn EE hija l-effiċjenza tal-enerġija elettrika netta tal-impjant stabbilita fil-kundizzjonijiet tal-karga bażika tal-ISO.
(150) Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 65 mg/Nm3.
(151) Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 55 mg/Nm3.
(152) Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 80 mg/Nm3.
(153) It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEL għal NOX jista' jinkiseb bil-berners DLN.
(154) Dawn il-livelli huma indikattivi.
(155) Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 60 mg/Nm3.
(156) Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 65 mg/Nm3.
(157) L-ottimizzazzjoni tal-funzjonament ta' teknika eżistenti sabiex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX tista' twassal għal livelli ta' emissjonijiet ta' CO fl-ogħla tarf tal-medda indikattiva għall-emissjonijiet ta' CO mogħtija wara din it-tabella.
(158) Dawn il-BAT-AELs ma japplikawx għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(159) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(160) Dawn il-BAT-AELs japplikaw biss għall-magni ta' tqabbid bl-ispark u li jużaw żewġ tipi ta' karburant. Huma ma japplikawx għall-magni li jużaw gass u diżil.
(161) Fil-każ tal-magni għal użu f'każ ta' emerġenza mħaddma < 500 siegħa/sena li ma jistgħux japplikaw il-kunċett ta' ħruq bil-limitu jew jużaw RKS, l-ogħla tarf tal-medda indikattiva huwa 175 mg/Nm3.
(162) Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(163) Dan il-BAT-AEL huwa espress bħala C waqt tħaddim b'tagħbija sħiħa.
(164) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx fil-każ tal-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(165) Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).
(166) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.
(167) Il-firxa wiesgħa ta' effiċjenzi tal-enerġija fl-unitajiet CHP tiddependi ħafna fuq id-domanda lokali għall-elettriku u s-sħana.
(168) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx fil-każ tal-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(169) Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).
(170) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.
(171) L-impjanti li jaħarqu taħlita ta' gassijiet b'LHV ekwivalenti ta' > 20 MJ/Nm3 huma mistennija li jarmu l-emissjonijiet fl-ogħla tarf tal-meded tal-BAT-AEL.
(172) It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinkiseb meta tintuża RKS.
(173) Għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.
(174) Fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 160 mg/Nm3. Barra minn hekk, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinqabeż meta ma tkunx tista' tintuża RKS u meta jintuża proporzjon għoli ta' COG (eż. > 50 %) u/jew meta jinħaraq COG b'livell relattivament għoli ta' H2. F'dan il-każ, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 220 mg/Nm3.
(175) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(176) Fil-każ tal-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 70 mg/Nm3.
(177) Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.
(178) Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(179) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinqabeż meta jintuża sehem għoli ta' COG (eż. > 50 %). F'dan il-każ, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 300 mg/Nm3.
(180) Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.
(181) Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi
(182) Dawn il-BAT-AELs huma bbażati fuq > 70 % tal-enerġija fil-karga bażika disponibbli fil-ġurnata.
(183) Din tinkludi turbini tal-gass li jużaw tip ta' karburant wieħed u dawk li jużaw żewġ tipi ta' karburanti.
(184) L-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL ikun 250 mg/Nm3 jekk il-berners DLN ma jkunux applikabbli.
(185) It-tarf ta' isfel tal-medda tal-BAT-AEL jista' jinkiseb b'berners DLN.
(186) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-unitajiet imħaddma < 1 500 siegħa/sena.
(187) Fil-każ tal-unitajiet CHP, japplika wieħed biss miż-żewġ BAT-AEELs “Effiċjenza elettrika netta” jew “Utilizzazzjoni totali netta tal-karburant”, skont id-disinn tal-unità CHP (jiġifieri waħda aktar orjentata lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew lejn il-ġenerazzjoni tas-sħana).
(188) Dawn il-BAT-AEELs ma jkunux jistgħu jinkisbu jekk id-domanda għas-sħana potenzjali tkun baxxa wisq.
(189) Dawn il-BAT-AEELs ma japplikawx għall-impjanti li jiġġeneraw biss elettriku.
(190) Għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.
(191) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(192) Għall-impjanti eżistenti ta' ≤ 500 MWth li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003 u li jużaw karburanti likwidi b'kontenut ta' nitroġenu ogħla minn 0,6 wt-%, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 380 mg/Nm3.
(193) Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 180 mg/Nm3.
(194) Għall-impjanti eżistenti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 210 mg/Nm3.
(195) Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.
(196) Għall-impjanti eżistenti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(197) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(198) Fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 20 mg/Nm3.
(199) Fil-każ tal-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 7 mg/Nm3.
(200) Għall-impjanti mħaddma < 1 500 siegħa/sena, dawn il-BAT AELs ma japplikawx.
(201) Għall-impjanti mħaddma < 500 siegħa/sena, dawn il-livelli huma indikattivi.
(202) Għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 25 mg/Nm3.
(203) Għall-impjanti li bdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2014, l-ogħla tarf tal-medda tal-BAT-AEL huwa 15 mg/Nm3.
(204) Dawn il-BAT-AELs japplikaw biss għall-impjanti li jużaw karburanti derivati minn proċessi kimiċi li jinvolvu sustanzi klorinati.