14.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/252

tad-9 ta' Frar 2017

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Komunità Awtonoma ta' Extremadura bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi ta' ċerti reġjuni fi Spanja fir-rigward tal-merħliet bovini u tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina ta' Jersey

(notifikata bid-dokument C(2017) 691)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari il-paragrafu 4 tal-Anness A.I, il-paragrafu 7 tal-Anness A.II u l-paragrafu E tal-Anness D.I tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis).

(2)

Id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (3) telenka, fl-Anness II tagħha, ir-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE.

(3)

Spanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunità Awtonoma ta' Extremadura mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi (B. Melitensis)- fir-rigward tal-merħliet ovini u kaprini.

(4)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Spanja, il-Komunità Awtonoma ta' Extremadura għandha titqies bħala ħielsa uffiċjalment mill-bruċellożi (B. Melitensis) fir-rigward tal-merħliet ovini u kaprini.

(5)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE jelenka fl-entrata għal Spanja kemm il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji kif ukoll iż-żewġ Provinċji tagħha: Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas. Peress li fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji hemm biss dawn iż-żewġ Provinċji, ir-referenza għall-Provinċji ta' Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas m'hemmx bżonnha iżjed u għandha titħassar.

(6)

L-entrata għal Spanja fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata skont dan.

(7)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom reġjun ta' Stat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi, uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi jew uffiċjalment ħieles mill-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(8)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (4) jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(9)

Spanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mill-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, dak ir-reġjun għandu jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(10)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-annimali bovini.

(11)

Spanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunità Awtonoma tal-Asturias u l-provinċji ta' Burgos, Soria u Valladolid tal-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, dawk ir-reġjuni għandhom jiġu elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(12)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka fl-entrata għal Spanja kemm il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji kif ukoll iż-żewġ Provinċji tiegħu: Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas. Peress li fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji hemm biss dawn iż-żewġ Provinċji, ir-referenza għall-Provinċji ta' Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas m'hemmx bżonnha iżjed u għandha titħassar.

(13)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(14)

Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill (5) jistipula li għall-għan tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-leġiżlazzjoni tas-saħħa tal-annimali, ir-Renju Unit u l-Gżejjer Kanarji inkluża l-Gżira ta' Jersey għandhom jiġu ttrattati bħala Stat Membru uniku.

(15)

Ir-Renju Unit ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità ta' Jersey mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, Jersey għandu jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(16)

Għalhekk l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(17)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

(2)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

(5)  Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1).


ANNESS I

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-entrata għal Spanja tinbidel b'dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Kantabrija,

Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León,

Il-Komunità Awtonoma ta' Extremadura,

Il-Komunità Awtonoma tal-Galizja,

Il-Komunità Awtonoma ta' Navarra,

Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask.”.


ANNESS II

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Kapitolu 2, l-entrata li ġejja għal Spanja tiddaħħal qabel l-entrata għar-Renju Unit:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji:”

(2)

Fl-Anness II, il-Kapitolu 2, l-entrata għal Spanja tinbidel b'dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León: Il-Provinċji ta' Burgos, Soria u Valladolid,

Il-Komunità Awtonoma ta' La Rioja,

Il-Komunità Awtonoma ta' Murcia,

Il-Komunità Awtonoma ta' Navarra,

Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask.”

(3)

Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, l-entrata għar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej:

“Fir-Renju Unit:

Jersey,

Isle of Man.”