21.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/231


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/302

tad-15 ta' Frar 2017

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer

(notifikata bid-dokument C(2017) 688)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f'kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-BAT.

(2)

Fid-19 ta' Ottubru 2015, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent, imwaqqfin permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 (2), ipprovda lill-Kummissjoni bl-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer. Din l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku.

(3)

Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta' dak id-dokument ta' referenza tal-BAT.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-15 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.


ANNESS

IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAT-TROBBIJA INTENSIVA TAT-TJUR JEW TAL-ĦNIEŻER

AMBITU

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet li ġejjin speċifikati fit-Taqsima 6.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri “6.6. It-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer”:

(a)

b'aktar minn 40 000 post għat-tjur

(b)

b'aktar minn 2 000 post għall-ħnieżer ta' produzzjoni (li jiżnu aktar minn 30 kg), jew

(c)

b'aktar minn 750 post għall-ħnieżer nisa.

B'mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru l-proċessi u l-attivitajiet li ġejjin li jsiru fil-farms:

il-ġestjoni nutrizzjonali tat-tjur u tal-ħnieżer;

it-tħejjija tal-għalf (tħin, taħlit u ħżin);

it-trobbija (alloġġ) tat-tjur u tal-ħnieżer;

il-ġbir u l-ħżin tad-demel;

l-ipproċessar tad-demel;

it-tifrix tad-demel;

il-ħżin tal-annimali mejtin.

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx il-proċessi jew l-attivitajiet li ġejjin:

ir-rimi tal-annimali mejtin; dan jista' jiġi kopert fil-konklużjonijiet tal-BAT dwar il-Biċċeriji u l-Industriji tal-Prodotti Sekondarji tal-Annimali (SA).

Konklużjonijiet tal-BAT u dokumenti ta' referenza oħrajn li huma ta' rilevanza għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

Dokumenti ta' referenza

Attività

Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI)

Inċinerazzjoni tad-demel

Industriji tat-Trattament tal-Iskart (WT)

Ikkompostjar u diġestjoni anaerobika tad-demel

Monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-installazzjonijiet tal-IED (ROM)

Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma

Ekonomija u Effetti Transmedjali (ECM)

Ekonomija u effetti transmedjali tat-tekniki

Emissjonijiet mill-Ħżin (EFS)

Ħżin u ġarr tal-materjali

Effiċjenza Enerġetika (ENE)

Aspetti ġenerali tal-effiċjenza enerġetika

Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib (FDM)

Produzzjoni tal-għalf

Fejn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jindirizzaw il-ħżin u t-tifrix tad-demel, dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (1).

Fejn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jindirizzaw il-ħżin u r-rimi tal-annimali mejtin u l-ipproċessar u t-tifrix tad-demel, dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjonijiet rilevanti oħrajn, pereżempju, it-trattament xieraq tal-annimali.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.

Terminu użat

Definizzjoni

Ad libitum

L-għoti ta' aċċess ħieles għall-għalf jew għall-ilma sabiex b'hekk l-annimal ikun jista' jirregola huwa stess il-konsum skont il-ħtiġijiet bijoloġiċi tiegħu.

Post tal-annimal

Spazju pprovdut għal kull annimal f'sistema ta' alloġġi li tqis il-kapaċità massima tal-impjant.

Ħdim ta' konservazzjoni

Kull metodu tal-kultivazzjoni tal-ħamrija li jħalli r-residwu tal-għalla tas-sena ta' qabel (bħaz-zkuk tal-qamħirrun jew il-qasbija tal-qamħ) fl-għelieqi qabel u wara t-tħawwil tal-għalla li jmiss, sabiex jitnaqqsu l-erożjoni tal-ħamrija u l-iskular.

Farm eżistenti

Farm li mhuwiex farm ġdid.

Impjant eżistenti

Impjant li mhuwiex impjant ġdid.

Farm

Installazzjoni, kif iddefinita fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, fejn jitrabbew il-ħnieżer jew it-tjur.

Demel

Demel likwidu u/jew demel solidu.

Farm ġdid

Farm li jingħata l-ewwel permess wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta' farm wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Impjant ġdid

Impjant li jingħata l-ewwel permess fuq is-sit tal-farm wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta' impjant fuq il-pedamenti eżistenti, wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Impjant

Parti mill-farm fejn jitwettqu wieħed mill-proċessi jew waħda mill-attivitajiet li ġejjin: alloġġ għall-annimali, ħżin tad-demel, ipproċessar tad-demel. Impjant li jikkonsisti f'bini wieħed (jew faċilità) u/jew it-tagħmir meħtieġ sabiex jitwettqu l-proċessi jew l-attivitajiet.

Riċettur sensittiv

Żona li teħtieġ protezzjoni speċjali minn inkonvenjenzi, bħal:

Żoni residenzjali.

Żoni fejn jitwettqu l-attivitajiet tal-bniedem (pereżempju, l-iskejjel, iċ-ċentri ta' indukrar tat-tfal, iż-żoni ta' rikreazzjoni, l-isptarijiet jew id-djar għall-anzjani).

Ekosistemi/ħabitats sensittivi.

Demel likwidu

Rawt u awrina mħalltin jew mhux imħalltin ma' xi materjal tal-mifrex u xi ilma sabiex isiru demel likwidu b'kontenut ta' materja niexfa sa 10 % u li jimxu bil-gravità u jistgħu jiġu ppumpjati.

Demel solidu

Rawt jew ħmieġ u awrina mħalltin jew mhux imħalltin ma' materjal tal-mifrex li ma jimxux bil-gravità u ma jistgħux jiġu ppumpjati.

Nitroġenu ammonijaku totali

Ammonju-N (NH4-N) u l-komposti tiegħu, inkluż l-aċidu uriku, li jinqasmu faċilment f'NH4-N.

Nitroġenu totali

In-nitroġenu totali, espress bħala N, jinkludi ammonijaka ħielsa u ammonju (NH4-N), nitriti (NO2-N), nitrati (NO3-N) u komposti tan-nitroġenu organiku.

Nitroġenu totali mneħħi

Nitroġenu totali eliminat mill-proċessi metaboliċi tal-annimal fl-awrina u r-rawt.

Fosforu totali

Fosforu totali, espress bħala P2O5, jinkludi l-komposti tal-fosforu inorganiċi u organiċi kollha, dissolti jew marbutin ma' partiċelli.

Fosforu totali mneħħi

Fosforu totali eliminat mill-proċessi metaboliċi tal-annimal fl-awrina u r-rawt.

Ilma mormi

Skular tal-ilma tax-xita spiss imħallat mad-demel, ilma li ġej mit-tindif tal-uċuħ (pereżempju, il-pavimenti) u tat-tagħmir, u ilma li ġej mill-operazzjoni tas-sistemi ta' tindif tal-arja. Dan jista' jissejjaħ ukoll ilma bil-ħamrija.

Definizzjonijiet għal ċerti kategoriji tal-annimali

Terminu użat

Definizzjoni

Annimali għat-tnissil

Stokk ġenitur (irġiel u nisa) li jinżammu biex ibidu l-bajd għat-tfaqqis.

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ li jitrabbew għall-produzzjoni tal-laħam.

Tiġieġ tas-simna għat-tnissil

Stokk ġenitur (irġiel u nisa) li jinżammu biex ibidu l-bajd għall-produzzjoni tat-tiġieġ tas-simna.

Ħnieżer nisa li jwelldu

Ħnieżer nisa bejn il-perjodu tat-tqala u l-ftim tal-qżieqeż.

Ħnieżer tas-simna

Ħnieżer għall-produzzjoni li normalment jitrabbew minn piż ħaj ta' 30 kg sal-qatla jew sal-ewwel servizz. Din il-kategorija tinkludi ħnieżer bejn il-ftim u l-bejgħ (“growers”), ħnieżer b'piż ħaj ta' aktar minn 70 kg (“finishers”) u majjali nisa żgħar mhux mgħammrin (“gilts”) li ma jkunux ġew servizzjati.

Ħnieżer nisa tqal

Ħnieżer nisa tqal, inklużi l-majjali nisa żgħar mhux mgħammrin.

Tiġieġ tal-bajd

Tiġieġ nisa mkabbrin għall-produzzjoni tal-bajd wara l-età ta' 16 sa 20 ġimgħa.

Ħnieżer nisa għat-tgħammir

Ħnieżer nisa lesti għas-servizz u qabel it-tqala.

Ħanżir

Annimal tal-ispeċi porċina ta' kull età, li jinżamm għat-tgħammir jew għat-tismin.

Qżieqeż

Ħnieżer mit-twelid sal-ftim.

Tjur

Tjur (tiġieġ), dundjani, farawna, papri, wiżżijiet, summien, ħamiem, faġani u perniċi li jitrabbew jew jinżammu maqfulin għat-tgħammir, il-produzzjoni tal-laħam jew tal-bajd għall-konsum, jew biex jgħammru mill-ġdid il-provvisti tat-tjur tal-kaċċa.

Għawwietaq

Tiġieġ żgħar taħt l-età li jbidu l-bajd. Meta titrabba għall-produzzjoni tal-bajd, għattuqa ssir tiġieġa tal-bajd meta tibda tbid il-bajd fl-età ta' 16 sa 20 ġimgħa. Meta jitrabbew għat-tgħammir, it-tiġieġ iż-żgħar nisa u rġiel jiġu definiti bħala għawwietaq sal-età ta' 20 ġimgħa.

Ħnieżer nisa

Ħnieżer nisa matul il-perjodi tat-trobbija tat-tgħammir, tat-tqala u tat-twelid.

Ħnienes

Ħnieżer żgħar li jitrabbew mill-ftim sat-tismin, li normalment jitrabbew minn piż ħaj ta' madwar 8 kg sa 30 kg.

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta' ħarsien tal-ambjent.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, ġeneralment japplikaw il-konklużjonijiet tal-BAT.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-massa ta' sustanzi emessi għal kull post tal-annimal, għaċ-ċikli kollha ta' trobbija li jsiru matul sena (jiġifieri, kg sustanza/post tal-annimal/sena).

Il-valuri kollha għall-konċentrazzjonijiet espressi bħala massa ta' sustanza emessa għal kull volum fl-arja jirreferu għall-kundizzjonijiet standard (gass niexef f'temperatura ta' 273,15 K u pressjoni ta' 101,3 kPa).

1.   KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT

Il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għas-settur jew speċifiċi għall-proċess inklużi fit-Taqsimiet 2 u 3 japplikaw flimkien ma' dawn il-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT.

1.1.   Sistemi ta' ġestjoni ambjentali (EMS)

BAT 1.   Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-farms, il-BAT hija li tiġi implimentata u tinżamm sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

l-impenn tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri;

2.

Id-definizzjoni, mill-maniġment, ta' politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni;

3.

l-ippjanar u l-istabbiliment ta' proċeduri, objettivi u miri meħtieġa, flimkien mal-ippjanar finanzjarju u l-investiment;

4.

l-implimentazzjoni ta' proċeduri li jixħtu attenzjoni partikolari fuq:

(a)

l-istruttura u r-responsabbiltà;

(b)

it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u l-kompetenza;

(c)

il-komunikazzjoni;

(d)

l-involviment tal-impjegat;

(e)

id-dokumentazzjoni;

(f)

il-kontroll effettiv tal-proċess;

(g)

il-programmi ta' manutenzjoni;

(h)

it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenza;

(i)

is-salvagwardja tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali.

5.

il-verifika tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva li jixħtu attenzjoni partikolari fuq:

(a)

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll ir-Rapport ta' Referenza tal-JRC dwar il-Monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-installazzjonijiet IED — ROM)

(b)

l-azzjoni korrettiva u preventiva;

(c)

iż-żamma tar-rekords;

(d)

il-verifika interna jew esterna indipendenti (fejn ikun prattiku) sabiex jiġi determinat jekk l-EMS tikkonformax mal-arranġamenti ppjanati u tkunx ġiet implimentata u miżmuma kif suppost;

6.

ir-rieżami tal-EMS u l-adattabbiltà, l-adegwatezza u l-effikaċja kontinwa tagħha mill-maniġment superjuri;

7.

wara l-iżvilupp ta' teknoloġiji aktar nodfa;

8.

il-kunsiderazzjoni għall-impatti ambjentali mid-dekummissjonar eventwali tal-installazzjoni fl-istadju ta' tfassil ta' impjant ġdid, u matul il-ħajja operattiva tiegħu;

9.

l-applikazzjoni ta' parametri referenzjarji settorjali (pereżempju, id-Dokument ta' Referenza Settorjali tal-EMAS) fuq bażi regolari.

Speċifikament għas-settur tat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer, il-BAT hija wkoll l-inkorporazzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin fl-EMS:

10.

l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-ħsejjes (ara BAT 9);

11.

l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-irwejjaħ (ara BAT 12).

Kunsiderazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-applikabbiltà

L-ambitu (pereżempju, il-livell ta' dettall) u n-natura tal-EMS (pereżempju, standardizzata jew mhux standardizzata) huwa relatat man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-farm, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista' jkollu.

1.2.   Żamma f'kundizzjoni tajba

BAT 2.   Sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas l-impatt ambjentali u titjieb il-prestazzjoni ġenerali, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Applikabbiltà

a

Post xieraq tal-impjant/tal-farm u arranġamenti spazjali tal-attivitajiet sabiex:

jitnaqqas it-trasport tal-annimali u l-materjali (inkluż id-demel);

jiġu żgurati distanzi adegwati minn riċetturi sensittivi li jeħtieġu protezzjoni;

jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi prevalenti (pereżempju, ir-riħ u l-preċipitazzjoni);

titqies il-kapaċità tal-iżvilupp potenzjali tal-futur tal-farm;

tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ilma.

Tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali għal impjanti/farms eżistenti.

b

Il-persunal jirċievi edukazzjoni u taħriġ, b'mod partikolari dwar:

ir-regolamenti rilevanti, it-trobbija tal-bhejjem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, il-ġestjoni tad-demel, is-sigurtà tal-ħaddiema;

it-trasport u t-tixrid tad-demel;

l-ippjanar tal-attivitajiet;

l-ippjanar u l-ġestjoni ta' emerġenzi;

it-tiswija u l-manutenzjoni tat-tagħmir.

Ġeneralment applikabbli.

c

Tħejjija ta' pjan ta emerġenza sabiex jiġu indirizzati l-emissjonijiet u l-inċidenti mhux mistennija bħat-tniġġis ta' korpi tal-ilma. Dan jista' jinkludi:

pjan tal-farm li juri s-sistemi tad-drenaġġ u sorsi tal-ilma/effluwenti;

pjanijiet ta' azzjoni għar-rispons għal ċerti avvenimenti potenzjali (pereżempju, nirien, tnixxija jew kollass ta' mħażen tad-demel likwidu, skular mhux ikkontrollat minn munzelli ta' demel, tixrid taż-żejt);

tagħmir disponibbli sabiex jiġu indirizzati inċidenti ta' tniġġis (pereżempju tagħmir għall-għeluq ta' kanali tal-ilma, digi fil-gandotti, “scum boards” għat-tixrid taż-żejt).

Ġeneralment applikabbli.

d

Isiru verifiki, tiswijiet u manutenzjonijiet b'mod regolari ta' strutturi u tagħmir, bħal:

imħażen tad-demel likwidu għal kwalunkwe sinjal ta' ħsara, degradazzjoni, tnixxija;

pompi, miksers, separaturi, irrigaturi tad-demel likwidu;

sistemi ta' provvista tal-ilma u tal-għalf;

sistema ta' ventilazzjoni u sensuri tat-temperatura;

sajlos u tagħmir tat-trasport (pereżempju, valvijiet, tubi);

sistemi ta' tindif tal-arja (pereżempju billi jsiru spezzjonijiet regolari).

Dan jista' jinkludi tindif tal-farm u ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara.

Ġeneralment applikabbli.

e

L-annimali mejtin jinħażnu b'tali mod li jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet.

Ġeneralment applikabbli.

1.3.   Ġestjoni nutrizzjonali

BAT 3.   Sabiex jitnaqqas in-nitroġenu totali mneħħi u, konsegwentement, l-emissjonijiet tal-ammonijaka filwaqt li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimali, il-BAT hija li tintuża formulazzjoni ta' dieta u strateġija nutrizzjonali li tinkludi teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (3)

Applikabbiltà

a

Jitnaqqas il-kontenut ta' proteini mhux raffinati billi tintuża dieta-N bilanċjata ibbażata fuq il-ħtiġijiet tal-enerġija u l-aċidi amminiċi diġeribbli.

Ġeneralment applikabbli.

b

Għalf multifażi b'formulazzjoni ta' dieta adattata għar-rekwiżiti speċifiċi tal-perjodu ta' produzzjoni.

Ġeneralment applikabbli.

c

Iż-żieda ta' ammonti kkontrollati ta' aċidi amminiċi essenzjali għal dieta b'livell baxx ta' proteini mhux raffinati.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta meta l-għalf b'livell baxx ta' proteini ma jkunx ekonomikament disponibbli. L-aċidi amminiċi sintetiċi mhumiex applikabbli għall-produzzjoni organika tal-bhejjem.

d

L-użu ta' addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu n-nitroġenu totali mneħħi.

Ġeneralment applikabbli.


Tabella 1.1

Nitroġenu totali mneħħi marbut mal-BAT

Parametru

Kategorija tal-annimal

Total marbut mal-BAT nitroġenu mneħħi (4)  (5)

(kg N imneħħi/post tal-annimal/sena)

Nitroġenu totali mneħħi, espress bħala N.

Ħnienes

1,5 — 4,0

Ħnieżer tas-simna

7,0 — 13,0

Ħnieżer nisa (inklużi l-qżieqeż)

17,0 — 30,0

Tiġieġ tal-bajd

0,4 — 0,8

Tiġieġ tas-simna

0,2 — 0,6

Papri

0,4 — 0,8

Dundjani

1,0 — 2,3 (6)

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 24. Il-livelli tan-nitroġenu mneħħi totali marbutin mal-BAT jistgħu ma jkunux applikabbli għall-produzzjoni organika tal-bhejjem u għat-trobbija tal-ispeċijiet tat-tjur mhux indikati hawn fuq.

BAT 4.   Sabiex jitnaqqas il-fosforu totali mneħħi, filwaqt li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimali, il-BAT hija li tintuża formulazzjoni ta' dieta u strateġija nutrizzjonali li tinkludi teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (7)

Applikabbiltà

a

Għalf multifażi b'formulazzjoni ta' dieta adattata għar-rekwiżiti speċifiċi tal-perjodu ta' produzzjoni.

Ġeneralment applikabbli.

b

L-użu ta' addittivi awtorizzati fl-għalf li jnaqqsu l-fosforu totali mneħħi (pereżempju, il-fitażi).

Il-fitażi tista' ma tkunx applikabbli fil-każ ta' produzzjoni organika tal-bhejjem.

c

L-użu ta' fosfati inorganiċi diġeribbli ħafna għas-sostituzzjoni parzjali ta' sorsi konvenzjonali tal-fosforu fl-għalf.

Ġeneralment applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' fosfati inorganiċi diġeribbli ħafna.


Tabella 1.2

Fosforu totali mneħħi marbut mal-BAT

Parametru

Kategorija tal-annimal

Fosforu totali mneħħi marbut mal-BAT (8)  (9)

(kg P2O5 imneħħi/post tal-annimal/sena)

Fosforu totali mneħħi, espress bħala P2O5.

Ħnienes

1,2 — 2,2

Ħnieżer tas-simna

3,5 — 5,4

Ħnieżer nisa (inklużi l-qżieqeż)

9,0 — 15,0

Tiġieġ tal-bajd

0,10 — 0,45

Tiġieġ tas-simna

0,05 — 0,25

Dundjani

0,15 — 1,0

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 24. Il-livelli mneħħijin totali tal-fosforu marbutin mal-BAT jistgħu ma jkunux applikabbli għall-produzzjoni organika tal-bhejjem u għat-trobbija ta' speċijiet tat-tjur mhux indikati hawn fuq.

1.4.   L-użu effiċjenti tal-ilma

BAT 5.   Sabiex l-ilma jintuża b'mod effiċjenti, il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Applikabbiltà

a

Jinżamm rekord tal-użu tal-ilma.

Ġeneralment applikabbli.

b

Jinstabu u jissewwew it-tnixxijiet tal-ilma.

Ġeneralment applikabbli.

c

Jintuża tagħmir għat-tindif bi pressjoni għolja għat-tindif tal-alloġġ u tat-tagħmir tal-annimal.

Mhux applikabbli għall-faċilitajiet tat-tjur li jużaw sistemi ta' tindif fix-xott.

d

Jintgħażel u jintuża tagħmir adattat (pereżempju, “nipple drinkers”, “round drinkers”, ħwat tal-ilma) għall-kategorija tal-annimal speċifika filwaqt li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-ilma (ad libitum).

Ġeneralment applikabbli.

e

Għandha tiġi vverifikata u (jekk meħtieġ) aġġustata fuq bażi regolari l-kalibrazzjoni tat-tagħmir tal-ilma għax-xorb.

Ġeneralment applikabbli.

f

Jintuża mill-ġdid l-ilma tax-xita mhux kontaminat bħala ilma għat-tindif.

Tista' ma tkunx applikabbli għall-farms eżistenti, minħabba spejjeż għoljin.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta minn riskji għall-bijosigurtà.

1.5.   Emissjonijiet mill-ilma mormi

BAT 6.   Sabiex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (10)

Applikabbiltà

a

Iż-żoni maħmuġin jinżammu żgħar kemm jista' jkun.

Ġeneralment applikabbli.

b

Jitnaqqas l-użu tal-ilma.

Ġeneralment applikabbli.

c

L-ilma tax-xita mhux kontaminat jiġi separat mill-flussi tal-ilma mormi li jeħtieġu trattament.

Tista' ma jkunx applikabbli għall-farms eżistenti.

BAT 7.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-ilma mormi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (11)

Applikabbiltà

a

L-ilma mormi jitbattal f'reċipjent apposta jew f'maħżen tad-demel likwidu.

Ġeneralment applikabbli.

b

L-ilma mormi jiġi ttrattat.

Ġeneralment applikabbli.

c

It-tixrid tal-ilma mormi, pereżempju, billi tintuża sistema ta' irrigazzjoni bħal bexxiexa, irrigatur li jimxi, bawżer, injettur ombelikali.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta minħabba d-disponibbiltà limitata ta' art adattata ħdejn il-farm.

Applikabbli biss għall-ilma mormi b'livell baxx ipprovat ta' kontaminazzjoni.

1.6.   L-użu effiċjenti tal-enerġija

BAT 8.   Sabiex l-enerġija tintuża b'mod effiċjenti f'farm, il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (12)

Applikabbiltà

a

Sistemi b'effiċjenza għolja għat-tisħin/tkessiħ u għall-ventilazzjoni.

Tista' ma tkunx applikabbli għal impjanti eżistenti.

b

L-ottimizzazzjoni tas-sistemi u tal-ġestjoni tat-tisħin/tkessiħ u tal-ventilazzjoni, speċjalment fejn jintużaw is-sistemi ta' tindif tal-arja.

Ġeneralment applikabbli.

c

L-iżolament tal-ħitan, tal-artijiet u/jew tas-soqfa tal-alloġġ tal-annimali.

Tista' ma tkunx applikabbli għall-impjanti li jużaw ventilazzjoni naturali. L-iżolament jista' ma jkunx applikabbli għal impjanti eżistenti minħabba restrizzjonijiet strutturali.

d

L-użu ta' dawl effiċjenti fl-enerġija.

Ġeneralment applikabbli.

e

L-użu ta' skambjaturi tas-sħana. Tista' tintuża waħda mis-sistemi li ġejjin:

1.

arja-arja;

2.

arja-ilma;

3.

arja-art;

Skambjaturi tas-sħana tal-arja-art huma applikabbli biss meta jkun hemm spazju disponibbli minħabba l-ħtieġa ta' superfiċe kbira tal-ħamrija.

f

L-użu ta' pompi tas-sħana għall-irkupru tas-sħana.

L-applikabbiltà tal-pompi tas-sħana bbażati fuq l-irkupru tas-sħana ġeotermali hija limitata meta jintużaw pajpijiet orizzontali minħabba l-ħtieġa ta' spazju disponibbli.

g

L-irkupru tas-sħana b'paviment tal-mifrex imsaħħan u mkessaħ (“combideck system”).

Mhux applikabbli għall-faċilitajiet tal-ħnieżer.

L-applikabbiltà tiddependi fuq il-possibbiltà li jiġi installat maħżen magħluq taħt l-art għaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma.

h

Tiġi applikata ventilazzjoni naturali.

Mhux applikabbli għall-impjanti b'sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

Fil-faċilitajiet tal-ħnieżer, din tista' ma tkunx applikabbli għal:

sistemi ta' alloġġi b'artijiet tal-mifrex fi klimi sħan;

sistemi ta' alloġġi mingħajr artijiet tal-mifrex jew mingħajr kabini mgħottijin, iżolati (pereżempju, għerejjex) fi klimi kesħin.

Fil-faċilitajiet tat-tjur, dan jista' ma jkunx applikabbli:

matul l-istadju inizjali tat-trobbija, barra mill-produzzjoni tal-papri;

minħabba kundizzjonijiet klimatiċi estremi.

1.7.   Emissjonijiet tal-ħoss

BAT 9.   Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx prattiku, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet akustiċi, il-BAT hija li jitwaqqaf u li jiġi implimentat pjan għall-immaniġġjar tal-istorbju, bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkludi l-elementi li ġejjin:

i.

protokoll li jinkludi azzjonijiet xierqa u skedi taż-żmien;

ii.

protokoll għat-twettiq ta' monitoraġġ tal-ħsejjes;

iii.

protokoll għar-rispons għal fenomeni identifikati ta' ħsejjes;

iv.

programm għat-tnaqqis tal-ħsejjes mfassal sabiex, pereżempju, jidentifika s-sors(i), jissorvelja l-emissjonijiet tal-ħsejjes, jikkaratterizza l-kontribuzzjonijiet tas-sorsi u jimplimenta miżuri ta' eliminazzjoni u/jew ta' tnaqqis;

v.

ir-rieżami ta' inċidenti u rimedji storiċi tal-ħsejjes u d-disseminazzjoni tal-għarfien dwar l-inċidenti tal-ħsejjes.

Applikabbiltà

BAT 9 hija applikabbli biss għall-każijiet fejn tkun mistennija u/jew ġiet sostanzjata inkonvenjenza mill-ħsejjes għal riċetturi sensittivi.

BAT 10.   Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattiku, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħsejjes, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Jiġu żgurati distanzi adegwati bejn l-impjant/il-farm u r-riċetturi sensittivi.

Fl-istadju tal-ippjanar tal-impjant/tal-farm, jiġu żgurati distanzi adegwati bejn l-impjant/il-farm u r-riċetturi sensittivi billi jiġu applikati distanzi standard minimi.

Jistgħu ma jkunux ġeneralment applikabbli għal impjanti/farms eżistenti.

b

Post tat-tagħmir.

Il-livelli tal-ħsejjes jistgħu jitnaqqsu billi:

i.

tiżdied id-distanza bejn l-emittent u r-riċettur (billi t-tagħmir jitqiegħed fl-iktar punt imbiegħed prattikament possibbli mir-riċetturi sensittivi);

ii.

jitnaqqas it-tul tal-pajpijiet li jwasslu l-għalf;

iii.

Isiru delu tal-għalf u sajlos tal-għalf sabiex jitnaqqas il-moviment tal-vetturi fil-farm.

Fil-każ ta' impjanti eżistenti, ir-rilokazzjoni tat-tagħmir jista' jiġi ristrett minħabba n-nuqqas ta' spazju jew spejjeż eċċessivi.

c

Miżuri operazzjonali.

Dawn jinkludu miżuri, bħal:

i.

l-għeluq ta' bibien u fetħiet kbar tal-bini, speċjalment waqt l-għalf, jekk ikun possibbli;

ii.

it-tħaddim tat-tagħmir minn persunal bl-esperjenza;

iii.

jiġu evitati attivitajiet li jagħmlu l-istorbju billejl u fi tmiem il-ġimgħa, jekk ikun possibbli;

iv.

dispożizzjonijiet għall-kontroll tal-ħsejjes matul attivitajiet ta' manutenzjoni;

v.

it-tħaddim ta' konvejers u trapani mimlijin għalf, jekk ikun possibbli;

vi.

iż-żoni mibruxin fuq barra jinżammu għall-minimu sabiex jitnaqqas l-istorbju mit-tratturi tal-brix.

Ġeneralment applikabbli.

d

Tagħmir li jagħmel ftit ħsejjes.

Dan jinkludi tagħmir, bħal:

i.

fannijiet b'effiċjenza għolja, meta l-ventilazzjoni naturali ma tkunx possibbli jew ma tkunx biżżejjed;

ii.

pompi u kompressuri;

iii.

sistema tal-għalf li tnaqqas l-istimulu ta' qabel l-għalf (pereżempju, “holding hoppers”, fornituri tal-ikel ad libitum passivi, fornituri tal-ikel kumpatti).

Il-BAT 7.d.iii hija applikabbli għall-faċilitajiet tal-ħnieżer biss.

Fornituri tal-ikel ad libitum passivi huma applikabbli biss meta t-tagħmir ikun ġdid jew meta jkun sostitwit jew meta l-annimali ma jeħtieġux għalf ristrett.

e

Tagħmir li jikkontrolla l-ħsejjes.

Dan jinkludi:

i.

tnaqqis tal-ħsejjes;

ii.

iżolament mill-vibrazzjoni;

iii.

spazju magħluq għat-tagħmir storbjuż (pereżempju, imtieħen, konvejers pnewmatiċi);

iv.

iżolament kontra l-ħsejjes (“soundproofing”) tal-bini.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta minħabba ħtiġijiet ta' spazju, u minħabba kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà.

Mhux applikabbli għal materjali li jassorbu l-ħsejjes li jfixklu t-tindif effettiv tal-impjant.

f

Tnaqqis tal-ħsejjes.

Il-propagazzjoni tal-ħsejjes tista' titnaqqas billi jiddaħħlu ostakli bejn l-emittenti u r-riċetturi.

Tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali minħabba raġunijiet ta' bijosigurtà.

1.8.   Emissjonijiet tat-trab

BAT 11.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab minn kull alloġġ tal-annimali, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Tekinka (13)

Applikabbiltà

a

Titnaqqas il-ġenerazzjoni tat-trab fil-bini tal-bhejjem. Għal dan il-għan, tista' tintuża taħlita tat-tekniki li ġejjin:

 

1.

1.

L-użu ta' materjal tal-mifrex aktar aħrax (pereżempju, tiben twil jew ċana minflok tiben imqatta');

It-tiben twil mhuwiex applikabbli għal sistemi bbażati fuq demel likwidu.

2.

Jiġi applikat mifrex frisk permezz ta' teknika għall-mifrex li taqla' biss ftit trab (pereżempju, bl-idejn);

Ġeneralment applikabbli.

3.

Jiġi applikat għalf ad libitum;

Ġeneralment applikabbli.

4.

Jintuża għalf niedi, għalf f'għamla ta' gerbub jew jiżdiedu materja prima jew leganti żejtnin f'sistemi ta' għalf niexef;

Ġeneralment applikabbli.

5.

It-twaħħil ta' separaturi tat-trab f'imħażen tal-għalf niexef li huma mimlijin b'mod pnewmatiku;

Ġeneralment applikabbli.

6.

Titfassal u tiġi operata s-sistema ta' ventilazzjoni b'veloċità tal-arja baxxa fl-alloġġ.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minn kunsiderazzjonijiet marbutin mat-trattament xieraq tal-annimali.

b

Titnaqqas il-konċentrazzjoni tat-trab fl-alloġġ billi tiġi applikata waħda mit-tekniki li ġejjin:

 

 

1.

Ħolqien ta' ċpar bl-ilma;

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta mis-sensazzjoni tal-annimal ta' tnaqqis tas-sħana matul iċ-ċajpir, b'mod partikolari fi stadji sensittivi tal-ħajja tal-annimal, u/jew għal klimi kesħin u umdi.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta wkoll għal sistemi ta' demel solidu fi tmiem il-perjodu ta' trobbija minħabba emissjonijiet għoljin ta' ammonijaka.

2.

Bexx biż-żejt;

Applikabbli biss għall-faċilitajiet tat-tjur b'għasafar li għandhom aktar minn madwar 21 jum. L-applikabbiltà għal impjanti għat-tiġieġ tal-bajd tista' tkun limitata minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni tat-tagħmir preżenti fil-post ta' kenn tal-annimali.

3.

Jonizzazzjoni.

Tista' ma tkunx applikabbli għall-faċilitajiet tal-ħnieżer jew għall-faċilitajiet tat-tjur eżistenti minħabba raġunijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

c

Trattament tal-arja ta' egżost b'sistema ta' tindif tal-arja, bħal:

 

 

1.

Imqabad tal-ilma;

Applikabbli biss għall-impjanti b'sistema ta' ventilazzjoni ta' mina.

2.

Filtru niexef;

Applikabbli biss għall-faċilitajiet tat-tjur b'sistema ta' ventilazzjoni ta' mina.

3.

Purifikatur niedi;

Din it-teknika tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli minħabba l-ispiża għolja ta' implimentazzjoni.

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

4.

Purifikatur niedi tal-aċidu;

5.

Bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir)

6.

Sistema ta' tindif tal-arja b'żewġ stadji jew bi tliet stadji;

7.

Bijofiltru.

Applikabbli biss għal impjanti bbażati fuq id-demel likwidu.

Hija meħtieġa żona suffiċjenti fuq barra tal-alloġġ tal-annimal sabiex takkomoda l-pakketti tal-filtru.

Din it-teknika tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli minħabba l-ispiża għolja tal-implimentazzjoni.

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

1.9.   Emissjonijiet tal-irwejjaħ

BAT 12.   Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattiku, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ minn farm, il-BAT hija li jiġi stabbilit, implimentat u rieżaminat b'mod regolari pjan ta' immaniġġjar tal-irwejjaħ, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkludi l-elementi li ġejjin:

i.

protokoll li jinkludi azzjonijiet xierqa u skedi taż-żmien;

ii.

protokoll għat-twettiq ta' monitoraġġ tal-irwejjaħ;

iii.

protokoll ta' rispons għal avvenimenti identifikati ta' rwejjaħ;

iv.

programm għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-irwejjaħ imfassal sabiex, pereżempju, jidentifika s-sors(i), jissorvelja l-emissjonijiet tal-irwejjaħ (ara l-BAT 26), jikkaratterizza l-kontribuzzjonijiet tas-sorsi u sabiex jimplimenta miżuri ta' eliminazzjoni u/jew ta' tnaqqis;

v.

ir-rieżami ta' inċidenti u rimedji storiċi tal-irwejjaħ u d-disseminazzjoni ta' għarfien dwar l-inċidenti tal-irwejjaħ.

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 26.

Applikabbiltà

Il-BAT 12 hija applikabbli biss għall-każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet sostanzjata inkonvenjenza mill-irwejjaħ għal riċetturi sensittivi.

BAT 13.   Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattiku, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ u/jew l-impatt tal-irwejjaħ minn farm, il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Tekinka (14)

Applikabbiltà

a

Jiġu żgurati distanzi adegwati bejn il-farm/l-impjant u r-riċetturi sensittivi.

Tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli għal farms/impjanti eżistenti.

b

Tintuża sistema ta' alloġġi li timplimenta prinċipju wieħed jew taħlita tal-prinċipji li ġejjin:

l-annimali u l-uċuħ jinżammu nexfin u nodfa (pereżempju, jiġi evitat it-tixrid tal-għalf, jiġi evitat ir-rawt f'żoni għall-mistrieħ ta' pavimenti parzjalment f'għamla ta' gradilja);

titnaqqas is-superfiċe emittenti tad-demel (pereżempju, l-użu ta' strixxi tal-metall jew tal-plastik, kanali b'superfiċe li huwa inqas espost għad-demel);

id-demel jittieħed b'mod frekwenti għal maħżen tad-demel estern (mgħotti);

titnaqqas it-temperatura tad-demel (pereżempju, permezz ta' tkessiħ bid-demel likwidu) u tal-ambjent ta' ġewwa;

jitnaqqsu l-fluss tal-arja u l-veloċità fuq is-superfiċe tad-demel;

il-mifrex jinżamm niexef u taħt kundizzjonijiet aerobiċi f'sistemi bbażati fuq il-mifrex.

It-tnaqqis tat-temperatura tal-ambjent ta' ġewwa, tal-fluss tal-arja u tal-veloċità jista' ma jkunx applikabbli minħabba kunsiderazzjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali.

It-tneħħija tad-demel likwidu permezz tal-iflaxxjar mhuwiex applikabbli għall-farms tal-ħnieżer li jinsabu qrib ir-riċetturi sensittivi minħabba irwejjaħ qawwijin.

Ara l-applikabbiltà għall-alloġġ għall-annimali f'BAT 30, BAT 31, BAT 32, BAT 33u BAT 34.

c

Jiġu ottimizzati l-kundizzjonijiet ta' tneħħija tal-arja tal-egżost mill-alloġġ tal-annimal billi tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki li ġejjin:

jiżdied l-għoli tal-iżbokk (pereżempju, l-arja ta' egżost 'il fuq mil-livell tas-saqaf, iċ-ċmieni, l-arja tal-egżost tiġi devjata mix-xifer minflok mill-parti l-baxxa tal-ħitan);

tiżdied il-veloċità tal-ventilazzjoni tal-iżbokk vertikali;

it-tqegħid effettiv ta' barrieri esterni sabiex tinħoloq turbolenza fil-fluss tal-arja li joħroġ (pereżempju, il-veġetazzjoni);

jiżdiedu għotjien defletturi fl-aperturi tal-egżost li jinsabu fil-partijiet il-baxxi tal-ħitan sabiex l-arja ta' egżost tiġi devjata lejn l-art;

dispersjoni tal-arja ta' egżost fin-naħa tal-alloġġ li ma tħarisx lejn ir-riċettur sensittiv;

l-assi tax-xifer ta' bini b'ventilazzjoni naturali jiġi allinjat b'mod trasversali għad-direzzjoni prevalenti tar-riħ.

Allinjament tal-assi tax-xifer mhuwiex applikabbli għal impjanti eżistenti.

d

L-użu ta' sistema ta' tindif tal-arja, bħal:

1.

Bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir);

2.

Bijofiltru;

3.

Sistema ta' tindif tal-arja b'żewġ stadji jew bi tliet stadji.

Din it-teknika tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli minħabba l-ispiża għolja tal-implimentazzjoni.

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

Bijofiltru huwa applikabbli biss għal impjanti bbażati fuq id-demel likwidu.

Għal bijofiltru, żona suffiċjenti fuq barra tal-alloġġ tal-annimal hija meħtieġa sabiex takkomoda l-pakketti tal-filtru.

e

L-użu ta' teknika waħda jew taħlita tat-tekniki li ġejjin għall-ħżin tad-demel:

 

 

1.

Matul il-ħażna jitgħatta d-demel likwidu jew id-demel solidu;

Ara l-applikabbiltà ta' BAT 16.b għad-demel likwidu.

Ara l-applikabbiltà ta' BAT 14.b għad-demel solidu.

2.

Il-maħżen jiġi identifikat filwaqt li titqies id-direzzjoni ġenerali tar-riħ u/jew jiġu adottati miżuri sabiex titnaqqas il-veloċità tar-riħ madwar u 'l fuq mill-maħżen (pereżempju, siġar, barrieri naturali);

Ġeneralment applikabbli.

3.

Jitnaqqas it-taħlit tad-demel likwidu.

Ġeneralment applikabbli.

f

Id-demel jiġi pproċessat permezz ta' waħda mit-tekniki li ġejjin sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ matul (jew qabel) it-tifrix:

 

 

1.

Diġestjoni aerobika (arjazzjoni) tad-demel likwidu;

Ara l-applikabbiltà ta' BAT 19.d.

2.

Demel solidu kompost;

Ara l-applikabbiltà ta' BAT 19.f.

3.

Diġestjoni anaerobika.

Ara l-applikabbiltà ta' BAT 19.b.

g

L-użu ta' teknika waħda jew taħlita tat-tekniki li ġejjin għat-tifrix tad-demel:

 

 

1.

Makkinarju li jdemmel b'furkettun, injettur baxx jew injettur fond għat-tifrix tad-demel likwidu;

Ara l-applikabbiltà ta' BAT 21.b, BAT 21.c jew BAT 21.d.

2.

Id-demel jiġi inkorporat malajr kemm jista' jkun.

Ara l-applikabbiltà ta' BAT 22.

1.10.   Emissjonijiet mill-ħżin tad-demel solidu

BAT 14.   Sabiex jitnaqqsu l-emmissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja mill-ħżin tad-demel solidu, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (15)

Applikabbiltà

a

Jitnaqqas il-proprozjon bejn iż-żona tas-superfiċe emittenti u l-volum tal-munzell ta' demel solidu.

Ġeneralment applikabbli.

b

Il-munzelli ta' demel solidu jitgħattew.

Ġeneralment applikabbli meta d-demel solidu jkun niexef jew imnixxef minn qabel fl-alloġġ tal-annimali. Tista' ma tkunx applikabbli għal demel solidu mhux imnixxef fil-każ ta' żieda frekwenti mal-munzell.

c

Id-demel solidu mnixxef jiġi maħżun f'matmura.

Ġeneralment applikabbli.

BAT 15.   Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattiku, jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma mill-ħżin tad-demel solidu, il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt bl-ordni ta' prijorità li ġejja.

 

Teknika (16)

Applikabbiltà

a

Id-demel solidu mnixxef jinħażen f'matmura.

Ġeneralment applikabbli.

b

L-użu ta' sajlo tal-konkrit għall-ħżin ta' demel solidu.

Ġeneralment applikabbli.

c

Id-demel solidu jinħażen fuq paviment solidu impermeabbli mgħammar b'sistema tad-drenaġġ u tank għall-ġbir tal-iskular.

Ġeneralment applikabbli.

d

Tintgħażel faċilità tal-ħżin b'kapaċità suffiċjenti biex iżżomm id-demel solidu matul il-perjodi li fihom it-tixrid ma jkunx possibbli.

Ġeneralment applikabbli.

e

Il-ħżin tad-demel solidu f'munzelli tal-ħamrija li jitqiegħdu 'l bogħod mis-superfiċe u/jew mill-kanali tal-ilma taħt l-art li fihom jista' jidħol l-iskular likwidu.

Applikabbli biss għal munzelli tal-għelieqi temporanji li jibdlu l-post kull sena.

1.11.   Emissjonijiet mill-ħżin tad-demel likwidu

BAT 16.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn maħżen tad-demel likwidu, il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (17)

Applikabbiltà

a

Tfassil u ġestjoni xierqa tal-maħżen tad-demel likwidu bl-użu ta' taħlita tat-tekniki li ġejjin:

 

 

1.

Il-proporzjon bejn iż-żona tas-superfiċe emittenti u l-volum tal-maħżen tad-demel likwidu jitnaqqas;

Tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli għal imħażen eżistenti.

Imħażen tad-demel likwidu għoljin ħafna jistgħu ma jkunux applikabbli minħabba spejjeż għoljin u riskji għas-sigurtà.

2.

Tnaqqis tal-veloċità tar-riħ u l-iskambju tal-arja fuq is-superfiċe tad-demel likwidu billi l-maħżen jiġi operat f'livell baxx ta' mili;

Tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali għal imħażen eżistenti.

3.

Jitnaqqas it-taħlit tad-demel likwidu.

Ġeneralment applikabbli.

b

Jitgħatta l-maħżen tad-demel likwidu. Għal dan il-għan, tista' tintuża waħda mit-tekniki li ġejjin:

 

 

1.

Għatu riġidu;

Tista' ma tkunx applikabbli għal impjanti eżsitenti minħabba kunsiderazzjonijiet eknomiċi u limitazzjonijiet strutturali li jifilħu għal tagħbija addizzjonali.

2.

Għotjien flessibbli;

Għotjien flessibbli mhumiex applikabbli għal żoni fejn il-kundizzjonijiet tat-temp prevalenti jistgħu jqiegħdu f'riskju l-istruttura tagħhom.

 

3.

Għotjien li jżommu fil-wiċċ bħal:

gerbub tal-plastik;

materjali tal-massa ħfief;

għotjien flessibbli li jżommu fil-wiċċ;

madum tal-plastik ġeometriku;

għatu li jintefaħ bl-arja;

qoxra naturali;

tiben.

L-użu ta' gerbub tal-plastik, materjali tal-massa ħfief u madum tal-plastik ġeometriku mhuwiex applikabbli għal demel likwidul b'qoxra naturali.

L-aġitazzjoni tad-demel likwidu matul it-taħlit, il-mili u t-tneħħija tista' tipprekludi l-użu ta' xi materjali li jifflowtjaw li jistgħu jikkawżaw sedimentazzjoni jew imblokkar fil-pompi.

Il-formazzjoni ta' qoxra naturali tista' ma tkunx applikabbli għal klimi kesħin u/jew għal demel likwidu b'kontenut baxx ta' materja niexfa.

Il-qoxra naturali mhijiex applikabbli għall-imħażen fejn it-taħlit, il-mili u/jew il-ħruġ ta' demel likwidu jagħmel il-qoxra naturali instabbli.

c

Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu.

Ġeneralment applikabbli.

BAT 17.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn imħażen tad-demel likwidu fuq l-art (laguna). il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (18)

Applikabbiltà

a

Jitnaqqas it-taħlit tad-demel likwidu.

Ġeneralment applikabbli.

b

Il-maħżen tad-demel likwidu fuq l-art (laguna) jitgħatta b'għatu flessibbli u/jew li jżomm fil-wiċċ bħal:

folji tal-plastik flessibbli;

materjali tal-massa ħfief;

qoxra naturali;

tiben.

Folji tal-plastik jistgħu ma jkunux applikabbli għal laguni kbar eżistenti minħabba raġunijiet strutturali.

Tiben u materjali tal-massa ħfief jistgħu ma jkunux applikabbli għal laguni kbar fejn il-kurrenti tar-riħ ma jippermettux li s-superfiċe tal-laguna jibqa' mgħotti kollu kemm hu.

L-użu ta' materjali tal-massa ħfief mhuwiex applikabbli għal demel likwidu b'qoxra naturali.

L-aġitazzjoni tad-demel likwidu matul it-taħlit, il-mili u t-tneħħija tista' tipprekludi l-użu ta' xi materjali li jżommu fil-wiċċ li jistgħu jikkawżaw sedimentazzjoni jew imblokkar fil-pompi.

Il-formazzjoni ta' qoxra naturali tista' ma tkunx applikabbli għal klimi kesħin u/jew għad-demel likwidu b'kontenut baxx ta' materja niexfa.

Il-qoxra naturali mhijiex applikabbli għal laguni fejn it-taħlit, il-mili u/jew il-ħruġ ta' demel likwidu jagħmel il-qoxra naturali instabbli.

BAT 18.   Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma mill-ġbir tad-demel likwidu, mill-pajpijiet u minn maħżen u/jew maħżen fuq l-art (laguna), il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (19)

Applikabbiltà

a

L-użu ta' mħażen li huma kapaċi jifilħu għal influwenzi mekkaniċi, kimiċi u termali.

Ġeneralment applikabbli.

b

Tingħażel faċilità tal-ħżin b'kapaċità suffiċjenti biex iżżomm id-demel likwidu matul perjodi li fihom it-tixrid ma jkunx possibbli.

Ġeneralment applikabbli.

c

Jinbnew faċilitajiet li ma jippermettux tnixxijiet għall-ġbir u t-trasferiment tad-demel likwidu (pereżempju, fosos, kanali, katusi, stazzjonijiet tal-pompi).

Ġeneralment applikabbli.

d

Id-demel likwidu jinħażen f'imħażen fuq l-art (laguni) b'bażi u ħitan impermeabbli, pereżempju, bit-tafal jew linji tal-plastik (jew linji doppji).

Ġeneralment applikabbli għal laguni.

e

Tiġi installata sistema ta' detezzjoni tat-tnixxijiet, pereżempju, li tikkonsisti f'ġeomembrana, saff tad-drenaġġ u sistema tad-drenaġġ bil-pajpijiet.

Applikabbli biss għal impjanti ġodda.

f

Issir verifika tal-integrità strutturali tal-imħażen mill-inqas darba f'sena.

Ġeneralment applikabbli.

1.12.   L-ipproċessar tad-demel fil-farm

BAT 19.   Jekk isir l-ipproċessar tad-demel fil-farm, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nitroġenu, il-fosforu, l-irwejjaħ u l-patoġeni mikrobiċi fl-arja u fl-ilma u sabiex jiġi ffaċilitat il-ħżin u/jew it-tixrid tad-demel, il-BAT hija li d-demel jiġi pproċessat bl-applikazzjoni ta' teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (20)

Applikabbiltà

a

Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu. Dan jinkludi pereżempju:

Separatur bi pressa tal-viti;

Separatur dekanter ċentrifuga;

Koagulazzjoni-Flokkulazzjoni;

Separazzjoni permezz ta' għeriebel;

Pressa bil-filtru.

Applikabbli biss meta:

ikun meħtieġ tnaqqis fil-kontenut tan-nitroġenu u tal-fosforu minħabba art disponibbli limitata għall-applikazzjoni tad-demel;

id-demel ma jkunx jista' jiġi trasportat għat- tixrid bi prezz raġonevoli.

L-użu tal-poliakrilammid bħala flokkulant jista' ma jkunx applikabbli minħabba r-riskju tal-formazzjoni akrilammid.

b

Diġestjoni anaerobika tad-demel f'installazzjoni tal-bijogass.

Din it-teknika tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali minħabba l-ispiża għolja ta' implimentazzjoni.

c

L-użu ta' mina esterna għat-tnixxif tad-demel.

Applikabbli biss għad-demel mill-impjanti għat-tiġieġ tal-bajd. Mhux applikabbli għal impjanti eżistenti mingħajr ċinturini tad-demel.

d

Diġestjoni aerobika (arjazzjoni) tad-demel likwidu.

Applikabbli biss meta t-tnaqqis tal-patoġenu u tal-irwejjaħ ikun importanti qabel it-tixrid. Fi klimi kesħin, jista' jkun diffiċli biex jinżamm il-livell meħtieġ ta' arjazzjoni matul ix-xitwa.

e

Nitrifikazzjoni-denitrifikazzjoni tad-demel likwidu.

Mhux applikabbli għal impjanti/farms ġodda. Applikabbli biss għal impjanti/farms eżistenti meta t-tneħħija tan-nitroġenu huwa meħtieġ minħabba art disponibbli limitata għall-applikazzjoni tad-demel

f

L-ikkompostjar tad-demel solidu.

Applikabbli biss meta:

id-demel ma jistax jiġi trasportat għat-tixrid bi prezz raġonevoli;

tnaqqis tal-patoġenu u tal-irwejjaħ ikun importanti qabel it-tixrid;

ikun hemm biżżejjed spazju fil-farm biex jiġu stabbiliti ringieli ffurmati bir-riħ.

1.13.   Tixrid tad-demel

BAT 20.   Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattiku, jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nitroġenu, tal-fosforu u tal-patoġeni mikrobiċi fil-ħamrija u fl-ilma mit-tixrid tad-demel, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

a

Issir valutazzjoni tal-art li tirċievi d-demel sabiex jiġu identifikati r-riskji tal-iskular, billi jitqiesu:

it-tip tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet u l-inklinazzjoni tal-għalqa;

il-kundizzjonijiet klimatiċi;

id-drenaġġ u l-irrigazzjoni tal-għalqa;

in-newba tal-għelejjel;

ir-riżorsi tal-ilma u ż-żoni tal-ilma protetti.

b

Tinżamm biżżejjed distanza bejn l-għelieqi tat-tixrid tad-demel (li tħalli faxxa tal-art mhux trattata) u:

1.

żoni fejn hemm riskju ta' skular fl-ilma bħall-kanali tal-ilma, nixxigħat, “boreholes”, eċċ.;

2.

proprjetajiet ġirien (inklużi s-sisien tal-ħaxix).

c

Jiġi evitat it-tixrid tad-demel meta r-riskju ta' skular jista' jkun sinifikanti. B'mod partikolari, id-demel ma jiġix applikat meta:

1.

l-għalqa tkun mgħarrqa, iffriżata jew miksija bil-borra;

2.

il-kundizzjonijiet tal-ħamrija (pereżempju, is-saturazzjoni jew il-kompattazzjoni tal-ilma) flimkien mal-inklinazzjoni tal-għalqa u/jew id-drenaġġ tal-għalqa huma tali li r-riskju ta' skular jew ta' drenaġġ ikun kbir;

3.

l-iskular jista' jkun antiċipat skont l-avvenimenti tax-xita mistennija.

d

Ir-rata tat-tixrid tad-demel tiġi adattata filwaqt li jitqies il-kontenut tan-nitroġenu u tal-fosforu tad-demel u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-ħamrija (pereżempju, il-kontenut ta' nutrijent), ir-rekwiżiti tal-għelejjel staġjonali u l-kundizzjonijiet tat-temp jew tal-għalqa li jistgħu jikkawżaw l-iskular.

e

It-tixrid tad-demel jiġi sinkronizzat mat-talba tan-nutrijent tal-għelejjel.

f

Issir verifika tal-għelieqi ta' tixrid f'intervalli regolari sabiex jiġi identifikat kull sinjal ta' skular u jiġi indirizzat kif xieraq.

g

Jiġi żgurat aċċess adegwat għall-maħżen tad-demel u li t-tagħbija tad-demel tkun tista' ssir b'mod effettiv mingħajr tixrid.

h

Issir verifika li l-makkinarju għat-tixrid tad-demel ikun f'kundizzjoni tajba biex jopera u jkun stabbilit bir-rata ta' applikazzjoni xierqa.

BAT 21.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja mit-tixrid tad-demel likwidu, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (21)

Applikabbiltà

a

Dilwizzjoni tad-demel likwidu, segwita minn tekniki bħal sistema ta' irrigazzjoni bi pressjoni baxxa.

Mhux applikabbli għall-għelejjel li jitkabbru biex jittieklu nejjin minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni.

Mhux applikabbli meta t-tip tal-ħamrija ma jippermettix infiltrazzjoni rapida tad-demel likwidu dilwit fil-ħamrija.

Mhux applikabbli meta l-għelejjel ma jkunux jeħtieġu irrigazzjoni.

Applikabbli għall-għelieqi konnessi faċilment mall-farm permezz tal-pajpijiet.

b

Makkinarju li jdemmel b'furkettun, billi tiġi applikata waħda mit-tekniki li ġejjin:

1.

“Trailing hose”;

2.

“Trailing shoe”.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata meta l-kontenut tat-tiben tad-demel likwidu ikun għoli wisq jew meta l-kontenut ta' materja niexfa tad-demel likwidu ikun aktar minn 10 %.

“Trailing shoe” mhijiex applikabbli għall-prodotti ta' raba' li jinħadmu sodi u miżrugħa.

c

Injettur baxx (slot miftuħa).

Mhux applikabbli fuq ħamrija mġebbla, baxxa jew kumpatta fejn diffiċli tinkiseb penetrazzjoni uniformi.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata meta l-għelejjel jistgħu jġarrbu ħsara mill-makkinarju.

d

Injettur fond (slot magħluqa).

Mhux applikabbli fuq ħamrija mġebbla, baxxa jew kumpatta fejn diffiċli jinkisbu penetrazzjoni uniformi u għeluq ta' ferq effettiv.

Mhux applikabbli matul il-veġetazzjoni tal-għelejjel. Mhux applikabbli għall-bur, sakemm ma tkunx qiegħda ssir bidla għal raba' jew meta jsir tiżrigħ mill-ġdid.

e

Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu.

Ġeneralment applikabbli.

BAT 22.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja mit-tixrid tad-demel, il-BAT hija li d-demel jiġi inkorporat fil-ħamrija malajr kemm jista' jkun.

Deskrizzjoni

L-inkorporazzjoni tad-demel imxerred fuq wiċċ il-ħamrija ssir jew bil-ħrit jew billi jintuża tagħmir ieħor għall-kultivazzjoni, bħal xtiebi bis-snien jew bid-diski, skont it-tip u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija. Id-demel jitħallat kompletament mal-ħamrija jew jintradam.

It-tixrid tad-demel solidu jsir minn makkinarju għat-tixrid xieraq (pereżempju, makkinarju għat-tidmil “rota”, makkinarju għat-tidmil bi skariku minn wara, makkinarju għat-tidmil b'funzjoni doppja). It-tixrid tad-demel likwidu isir skont il-BAT 21.

Applikabbiltà

Mhux applikabbli għall-bur u l-ħdim ta' konservazzjoni, sakemm ma tkunx qiegħda ssir bidla għal raba' jew meta jsir tiżrigħ mill-ġdid. Mhux applikabbli għall-art ikkultivata b'għelejjel li tista' ssirilhom ħsara mill-inkorporazzjoni tad-demel. Inkorporazzjoni tad-demel likwidu mhix applikabbli wara t-tixrid bl-użu ta' injetturi baxxi jew fondi.

Tabella 1.3

Ħin tad-dewmien marbut mal-BAT bejn it-tixrid tad-demel u l-inkorporazzjoni fil-ħamrija

Parametru

Ħin tad-dewmien marbut mal-BAT bejn it-tixrid tad-demel u l-inkorporazzjoni fil-ħamrija (sigħat)

Ħin

0 (22) — 4 (23)

1.14.   Emissjonijiet mill-proċess tal-produzzjoni kollu

BAT 23.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-proċess tal-produzzjoni kollu tat-trobbija tal-ħnieżer (inklużi l-ħnieżer nisa) jew tat-tjur, il-BAT hija li jiġi stmat u kkalkulat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-proċess tal-produzzjoni kollu bl-użu tal-BAT implimentata fil-farm.

1.15.   Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-parametri tal-proċess

BAT 24.   Il-BAT hija li jiġu ssorveljati n-nitroġenu totali u l-fosforu totali mneħħijin fid-demel bl-użu ta' waħda mit-tekniki li ġejjin mill-inqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (24)

Frekwenza

Applikabbiltà

a

Kalkolu bl-użu ta' bilanċ tal-massa ta' nitroġenu u fosforu bbażat fuq il-konsum tal-għalf, il-kontenut ta' proteini mhux raffinati tad-dieta, il-fosforu totali u l-prestazzjoni tal-annimali.

Darba kull sena għal kull kategorija tal-annimal.

Ġeneralment applikabbli.

b

Stima bl-użu tal-analiżi tad-demel għall-kontenut ta' nitroġenu totali u fosforu totali.

BAT 25.   Il-BAT hija li jiġu ssorveljati l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja bl-użu ta' waħda mit-tekniki li ġejjin mill-inqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (25)

Frekwenza

Applikabbiltà

a

Stima bl-użu ta' bilanċ tal-massa bbażata fuq l-eskrezzjoni u n-nitroġenu totali (jew ammonijaka totali) preżenti f'kull stadju tal-ġestjoni tad-demel.

Darba kull sena għal kull kategorija tal-annimal.

Ġeneralment applikabbli.

b

Kalkolu bil-kejl tal-konċentrazzjoni tal-ammonijaka u r-rata ta' ventilazzjoni bl-użu ta' metodi standard tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali jew metodi oħrajn li jiżguraw dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Kull darba li jkun hemm bidliet sinifikanti lil mill-inqas wieħed mill-parametri li ġejjin:

(a)

it-tip ta' bhejjem li jitrabbew fil-farm;

(b)

is-sistema ta' alloġġi.

Applikabbli biss għall-emissjonijet minn kull alloġġ tal-annimal.

Mhux applikabbli għal impjanti b'sistema ta' tindif tal-arja installata. F'dan il-każ, tapplika BAT 28.

Minħabba l-ispiża tal-kejl, din it-teknika tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli.

c

Stima bl-użu ta' fatturi tal-emissjonijiet.

Darba kull sena għal kull kategorija tal-annimal.

Ġeneralment applikabbli.

BAT 26.   Il-BAT hija li perjodikament jiġu ssorveljati l-emissjonijiet tal-irwejjaħ fl-arja.

Deskrizzjoni

L-emissjonijiet tal-irwejjaħ jistgħu jiġu ssorveljati billi jintużaw:

l-istandards EN (perżempju, billi tintuża olfattometrija dinamika skont l-EN 13725 sabiex tiġi determinata l-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ).

Meta jiġu applikati metodi alternattivi li għalihom l-ebda standard EN ma jkun disponibbli (pereżempju, kejl/stima tal-esponiment għall-irwejjaħ, stima tal-impatt tal-irwejjaħ), jistgħu jintużaw standards tal-ISO, standards nazzjonali jew standards oħra internazzjonali li jiżguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Applikabbiltà

Il-BAT 26 hija applikabbli biss għall-każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet sostanzjata inkonvenjenza mill-irwejjaħ għal riċetturi sensittivi.

BAT 27.   Il-BAT hija li jiġu ssorveljati l-emissjonijiet tat-trab minn kull alloġġ tal-annimal bl-użu ta' waħda mit-tekniki li ġejjin mill-inqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (26)

Frekwenza

Applikabbiltà

a

Kalkolu bil-kejl tal-konċentrazzjoni tat-trab u tar-rata ta' ventilazzjoni bl-użu ta' metodi standard EN jew metodi oħrajn (ISO, nazzjonali jew internazzjonali) li jiżguraw dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Darba kull sena.

Applikabbli biss għall-emissjonijiet tat-trab minn kull alloġġ tal-annimal.

Mhux applikabbli għal impjanti b'sistema ta' tindif tal-arja installata. F'dan il-każ, tapplika l-BAT 28.

Minħabba l-ispiża tal-kejliet, din it-teknika tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali.

b

Stima bl-użu ta' fatturi tal-emissjonijiet.

Darba kull sena.

Minħabba l-ispiża biex jiġu stabbiliti fatturi tal-emissjonijiet, din it-teknika tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali.

BAT 28.   Il-BAT hija li jiġu ssorveljati l-emissjonijiet tal-ammonijaka, tat-trab u/jew tal-irwejjaħ minn kull alloġġ tal-annimal mgħammar b'sistema ta' tindif tal-arja billi jintużaw it-tekniki kollha li ġejjin mill-inqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (27)

Frekwenza

Applikabbiltà

a

Verifika tal-prestazzjoni tas-sistema ta' tindif tal-arja billi jitkejlu l-ammonijaka, l-irwejjaħ u/jew it-trab fil-kundizzjonijiet prattiċi tal-farm u skont protokoll ta' kejl predefinit u bl-użu ta' metodi standard EN jew metodi oħrajn (ISO, nazzjonali jew internazzjonali) li jiżguraw dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Darba

Mhux applikabbli jekk is-sistema ta' tindif tal-arja tkun ġiet ivverifikata flimkien ma' sistema ta' alloġġi u kundizzjonijiet operattivi simili.

b

Kontroll tal-funzjoni effettiva tas-sistema ta' tindif tal-arja (pereżempju, billi jiġu rrekordjati l-parametri operattivi b'mod kontinwu jew billi jintużaw sistemi ta' allarm).

Kuljum

Ġeneralment applikabbli.

BAT 29.   Il-BAT hija li jiġu ssorveljati l-parametri tal-proċess li ġejjin mill-inqas darba kull sena.

 

Parametru

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Il-konsum tal-ilma.

Ir-reġistrazzjoni bl-użu ta', pereżempju, arloġġi jew fatturi adattati.

Il-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-ilma fl-alloġġi tal-annimali (it-tindif, l-għalf, eċċ.) jistgħu jiġu ssorveljati separatament.

Il-monitoraġġ b'mod separat tal-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-ilma jista' ma jkunx applikabbli għal farms eżistenti, skont il-konfigurazzjoni tan-netwerk tal-provvista tal-ilma.

b

Il-konsum tal-enerġija elettrika.

Ir-rekordjar bl-użu ta', pereżempju, arloġġi jew fatturi adattati. Il-konsum tal-elettriku tal-alloġġi tal-annimali jiġi ssorveljat separatament minn impjanti oħrajn fil-farm. Il-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-enerġija fl-alloġġi tal-annimali (it-tisħin, il-ventilazzjoni, id-dawl, eċċ.) jistgħu jiġu ssorveljati separatament.

Il-monitoraġġ tal-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-enerġija b'mod separat jista' ma jkunx applikabbli għal farms eżistenti, skont il-konfigurazzjoni tan-netwerk tal-provvista tal-enerġija.

c

Il-konsum tal-fjuwil.

Ir-reġistrazzjoni bl-użu ta', pereżempju, arloġġi jew fatturi adattati.

Ġeneralment applikabbli.

d

In-numru ta' annimali li jidħlu u li joħorġu, inklużi t-twelid u l-imwiet meta rilevanti.

Ir-reġistrazzjoni bl-użu ta', pereżempju, reġistri eżistenti.

e

Il-konsum tal-għalf.

Ir-reġistrazzjoni bl-użu ta', pereżempju, fatturati u reġistri eżistenti.

f

Il-ġenerazzjoni tad-demel.

Ir-reġistrazzjoni bl-użu ta', pereżempju, reġistri eżistenti.

2.   IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAT-TROBBIJA INTENSIVA TAL-ĦNIEŻER

2.1.   L-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għall-ħnieżer

BAT 30.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull alloġġ għall-ħnieżer, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (28)

Kategorija tal-annimal

Applikabbiltà

a

Waħda mit-tekniki li ġejjin, li tapplika prinċipju wieħed jew taħlita tal-prinċipji li ġejjin:

(i)

it-tnaqqis tas-superfiċe emittenti tal-ammonijaka;

(ii)

iż-żieda fil-frekwenza tat-tneħħija tad-demel likwidu (demel) għall-ħżin estern;

(iii)

is-separazzjoni tal-awrina mir-rawt;

(iv)

iż-żamma tal-mifrex nadif u niexef.

 

 

0.

Fossa fonda (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja) jekk tintuża biss flimkien ma' miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali, pereżempju;

taħlita tat-tekniki ta' ġestjoni nutrizzjonali;

sistema ta' tindif tal-arja;

tnaqqis tal-pH tad-demel likwidu;

tkessiħ tad-demel likwidu;

Il-ħnieżer kollha

Mhux applikabbli għal impjanti ġodda, sakemm fossa fonda ma tkunx kombinata ma' sistema ta' tindif tal-arja, tkessiħ tad-demel likwidu u/jew tnaqqis tal-pH tad-demel likwidu.

1.

Sistema vakwu għat-tneħħija frekwenti tad-demel likwidu (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Il-ħnieżer kollha

Tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

2.

Ħitan immejlin fil-kanal tad-demel (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Il-ħnieżer kollha

3.

Barraxa għat-tneħħija frekwenti tad-demel likwidu (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Il-ħnieżer kollha

4.

It-tneħħija frekwenti tad-demel likwidu permezz tal-ifflaxxjar (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Il-ħnieżer kollha

Tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali għal impjanti eżistenti minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

Meta l-frazzjoni likwida tad-demel likwidu tintuża għall-iflaxxjar, din it-teknika tista' ma tkunx applikabbli għall-farms li jinsabu qrib ta' riċetturi sensittivi minħabba rwejjaħ qawwijin matul l-iflaxxjar.

5.

Fossa tad-demel imnaqqsa (fil-każ ta' paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Ħnieżer nisa għat-tgħammir u tqal

Tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

Ħnieżer tas-simna

6.

Sistema sħiħa ta' mifrex (fil-każ ta' paviment solidu tal-konkrit).

Ħnieżer nisa għat-tgħammir u tqal

Sistemi tad-demel solidu mhumiex applikabbli għal impjanti ġodda sakemm ikun jista' jiġi ġġustifikat għal raġunijiet ta' trattament xieraq tal-annimali.

Jistgħu ma jkunux applikabbli għal impjanti b'ventilazzjoni naturali li jinsabu fi klimi sħan u għal impjanti eżistenti b'ventilazzjoni sfurzata għall-ħnienes u l-ħnieżer tas-simna.

BAT 30.a7 tista' teħtieġ spazju kbir disponibbli.

Ħnienes

Ħnieżer tas-simna

7.

Kenn permezz ta' għerejjex/barrakki (fil-każ ta' paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Ħnieżer nisa għat-tgħammir u tqal

Ħnienes

Ħnieżer tas-simna

8.

Sistema tal-fluss tat-tiben (fil-każ ta' paviment solidu tal-konkrit).

Ħnienes

Ħnieżer tas-simna

9.

Paviment imqabbeż u demel separat u kanali tal-ilma (fil-każ ta' mqawel parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Ħnienes

Tista' ma tkunx ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

Ħnieżer tas-simna

10.

Imqawel bil-mifrex b'ġenerazzjoni tad-demel kombinata (demel likwidu u demel solidu).

Ħnieżer nisa li jwelldu

11.

Kabini għall-għalf/għall-mistrieħ li jinsabu fuq paviment solidu (fil-każ ta' mqawel ibbażati fuq il-mifrex).

Ħnieżer nisa għat-tgħammir u tqal

Mhux applikabbli għal impjanti eżistenti mingħajr pavimenti solidi tal-konkrit.

12.

Samp tad-demel (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Ħnieżer nisa li jwelldu

Ġeneralment applikabbli.

13.

Il-ġbir tad-demel fl-ilma.

Ħnienes

Jista' ma jkunx ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

Ħnieżer tas-simna

14.

Ċinturini tad-demel forma ta' V (fil-każ ta' paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Ħnieżer tas-simna

15.

Taħlita ta' kanali tal-ilma u tad-demel (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu f'għamla ta' gradilja).

Ħnieżer nisa li jwelldu

16.

Passaġġ estern bil-mifrex (fil-każ ta' paviment solidu tal-konkrit).

Ħnieżer tas-simna

Mhux applikabbli għall-klimi kesħin.

Tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali għal impjanti eżistenti minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

b

Tkessiħ tad-demel likwidu.

Il-ħnieżer kollha

Mhux applikabbli meta:

l-użu mill-ġdid tas-sħana ma jkunx possibbli;

jintuża l-mifrex.

c

L-użu ta' sistema ta' tindif tal-arja, bħal:

1.

Purifikatur niedi tal-aċidu;

2.

Sistema ta' tindif tal-arja b'żewġ stadji jew bi tliet stadji;

3.

Bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir)

Il-ħnieżer kollha

Jista' ma jkunx ġeneralment applikabbli minħabba l-ispiża għolja ta' implimentazzjoni.

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

d

Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu.

Il-ħnieżer kollha

Ġeneralment applikabbli.

e

L-użu ta' blalen li jżommu fil-wiċċ fil-kanal tad-demel.

Ħnieżer tas-simna

Mhux applikabbli għal impjanti mgħammra b'fosos li għandhom ħitan immejlin u għal impjanti li japplikaw it-tneħħija tad-demel likwidu permezz tal-iflaxxjar.


Tabella 2.1

BAT-AEL għall-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull alloġġ għall-ħnieżer

Parametru

Kategorija tal-annimal

BAT-AEL (29)

(kg Nh3/post tal-annimal/sena)

Ammonijaka espressa bħala NH3

Ħnieżer nisa għat-tgħammir u tqal

0,2 — 2,7 (30)  (31)

Ħnieżer nisa li jwelldu (inklużi l-qżieqeż) f'ċestuni

0,4 — 5,6 (32)

Ħnienes

0,03 — 0,53 (33)  (34)

Ħnieżer tas-simna

0,1 — 2,6 (35)  (36)

Il-BAT-AELs jistgħu ma jkunux applikabbli għall-produzzjoni organika tal-bhejjem. Il-monitoraġġ assoċjat jinsab f'BAT 25.

3.   IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAT-TROBBIJA INTENSIVA TAT-TJUR

3.1.   L-emmissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġitat-tjur

3.1.1.   L-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi tat-tiġieġ tal-bajd, tat-tiġieġ tas-simna jew tal-għawwietaq

BAT 31.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull alloġġ tat-tiġieġ tal-bajd, tat-tiġieġ tas-simna jew tal-għawwietaq, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (37)

Applikabbiltà

a

It-tneħħija tad-demel biċ-ċinturini (fil-każ ta' sistemi ta' gaġeġ imsaħħa jew mhux imsaħħa) b'mill-inqas:

tneħħija waħda fil-ġimgħa bit-tnixxif bl-arja; jew

żewġ tneħħijiet kull ġimgħa mingħajr it-tnixxif bl-arja.

Sistemi ta' gaġeġ imsaħħa mhumiex applikabbli għall-għawwietaq u t-tiġieġ tas-simna.

Sistemi ta' gaġeġ mhux imsaħħa mhumiex applikabbli għat-tiġieġ tal-bajd.

b

Fil-każ ta' sistemi mingħajr gaġeġ:

 

 

0.

Sistema ta' ventilazzjoni sfurzata u tneħħija infrekwenti tad-demel (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel) biss jekk tinuża flimkien ma' miżura ta' mitigazzjoni addizzjonali, pereżempju:

il-ksib ta' kontenut għoli ta' materja niexfa tad-demel;

sistema ta' tindif tal-arja.

Mhux applikabbli għal impjanti ġodda, sakemm ma tkunx kombinata ma' sistema ta' tindif tal-arja.

1.

Iċ-ċinturin jew il-barraxa tad-demel (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel).

L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista' tkun limitata mir-rekwiżit għal reviżjoni kompluta tas-sistema ta' alloġġi.

2.

Tnixxif sfurzat bl-arja tad-demel permezz ta' tubi (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel)

It-teknika tista' tiġi applikata biss għal impjanti bi spazju suffiċjenti taħt l-istrixxi.

3.

Tnixxif sfurzat bl-arja tad-demel bl-użu ta' paviment perforat (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel).

Minħabba spejjeż ta' implimentazzjoni għoljin, l-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista' tkun limitata.

4.

Ċinturini tad-demel (fil-każ ta' guvi).

L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tiddependi fuq il-wisa' tal-post ta' kenn tal-annimali.

5.

It-tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta' arja ta' ġewwa (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

Ġeneralment applikabbli.

c

L-użu ta' sistema ta' tindif tal-arja, bħal:

1.

Purifikatur niedi tal-aċidu;

2.

Sistema ta' tindif tal-arja b'żewġ stadji jew bi tliet stadji;

3.

Bijopurifikatur (jew filtru “biotrickling”)

Tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali minħabba l-ispiża għolja tal-implimentazzjoni.

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.


Tabella 3.1

Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull alloġġ għat-tiġieġ tal-bajd

Parametru

Tip ta' alloġġ

BAT-AEL

(kg NH3/post tal-annimal/sena)

Ammonijaka espressa bħala NH3

Sistema ta' gaġeġ

0,02 — 0,08

Sistema mingħajr gaġeġ

0,02 — 0,13 (38)

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 25. Il-BAT-AEL tista' ma tkunx applikabbli għall-produzzjoni organika tal-bhejjem.

3.1.2.   Emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għat-tiġieġ tas-simna

BAT 32.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull alloġġ għat-tiġieġ tas-simna, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (39)

Applikabbiltà

a

Ventilazzjoni sfurzata u sistema ta' xorb li ma tnixxix (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

Ġeneralment applikabbli.

b

Sistema ta' tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta' arja ta' ġewwa (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

Għal impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tas-sistemi ta' tnixxif sfurzat bl-arja tiddependi fuq l-għoli tas-saqaf.

Is-sistemi ta' tnixxif sfurzat bl-arja jistgħu ma jkunux applikabbli għal klimi sħan, skont it-temperatura ta' ġewwa.

c

Il-ventilazzjoni naturali, mgħammra b'sistema ta' xorb li ma tnixxix (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

Il-ventilazzjoni naturali mhijiex applikabbli għal impjanti b'sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

Il-ventilazzjoni naturali tista' ma tkunx applikabbli matul l-istadju inizjali tat-trobbija tat-tiġieġ tas-simna u minħabba kundizzjonijiet klimatiċi estremi.

d

Il-mifrex fuq ċinturin tad-demel u t-tnixxif sfurzat bl-arja (fil-każ ta' sistemi ta' pavimenti b'diversi saffi).

Għal impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tiddependi fuq l-għoli tal-ħitan tal-ġnub.

e

Paviment bil-mifrex imsaħħan u mkessaħ (fil-każ ta' sistemi “combideck”).

Għal impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tiddependi fuq il-possibbiltà li jiġi installat ħżin magħluq taħt l-art għaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma.

f

L-użu ta' sistema ta' tindif tal-arja, bħal:

1.

Purifikatur niedi tal-aċidu

2.

Sistema ta' tindif tal-arja b'żewġ stadji jew bi tliet stadji;

3.

Bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir).

Jistgħu ma jkunux applikabbli b'mod ġenerali minħabba l-ispiża għolja tal-implimentazzjoni.

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.


Tabella 3.2

BAT-AEL għall-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull alloġġ għat-tiġieġ tas-simna b'piż finali sa 2,5 kg

Parametru

BAT-AEL (40)  (41)

(kg NH3/post tal-annimal/sena)

Ammonijaka espressa bħala NH3

0,01 — 0,08

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 25. Il-BAT-AEL tista' ma tkunx applikabbli għall-produzzjoni organika tal-bhejjem.

3.1.3.   L-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għall-papri

BAT 33.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull alloġġ tal-annimal għall-papri, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (42)

Applikabbiltà

a

Waħda mit-tekniki li ġejjin li tuża ventilazzjoni naturali jew sfurzata:

 

1.

Żieda frekwenti tal-mifrex (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond jew mifrex fond kombinat ma' paviment f'għamla ta' gradilja).

Għal impjanti eżistenti b'mifrex fond kombinat ma' paviment f'għamla ta' gradilja l-applikabbiltà tiddependi fuq it-tfassil tal-istruttura eżistenti.

2.

Tneħħija frekwenti tad-demel (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu f'għamla ta' gradilja).

Applikabbli biss għat-trobbija ta' papri Barabary/Muscovy (Cairina Moschata), għal raġunijiet sanitarji.

b

L-użu ta' sistema ta' tindif tal-arja, bħal:

1.

Purifikatur niedi tal-aċidu;

2.

Sistema ta' tindif tal-arja b'żewġ stadji jew bi tliet stadji;

3.

Bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir).

Jistgħu ma jkunux applikabbli b'mod ġenerali minħabba l-ispiża għolja tal-implimentazzjoni.

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

3.1.4.   Emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għad-dundjani

BAT 34.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arjaminn kull alloġġ tal-annimali għad-dundjani, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jewtaħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika (43)

Applikabbiltà

a

Ventilazzjoni naturali jew sfurzata b'sistema ta' xorb li ma tnixxix (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

Il-ventilazzjoni naturali mhijiex applikabbli għal impjanti b'sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

Il-ventilazzjoni naturali tista' ma tkunx applikabbli matul l-istadju inizjali tat-trobbija jew minħabba kundizzjonijiet klimatiċi estremi.

b

L-użu ta' sistema ta' tindif tal-arja, bħal:

1.

Purifikatur niedi tal-aċidu;

2.

Sistema ta' tindif tal-arja b'żewġ stadji jew bi tliet stadji;

3.

Bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir).

Tista' ma tkunx applikabbli b'mod ġenerali minħabba l-ispiża għolja tal-implimentazzjoni.

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta' ventilazzjoni ċentralizzata.

4.   DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI

4.1.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ilma mormi

Teknika

Deskrizzjoni

Jitnaqqas l-użu tal-ilma.

Il-volum tal-ilma mormi jista' jitnaqqas billi jintużaw tekniki bħal tindif minn qabel (pereżempju, tindif fix-xott bil-makkinarju) u tindif bi pressjoni għolja.

L-ilma tax-xita jiġi separat mill-flussi tal-ilma mormi li jeħtieġu trattament.

Is-separazzjoni ssirbilli jiġi implimentat ġbir separat fil-forma ta' sistemi tad-drenaġġ li huma mfasslin u miżmuma kif suppost.

It-trattament tal-ilma mormi.

It-trattament jista' jsir bit-trattament ta' sedimentazzjoni u/jew bijoloġiku. Għall-ilma mormi b'tagħbija baxxa tas-sustanza niġġiesa, it-trattament jista' jsir permezz ta' “swales”, għadajjar, artijiet mistagħdra mibnija, “soakaways”, eċċ. Tista' tintuża sistema tal-iflaxxjar tal-ewwel għas-separazzjoni qabel it-trattament bijoloġiku.

It-tixrid tal-ilma mormi, pereżempju billi tintuża sistema ta' irrigazzjoni bħal bexxiexa, irrigatur li jimxi, bawżer, injettur ombelikali.

Flussi tal-ilma mormi jistgħu jitqiegħdu, pereżempju, fit-tankijiet jew fil-laguni, qabel it-tixrid. Il-frazzjoni solida li tirriżulta tista' tinxtered ukoll. L-ilma jista' jiġi ppumpjat mill-imħażen u jiddaħħal f'pipeline li jgħaddi għal pereżempju, ġo bexxiexa jew irrigatur li jimxi, li jxerred l-ilma b'rata ta' applikazzjoni baxxa. L-irrigazzjoni tista' ssir ukoll bl-użu ta' tagħmir b'applikazzjoni kkontrollata sabiex jiġu żgurati trajettorja baxxa (b'mudell ta' tixrid baxx) u qtar kbar.

4.2.   Tekniki għall-użu effiċjenti tal-enerġija

Teknika

Deskrizzjoni

L-ottimizzazzjoni tas-sistemi u l-ġestjoni tat-tisħin/tkessiħ u tal-ventilazzjoni, speċjalment fejn jintużaw is-sistemi ta' tindif tal-arja.

Din tqis ir-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali (pereżempju, il-konċentrazzjoni ta' sustanzi niġġiesa fl-arja, temperaturi xierqa), u tista' tinkiseb permezz ta' diversi miżuri:

l-awtomatizzazzjoni u l-minimizzazzjoni tal-fluss tal-arja, filwaqt li tinżamm iż-żona ta' kumdità termali għall-annimali;

fannijiet bl-inqas konsum speċifiku tal-enerġija possibbli;

ir-reżistenza tal-fluss tinżamm baxxa kemm jista' jkun;

varjaturi tal-frekwenza u muturi kkommutati elettronikament;

fannijiet li jiffrankaw l-enerġija kkontrollati skont il-konċentrazzjoni tas-CO2 fl-alloġġi;

tqassim korrett tat-tagħmir tat-tisħin/tkessiħ u tal-ventilazzjoni, tas-sensuri tat-temperaturi u taż-żoni msaħħna separati.

Iżolament tal-ħitan, tal-artijiet u/jew tas-soqfa tal-alloġġi.

Il-materjal ta' iżolament jista' jkun impermeabbli b'mod naturali jew jingħata kisja impermeabbli. Il-materjali permeabbli jiġu pprovduti b'paraventi tal-fwar installati, peress li l-umdità hija kawża prinċipali tad-deterjorazzjoni tal-materjal ta' iżolament.

Varjant tal-materjal ta' iżolament għall-farms tat-tjur jista' jkun membrani li jirriflettu s-sħana, li jikkonsistu f'fojls tal-plastik laminati li jissiġillaw l-alloġġi mill-ħruġ tal-arja u l-umdità.

L-użu ta' dawl effiċjenti fl-enerġija.

Aktar dawl effiċjenti fl-enerġija jista' jinkiseb billi:

i.

Il-bdil tal-bozoz konvenzjonali tat-tungstenu jew bozoz b'effiċjenza baxxa ma' dwal aktar effiċjenti fl-enerġija bħal bozoz florexxenti, tas-sodju u LED;

ii.

L-użu ta' apparati sabiex tiġi aġġustata l-frekwenza ta' flashes mikro, dimmers li jaġġustaw dawl artifiċjali, sensuri jew swiċċijiet għad-dħul fil-kmamar sabiex jiġi kkontrollat it-tidwil;

iii.

Jitħalla jidħol aktar dawl naturali, pereżempju, bl-użu ta' ventijiet jew twieqi fis-soqfa. Id-dawl naturali għandu jkun bilanċjat mat-telf potenzjali ta' sħana;

iv.

L-applikazzjoni ta' skemi ta' dawl, bl-użu ta' perjodu varjabbli tad-dawl.

L-użu ta' skambjaturi tas-sħana. Tista' tintuża waħda mis-sistemi li ġejjin:

arja-arja;

arja-ilma;

arja-art.

Fi skambjatur tas-sħana arja-arja, l-arja li tidħol tassorbi s-sħana mill-arja ta' egżost mill-impjant. Dan jista' jkun magħmul minn pjanċi tal-aluminju adonizzat jew tubi tal-PVC.

Fl-iskambjatur tas-sħana arja-ilma, l-ilma jgħaddi minn ġwienaħ tal-aluminju li jinsabu fil-katusi tal-egżost u jassorbi s-sħana mill-arja ta' egżost.

Fl-iskambjatur tas-sħana arja-art, l-arja friska tiġi ċċirkolata fil-pajpijiet midfuna (pereżempju, f'fond ta' madwar żewġ metri) u tieħu vantaġġ mill-varjazzjoni tat-temperatura staġjonali baxxa tal-ħamrija.

L-użu ta' pompi tas-sħana għall-irkupru tas-sħana.

Is-sħana tiġi assorbita minn diversi oġġetti (ilma, demel likwidu, art, arja, eċċ.) u tiġi ttrasferita f'post ieħor, permezz ta' fluwidu ċċirkolat f'ċirkwit issiġillat bl-użu tal-prinċipju taċ-ċiklu ta' refriġerazzjoni inversa. Is-sħana tista' tintuża biex tipproduċi ilma sanitizzat jew biex tforni lil sistema ta' tisħin jew sistema ta' tkessiħ.

It-teknika tista' tassorbi s-sħana minn diversi ċirkwiti, bħal sistemi ta' tkessiħ tad-demel likwidu, enerġija ġeotermali, ilma tat-tisfija, reatturi tat-trattament bijoloġiku tad-demel likwidu, jew gassijiet ta' egżost tal-magni tal-bijogass.

L-irkupru tas-sħana b'paviment tal-mifrex imsaħħan u mkessaħ (“combideck system”).

Ċirkwit tal-ilma magħluq jiġi installat taħt il-paviment u ċirkwit ieħor jinbena f'livell aktar fond għall-ħżin tas-sħana eċċessiva jew biex din tintbagħat lura fl-alloġġ għat-tjur meta jkun meħtieġ. Pompa tas-sħana tgħaqqad iż-żewġ ċirkwiti tal-ilma.

Fil-bidu tal-perjodu tat-trobbija, il-paviment jissaħħan bis-sħana maħżuna sabiex il-mifrex jinżamm niexef billi tiġi evitata l-kondensazzjoni tal-umdità; matul it-tieni ċiklu tat-trobbija, l-għasafar jipproduċu sħana eċċessiva li tiġi ppreżervata fiċ-ċirkwit tal-ħżin filwaqt li jitkessaħ il-paviment u dan inaqqas it-tqassim tal-aċidu uriku billi titnaqqas l-attività mikrobika.

Applikazzjoni tal-ventilazzjoni naturali.

Ventilazzjoni ħielsa fl-alloġġ tal-annimal hija kkawżata minn effetti termali u/jew il-fluss tar-riħ. L-alloġġi tal-annimali jista' jkollhom fetħiet fix-xifer u, jekk ikun meħtieġ, anke fuq il-ġnub tas-saqaf imżerżaq flimkien mal-fetħiet kontrollabbli fil-ħitan tal-ġnub. Il-fetħiet jistgħu jkunu mgħammra bi xbieki għall-protezzjoni mir-riħ. L-assistenza tal-fann tista' tintuża matul temp sħun.

4.3.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab

Teknika

Deskrizzjoni

Ħolqien ta' ċpar bl-ilma

L-ilma jiġi sprejjat permezz ta' żennuni bi pressjoni għolja sabiex jiġu prodotti qtar fini li jassorbu s-sħana u li jaqgħu fuq il-paviment bil-gravità, ixarrbu l-partiċelli tat-trab li jsiru tqal biżżejjed sabiex jaqgħu wkoll. Irid jiġi evitat mifrex imxarrab jew niedi.

Jonizzazzjoni

Jinħoloq kamp elettrostatiku fl-alloġġ sabiex jiġu prodotti joni negattivi. Partiċelli tat-trab fl-ajru li jiċċirkolaw jiġu ċċarġjati minn joni negattivi ħielsa; il-partiċelli jinġabru fuq il-paviment u fuq l-uċuħ tal-kmamar permezz tal-forza tal-gravità u l-attrazzjoni tal-kamp elettrostatiku.

Sprejjar biż-żejt

Iż-żejt veġetali pur jiġi sprejjat permezz ta' żennuni fl-alloġġ. Għall-isprejjar tista' tintuża wkoll taħlita ta' ilma u madwar 3 % żejt veġetali. Il-partiċelli tat-trab li jiċċirkolaw jaqbdu mal-qtar taż-żejt u jinġabru fil-mifrex. Saff irqiq ta' żejt veġetali jiġi applikat fuq il-mifrex ukoll sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trab. Irid jiġi evitat mifrex imxarrab jew niedi.

4.4.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-irwejjaħ

Teknika

Deskrizzjoni

Jiġu żgurati distanzi adegwati bejn l-impjant/il-farm u r-riċetturi sensittivi.

Fl-istadju tal-ippjanar tal-impjant/tal-farm, jiġu żgurati distanzi adegwati bejn l-impjant/il-farm u r-riċetturi sensittivi billi jiġu applikati distanzi standard minimi jew billi jsir immudellar tad-dispersjoni sabiex wieħed ibassar/jissimula l-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ fl-inħawi tal-madwar.

Matul il-ħażna jitgħatta d-demel likwidu jew id-demel solidu.

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 4.5 għad-demel solidu.

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 4.6 għad-demel likwidu.

Jitnaqqas it-taħlit tad-demel likwidu.

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 4.6.1.

Diġestjoni aerobika (arjazzjoni) tad-demel likwidu/tat-tajn tad-demel.

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 4.7.

Demel solidu kompost.

Diġestjoni anaerobika.

Makkinarju li jdemmel b'furkettun, injettur baxx jew injettur fond għat-tifrix tad-demel likwidu.

Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 4.8.1.

Demel inkorporat malajr kemm jista' jkun.

Ara d-deskrizzjonijiet f' BAT 22.

4.5.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħżin tad-demel solidu

Teknika

Deskrizzjoni

Il-ħżin tad-demel solidu mnixxef f'matmura.

Normalment, il-matmura hija kostruzzjoni sempliċi b'paviment impermeabbli u saqaf, b'biżżejjed ventilazzjoni sabiex jiġu evitati l-kundizzjonijiet anaerobiċi u bieb ta' aċċess għat-trasport. Id-demel tat-tjur imnixxef (pereżempju, mifrex minn tiġieġ tas-simna u tiġieġ tal-bajd, ħmieġ tat-tiġieġa tal-bajd imnixxef bl-arja li jinġabar fuq ċinturini) huwa trasportat permezz ta' ċinturini jew tagħmir għat-tagħbija minn quddiem mill-alloġġi għat-tjur sal-matmura fejn jista' jinħażen għal perjodu twil ta' żmien mingħajr ir-riskju li jerġa' jixxarrab.

L-użu ta' sajlo tal-konkirt għall-ħżin.

L-ewwel ċangatura ta' konkrit impermeabbli għall-ilma li tista' tiġi kkombinata ma' ħitan fuq tliet ġnub u ma' għatu, pereżempju, saqaf fuq il-pjattforma tad-demel, plastik stabbilizzat tal-UV, eċċ. Il-paviment huwa mmejjel (pereżempju, 2 %) lejn kanal fuq quddiem. Il-frazzjonijiet tal-likwidu u kwalunkwe skular ikkawżat mix-xita jinġabru f'fossa tal-konkrit li ma tnixxix u jiġu mmaniġġjati wara.

Id-demel solidu jinħażen fuq paviment solidu impermeabbli b'sistema tad-drenaġġ u tank għall-ġbir tal-iskular.

Il-ħżin huwa mgħammar b'paviment solidu impermeabbli, sistema tad-drenaġġ bħal katusi, u konnessi ma' tank għall-ġbir tal-frazzjonijiet tal-likwidu u kwalunkwe skular ikkważat mix-xita.

L-għażla ta' faċilità ta' maħżen b'kapaċità suffiċjenti biex iżżomm id-demel matul perjodi li fihom it-tixrid ma jkunx possibbli.

Il-perjodi meta t-tixrid tad-demel jitħalla jiddependu mill-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u l-leġiżlazzjoni, eċċ.; għalhekk, dan jeħtieġ żona tal-ħżin b'kapaċità adattata.

Il-kapaċità disponibbli tippermetti wkoll sabiex iż-żmien tat-tixrid ikun allinjat mar- rekwiżiti tan-nitroġenu tal- għelejjel.

Il-ħżin tad-demel solidu f'munzelli tal-ħamrija li jitqiegħdu 'l bogħod mis-superfiċe u/jew mill-kanali tal-ilma taħt l-art li fihom jista' jidħol l-iskular likwidu.

Id-demel solidu jitqiegħed f'munzell direttament fuq il-ħamrija fl-għalqa qabel it-tixrid fuq perjodu ta' żmien limitat (pereżempju, għal ftit ġranet jew diversi ġimgħat). Il-post tal-ħżin jinbidel mill-inqas darba f'sena u jinsab 'il bogħod kemm jista' jkun mill-ilma tas-superfiċe u l-ilma ta' taħt l-art.

Jitnaqqas il-proporzjon bejn l-erja tas-superfiċe emittenti u l-volum tal-munzell ta' demel.

Id-demel jista' jiġi kumpattat jew jista' jintuża maħżen b'ħajt bi tliet naħat.

Il-munzelli ta' demel solidu jitgħattew.

Jistgħu jintużaw materjali bħall-għotjien tal-plastik stabbilizzat tal-UV, pit, ċana jew biċċiet tal-injam. Għotjien dojoq inaqqsu l-iskambju tal-arja u d-dekompożizzjoni aerobika fil-munzell ta' demel, li jirriżulta fi tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja.

4.6.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħżin tad-demel likwidu

4.6.1.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-imħażen tad-demel likwidu u mill-imħażen fuq l-art

Teknika

Deskrizzjoni

Tnaqqis tal-proporzjon bejn l-erja tas-superfiċe emittenti u l-volum tal-maħżen tad-demel likwidu.

Għal imħażen tad-demel likwidu rettangulari, il-proporzjon tal-għoli u tal-erja tas-superfiċe huwa ekwivalenti għal 1:30-–50. Għal imħażen ċirkolari, dimensjonijiet tar-reċipjent favorevoli jinkisbu bi proporzjon tal-għoli għad-dijametru ta' 1:3 sa 1:4.

Il-ħitan tal-ġnub tal-maħżen tad-demel likwidu jistgħu jiżdiedu fl-għoli.

Tnaqqis tal-veloċità tar-riħ u l-iskambju tal-arja fuq is-superfiċe tad-demel likwidu bl- operar f'livell inqas ta' mili.

Iż-żieda fil-“freeboard” (it-tul bejn is-superfiċe tad-demel likwidu u x-xifer ta' fuq tal-maħżen tad-demel likwidu) tal-maħżen mhux mgħotti tipprovdi effett ta' lqugħ kontra r-riħ.

Tnaqqis tat-tħawwid tad-demel likwidu.

Iż-żamma tat-tħawwid tad-demel likwidu għall-minimu. Din il-prattika tinvolvi:

il-mili tal-maħżen taħt il-livell tas-superfiċe;

il-ħruġ li jsir qrib kemm jista' jkun tal-bażi tal-maħżen;

l-evitar tal-omoġenizzazzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tad-demel likwidu mhux meħtieġa (qabel ma jitbattal il-maħżen tad-demel likwidu).

Għatu riġidu.

Saqaf jew għatu li jista' jkun magħmul mill-konkrit, panelli tal-fibra tal-ħġieġ jew folji tal-poliester bi gverta ċatta jew forma bil-ponta, li jiġi applikat għall-tankijiet u sajlos tal-konkrit jew tal-azzar. Huwa jkun issiġillat sew u “ssikkat” sabiex jitnaqqas l-iskambju tal-arja u sabiex jipprevjeni x-xita u s-silġ milli jidħol.

Għotjien flessibbli.

Għatu Forma ta' Tinda: Għatu b'lasta ta' appoġġ ċentrali u bsaten li joħorġu mill-ponta. Membrana tad-drapp tinxteħet fuq il-bsaten u tintrabat ma' “rim brace”. Fetħiet mhux mgħottija jinżammu f'minimu.

Għatu forma ta' koppla: Għatu b'qafas strutturali ttondjat installat fuq imħażen tondi bl-użu ta' komponenti tal-azzar u ġonot ibboltjati.

Għatu ċatt: Għatu li jikonsisti f'materjal kompożitu flessibbli u li jsostni lilu nnifsu li jinżamm bi plaggs fuq struttura tal-metall.

Għotjien li jżommu fil-wiċċ.

 

Qoxra naturali.

Saff tal-qoxra jista' jifforma fuq is-superfiċe tad-demel likwidu li jkollu biżżejjed kontenut ta' materja niexfa (DM) (mill-inqas 2 %) skont in-natura tas-solidi tad-demel likwidu. Sabiex tkun effettiva, il-qoxra trid tkun ħoxna, ma tkunx ostakolata u tiksi s-superfiċe tad-demel likwidu kollu. Il-maħżen jimtela minn taħt is-superfiċe ladarba l-għatu jifforma sabiex jiġi evitat li jinqasam.

Tiben.

It-tiben imqatta' jiżdied mad-demel likwidu u qoxra tat-tiben tifforma. Dan ġeneralment jaħdem tajjeb għal DM ogħla minn 4–5 %. Saff bi ħxuna ta' mill-inqas 10 ċm huwa rrakkomandat. It-tinfiħ tal-arja jista' jitnaqqas billi jiżdied it-tiben fiż-żmien tal-addizzjoni tad-demel likwidu. Is-saffi tat-tiben jistgħu jkunu jeħtieġu li jiġġeddu parzjalment jew kompletament matul is-sena. Il-maħżen jimtela minn taħt is-superfiċe ladarba l-għatu jifforma sabiex jiġi evitat li jinqasam.

Gerbub tal-plastik.

Jintużaw blalen tal-polistiren b'dijametru ta' 20 ċm u piż ta' 100 g biex jgħattu s-superfiċe tad-demel likwidu. Hemm bżonn ta' sostituzzjoni regolari ta' elementi li jiddeterjoraw u mili mill-ġdid ta' partijiet mhux mikxufin.

Materjali tal-massa ħfief.

Materjali bħal LECA (Aggregati tat-tafal estiżi ħfief), prodotti bbażati fuq LECA, perlit jew żeolit jiżdiedu fis-superfiċe tad-demel likwidu sabiex jiffurmaw saff li jżomm fis-superfiċe. Huwa rrakkomandat saff ta' 10-12 cm li jżomm fil-wiċċ. Saff aktar irqiq jista' jkun effettiv għal partiċelli żgħar ta' LECA.

Għotjien flessibbli li jżommu fil-wiċċ.

Għotjien tal-plastik li jżommu fil-wiċċ (pereżempju, kutri, kanvas, riti) jistrieħu fuq wiċċ id-demel likwidu. Sufruni u tubi huma installati sabiex iżommu l-għatu f'postu, filwaqt li jżommu vojt taħt l-għtu. Din it-teknika tista' tiġi kombinata ma' elementi u strutturi ta' stabbilizzazzjoni sabiex jippermettu movimenti vertikali. Huma meħtieġa l-ventilazzjoni kif ukoll it-tneħħija ta' xita li tinġabar fil-wiċċ.

Madum tal-plastik ġeometriku.

Korpi tal-plastik eżagonali li jżommu fis-superfiċe jitqassmu b'mod awtomatiku fuq is-superfiċe tad-demel likwidu. Jista' jitgħatta madwar 95 % tas-superfiċe.

Għatu li jintefaħ bl-arja.

Għatu magħmul minn drapp tal-PVC appoġġjat minn but li jintefaħ li jżomm fil-wiċċ fuq id-demel likwidu. Id-drapp jinżamm f'postu permezz ta' “guy ropes” ma' struttura tal-metall periferali.

Folji tal-plastik flessibbli.

Jintrabtu folji tal-plastik stabbilizzati tal-UV impermeabbli (pereżempju, HDPE) fin-naħa ta' fuq tad-diga u appoġġjati minn sufruni. Dan jipprevjeni l-għatu milli jdur matul it-taħlit tad-demel u milli jieħdu r-riħ. L-għotjien jistgħu jitpoġġew ukoll permezz ta' pajping tal-ġbir għat-tneħħija tal-gassijiet, fetħiet oħrajn ta' manutenzjoni (pereżempju, għall-użu ta' tagħmir ta' omoġenizzazzjoni) u sistema għall-ġbir u t-tneħħijatal-ilma tax-xita.

4.6.2.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma mill-imħażen tad-demel likwidu

Teknika

Deskrizzjoni

L-użu ta' mħażen li huma kapaċi jirreżistu għal influwenzi mekkaniċi, kimiċi u termali.

Taħlitiet tal-konkrit xierqa u, f'ħafna każijiet, kisja fuq ħitan tal-konkrit tal-maħżen jew saffi impermeabbli fuq folji tal-azzar jistgħu jiġu applikati.

Għandha tingħażel faċilità ta' maħżen b'kapaċità suffiċjenti biex iżżomm id-demel matul perjodi li fihom it-tixrid ma jkunx possibbli.

Ara t-Taqsima 4.5.

4.7.   Tekniki għall-ipproċessar tad-demel fil-farms

Teknika

Deskrizzjoni

Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu.

Separazzjoni tal-frazzjonijiet likwidi u solidi b'kontenut ta' materja niexfa differenti, pereżempju, bl-użu ta' separaturi bi pressa tal-viti, separaturi dekanter-ċentrifugaturi, separazzjoni permezz ta' għeriebel u pressa bil-filtru. Is-separazzjoni tista' tissaħħaħ permezz ta' partiċelli solidi ta' koagulazzjoni-flokkulazzjoni.

Diġestjoni anaerobika ta'demel f'installazzjoni tal-bijogass.

Mikroorganiżmi anaerobiċi jiddekomponu l-materja organika tad-demel f'reattur magħluq fin-nuqqas tal-ossiġenu. Il-bijogass huwa prodott u jinġabar sabiex iservi l-ġenerazzjoni tal-enerġija, jiġifieri l-produzzjoni tas-sħana, sħana u enerġija kombinata, u/jew fjuwil tat-trasport. Xi ftit mis-sħana prodotta tiġi rriċiklata fil-proċess. Ir-residwu stabbilizzat (diġestat) jista' jintuża bħala fertilizzant (b'diġestat solidu suffiċjenti wara l-ikkompostjar).

Id-demel solidu jista' jiġi ko-diġestat mad-demel likwidu u/jew ma' kosubstrati oħrajn, filwaqt li jiżgura kontenut ta' materja niexfa inqas minn 12 %.

L-użu ta' mina esterna għat-tnixxif tad-demel.

Id-demel jinġabar mill-alloġġi għat-tiġieġ tal-bajd u jitneħħa permezz ta' ċinturini li jġorruh barra lejn struttura magħluqa apposta, li fiha serje ta' ċinturini mrikkba perforati li jiffurmaw mina. L-arja sħuna tintefaħ miċ-ċinturini u tnixxef id-demel fi żmien jumejn jew tlieta. Il-mina tiġi ventilata b'arja estratta mill-alloġġ għat-tiġieġ tal-bajd.

Diġestjoni aerobika (arjazzjoni) tad-demel likwidu.

Id-dekompożizzjoni bijoloġika ta' materja organika f'kundizzjonijiet aerobiċi. Id-demel likwidu maħżun jingħata l-arja permezz ta' arjaturi mgħaddsa jew li jżommu fil-wiċċ fi proċess kontinwu jew proċess tal-lott. Il-varjabbli operazzjonali huma kkontrollati biex jipprevjenu t-tneħħija tan-nitroġenu, bħall-aġitazzjoni tad-demel likwidu li għandha tinżamm baxxa kemm jista' jkun. Ir-residwu jista' jintuża bħala fertilizzant (kompost jew le) wara l-konċentrazzjoni.

Nitrifikazzjoni-denitrifikazzjoni tad-demel likwidu.

Parti min-nitroġenu organiku jiġi trasformat f'ammonju. L-ammonju huwa ossidizzat minn batterji nitrifikanti f'nitrit u nitrat. Billi jiġu applikati perjodi anaerobiċi, in-nitrat jista' jiġi trasformat f'N2 fil-preżenza ta' karbonju organiku. F'baċir sekondarju, il-ħama toqgħod, b'parti minnha tintuża mill-ġdid fil-baċir tal-arjazzjoni. Ir-residwu jista' jintuża bħala fertilizzant (kompost jew le) wara l-konċentrazzjoni.

L-ikkompostjar tad-demel solidu.

Id-dekompożizzjoni aerobika kkontrollata tad-demel solidu permezz ta' mikrorganiżmi li tipproduċi prodott finali (kompost) stabbli biżżejjed għat-trasport, għall-ħżin u għat-tixrid. Jitnaqqsu l-irwejjaħ, il-patoġeni mikrobiċi u l-kontenut tal-ilma tad-demel. Il-frazzjoni solida tad-demel likwidu tista' tiġi komposta wkoll. Il-provvista ta' ossiġenu tinkiseb permezz ta' treġġigħ lura mekkaniku tad-dawwara jew permezz ta' arjazzjoni sfurzata tal-munzelli. Jistgħu jintużaw ċilindri u tankijiet tal-kompost ukoll. Inokulu bijoloġiku, residwi ħodor jew skart organiku ieħor (pereżempju, diġestat) jistgħu jiġu kokompostajti ma' demel solidu.

4.8.   Tekniki għat-tixrid tad-demel

4.8.1.   Tekniki għat-tixrid tad-demel likwidu

Teknika

Deskrizzjoni

Dilwizzjoni tad-demel likwidu

Ir-rata ta' dilwizzjoni tal-ilma: demel likwidu hija minn 1:1 sa 50:1. Il-kontenut ta' materja niexfa ta' demel likwidu dilwit huwa inqas minn 2 %. Il-frazzjoni tal-likwidu ċċarat mis-separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu u d-diġestat minn diġestjoni anaerobika tista' tintuża wkoll.

Sistema ta' irrigazzjoni tal-ilma bi pressjoni baxxa

Id-demel likwidu dilwit jiġi injettat fil-pipeline tal-irrigazzjoni tal-ilma u huwa ppumpjat taħt pressjoni baxxa fis-sistema ta' irrigazzjoni (pereżempju, bexxiexa jew irrigatur li jimxi).

Makkinarju li jdemmel b'furkettun (“trailing hose”)

Serje ta' pajpijiet flessibbli jiddendlu minn stanga wiesgħa armata fuq it-trejler tad-demel likwidu. Il-pajpijiet jitfgħu d-demel likwidu fil-livell tal-art f'meded paralleli wiesgħa. L-applikazzjoni bejn ir-ringieli ta' tkabbir ta' prodott ta' raba hija fattibbli.

Makkinarju li jdemmel b'furkettun (“trailing shoe”)

Id-demel likwidu jiġi skarikat permezz ta' pajpijiet riġidi li jispiċċaw f'“shoes” tal-metall, imfasslin biex japplikaw id-demel likwidu direttament f'faxxi dojoq għas-superfiċe tal-ħamrija u taħt il-kopertura tal-għelejjel. Ċerti tipi ta' “trailing shoes” huma mfasslin biex jaqtgħu qasma baxxa fil-ħamrija biex jgħinu fl-infiltrazzjoni.

Injettur baxx (slot miftuħa)

Jintużaw xtiebi bis-snien jew bid-diski biex jagħmlu qatgħat vertikali (tipikament 4–6 cm fondi) fil-ħamrija, li jiffurmaw kanali li fihom jitpoġġa d-demel likwidu. Id-demel likwidu injettat jitqiegħed kompletament jew parzjalment taħt is-superfiċe tal-ħamrija u l-kanali normalment ikunu miftuħin wara l-applikazzjoni tad-demel likwidu.

Injettur fond (slot magħluqa)

Jintużaw xtiebi bis-snien jew bid-diski biex jikkultivaw il-ħamrija u jiddepożitaw id-demel likwidu fiha, qabel ma jgħattu d-demel likwidu kompletament permezz ta' roti tal-pressa jew rombli. Il-fond tal-islot magħluqa jvarja bejn 10 ċm u 20 ċm.

Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu

Ara t-Taqsima 4.12.3.

4.9.   Tekniki għall-monitoraġġ

4.9.1.   Tekniki għall-monitoraġġ tal-eskrezzjoni tan-N u tal-F

Teknika

Deskrizzjoni

Kalkolu bl-użu ta' bilanċ tal-massa tan-nitroġenu u l-fosforu bbażat fuq il-konsum tal-għalf, il-kontenut ta' proteini mhux raffinati tad-dieta, il-fosforu totali u l-prestazzjoni tal-annimal.

Il-bilanċ tal-massa huwa kkalkolat għal kull kategorija tal-annimal imrobbi fil-farm, li jikkoinċidi mat-tmiem taċ-ċiklu ta' trobbija, fuq il-bażi tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:

 

Nimneħħi = Ndieta – Nritenzjoni

 

Fimneħħi = Fdieta – Fritenzjoni

Ndieta huwa bbażat fuq l-ammont tal-għalf li jittiekel u fuq il-kontenut ta' proteini mhux raffinati tad-dieta. Pdieta huwa bbażat fuq l-ammont tal-għalf li jittiekel u fuq il-kontenut tal-fosforu totali tad-dieta. Il-proteini mhux raffinati u l-kontenut ta' fosforu totali jistgħu jinkisbu permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

fil-każ ta' provvista tal-għalf esterna: fid-dokument ta' akkumpanjament;

fil-każ ta' awtopproċessar tal-għalf: bit-teħid ta' kampjuni ta' komposti tal-għalf mis-sajlos jew mis-sistema tal-għalf għall-analiżi tal-kontenut totali tal-fosforu u proteini mhux raffinati jew, inkella, fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jew bl-użu ta' valuri standard tal-kontenut totali tal-fosforu u l-proteini mhux raffinati tal-komposti tal-għalf.

Nritenzjoni u Fritenzjoni jistgħu jkunu stamti b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

ekwazzjonijiet jew mudelli derivati statistikament;

fatturi ta' ritenzjoni standard għall-kontenut tan-nitroġenu u tal-fosforu tal-annimal (jew tal-bajd, fil-każ ta' tiġieġ tal-bajd);

analiżi għall-kontenut tan-nitroġenu u tal-fosforu ta' kampjun rappreżentattiv tal-annimal (jew tal-bajd, fil-każ ta' tiġieġ tal-bajd).

Il-bilanċ tal-massa jqis speċjalment kull bidla sinifikanti fid-dieta tas-soltu (pereżempju, tibdil ta' għalf kompost).

Stima bl-użu tal-analiżi tad-demel għal kontenuti ta' nitroġenu totali u fosforu totali.

Jitkejjel il-kontenut totali tan-nitroġenu u tal-fosforu ta' kampjun kompost rappreżentattiv tad-demel — u tiġi stmata l-eskrezzjoni totali tan-nitroġenu u tal-fosforu — fuq il-bażi tar-rekords għall-volum (tad-demel likwidu) jew għall-piż (tad-demel solidu) tad-demel. Għal sistemi ta' demel solidu, il-kontenut tan-nitroġenu ta' mifrex jitqies ukoll.

Sabiex il-kampjun kompost ikun rappreżentattiv, il-kampjuni għandhom jittieħdu minn mill-inqas 10 postijiet u/jew fond differenti biex jagħmlu l-kampjun kompost. Fil-każ ta' mifrex tat-tjur, il-qiegħ tal-mifrex jittieħed bħala kampjun.

4.9.2.   Tekniki għall-monitoraġġ tal-ammonijaka u t-trab

Teknika

Deskrizzjoni

Stima bl-użu tal-bilanċ tal-massa bbażata fuq l-eskrezzjoni u n-nitroġenu (jew l-ammonijaku) totali preżenti f'kull stadju tal-ġestjoni tad-demel.

L-emissjonijiet tal-ammonijaka huma stmati fuq il-bażi tal-ammont tan-nitroġenu li jitneħħa minn kull kategorija tal-annimal u bl-użu tal-fluss tan-nitroġenu totali (jew in-nitroġenu ammonijaku totali — TAN) u l-koeffiċjenti tal-volatilizzazzjoni (VC) f'kull stadju tal-ġestjoni tad-demel (alloġġi, maħżen, tifrix).

L-ekwazzjonijiet applikati għal kull stadju tal-ġestjoni tad-demel huma:

 

Ehousing = Nexcreted · VChousing

 

Estorage = Nstorage · VCstorage

 

Espreading = Nspreading · VCspreading

fejn:

E

hija l-emissjoni annwali tal-NH3 mill-alloġġ tal-annimal, il-ħżin u t-tifrix tad-demel (pereżempju, f'kg NH3/post tal-annimal/sena).

N

hija n-nitroġenu totali annwali jew TAN imneħħi, maħżun jew applikat fit-tixrid (pereżempju, f'kg N/post tal-annimal/sena). Jekk ikun xieraq, jistgħu jiġu kkunsidrati ż-żidiet tan-nitroġenu (pereżempju, relatati mal-mifrex, ir-riċiklaġġ tal-likwidi li joborxu) u/jew telf tan-nitroġenu (pereżempju, relatat mal-ipproċessar tad-demel).

VC

hija l-koeffiċjent tal-volatilizzazzjoni (mingħajr dimensjoni, relatat mas-sistema ta' alloġġi, tekniki tal-ħżin jew tat-tixrid tad-demel) li jirrappreżenta l-porzjon tat-TAN jew in-N totali emess fl-arja.

Il-VC jinkisbu mill-kejl imfasslin u mwettqa skont il-protokoll nazzjonali jew internazzjonali (pereżempju, il-protokoll VERA) u huwa validat għal farm b'teknika ta' tip identiku u kundizzjonijiet klimatiċi simili. Inkella, l-informazzjoni sabiex jinkisbu l-VC tista' tittieħed minn gwida Ewropea jew gwida oħra rikonoxxuta internazzjonalment.

Il-bilanċ tal-massa jqis speċjalment kull bidla sinifikanti għat-tip tal-bhejjem imrobbija fil-farm u/jew għat-tekniki applikati għall-alloġġi, il-ħżin u t-tixrid.

Kalkolu bil-kejl tal-konċentrazzjoni tal-ammonijaka (jew tat-trab) u tar-rata ta' ventilazzjoni bl-użu ta' metodi standard tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali jew metodi oħrajn li jiżguraw dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Il-kampjuni tal-ammonijaka (jew tat-trab) jittieħdu fuq sitt ijiem, bħala minimu, mqassma fuq sena. Il-jiem tat-teħid tal-kampjuni huma mqassmin kif ġej:

Għall-kategoriji tal-annimali b'mudell ta' emissjonijiet stabbli (pereżempju, it-tiġieġ tal-bajd), il-jiem tat-teħid tal-kampjuni jintgħażlu b'mod każwali f'kull perjodu ta' xahrejn. Il-medja ta' kuljum hija kkalkolata fuq il-jiem tat-teħid tal-kampjuni.

Għall-kategoriji tal-annimali b'żieda lineari fl-emissjonijiet matul iċ-ċiklu tat-trobbija (pereżempju, ħnieżer tas-simna), il-jiem tat-teħid tal-kampjuni huma mqassmin b'mod ugwali fuq il-perjodu tat-tkabbir. Sabiex jinkiseb dan, nofs il-kejl isir fl-ewwel nofs taċ-ċiklu ta' trobbija, u l-bqija fit-tieni nofs taċ-ċiklu ta' trobbija. Il-jiem tat-teħid tal-kampjuni fit-tieni nofs taċ-ċiklu ta' trobbija huma mqassmin b'mod ugwali f'sena (l-istess numru tal-kejl għal kull staġun). Il-medja ta' kuljum hija kkalkolata fuq il-jiem tat-teħid tal-kampjuni.

Għall-kategoriji tal-annimali b'żieda esponenzjali fl-emissjonijiet (pereżempju, it-tiġieġ tas-simna), iċ-ċiklu ta' trobbija jinqasam fi tliet perjodi ta' daqs ugwali (l-istess numru ta' ġranet). Jum ta' kejl jaqa' fl-ewwel perjodu, jumejn ta' kejl fit-tieni perjodu, u tliet ijiem ta' kejl fit-tielet perjodu. Barra minn hekk, il-jiem tat-teħid tal-kampjuni fit-tielet perjodu taċ-ċiklu ta' trobbija huma mqassmin b'mod ugwali matul is-sena (l-istess numru ta' kejl għal kull staġun). Il-medja ta' kuljum hija kkalkolata bħala l-medja tat-tliet medjani perjodiċi.

It-teħid tal-kampjuni huwa bbażat fuq perjodi ta' teħid tal-kampjuni ta' 24 siegħa u jsir fil-bokka/fl-iżbokk tal-arja. Imbagħad titkejjel il-konċentrazzjoni tal-ammonijaka (jew tat-trab) fl-iżbokk tal-arja, ikkoreġuta għall-konċentrazzjoni tal-arja li tidħol, u l-emissjonijiet ta' kuljum tal-ammonijaka (jew tat-trab) ġejjin mill-kejl u l-moltiplikazzjoni tar-rata ta' ventilazzjoni u tal-konċentrazzjoni tal-ammonijaka (jew tat-trab). Mill-medja ta' kuljum tal-emissjonijiet tal-ammonijaka (jew tat-trab), tkun tista' tiġi kkalkolata l-medja tal-ammonijaka (jew tat-trab) fis-sena minn alloġġ tal-annimal, jekk tiġi mmoltiplikata bi 365 u kkoreġuta għal kwalunkwe perjodu ta' nuqqas ta' okkupazzjoni.

Ir-rata ta' ventilazzjoni, meħtieġa biex tiddetermina l-fluss tal-emissjonijiet totali, hija determinata jew permezz tal-kalkolu (pereżempju, anemometru b'rota tal-fann, rekords tas-sistema ta' kontroll tal-ventilazzjoni) f'alloġġi b'ventilazzjoni sfurzata, jew permezz ta' gassijiet li jimmarkaw (eskluż l-użu ta' SF6 u kwalunkwe gas li fih CFCs) f'alloġġi b'ventilazzjoni naturali li jippermettu taħlit tal-arja adattata.

Għall-impjanti b'diversi bokki u żbokki tal-arja, huma biss dawk il-punti ta' teħid ta' kampjuni li jitqiesu bħala rappreżentattivi (fit-termini tal-emissjonijiet tal-massa mistennija) tal-impjant li jiġu ssorveljati.

Stima bl-użu ta' fatturi tal-emissjonijiet.

L-emissjonijiet tal-ammonijaka (jew tat-trab) huma stmati fuq bażi ta' fatturi tal-emissjonijiet li ġejjin minn kejl mfassal u mwettaq skont protokoll nazzjonali jew internazzjonali (pereżempju, il-protokoll VERA) f'farm b'teknika ta' tip identiku (relatat ma' sistema ta' alloġġi, ħżin tad-demel u/jew tixrid) u kundizzjonijiet klimatiċi simili. Inkella, il-fatturi tal-emissjonijiet jistgħu jittieħdu minn gwida Ewropea jew gwida oħra rikonoxxuta internazzjonalment.

L-użu ta' fatturi tal-emissjonijiet iqis speċjalment kull bidla sinifikanti fit-tip tal-bhejjem imrobbija fil-farm u/jew fit-tekniki applikati għall-alloġġi, il-ħżin, u t-tixrid.

4.9.3.   Tekniki għall-monitoraġġ ta' sistemi ta' tindif tal-arja

Teknika

Deskrizzjoni

Il-verifika tal-prestazzjoni tas-sistema ta' tindif tal-arja billi jitkejlu l-ammonijaka, l-irwejjaħ u.jew it-trab f'kundizzjonijiet prattiċi tal-farms, skont protokoll ta' kejl predefinit u bl-użu ta' metodi standard EN jew metodi oħrajn (ISO, nazzjonali jew internazzjonali) li jiżguraw dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Il-verifika ssir bil-kejl tal-ammonijaka, l-irwejjaħ u/jew it-trab fil-bokka u l-iżbokk tal-arja u tal-parametri addizzjonali kollha rilevanti għall-operazzjoni (pereżempju, ir-rata tal-fluss tal-arja, tnaqqis fil-pressjoni, it-temperatura, il-livell tal-pH, il-konduttività). Il-kejl isir f'kundizzjonijiet klimatiċi sajfin (perjodu ta' mill-inqas tmien ġimgħat b'rata ta' ventilazzjoni ta' > 80 % tar-rata ta' ventilazzjoni massima) u kundizzjonijiet klimatiċi xitwin (perjodu ta' mill-inqas tmien ġimgħat b'rata ta' ventilazzjoni ta' < 30 % tar-rata ta' ventilazzjoni massima), b'ġestjoni rappreżentattiva u kapaċità sħiħa tal-alloġġi u biss jekk perjodu ta' żmien adegwat (pereżempju, erba' ġimgħat) ikun għadda wara l-aħħar bidla tal-ilma tal-ħasil. Jistgħu jiġu applikati strateġiji tat-teħid ta' kampjuni differenti.

Il-kontroll tal-funzjoni effettiva tas-sistema ta' tindif tal-arja (pereżempju, billi jiġu rrekordjati l-paramteri operattivi b'mod kontinwu jew billi jintużaw sistemi ta' allarm).

L-operazzjoni ta' ġurnal elettroniku fejn tiġi rreġistrata d-dejta kollha dwar il-kejl u l-operazzjoni fuq perjodu ta' sena sa 5 snin. Il-parametri rrekordjati jiddependu mit-tip ta' sistema ta' tindif tal-arja u jistgħu jinkludu:

1.

il-pH u l-konduttività ta' likwidu li jobrox;

2.

il-fluss tal-arja u t-tnaqqis fil-pressjoni tas-sistema ta' tnaqqis;

3.

il-ħin operattiv tal-pompa;

4.

il-konsum tal-ilma u tal-aċidu.

Parametri oħrajn jistgħu jiġu rrekordjati b'mod manwali.

4.10.   Ġestjoni nutrizzjonali

4.10.1.   Tekniki għat-tnaqqis tan-nitroġenu mneħħi

Teknika

Deskrizzjoni

Tnaqqis tal-kontenut ta' proteini mhux raffinati billi tintuża dieta-N bilanċjata bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-enerġija u l-aċidi amminiċi diġeribbli.

Tnaqqis tal-eċċessi fil-provvista tal-proteini mhux raffinati billi jiġi żgurat li din ma taqbiżx ir-rakkomandazzjonijiet tal-għalf. Id-dieta hija bilanċjata biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-annimali tal-enerġija u l-aċidi amminiċi diġeribbli.

Għalf multifażi b'formulazzjoni ta' dieta adattatagħar-rekwiżiti speċifiċi tal-perjodu ta' produzzjoni.

It-taħlita tal-għalf taqbel mar-rekwiżiti tal-annimal b'mod aktar preċiż fit-termini tal-enerġija, l-aċidi amminiċi u l-minerali, skont il-piż tal-annimal u/jew l-istadju tal-produzzjoni.

Iż-żieda ta' ammonti kkontrollati ta' aċidi amminiċi essenzjali għal dieta bi ftit proteini mhux raffinati.

Ċertu ammont ta' għalf b'ħafna proteini huwa sostitwit minn għalf bi ftit proteini, sabiex ikompli jitnaqqas il-kontenut ta' proteini mhux raffinati. Id-dieta hija supplimentata b'aċidi amminiċi sintetiċi (pereżempju liżina, metijonina, treonina, triptofan, valina) sabiex b'hekk ma jkun hemm l-ebda defiċjenza fil-profil tal-aċidu amminiku.

L-użu ta' addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu n-nitroġenu totali mneħħi.

Sustanzi awtorizzati (skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44)), mikrorganiżmi jew preparazzjonijiet bħal enzimi (pereżempju, enzimi NSP, proteasi) jew probijotiċi jinżiedu fl-għalf jew fl-ilma sabiex itejbu l-effiċjenza tal-għalf, pereżempju billi titjieb id-diġeribbiltà tal-għalf jew taffettwa l-flora gastrointestinali.

4.10.2.   Tekniki għat-tnaqqis tal-fosforu mneħħi

Teknika

Deskrizzjoni

Għalf multifażi b'formulazzjoni ta' dieta adattata għar-rekwiżiti speċifiċi tal-perjodu ta' produzzjoni.

L-għalf jikkonsisti minn taħlita li tadatta l-forniment tal-fosforu għar-rekwiżiti tal-fosforu tal-annimal b'mod aktar preċiż skont il-piż tal-annimal u/jew l-istadju tal-produzzjoni.

L-użu ta' addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu l-fosforu totali mneħħi (pereżempju, il-fitasi).

Sustanzi, mikrorganiżmi jew preparazzjonijiet bħal enzimi(pereżempju, il-fitasi) awtorizzati (skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003) jinżiedu fl-għalf jew fl-ilmasabiex itejbu l-effiċjenza tal-għalf, pereżempju billi titjieb id-diġeribbiltà tal-għalf jew taffettwa l-flora gastrointestinali.

4.11.   Tekniki biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet fl-arja mill-alloġġi tal-annimali

Teknika

Deskrizzjoni

Bijofiltru

L-arja ta' egżost tgħaddi minn filtru b'sodda ta' materjal organiku, bħal għeruq tal-injam jew biċċiet tal-injam, qoxra tas-siġar ħarxa, kompost jew pit. Il-materjal tal-filtru dejjem jinżamm niedi permezz ta' traxxix bl-ilma intermittenti tas-superfiċe. Il-partiċelli tat-trab u komposti tal-arja bir-riħa jiġu assorbiti mill-film imxarrab u huma ossidizzati jew degradati minn mikrorganiżmi li jgħixu fuq il-materjal tal-mifrex niedi.

Bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir)

Filtru għoli mballat b'imballaġġ inerti li normalment jinżamm kontinwament imxarrab permezz tal-ilma tal-bexx. Is-sustanzi niġġiesa fl-arja huma assorbiti fil-fażi likwida u mbagħad jiġu degradati minn mikorganiżmi li joqgħodu fuq l-elementi tal-filtru. Jista' jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta' bejn 70 % u 95 %.

Filtru niexef

L-arja ta' egżost tintefaħ kontra skrin magħmul minn, pereżempju, plastik b'diversi saffi li jitqiegħed quddiem il-ħajt ta' wara tal-ventilatur. L-arja li tgħaddi tkun soġġetta għal bidliet fid-direzzjoni kbar li jikkawżaw is-separazzjoni tal-partiċelli minn forza ċentrifugali.

Sistema ta' tindif tal-arja b'żewġ stadji jew bi tliet stadji

F'sistema b'żewġ stadji, l-ewwel stadju (purifikatur niedi tal-aċidu) normalment ikun kombinat ma' bijopurifikatur (it-tieni stadju). F'sistema bi tliet stadji, l-ewwel stadju li jikkonsisti f'purifikatur niedi normalment ikun kombinat mat-tieni stadju (purifikatur niedi tal-aċidu), segwit minn bijofiltru (it-tielet stadju). Jista' jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta' bejn 70 % u 95 %.

Purifikatur niedi

L-arja ta' egżost tintefaħ permezz ta' mezz ta' filtru mballat minn fluss trasversali. L-ilma jiġi sprejjat kontinwament fuq il-materjal imballat. It-trab jitneħħa u joqgħod fit-tankijiet tal-ilma, li jitbattal qabel ma jimtlew mill-ġdid.

Imqabad tal-ilma

L-arja ta' egżost hija mmexxija mill-fannijiet tal-ventilazzjoni fuq banju tal-ilma fejn il-partikoli tat-trab jixxarrbu. Il-fluss imbagħad jitmexxa 180 grad 'il fuq. Il-livell tal-ilma jimtela b'mod regolari sabiex jikkumpensa għall-evaporazzjoni.

Purifikatur niedi tal-aċidu

L-arja ta' egżost hija sfurzata minn filtru (pereżempju, ħajt imballat) fejn jiġi sprejjat likwidu aċidu li jiċċirkola (pereżempju, l-aċidu sulfuriku). Jista' jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta' bejn 70 % u 95 %.

4.12.   Tekniki għall-alloġġi għall-ħnieżer

4.12.1.   Deskrizzjoni tat-tipi ta' pavimenti u t-tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-alloġġi għall-ħnieżer

Tip ta' paviment

Deskrizzjoni

Paviment kollu kemm hu f'għamla ta' gradilja

Paviment fejn iż-żona kollha hija f'għamla ta' gradilja bl-użu ta' paviment tal-metall, tal-konkrit jew tal-plastik b'fetħiet li jippermettu r-rawt u l-awrina jaqgħu f'kanal jew fossa li jinsabu taħt.

Paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja

Paviment li huwa parzjalment solidu u parzjalment f'għamla ta' gradilja bl-użu ta' paviment tal-metall, konkrit jew plastik b'fetħiet li jippermettu r-rawt u l-awrina jaqgħu f'kanal jew fossa li jinsabu taħt. It-tħammiġ tal-paviment solidu jiġi evitat permezz ta' ġestjoni xierqa tal-paramteri klimatiċi ta' ġewwa, speċjalment f'kundizzjonijiet sħan, u/jew tfassil xieraq tas-sistemi ta' alloġġi.

Paviment solidu tal-konkrit

Paviment fejn iż-żona kollha tikkonsisti f'konkrit solidu. Il-paviment jista' jitgħatta b'mifrex (pereżempju, tiben) fi gradi li jvarjaw. Il-paviment normalment ikun ixaqleb sabiex jiffaċilita d-drenaġġ tal-awrina.

It-tipi ta' pavimenti mniżżlin hawn fuq jintużaw fis-sistemi ta' alloġġi deskritti, meta jkun xieraq:

Teknika

Deskrizzjoni

Fossa fonda (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja) jekk tintuża biss flimkien ma' miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali, pereżempju;

taħlita tat-tekniki ta' ġestjoni nutrizzjonali;

sistema ta' tindif tal-arja;

tnaqqis tal-pH tad-demel likwidu;

tkessiħ tad-demel likwidu.

L-imqawel huma mgħammra b'fossa fonda taħt il-paviment f'għamla ta' gradilja u dan jippermetti l-ħżin tad-demel likwidu bejn it-tneħħijiet mhux frekwenti. Għall-ħnieżer tas-simna, jista' jintuża kanal għall-fluss eċċessiv tad-demel. It-tneħħija tad-demel likwidu għat-tixrid jew għall-ħżin fuq barra ssir malajr kemm jista' jkun (pereżempju, mill-inqas kull xahrejn) sakemm ikun hemm restrizzjonijiet tekniċi (pereżempju, kapaċità tal-ħżin).

Sistema vakwu għat-tneħħija frekwenti tad-demel likwidu (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Żbokki fil-qiegħ tal-fossa jew tal-kanal huma konnessi ma' pajp tar-rimi li taħtu jiġi trasferit id-demel likwidu għall-ħżin fuq barra. Id-demel likwidu spiss jintrema bil-ftuħ ta' valv jew tapp fil-pajp ewlieni tad-demel likwidu, pereżempju, darba jew darbtejn f'ġimgħa. jiżviluppa vakwu żgħir li jippermetti t-tbattil komplut tal-fossa jew tal-kanal. Sabiex il-vakwu jkun effettiv, l-ewwel irid jintlaħaq ċertu fond tad-demel likwidu qabel ma s-sistema tkun tista' topera kif suppost.

Ħitan immejlin fil-kanal tad-demel (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Il-kanal tad-demel joħloq sezzjoni forma ta' V bil-punt ta' skarika fil-qiegħ. Ix-xaqliba u s-superfiċe lixxa jiffaċilitaw l-iskariku tad-demel likwidu. It-tneħħija tad-demel ssir mill-inqas darbtejn f'ġimgħa.

Barraxa għat-tneħħija frekwenti tad-demel likwidu (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Hemm kanal f'forma ta' V b'żewġ uċuħ inklinati fuq kull naħa ta' kanal ċentrali, fejn l-awrina tista' titbattal f'fossa ta' ġbir permezz ta' kanal fil-qiegħ tal-kanal tad-demel. Mill-fossa, il-frazzjoni solida tad-demel tiġi estratta b'mod frekwenti (pereżempju, kuljum) permezz ta' barraxa. Iż-żieda ta' kisja fuq il-paviment mibrux hija rrakkomandata sabiex tinkiseb superfiċe (aktar) lixxa.

Paviment imqabbeż u demel separat u kanali tal-ilma (fil-każ ta' mqawel parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Il-kanali tad-demel u tal-ilma jinbnew fuq naħat opposti tal-paviment solidu tal-konkrit, imqabbeż u lixx. Il-kanal tal-ilma jiġi installat taħt in-naħa tal-maqjel fejn il-ħnieżer għandhom tendenza li jieklu u jixorbu. L-ilma għat-tindif tal-imqawel jista' jintuża biex jimtlew il-kanali tal-ilma. Il-kanal jimtela parzjalment b'mill-inqas 10 ċm ilma. Il-kanal tad-demel jista' jinbena b'kanali mgħottija jew ħitan immejlin li normalment jitlaħalħu darbtejn kuljum pereżempju bl-ilma mill-kanal l-ieħor jew il-frazzjoni likwida tad-demel likwidu (kontenut ta' materja niexfa mhux aktar minn madwar 5 %).

Ċinturini tad-demel forma ta' V (fil-każ ta' paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Ċinturini tad-demel forma ta' V jitgerbu fil-kanali tad-demel li jgħattu s-superfiċe kollha, sabiex ir-rawt u l-awrina kollha jaqgħu fuqhom. Iċ-ċinturini huma mmexxija mill-inqas darbtejn kuljum sabiex iġorru b'mod separat l-awrina u r-rawt għall-ħżin tad-demel magħluq. Iċ-ċinturini huma magħmula mill-plastik (polipropilen jew polietilen).

Il-fossa tad-demel imnaqqsa (fil-każ ta' paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Il-maqjel huwa mgħammar b'fossa dejqa b'wisa' ta' 0,6 m. Il-fossa tista' titqiegħed f'passaġġ estern.

It-tneħħija frekwenti tad-demel likwidu permezz tal-ifflaxxjar (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Tneħħija frekwenti ħafna (pereżempju, darba jew darbtejn fis-sena) tad-demel likwidu titwettaq billi l-kanali jiġu fflaxxjati bil-frazzjoni likwida tad-demel likwidu (kontenutta'materja niexfa mhux aktar minn madwar 5 %) jew ilma. Il-frazzjoni likwida tad-demel likwidu tista' tingħata l-arja wkoll qabel l-iflaxxjar. Din it-teknika tista' tiġi kombinata ma' varjazzjonijiet individwali tal-qiegħ tal-kanali jew tal-fosos, pereżempju, kanali, tubi jew saff tad-demel likwidu permanenti.

Kenn permezz ta' għerejjex/barrakki (fil-każ ta' paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Żoni funzjonali separati huma organizzati fl-imqawel ta' alloġġi b'ventilazzjoni naturali. Iż-żona għall-mistrieħ (madwar 50–60 % taż-żona totali) tikkonsisti f'paviment tal-konkrit iżolat livellat b'barrakki, jew għerejjex iżolati, b'saqaf fuq iċ-ċappetti li jista' jittella' jew jitbaxxa biex tiġi kkontrollata t-temperatura u l-ventilazzjoni. Iż-żoni ta' attività u tal-għalf jinsabu fuq paviment f'għamla ta' gradilja b'fossa tad-demel taħt u tneħħija frekwenti tad-demel, pereżempju bil-vakwu. It-tiben jista' jintuża fuq il-paviment solidu tal-konkrit.

Sistema tal-mifrex totali (fil-każ tal-paviment solidu tal-konkrit).

Paviment kollu konkrit kważi mgħotti kompletament b'saff ta' tiben jew materjal ieħor tal-linjoċelluloża.

Fis-sistema tal-paviment bil-mifrex, id-demel solidu jitneħħa spiss (pereżempju, darbtejn fil-ġimgħa). Inkella, fis-sistema ta' mifrex fond, jiżdied tiben frisk fil-wiċċ u d-demel akkumulat jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu ta' trobbija. Żoni funzjonali separati jistgħu jiġu organizzati f'żoni għall-mistrieħ, għall-għalf, għall-mixi u għall-ipporgar.

Passaġġ estern tal-mifrex (fil-każ ta' paviment solidu tal-konkrit).

Bieb żgħir jippermetti lill-ħanżir biex joħroġ barra biex jipporga f'passaġġ estern b'paviment tal-konkrit bil-mifrex. Id-demel jaqa' f'kanal minn fejn jitnaddaf darba kuljum.

Kabini għall-għalf/għall-mistrieħ li jinsabu fuq paviment solidu (fil-każ ta' mqawel ibbażati fuq il-mifrex).

Il-ħnieżer nisa jinżammu f'maqjel maqsum f'żewġ żoni funzjonali, dak prinċipali bil-mifrex u serje ta' kabini għall-għalf/għall-mistrieħ fuq paviment solidu. Id-demel jinġabar fit-tiben jew f'materjal ieħor tal-linjoċelluloża, li jiġi fornit u sostitwit b'mod regolari.

Il-ġbir tad-demel fl-ilma.

Id-demel jinġabar fl-ilma għat-tindif li jinżamm fil-kanal tad-demel u jimtela mill-ġdid sa livell ta' madwar 120–150 mm. Il-ħitan b'kanal immejjel huma fakultattivi. Wara kull ċiklu ta' trobbija, il-kanal tad-demel jitbattal.

Taħlita ta' kanali tal-ilma u tad-demel (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu f'għamla ta' gradilja).

Il-ħanżir mara tinżamm f'post fiss (bl-użu ta' gaġeġ tal-ħlas) b'żona speċifika għall-ipporgar. Il-fossa tad-demel tinqasam f'kanal tal-ilma wiesa' fuq quddiem u kanal tad-demel żgħir fuq wara, b'superfiċe inqas għad-demel. Il-kanal ta' quddiem jimtela parzjalment bl-ilma.

Is-samp tad-demel (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu jew parzjalment f'għamla ta' gradilja).

Jitqiegħed samp (jew fossa) prefabbrikat taħt il-paviment f'għamla ta' gradilja. Is-samp huwa l-aktar fond fuq naħa waħda b'xaqliba ta' mill-inqas 3 lejn kanal tad-demel ċentrali; id-demel joħroġ meta l-livell tiegħu jilħaq madwar 12-il cm. Jekk jeżisti kanal tal-ilma, is-samp jista' jinqasam fit-taqsima tal-ilma u taqsima tad-demel.

Sistema tal-fluss tat-tiben (fil-każ ta' paviment solidu tal-konkrit).

Il-ħnieżer jitrabbew f'imqawel b'pavimenti solidi, fejn jiġu definiti żona mxaqilba għall-mistrieħ u żona għall-eskrezzjoni. It-tiben jingħata lill-annimali kuljum. L-attività tal-ħnieżer timbotta u tqassam il-mifrex fix-xaqliba tal-maqjel (4–10 %) lejn il-qasma tal-ġbir tad-demel. Il-frazzjoni solida tista' titneħħa spiss (pereżempju, kuljum) permezz ta' barraxa.

Imqawel bil-mifrex b'ġenerazzjoni tad-demel kombinata (demel likwidu u demel solidu).

Imqawel għall-ħlas huma mgħammra b'żoni funzjonali separati: żona għall-mistrieħ b'materjal tal-bejta, żona għall-mixi u żona tar-rawt b'pavimenti f'għamla ta' gradilja jew perforati, u żona għall-għalf fuq paviment solidu. Il-qżieqeż jingħataw bejta b'mifrex u mgħottija. Id-demel likwidu spiss jitneħħa b'barraxa. Id-demel solidu jitneħħa kuljum b'mod manwali miż-żoni b'paviment solidu. Il-mifrex jiġi pprovdut b'mod regolari. Mas-sistema jista' jiġi pprovdut magħlaq ukoll.

Fil-kanal tad-demel jintużaw blalen li jżommu fil-wiċċ.

Il-blalen nofshom mimlijin bl-ilma u li huma magħmulin mill-plastik b'kisja li ma twaħħalx, iżommu fis-superfiċe tal-kanali tad-demel.

4.12.2.   Tekniki għat-tkessiħ tad-demel likwidu

Teknika

Deskrizzjoni

Pajpijiet għat-tkessiħ tad-demel likwidu

Tnaqqis fit-temperatura tad-demel likwidu (normalment inqas minn 12-il °C) jinkiseb bl-installazzjoni ta' sistema tat-tkessiħ li titqiegħed fuq id-demel likwidu, fuqil-paviment tal-konkrit jew imqiegħda fil-paviment. L-intensità tat-tkessiħ applikata tista' tkun minn 10 W/m2 sa 50 W/m2 għall-ħnieżer nisa tqal u l-ħnieżer tas-simna li joqogħdu fuq pavimenti parzjalment f'għamla ta' gradilja. Is-sistema tikkonsisti f'pajpijiet li fihom refriġerant jew fejn jiġi ċċirkolat ilma. Il-pajpijiet jitqabbdu ma' apparat għall-iskambju tas-sħana biex tiġi rkuprata enerġija li tista' tintuża għat-tisħin ta' partijiet oħrajn tal-farm. Il-fossa jew il-kanali jeħtieġ li jitbattlu b'mod frekwenti minħabba superfiċe ta' skambju relattivament żgħira tal-pajpijiet.

4.12.3.   Tekniki għat-tnaqqis tal-pH tad-demel likwidu

Teknika

Deskrizzjoni

Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu

L-aċidu sulfuriku jiżdied mad-demel likwidu sabiex inaqqas il-pH għal madwar 5.5 fil-fossa tad-demel likwidu. Iż-żieda tista' ssir f'tank tal-ipproċessar, segwita minn arjazzjoni u omoġenizzazzjoni. Parti mid-demel likwidu ttrattat jiġi ppumpjat fil-fossa tal-ħżin taħt l-artijiet tal-alloġġi. Is-sistema ta' trattament hija kompletament awtomatizzata. Qabel (jew wara) it-tixrid fuq il-ħamrija bl-aċtu, jista' jkun hemm bżonn li jiżdied il-ġir sabiex jinnewtralizza l-pH tal-ħamrija. Inkella, l-aċidifikazzjoni tista' ssir direttament fil-maħżen tad-demel likwidu jew kontinwament matul it-tixrid.

4.13.   Tekniki għall-alloġġi tat-tjur

4.13.1.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għat-tiġieġ tal-bajd, għat-tiġieġ tas-simna għat-tnissil jew għall-għawwietaq

Sistema ta' alloġġi

Deskrizzjoni

Sistema ta' gaġeġ mhux imsaħħa

It-tiġieġ tas-simna għat-tnissil jitqiegħdu f'sistemi ta' gaġeġ mhux imsaħħa mgħammra b'perċi, żona tal-mifrex u bejta. L-għawwietaq għandhom jingħataw esperjenza xierqa ta' prattiki ta' ġestjoni (pereżempju, sistemi tal-għalf u tat-tisqija) u kundizzjonijiet ambjentali (pereżempju, dawl naturali, perċi, mifrex) sabiex ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għas-sistemi ta' trobbija li aktar tard jiltaqgħu matul il-ħajja tagħhom. Il-gaġeġ normalment jitqassmu fuq tliet saffi jew aktar.

Sistema ta' gaġeġ imsaħħa

Gaġeġ imsaħħa jkunu mibnija b'artijiet immejlin, huma mgħamulin minn xibka tal-ħadid iwweldjata jew strixxi tal-plastik u huma mgħammra b'muntaġġi u aktar spazju għall-għalf, għax-xorb, għall-bejtiet, għat-tibrix, għall-perċi u għall-ġbir tal-bajd. Il-kapaċità tal-gaġeġ tista' tvarja minn madwar 10 sa 60 għasfur. Il-gaġeġ normalment jitqassmu fuq tliet saffi jew aktar.

Mifrex fond b'fossa tad-demel

Mill-inqas terz mill-paviment totali fl-alloġġi titgħatta b'mifrex (pereżempju, ramel, biċċiet tal-injam, tiben). Iż-żona tal-paviment li jifdal hija f'għamla ta' gradilja, b'fossa tad-demel taħt. Il-muntaġġi tal-għalf u tax-xorb jinsabu fuq iż-żona f'għamla ta' gradilja. Strutturi addizzjonali jistgħu jkunu preżenti ġewwa jew barra l-alloġġi, bħal sistema ta' verandas jew trobbija fil-beraħ.

Guvi

Il-guvi huma maqsumin f'żoni funzjonali differenti għall-għalf, ix-xorb, it-tqegħid tal-bajd, il-grif u l-mistrieħ. Iż-żona utilizzabbli tiġi miżjuda permezz ta' pavimenti elevati f'għamla ta' gradilja, ikkombinati ma' livelli differenti. Iż-żona f'għamla ta' gradilja tvarja bejn 30 % u 60 % taż-żona tal-paviment totali. Il-paviment li jifdal huwa tipikament mifrex.

Fl-impjanti għat-tiġieġ tal-bajd u t-tiġieġ tas-simna għat-tnissil, is-sistema tista' tkun kombinata ma' sistema ta' verandas jew trobbija fil-beraħ.

It-tneħħija tad-demel biċ-ċinturini (fil-każ ta' sistemi ta' gaġeġ imsaħħa u mhux imsaħħa) b'mill inqas:

tneħħija waħda kull ġimgħa bit-tnixxif bl-arja; jew

żewġ tneħħijiet kull ġimgħa mingħajr it-tnixxif bl-arja.

Iċ-ċinturini jitqiegħdu taħt il-gaġeġ għat-tneħħija tad-demel. Il-frekwenza tat-tneħħija tista' tkun darba fil-ġimgħa (bit-tnixxif bl-arja) jew aktar (mingħajr it-tnixxif bl-arja). Iċ-ċinturin tal-ġbir jista' jkun bil-ventilazzjoni għat-tnixxif tad-demel. It-tnixxif bl-arja “whisk-forced” fiċ-ċinturin tad-demel jista' jintuża wkoll.

Iċ-ċinturin tad-demel jew il-barraxa (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel).

Id-demel jitneħħa permezz ta' barraxi (perjodikament) jew permezz ta' ċinturini (darba fil-ġimgħa għad-demel imnixxef, darbtejn fil-ġimgħa mingħajr tnixxif).

Sistema ta' ventilazzjoni sfurzata u infrekwenti tat-tneħħija tad-demel (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel) biss jekk tinuża flimkien ma' miżura ta' mitigazzjoni addizzjonali, pereżempju:

il-ksib ta' kontenut għoli ta' materja niexfa tad-demel;

sistema ta' tindif tal-arja.

Is-sistema tal-mifrex fond (ara hawn fuq għal deskrizzjoni) hija kombinata ma' tneħħija tad-demel infrekwenti, pereżempju fit-tmien taċ-ċiklu ta' trobbija. Kontenut ta' materja niexfa minimu ta' demel ta' madwar 50–60 % huwa żgurat. Dan jinkiseb b'sistema ta' ventilazzjoni sfurzata xierqa (pereżempju, fannijiet u estrazzjoni tal-arja mqiegħda fil-livell tal-paviment).

It-tnixxif sfurzat bl-arja tad-demel permezz ta' tubi (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel).

Is-sistema tal-mifrex fond (ara hawn fuq għal deskrizzjoni) hija kombinata mat-tnixxif tad-demel permezz ta' ventilazzjoni sfurzata applikata fit-tubi li jitfgħu l-arja (pereżempju, bi 17–20 °C u 1,2 m3/għasfur) fuq id-demel maħżun taħt il-paviment f'għamla ta' gradilja.

Tnixxif sfurzat bl-arja tad-demel bl-użu ta' paviment perforat (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel).

Is-sistema tal-mifrex fond (ara hawn fuq għal deskrizzjoni) hija mgħammra b'paviment perforat mqiegħed taħt id-demel li jippermetti l-infiħ tal-arja sfurzata minn taħt. Id-demel jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija.

Ċinturini tad-demel (fil-każ ta' guvi).

Id-demel jinġabar fuq ċinturini taħt il-paviment f'għamla ta' gradilja u jitneħħa mill-inqas darba fil-ġimgħa permezz ta' ċinturini bil-ventilazzjoni jew mingħajr il-ventilazzjoni. L-artijiet bil-mifrex u solidi jistgħu jiġu kombinati f'guvi għall-għawwietaq.

It-tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta' arja ta' ġewwa (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

F'sistema ta' mifrex fond mingħajr fossa tad-demel, is-sistemti ta' riċirkolazzjoni tal-arja fuq ġewwa jistgħu jintużaw biex inixxfu l-mifrex, filwaqt li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tal-għasafar. Għal dan il-għan, jistgħu jintużaw fannijiet, skambjaturi tas-sħana u/jew ħiters.

4.13.2.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijet tal-ammonijaka mill-alloġġi għat-tiġieġ tas-simna

Teknika

Deskrizzjoni

Ventilazzjoni naturali jew sfurzata b'sistema ta' xorb li ma tnixxix (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

Il-bini huwa magħluq u iżolat sew, huwa mgħammar b'ventilazzjoni naturali jew sfurzata, u jista' jiġi kombinat ma' sistema ta' verandas u/jew trobbija fil-beraħ. Il-paviment solidu jitgħatta kompletament b'mifrex li jista' jiżdied skont il-bżonn. L-iżolament tal-paviment (pereżempju, il-konkrit, it-tafal, il-membrana) jipprevjeni l-kondensazzjoni tal-ilma fil-mifrex. Id-demel solidu jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija. It-tfassil u l-operazzjoni tas-sistema tal-ilma għax-xorb tipprevjeni t-tnixxija u t-tixrid tal-ilma fuq il-mifrex.

Sistema ta' tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta' arja ta' ġewwa (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

Is-sistemi tar-riċirkolazzjoni tal-arja fuq ġewwa jistgħu jintużaw biex inixxfu l-mifrex, filwaqt li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tal-għasafar. Għal dan il-għan, jistgħu jintużaw fannijiet, skambjaturi tas-sħana u/jew ħiters.

Il-mifrex fuq ċinturin tad-demel u t-tnixxif sfurzat bl-arja (fil-każ ta' sistemi ta' pavimenti b'diversi saffi).

Sistema b'ħafna pavimenti fuq saffi mgħammra b'ċinturini tad-demel mgħottija mill-mifrex. Bejn ir-ringieli tas-saffi jitħallew kurituri għall-ventilazzjoni. L-arja tidħol f'kuritur wieħed u tittieħed lejn il-materjal tal-mifrex fuq iċ-ċinturin tad-demel. Il-mifrex jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija. Is-sistema tista' tintuża flimkien ma' stadju inizjali separat fejn il-flieles tat-tiġieġ tas-simna jfaqqsu u jikbru għal żmien limitat fuq iċ-ċinturini tad-demel bil-mifrex fuq sistema b'diversi saffi.

Paviment bil-mifrex imsaħħan u mkessaħ (fil-każ ta' sistemi “combideck”).

Ara t-Taqsima 4.2.

4.13.3.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għall-papri

Teknika

Deskrizzjoni

Iż-żieda frekwenti tal-mifrex (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond jew mifrex fond kombinat ma' paviment f'għamla ta' gradilja).

Il-mifrex jinżamm niexef permezz ta' żieda frekwenti (pereżempju, kuljum) ta' materjal frisk skont il-ħtiġijiet. Id-demel solidu jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija.

Is-sistema ta' alloġġi tista' tkun mgħammra b'ventilazzjoni naturali jew sfurzata u kombinata ma' sistema ta' trobbija fil-beraħ.

Fil-każ ta' mifrex fond kombinat ma' paviment f'għamla ta' gradilja, il-paviment huwa mgħammar bi strixxi fiż-żona tax-xorb (madwar 25 % taż-żona tal-paviment totali).

It-tneħħija tad-demel frekwenti (fil-każ ta' paviment kollu kemm hu f'għamla ta' gradilja).

L-istrixxi jgħattu l-fossa fejn id-demel jinħażen u jiġi evakwat għall-maħżen estern. It-tneħħija tad-demel frekwenti għal maħżen estern jista' jsir:

1.

permezz ta' fluss ta' gravità permanenti;

2.

permezz ta' tindif bi frekwenzi varjabbli.

Is-sistema ta' alloġġi tista' tkun mgħammra b'ventilazzjoni naturali jew sfurzata u kombinata ma' sistema ta' torbbija fil-beraħ.

4.13.4.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għad-dundjani.

Teknika

Deskrizzjoni

Ventilazzjoni naturali jew sfurzata b'sistema ta' xorb li ma tnixxix (fil-każ ta' paviment solidu b'mifrex fond).

Il-paviment solidu jitgħatta kompletament b'mifrex li jista' jiżdied skont il-ħtiġijiet. L-iżolament tal-paviment (pereżempju, il-konkrit, it-tafal) jipprevjeni l-kondensazzjoni tal-ilma fil-mifrex. Id-demel solidu jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija. It-tfassil u l-operazzjoni tas-sistema tal-ilma għax-xorb tipprevjeni t-tnixxija u t-tixrid tal-ilma fuq il-mifrex. Il-ventilazzjoni naturali tista' tiġi kombinata ma' sistema ta' trobbija fil-beraħ.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew idderivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(3)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.10.1. Informazzjoni dwar l-effikaċja tat-tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka tista' tittieħed minn gwida Ewropea jew internazzjonali rikonoxxuta, pereżempju, id-dokument ta' gwida tan-NU/KEE dwar “Options for ammonia mitigation” (“Għażliet għall-mitigazzjoni tal-ammonijaka”).

(4)  Il-parti inferjuri tal-medda tista' tinkiseb billi tintuża taħlita ta' tekniki.

(5)  In-nitroġenu totali mneħħi marbut mal-BAT mhuwiex applikabbli għall-għawwietaq jew għall-annimali għat-tnissil, għall-ispeċijiet kollha tat-tjur.

(6)  Il-parti superjuri tal-medda hija assoċjata mat-trobbija tad-dundjani rġiel.

(7)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.10.2.

(8)  Il-parti superjuri tal-medda tista' tinkiseb billi tintuża taħlita ta' tekniki.

(9)  Il-fosforu totali mneħħi marbut mal-BAT mhuwiex applikabbli għall-għawwietaq jew l-annimali għat-tnissil, għall-ispeċijiet kollha tat-tjur.

(10)  Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 4.1.

(11)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.1.

(12)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.2.

(13)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.3 u 4.11.

(14)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.4 u 4.11.

(15)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.5.

(16)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.5.

(17)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.6.1 u 4.12.3.

(18)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.6.1.

(19)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 3.1.1 u 4.6.2.

(20)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.7

(21)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.8.1 u 4.12.3.

(22)  Il-parti inferjuri tal-medda tikkorrispondi għall-inkorporazzjoni immedjata.

(23)  Il-parti superjuri tal-medda tista' tkun sa 12-il siegħa meta l-kundizzjonijiet ma jkunux favorevoli għal inkorporazzjoni aktar mgħaġġla, pereżempju, meta r-riżorsi tal-bniedem u tal-makkinarju ma jkunux ekonomikament disponibbli.

(24)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.9.1.

(25)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.9.2.

(26)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.9.1 u 4.9.2.

(27)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.9.3.

(28)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.11 u 4.12.

(29)  Il-parti inferjuri tal-medda hija assoċjata mal-użu ta' sistema ta' tindif tal-arja.

(30)  Għal impjanti eżistenti li jużaw fossa fonda flimkien ma' tekniki ta' ġestjoni nutrizzjonali, il-parti superjuri tal-BAT-AEL hija 4,0 kg NH3/post tal-annimal/sena.

(31)  Għal impjanti li jużaw BAT 30.a6, 30.a7 jew 30.a11, il-parti superjuri tal-BAT-AEL hija 5,2 kg NH3/post tal-annimal/sena.

(32)  Għal impjanti eżistenti li jużaw BAT 30.a0 flimkien ma' tekniki ta' ġestjoni nutrizzjonali, il-parti superjuri tal-BAT-AEL hija 7,5 kg NH3/post tal-annimal/sena.

(33)  Għal impjanti eżistenti li jużaw fossa fonda flimkien ma' tekniki ta' ġestjoni nutrizzjonali, il-parti superjuri tal-BAT-AEL hija 0,7 kg NH3/post tal-annimal/sena.

(34)  Għal impjanti li jużaw BAT 30.a6, 30.a7 jew 30.a8, il-parti superjuri tal-BAT-AEL hija 0,7 kg NH3/post tal-annimal/sena.

(35)  Għal impjanti eżistenti li jużaw fossa fonda flimkien ma' tekniki ta' ġestjoni nutrizzjonali, il-parti superjuri tal-BAT-AEL hija 3,6 kg NH3/post tal-annimal/sena.

(36)  Għal impjanti li jużaw BAT 30.a6, 30.a7, 30.a8 jew 30.a16, il-parti superjuri tal-BAT-AEL hija 5,65 kg NH3/post tal-annimal/sena.

(37)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.11 u 4.13.1.

(38)  Għal impjanti eżistenti li jużaw sistema ta' ventilazzjoni sfurzata u tneħħija tad-demel mhux frekwenti (fil-każ ta' mifrex fond b'fossa tad-demel), flimkien ma' miżura li tikseb kontenut għoli ta' materja niexfa tad-demel, il-parti superjuri tal-BAT-AEL hija 0,25 kg NH3/post tal-annimal/sena.

(39)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.11 u 4.13.2.

(40)  Il-BAT-AEL tista' ma tkunx applikabbli għat-tipi ta' biedja li ġejjin: trobbija fuq ġewwa b'mod estensiv, trobbija fil-beraħ (“free-range”), trobbija fil-beraħ tradizzjonali u trobbija fil-beraħ — libertà totali kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46).

(41)  Il-parti inferjuri tal-medda hija assoċjata mal-użu ta' sistema ta' tindif tal-arja.

(42)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.11 u 4.13.3.

(43)  Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.11 u 4.13.4.

(44)  Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (ĠU L 268. 18.10.2003, p. 29).