27.7.2017
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
|
L 195/36
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1392
tal-25 ta' Lulju 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2014/350/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili
(notifikata bid-dokument C(2017) 5069)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1)
|
Wara notifika mill-esperti tekniċi lill-Kummissjoni u lil xi Stati Membri li hemm bżonn ta' kjarifika fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE (2), jeħtieġ li jiġi speċifikat aktar għal liema fibri tessili japplikaw il-kriterji ekoloġiċi u li jiġi appoġġat il-potenzjal għat-tikkettar tal-prodotti tessili intermedji.
|
(2)
|
Jeħtieġ li jittejjeb il-kliem tat-Taqsima 1 dwar il-kriterji tal-fibri tessili u l-kliem tal-kriterju 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE sabiex jiġu ċċarati l-eċċezzjonijiet li japplikaw meta jintużaw il-fibri rriċiklati jew il-fibri tal-qoton organiku u kif għandu jiġi kkalkulat il-perċentwal ta' qoton meħtieġ għall-kriterji 1(a) u 1(b). Abbażi tad-diskussjonijiet li saru f'Jannar tal-2016 waqt il-laqgħat tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea u tal-Forum tal-entitajiet kompetenti, jeħtieġ li jiġi armonizzat il-kliem użat għar-rekwiżiti tal-qoton organiku, tal-qoton IPM u tar-restrizzjonijiet fuq il-pestiċidi għall-gruppi ta' prodotti tat-tessuti, tax-xedd tas-saqajn u tal-għamara, billi jittieħdu bħala referenza għal dan il-kriterji riveduti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1332 (3) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 (4). Abbażi tad-diskussjonijiet li saru waqt il-laqgħa tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea ta' Novembru tal-2016, jeħtieġ li jiġi llimitat ir-rekwiżit tan-nuqqas ta' taħlit tal-qoton organiku mal-qoton immodifikat ġenetikament għal dawk il-prodotti li għalihom issir pretensjoni dwar il-kontenut tal-qoton organiku skont il-kriterju 28 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE. Barra minn hekk, għandu jitqies il-fatt li fil-kriterju 28 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE titħalla tiżdied pretensjoni oħra dwar l-użu tal-qoton mhux immodifikat ġenetikament.
|
(3)
|
Wara notifika mill-esperti tekniċi lill-Kummissjoni u lil xi Stati Membri, jeħtieġ li jiġu ċċarati l-istruzzjonijiet dwar it-teħid ta' kampjuni komposti għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kriterju 3(a).
|
(4)
|
Għal raġunijiet ta' ċarezza, jeħtieġ li jittejjeb il-kliem tal-kriterju 13(b) tat-Taqsima 3 dwar il-kriterji tas-sustanzi kimiċi u l-proċessi għal raġunijiet ta' konsistenza mal-proċess għall-identifikazzjoni tal-kandidati għas-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHCs) u għall-istabbiliment tal-lista ta' dawn il-kandidati, stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u għall-konsistenza mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. Il-kliem tal-kriterju 14 ukoll għandu jinġieb f'konformità mal-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. Wara notifika mill-esperti tekniċi lill-Kummissjoni u lil xi Stati Membri, jeħtieġ li fil-kriterju 14 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE jiġi ċċarat meta għandhom jintużaw ir-regoli dwar il-klassifikazzjoni tal-perikli li japplikaw għas-sustanzi u meta għandhom jintużaw dawk li japplikaw għat-taħlitiet. Barra minn hekk, abbażi tad-diskussjonijiet li saru waqt il-laqgħat tal-Forum tal-entitajiet kompetenti, jeħtieġ li r-restrizzjonijiet mogħtija fil-kriterju 14(b) fuq l-entrata (iv) tat-tabella dwar is-sustanzi li jbarru l-ilma, it-trab u t-tbajja' u r-rekwiżiti mogħtija fl-Appendiċi 1 jiġu armonizzati mal-kriterju rispettiv u mar-rekwiżiti użati għall-gruppi ta' prodotti tax-xedd tas-saqajn u tal-għamara, billi jittieħdu bħala referenza għal dan tal-aħħar il-kriterji riveduti għall-għamara stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1332 u għax-xedd tas-saqajn dawk riveduti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349, kif ġew ivvutati mill-Kumitat Regolatorju tal-Ekotikketta (6) f'Jannar tal-2016. Għall-entrata (v) tat-tabella dwar l-Awżiljarji, jeħtieġ li jiġi emendat u ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga u li jitħallew isiru kalkoli tar-residwi fil-parti dwar il-valutazzjoni u l-verifika. Jeħtieġ jinbidel ukoll il-kliem tal-Appendiċi 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE sabiex dan ikun konsistenti mal-kliem tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
|
(5)
|
Wara notifika mill-membri tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea lill-Kummissjoni u wara d-diskussjonijiet li saru fl-2016 waqt il-laqgħat tal-Forum tal-entitajiet kompetenti, jeħtieġ li fit-Taqsima (f) tal-Appendiċi 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE jiġu emendati r-restrizzjonijiet li japplikaw għall-istadji kollha tal-produzzjoni sabiex ir-restrizzjoni tibda tkopri d-deterġenti, sabiex tiġi kkoreġuta r-referenza tat-test għall-bijodegradabbiltà anerobika u sabiex ir-restrizzjoni fuq id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi li mhumiex joniċi u katjoniċi tkun tkopri biss dawk li jkunu kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).
|
(6)
|
Wara notifika mill-membri tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea lill-Kummissjoni u wara diskussjonijiet li saru fl-2016 waqt il-laqgħat tal-Forum tal-entitajiet kompetenti, jeħtieġ li jiġu emendati l-kriterji 20 u 21 tat-Taqsima 4, imsejħa “Kriterji dwar l-adegwatezza għall-użu”, biex dawn ikunu jirriflettu s-sejbiet tekniċi l-ġodda tal-esperti tal-Istati Membri.
|
(7)
|
Abbażi ta' diskussjonijiet li saru fl-2015 u fl-2016 waqt il-laqgħat tal-Forum tal-entitajiet kompetenti, u għal raġunijiet ta' konsistenza mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jeħtieġ li jitħallew isiru kalkoli tal-emissjonijiet tal-komposti organiċi fl-arja fil-parti dwar il-valutazzjoni u l-verifika tal-kriterju 16(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE.
|
(8)
|
Abbażi tad-diskussjonijiet li saru fl-2015 u fl-2016 waqt il-laqgħat tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea u tal-Forum tal-entitajiet kompetenti, jeħtieġ li l-kliem użat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE għall-parti dwar il-valutazzjoni u l-verifika tal-kriterju 26 dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol jiġi armonizzat mal-kliem użat għall-grupp ta' prodotti tal-kompjuters, tal-laptops u tat-tablets, billi tittieħed bħala referenza għal dan id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1371 (10).
|
(9)
|
Wara diskussjoni mal-membri tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea li saret fl-2016, jeħtieġ li tittawwal il-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE, għax il-livell ta' ambizzjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE għall-qasam ambjentali mistenni jibqa' għoli meta mqabbel ma' skemi oħra tat-tikkettar. Barra minn hekk, iż-żamma ta' sett ta' kriterji stabbli fuq perjodu itwal taż-żmien se tippermetti lil għadd ikbar ta' applikanti jagħmlu t-titjib u l-investimenti tekniċi meħtieġa tul iċ-ċiklu tal-innovazzjoni sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-Ekotikketta, u se tippermetti lis-suq, min-naħa tiegħu, iwieġeb bi speċifikazzjonijiet ġodda tal-materja prima u tal-prodotti tessili intermedji.
|
(10)
|
Għalhekk id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE għandha tiġi emendata kif xieraq.
|
(11)
|
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE hija emendata kif ġej:
(1)
|
il-premessa 6 qed titħassar;
|
(2)
|
fl-Artikolu 1(1), il-punti (c), (d) u (e) qed jinbidlu b'dan li ġej:
“(c)
|
fibri tessili, ħajt, drapp u pannelli maħduma bil-labar: prodotti intermedji maħsuba għall-użu fi ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji tessili u tessuti għal ġewwa, inklużi drapp għat-tappizzerija u kisi għall-mili tal-imtieraħ qabel l-applikazzjoni tar-rinforz u tat-trattamenti marbuta mal-prodott finali;
|
(d)
|
elementi mhux ta' fibra: prodotti intermedji li huma inkorporati fi ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji tessili u fit-tessuti għal ġewwa, inklużi żippijiet, buttuni u aċċessorji oħra, kif ukoll membrani, kisi u laminati;
|
(e)
|
prodotti tat-tindif: prodotti minsuġa jew mhux minsuġa magħmula mill-fibri tessili u maħsuba għat-tindif fl-umdità jew fix-xott tal-uċuħ u l-ixxuttar ta' oġġetti tal-kċina;”;
|
|
(3)
|
l-Artikolu 6 qed jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 6
Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni relatati stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu validi għal 78 xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.”;
|
(4)
|
l-Anness qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE tal-5 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 45).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1332 tat-28 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-għamara (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 100).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 tal-5 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (ĠU L 214, 9.8.2016, p. 16).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(6) L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1371 tal-10 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets (ĠU L 217, 12.8.2016, p. 9).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE huwa emendat kif ġej:
(1)
|
It-Taqsima “1. Il-kriterji tal-fibri tessili” hija emendata kif ġej:
(a)
|
it-tieni paragrafu qed jinbidel b'dan li ġej:
“Kull tip ta' fibra, inklużi dawk imniżżlin hawn fuq, tista' tintuża mingħajr ma jkollha bżonn tissodisfa l-kriterji tal-fibri tessili jekk din tkun tikkontribwixxi għal inqas minn 5 % tal-piż totali tal-prodott jew jekk tkun tikkostitwixxi kkuttunar jew inforra. Bl-eċċezzjoni tal-poljamide u tal-poliester, il-kriterji tal-fibri tessili ma għandhomx bżonn jiġu ssodisfati fil-każijiet li ġejjin:
(i)
|
mill-prodott kollu jekk il-fibri jkun fihom kontenut irriċiklat li b'kollox ikun jammonta għal mill-inqas 70 % skont il-piż tal-fibri kollha fil-prodott,
|
(ii)
|
minn fibri individwali li jiffurmaw parti mill-prodott bl-ekotikketta meta t-tip ta' fibra jkun fiha mill-inqas 70 % skont il-piż ta' kontenut irriċiklat.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-perċentwal tal-qoton fi prodott li għandu jkun konformi mal-Kriterju 1(a) jew 1(b), il-kontenut ta' fibra tal-qoton irriċiklat għandu jitnaqqas mill-perċentwali minimi meħtieġa ħlief fil-każ tal-ħwejjeġ għat-trabi ta' taħt it-tliet snin.”;
|
(b)
|
il-Kriterju 1 qed jiġi emendat kif ġej:
(i)
|
it-tieni u t-tielet inċiż qed jinbidlu b'dan li ġej:
“—
|
f'każ li ssir pretensjoni dwar il-qoton organiku skont il-Kriterju 28, għall-istandard tal-produzzjoni 1(a), il-qoton konvenzjonali u l-qoton IPM kollu li jkun imħallat mal-qoton organiku għandu jkun ġej minn varjetajiet mhux immodifikati ġenetikament;
|
—
|
għall-finijiet tal-kalkolu tal-perċentwal tal-qoton fi prodott li għandu jkun konformi mal-Kriterju 1(b), il-kontenut ta' fibra tal-qoton irriċiklat kollu għandu jitnaqqas mill-perċentwal minimu meħtieġ;
|
—
|
il-qoton organiku u l-qoton IPM kollu għandu jkun kompletament rintraċċabbli skont il-Kriterju 1(d), bil-verifika aċċettata abbażi tal-volum annwali ta' qoton mixtri jew abbażi tal-kontenut tal-prodott finali;”;
|
|
(ii)
|
fil-Kriterju 1(a), ir-raba' paragrafu qed jinbidel b'dan li ġej:
“Għall-qoton konvenzjonali u l-qoton IPM li jkun imħallat mal-qoton organiku, test ta' eżaminazzjoni kwalitattiva għall-modifikazzjonijiet ġenetiċi komuni mwettaq skont il-metodi ta' referenza tal-UE għall-analiżi tal-OĠM (*1) u li r-riżultat tiegħu ikun jindika li dan il-qoton ma jkunx fih OĠM għandu jiġi aċċettat bħala prova tal-konformità. It-testijiet għandhom isiru fuq kampjuni ta' qoton mhux ipproċessat minn kull pajjiż ta' oriġini qabel ma dan jgħaddi minn xi trattament bit-tixrib. Iċ-ċertifikazzjoni tal-qoton IPM permezz ta' skemi li jeskludu l-qoton immodifikat ġenetikament għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-konformità.
(*1) Il-Kummissjoni Ewropea, il-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-ikel u l-għalf immodifikat ġenetikament — Metodi kwalitattivi tar-reazzjoni katina bil-polimerażi għad-detezzjoni tal-OĠM, http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/gmomethods/”"
|
(iii)
|
il-Kriterju 1(b) qed jiġi emendat kif ġej:
—
|
it-tieni sentenza tat-tielet paragrafu qed tinbidel b'dan li ġej:
“Il-verifika għandha tiġi pprovduta jew fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini jew inkella fuq il-bażi ta' ċertifikazzjonijiet għall-qoton IPM kollu mixtri għall-manifattura tal-prodott.”;
|
—
|
qed jitħassar il-ħames paragrafu;
|
|
(iv)
|
fil-Kriterju 1(c), it-tieni u t-tielet paragrafu qed jinbidlu b'dan li ġej:
“aldikarb, aldrin, kamfeklor (toksafen), kaptafol, klordan, 2,4,5-T, klordimeform, ċipermetrina, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa tiegħu, endosulfan, endrin, ettakloru, eżaklorobenżen, eżakloroċikloeżan (isomeri totali), metamidofos, metilparatjon, monokrotofos, neonikotinojdi (klotjanidin, imidakloprid, tijametossam), paratjon u pentaklorofenol.
L-għadd totali ta' pestiċidi elenkati li jinstabu meta jiġi ttestjat il-qoton ma għandux jaqbeż iż-0,5 ppm.”;
|
(v)
|
fil-Kriterju 1(d), il-punti (i) u (ii) tat-tieni paragrafu qed jinbidlu b'dan li ġej:
“(i)
|
fuq bażi annwalizzata: għandhom jiġu pprovduti reġistri tat-tranżazzjonijiet u/jew fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta' qoton mixtri fuq bażi annwali mingħand il-bdiewa jew il-gruppi tal-produtturi, u/jew il-piż totali tal-qoton iċċertifikat, sal-produzzjoni tat-tessuti greige;
|
(ii)
|
fuq bażi tal-prodott finali: għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni mill-istadji tal-għażil u/jew tal-produzzjoni tad-drappijiet li tkun tikkorrispondi għall-kwantità ta' qoton użat f'kull prodott finali. Id-dokumentazzjoni kollha għandha tirreferi għall-Korp ta' Kontroll jew għaċ-ċertifikatur tal-forom differenti tal-qoton.”;
|
|
(vi)
|
fil-Kriterju 3(a), it-tielet u r-raba' paragrafu qed jinbidlu b'dan li ġej:
“Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jew jipprovdi d-dokumentazzjoni indikata hawn fuq jew inkella jikkompila r-rapporti tat-testijiet, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: l-abbozz tal-metodu tal-ittestjar 59 tal-IWTO. It-test għandu jsir fuq lottijiet ta' suf mhux ipproċessat tal-bejgħ jew tal-impriżi agrikoli, skont il-pajjiż tal-oriġini (jekk ikunu mħalltin) u qabel ma jsir kwalunkwe pproċessar bit-tixrib. Għandu jiġi ttestjat tal-inqas kampjun kompost wieħed ta' diversi lottijiet tal-bejgħ jew tal-impriżi agrikoli minn kull pajjiż tal-oriġini għal kull lott tal-ipproċessar. Kampjun kompost għandu jkun jikkonsisti minn wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
|
fibri tas-suf minn tal-inqas 10 lottijiet tal-bejgħ jew tal-impriżi agrikoli magħżulin b'mod aleatorju (skont il-pajjiż tal-oriġini tagħhom), meta jkun hemm iktar minn 10 lottijiet tal-bejgħ għal dak il-pajjiż tal-oriġini fil-lott tal-ipproċessar,
|
(ii)
|
kampjun għal kull lott tal-bejgħ jew għal kull lott tal-impriżi agrikoli li jkun qed iforni lil-lott tal-ipproċessar (skont liema minnhom ikun l-inqas) meta jkun hemm inqas minn 10 lottijiet tal-bejgħ għal dak il-pajjiż tal-oriġini fil-lott tal-ipproċessar.
|
B'mod alternattiv, jistgħu jintbagħtu r-rapporti tat-testijiet għal-lottijiet tal-bejgħ jew tal-impriżi agrikoli kollha f'lott tal-ipproċessar.
Fejn tapplika deroga, l-applikant imbagħad għandu jipprovdi evidenza li tikkonferma l-konfigurazzjoni tal-impjant tat-tagħrik tas-suf u rapporti tat-testijiet fil-laboratorji li juru t-tkissir tal-ektoparassitiċidi li jistgħu jkunu preżenti fir-residwi tat-tagħrik u fil-ħama.”.
|
|
|
(2)
|
Fit-Taqsima “3. Kriterji tas-Sustanzi Kimiċi u Proċessi”:
(a)
|
fil-Kriterju 13(b), l-ewwel paragrafu qed jinbidel b'dan li ġej:
“Sakemm ma jkunx idderogat b'mod speċifiku, il-prodott finali, inkluż kwalunkwe komponent jew aċċessorju, ma għandux ikun fih sustanzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
|
li jissodisfaw il-kriterji mogħtija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,
|
(ii)
|
li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li tistabbilixxi l-lista ta' kandidati għas-sustanzi ta' tħassib serju ħafna.
|
Dan japplika għas-sustanzi li jintużaw sabiex jagħtu funzjoni lill-prodott finali, kif ukoll għas-sustanzi li ntużaw b'intenzjoni fil-formuli tal-produzzjoni.
Ma għandha tingħata l-ebda deroga għas-sustanzi ta' tħassib serju ħafna li jinsabu f'oġġett tessili jew fi kwalunkwe parti omoġenja tiegħu f'konċentrazzjonijiet ta' iktar minn 0,10 % (piż skont il-piż).”;
|
(b)
|
il-Kriterju 14 qed jiġi emendat kif ġej:
(i)
|
it-titlu u l-ewwel paragrafu qed jinbidlu b'dan li ġej:
“Kriterju 14. Sostituzzjoni ta' sustanzi u ta' taħlitiet perikolużi użati fl-għoti taż-żebgħa, fl-istampar u fl-irfinatura
Is-sustanzi u t-taħlitiet applikati għad-drappijiet u għall-panewijiet maħduma bil-labar matul il-proċessi tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura li jibqgħu fuq il-prodott finali u li, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet ta' periklu jew bil-frażijiet ta' riskju elenkati fit-Tabella 5, ma għandhomx jintużaw sakemm ma jkunux ġew derogati b'mod speċifiku. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għas-sustanzi funzjonali inkorporati fil-fibri sintetiċi u fil-fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem matul il-manifattura tagħhom. Dan il-kriterju japplika għas-sustanzi kimiċi użati fil-produzzjoni fil-forma li biha jiġu applikati fil-prodott, jew bħala sustanzi jew bħala taħlitiet.
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).”"
|
(ii)
|
fil-Kriterju 14(b), it-Tabella 6 qed tiġi emendata kif ġej:
—
|
is-sitt ringiela, li tibda “(iv) Sustanzi li jbarru l-ilma, it-trab u t-tbajja'”, qed tinbidel b'dan li ġej:
“(iv)
|
Sustanzi li jbarru l-ilma, it-trab u t-tbajja'
|
|
H413
|
Is-sustanza li tbarri u l-prodotti tad-degradazzjoni tagħha għandhom ikunu:
—
|
jew faċilment u/jew inerentement bijodegradabbli,
|
—
|
jew mhux bijoakkumulattivi fl-ambjent akkwatiku, inkluż fis-sediment akkwatiku.
Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għad-durabbiltà tal-funzjoni (ara l-Kriterju 25).”;
|
|
|
—
|
it-tmien ringiela, li tibda “(v) Awżiljarji”, qed tinbidel b'dan li ġej:
“(v)
|
Awżiljarji, fosthom:
|
|
H301, H311, H331, H371, H373, H317 (1B), H334, H411, H412, H413, EUH070
|
Ir-riċetti għandhom jiġu fformulati bl-użu ta' sistemi ta' dożaġġ awtomatiċi u l-proċessi għandhom isegwu l-proċeduri operattivi standard.
Is-sustanzi kklassifikati b'H311, H331 u H317 (1B) ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 1,0 % piż skont il-piż.”;
|
|
|
(iii)
|
it-tielet paragrafu ta' wara t-Tabella 6 qed jinbidel b'dan li ġej:
“Jekk il-formuli tal-produzzjoni jkunu jinkludu awżiljarji li jġorru l-klassifikazzjonijiet tal-perikli speċifikati fid-deroga numru (v), għandha tkun meħtieġa verifika li tkun ibbażata fuq ittestjar fil-laboratorju tal-prodott finali jew tal-prodott intermedju jew, b'mod alternattiv, kalkolu tal-awżiljarji kklassifikati ttrasferiti mill-proċessi tal-produzzjoni għall-prodott finali.”;
|
|
(c)
|
fil-Kriterju 16(b), ir-raba' paragrafu qed jinbidel b'dan li ġej:
“Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri l-konformità skont l-istandard EN 12619 jew skont standards ekwivalenti oħrajn. Għandu jiġi aċċettat ukoll kalkolu tal-emissjonijiet tal-komposti organiċi bbażat fuq il-metodu deskritt fl-aktar dokument attwali ta' referenza tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aqwa tekniki disponibbli għall-industrija tat-tessuti. Il-medji ta' kull xahar għall-emissjonijiet totali tal-komposti organiċi mis-siti tal-produzzjoni għandhom jiġu pprovduti għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Meta jitwettqu l-irkupru u l-użu mill-ġdid tas-solventi, tkun trid tiġi pprovduta dejta dwar il-monitoraġġ bil-għan li sservi bħala evidenza tat-tħaddim ta' dawn is-sistemi.”.
|
|
(3)
|
It-Taqsima “4. Kriterji Dwar l-Adegwatezza Għall-Użu” hija emendata kif ġej:
(a)
|
fil-Kriterju 20, l-ewwel paragrafu qed jinbidel b'dan li ġej:
“Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tixrib għandha tkun mill-inqas fil-livelli 2-3. Huwa permess il-livell 2 għad-denim ta' kulur skur u l-livell 1 għad-denim tal-kuluri l-oħra kollha.”;
|
(b)
|
fil-Kriterju 21, l-ewwel paragrafu qed jinbidel b'dan li ġej:
“Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tnixxif għandha tkun mill-inqas fil-livell 4. Huma permessi l-livelli 3 sa 4 għad-denim ta' kulur skur u l-livelli 2 sa 3 għad-denim tal-kuluri l-oħra kollha.”.
|
|
(4)
|
It-Taqsima “5. Kriterji tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” hija emendata kif ġej:
(a)
|
l-ewwel paragrafu qed jinbidel b'dan li ġej:
“Il-Kriterji 26 u 27 jittrattaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem fuq il-post tax-xogħol. Il-Kriterju 26 japplika għall-istadji tal-qtugħ, tal-ħidma u tat-tirqim fil-produzzjoni tal-prodotti tessili, filwaqt li l-Kriterju 27 japplika b'mod speċifiku għall-produzzjoni tad-denim.”;
|
(b)
|
fil-Kriterju 26, it-tielet paragrafu qed jinbidel b'dan li ġej:
“Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri verifika tal-konformità minn parti terza, bl-użu ta' verifika indipendenti jew ta' evidenza dokumentarja, inklużi żjarat fuq il-post minn awdituri matul il-proċess ta' verifika tal-Ekotikketta għas-siti tal-produzzjoni tal-istadji tal-qtugħ, tal-ħidma u tat-tirqim fil-katina tal-provvista għall-prodotti liċenzjati tagħhom. Dan għandu jsir meta ssir l-applikazzjoni u wara matul il-perjodu tal-liċenzja, jekk jiġu introdotti siti ġodda tal-produzzjoni.
F'pajjiżi fejn ġiet ratifikata l-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjonijiet fuq il-Post tax-Xogħol tal-1947 tal-ILO (Nru 81) u fejn is-sorveljanza tal-ILO turi li s-sistema nazzjonali ta' spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol hija effettiva u li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din is-sistema ta' spezzjoni jkopri l-oqsma msemmija hawn fuq (*3), għandha tkun aċċettata verifika magħmula minn spettur jew spetturi tax-xogħol maħtura minn awtorità pubblika.
(*3) Ara n-NORMLEX tal-ILO (http://www.ilo.org/dyn/normlex/en) u l-gwida ta' appoġġ fil-manwal tal-utent”"
|
|
(5)
|
Fil-Kriterju 28, it-tieni ringiela tat-Tabella 11 li tittratta l-fibri tal-qoton qed tinbidel b'dan li ġej:
“Fibri tal-qoton
|
Kontenut organiku ta' aktar minn 50 %
|
Magħmula minn xx % ta' qoton organiku.
Intuża biss qoton li ma fihx OĠM
|
Kontenut organiku ta' iktar minn 95 %
|
Magħmula mill-qoton organiku.
Intuża biss qoton li ma fihx OĠM
|
Kontenut ta' IPM ta' iktar minn 70 %
|
Qoton imkabbar b'inqas użu ta' pestiċidi”.
|
|
(6)
|
L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
(a)
|
it-Taqsima (e) qed tiġi emendata kif ġej:
(i)
|
it-tieni ringiela qed tinbidel b'dan li ġej:
“(i)
|
Irfinaturi tal-bijoċidi użati sabiex jagħtu karatteristiċi bijoċidali lill-prodotti finali.
Applikabbiltà:
Il-prodotti kollha
|
|
Il-prodotti bijoċidali (fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) ma għandhomx jiġu inkorporati fil-fibri, fid-drappijiet jew fil-prodott finali sabiex jagħtu karatteristiċi bijoċidali.
Eżempji komuni jinkludu t-triklosan, in-nanofidda, il-komposti organiċi taż-żingu, il-komposti organiċi tal-landa, il-komposti tad-diklorofenil(ester), id-derivattivi tal-benżimidażol u l-isotjażolinoni.
|
m/a
|
Verifika:
Dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu min-naħa tal-applikant”;
|
|
(ii)
|
ir-raba' ringiela qed tinbidel b'dan li ġej:
“(iii)
|
rattamenti b'sustanzi li jbarru l-ilma, it-tbajja' u ż-żejt
Applikabbiltà:
Fejn jiġu applikati sabiex jipprovdu l-funzjoni.
|
|
Ma għandhomx jintużaw trattamenti fluworurati li jbarru l-ilma, it-tbajja' u ż-żejt. Dawn għandhom jinkludu t-trattamenti perfluworurati u t-trattamenti polifluworurati.
It-trattamenti mhux fluworurati għandhom ikunu bijodegradabbli faċilment u/jew ikunu bijodegradabbli fl-aħħar mill-aħħar, jew ma jkunux bijoakkumulattivi fl-ambjent akkwatiku, inkluż fis-sediment akkwatiku. Barra minn hekk, huma għandhom ikunu konformi mal-kriterju tal-adegwatezza għall-użu 25(a).
|
m/a
|
Verifika:
Dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu, appoġġjata minn SDS, għas-sustanzi li jbarru użati, li għandhom jipprovduha l-ħaddiema li jirfinaw.
Metodu tal-ittestjar:
m/a”;
|
|
|
(b)
|
it-Taqsima (f) qed tiġi emendata kif ġej:
(i)
|
fit-tabella dwar “l-aġenti tensjoattivi, ir-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw”, l-ewwel u t-tieni ringiela qed jinbidlu b'dan li ġej:
“Deterġenti, aġenti tensjoattivi, rattaba tad-drapp u aġenti li jikkumplessaw
|
(ii)
|
Id-deterġenti, l-aġenti tensjoattivi, ir-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw kollha
Applikabbiltà: Il-proċessi kollha bit-tixrib
|
|
Mill-inqas 95 % skont il-piż totali tar-rattaba tad-drapp, tal-aġenti li jikkumplessaw, tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi kollha li jintużaw f'kull sit tal-ipproċessar bit-tixrib għandhom ikunu:
—
|
faċilment bijodegradabbli f'kundizzjonijiet aerobiċi, jew
|
—
|
inerentement bijodegradabbli, u/jew
|
—
|
jistgħu jiġu eliminati fl-impjanti għat-trattament tal-ilma tal-iskart.
|
L-aħħar reviżjoni tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti għandha tintuża bħala l-punt ta' referenza għall-bijodegradabbiltà:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_mt.pdf
|
m/a
|
Verifika:
Dikjarazzjoni min-naħa tal-fornitur tas-sustanzi kimiċi, appoġġjata minn SDS u/jew mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO.
Metodu tal-ittestjar:
Ara l-aġenti tal-kejl u tal-għażil (l-Appendiċi 1(a)(i)/(ii))
|
(iii)
|
Id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi li mhumiex joniċi u katjoniċi
Applikabbiltà: Il-proċessi kollha bit-tixrib
|
|
Id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi li mhumiex joniċi u katjoniċi li jintużaw f'kull sit tal-ipproċessar bit-tixrib u li huma kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom ikunu bijodegradabbli fl-aħħar mill-aħħar f'kundizzjonijiet anaerobiċi.
Il-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti għandha tintuża bħala l-punt ta' referenza għall-bijodegradabbiltà:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_mt.pdf
|
m/a
|
Verifika:
Dikjarazzjoni permezz ta' SDS u/jew min-naħa tal-fornitur tas-sustanzi kimiċi, appoġġjata mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO.
Metodu tal-ittestjar:
L-EN ISO 11734, l-ECETOC Nru 28, l-OECD 311”
|
|
(ii)
|
fit-tabella dwar “l-awżiljarji”, l-ewwel ringiela qed tinbidel b'dan li ġej:
“(iv)
|
Awżiljarji użati fil-preparazzjonijiet u l-formulazzjonijiet.
Applikabbiltà:
Il-prodotti kollha.
|
|
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe preparazzjoni jew formulazzjoni użata għat-tessuti u huma suġġetti għal valuri ta' limitu b'rabta mal-preżenza tagħhom fil-prodott finali:
|
in-nonilfenol, isomeri mħalltin;
|
|
l-4-nonilfenol, f'fergħat;
|
|
Somma totali ta' 25 mg/kg
|
Verifika:
Ittestjar tal-prodott finali.
Metodu tal-ittestjar:
Estrazzjoni tas-solventi segwita minn LCMS
|
l-alkilfenoletossilati (APEOs) u d-derivattivi tagħhom:
|
l-ottilfenol poliossietilat;
|
|
in-nonilfenol poliossietilat;
|
|
il-p-nonilfenol poliossietilat.
|
|
Verifika:
Ittestjar tal-prodott finali.
Metodu tal-ittestjar:
L-ISO 18254”
|
|
|
(c)
|
it-Taqsima (g) qed tiġi emendata kif ġej:
(i)
|
l-informazzjoni mogħtija fil-punt “(iii) Il-bijoċidi” qed tinbidel b'dan li ġej:
“(iii)
|
Il-bijoċidi użati sabiex jipproteġu t-tessuti matul it-trasport u l-ħżin.
Applikabbiltà:
Il-prodotti kollha
|
|
Jistgħu jintużaw biss il-prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi li huma approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). L-applikanti għandhom jikkonsultaw l-aktar lista attwali ta' awtorizzazzjoni:
https://echa.europa.eu/web/guest/information-on-chemicals/biocidal-active-substances
Is-sustanzi li ġejjin huma ristretti:
—
|
il-klorofenoli (l-imluħa u l-esteri tagħhom);
|
—
|
il-poliklorobifenili (il-PCBs);
|
—
|
il-komposti tal-organotin, inklużi t-TBT, it-TPhT, id-DBT u d-DOT;
|
—
|
id-dimetilfumarat (id-DMFu).
|
|
m/a
|
Verifika:
Dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu qabel it-trasport u l-ħżin, appoġġjata minn SDS.
|
|
(ii)
|
l-informazzjoni mogħtija fil-punt “(iv) Metalli li jistgħu jiġu estratti” qed tinbidel b'dan li ġej:
“(iv)
|
Il-metalli li jistgħu jiġu estratti
Applikabbiltà:
Il-prodotti kollha b'valuri ta' limitu differenti, liema valuri japplikaw b'mod speċifiku għat-tessuti għat-trabi u għat-tfal ta' taħt it-tliet snin.
|
|
Il-valuri ta' limitu li ġejjin japplikaw għall-prodotti maħsubin għat-trabi u għat-tfal ta' taħt it-tliet snin:
|
f'mg/kg
|
Verifika:
Ittestjar tal-prodott finali.
Metodu tal-ittestjar:
l-estrazzjoni — l-EN ISO 105-E04-2013 (Soluzzjoni ta' għaraq aċiduż);
id-detezzjoni — l-ICP-MS jew l-ICP-OES
|
L-antimonju (Sb)
|
30,0
|
L-arseniku (As)
|
0,2
|
Il-kadmju (Cd)
|
0,1
|
Il-kromu (Cr)
|
|
—
|
It-tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi
|
|
1,0
|
—
|
It-tessuti l-oħrajn kollha
|
|
0,5
|
Il-kobalt (Co)
|
1,0
|
Ir-ram (Cu)
|
25,0
|
Iċ-ċomb (Pb)
|
0,2
|
In-nikil (Ni)
|
|
—
|
It-tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi
|
|
1,0
|
—
|
It-tessuti l-oħrajn kollha
|
|
0,5
|
Il-merkurju (Hg)
|
0,02
|
Il-valuri ta' limitu li ġejjin japplikaw għall-prodotti l-oħrajn kollha, inklużi t-tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa:
|
f'mg/kg
|
Verifika:
Ittestjar tal-prodott finali.
Metodu tal-ittestjar:
l-estrazzjoni — id-DIN EN ISO 105-E04-2013 (Soluzzjoni ta' għaraq aċiduż);
id-detezzjoni — l-ICP-MS jew l-ICP-OES”.
|
L-antimonju (Sb)
|
30,0
|
L-arseniku (As)
|
1,0
|
Il-kadmju (Cd)
|
0,1
|
Il-kromu (Cr)
|
|
—
|
It-tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi
|
|
2,0
|
—
|
It-tessuti l-oħrajn kollha
|
|
1,0
|
Il-kobalt (Co)
|
|
—
|
It-tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi
|
|
4,0
|
—
|
It-tessuti l-oħrajn kollha
|
|
1,0
|
Ir-ram (Cu)
|
50,0
|
Iċ-ċomb (Pb)
|
1,0
|
In-nikil (Ni)
|
1,0
|
Il-merkurju (Hg)
|
0,02
|
|
|
|
(*4) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(*5) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).”