5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/95


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1426

tal-4 ta' Awwissu 2017

li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/154

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fis-27 ta' Jannar 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 (2) li aġġornat il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (“il-lista”).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa neċessarju li ssir reviżjoni f'intervalli regolari tal-ismijiet ta' persuni, gruppi u entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li jkun hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fiha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistipula r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill wettaq fir-rigward ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fuq il-lista fejn jirriżulta li dawn kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fihom.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata kif meħtieġ u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/154 tas-27 ta' Jannar 2017 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1136 (ĠU L 23, 28.1.2017, p. 21).


ANNESS

Lista ta' persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu 1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16 ta' Ottubru 1966 f'Tarut (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew il-15 ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8 ta' Marzu 1978 f'Amsterdam (in-Netherlands).

6.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22 ta' Marzu 1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (Kanada).

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin Libaniż.

8.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5 ta' Novembru 1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Awstralja).

9.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), imwieled fl-14 ta' April 1965 jew l-1 ta' Marzu 1964 fil-Pakistan, Numru tal-passaport 488555.

10.

ȘANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13 ta' Ottubru 1976 f'Pülümür (it-Turkija).

11.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, Iran.

12.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Tehran, l-Iran.

13.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu 1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1.

“Abu Nidal Organisation” — “ANO” (“Organizzazzjoni Abu Nidal”) (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”.

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V.”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

“Communist Party of the Philippines” (“Partit Komunista tal-Filippini”), inkluż in-“New People's Army” (l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu”) — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Gama'a al-Islamiyya” (magħrufa ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) (“Islamic Group” — “IG” (“Grupp Iżlamiku”)).

7.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (“Front Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant il-Kbir”).

8.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

9.

“Hizballah Military Wing” (“Fergħa Militari tal-Hizballah”), (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu'llah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (“Kunsill tal-Ġihad”) (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

11.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

12.

“Kurdistan Workers' Party” — “PKK” (“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan”) (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

13.

“Liberation Tigers of Tamil Eelam” — “LTTE” (“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam”).

14.

“Ejército de Liberación Nacional” (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

15.

Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

16.

“Popular Front for the Liberation of Palestine” — “PFLP” (“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina”).

17.

“Popular Front for the Liberation of Palestine — General Command” (Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali”) (magħruf ukoll bħala “PFLP — General Command”).

18.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

19.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

20.

“Sendero Luminoso” — “SL” (“Triq li Tiddi”).

21.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħrufa wkoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħrufa wkoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).