23.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/39


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2375

tat-12 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni permezz tal-introduzzjoni ta' obbligu ta' ħatt għall-qabdiet ta' speċijiet soġġetti għal-limiti ta' qabda.

(2)

L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta pjanijiet għall-iskartar permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin fuq il-bażi ta' rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi relevanti.

(3)

Permezz tal-Att Delegat (UE) 2015/2438 (2), il-Kummissjoni stabbiliet pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-Ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2016-2018 wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri fl-2015.

(4)

Il-Belġju, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fl-ilmijiet tal-Majjistral. Fit-3 ta' Ġunju 2016, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Ilmijiet tal-Majjistral. Inkiseb kontribut xjentifiku mill-korpi xjentifiċi rilevanti u rivedut mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Il-miżuri inklużi fir-rakkomandazzjoni konġunta huma konformi mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jistgħu jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.

(5)

Fir-rigward tal-Ilmijiet tal-Majjistral, skont l-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu ta' ħatt japplika għall-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd soġġett għal limiti ta' qbid mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2016. Ir-rakkomandazzjoni konġunta stabbiliet il-flotot li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art fis-sajd imħallat għall-merluzz, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu u l-pollakkju iswed; fis-sajd għall-iskampu; fis-sajd imħallat għal-lingwata komuni u għall-barbun tat-tbajja'; fis-sajd għall-merluzz, il-megrim u l-pollakkju.

(6)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 stabbilixxa dispożizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt għal ċertu sajd demerali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2016-2018.

(7)

Skont ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida ppreżentata mill-Istati Membri fl-2016, il-pjan għall-iskartar għandu jkopri speċijiet oħrajn mill-2017 li jiddefinixxu s-sajd imħallat ħafna ta' merluzz, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju, is-sajd għall-iskampu, is-sajd għal-lingwata komuni u l-barbun tat-tbajja', is-sajd għall-merluzz u l-pollakkju. L-ispeċijiet tal-qabdiet aċċessorji wkoll għandhom ikunu koperti f'ċertu sajd.

(8)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta ssuġġeriet li tiġi applikata eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art għall-iskampu maqbud f'nases, xbieki tat-tidwir u nases tal-gambli fid-diviżjoni VI u s-subżona VII tal-ICES, li għalihom l-evidenza xjentifika turi rati għoljin ta' sopravivenza, b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija ġġustifikata. Għalhekk din l-eżenzjoni għandha tibqa' tkun inkluża f'dan ir-Regolament.

(9)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta ssuġġeriet li tiġi applikata eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt għall-qabdiet tal-lingwata taħt id-daqs ta' referenza minimu ta' konservazzjoni maqbudin b'apparat ta' għażel ta' tkarkir ta' bejn 80-99 mm fid-diviżjoni VIId tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta u barra ż-żoni tan-nurseries identifikati fl-operazzjonijiet ta' sajd li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet speċifiċi. L-evidenza xjentifika turi rati ta' soppravivenza għoljin, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd u tal-ekosistema. L-STECF innota li s-sopravivenza tiddependi fuq għadd ta' fatturi u rrakkomanda kawtela fl-estensjoni tar-riżultati tal-istudju għal sajd ieħor u li għandhom isiru provi rilevanti oħrajn li jappoġġjaw din it-talba. Għaldaqstant, din l-eżenzjoni għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament għall-2017 bil-kundizzjoni li l-flotta li tuża din l-eżenzjoni topera f'kundizzjonijiet simili għal dawk tal-prova, u li l-Istati Membri kkonċernati jwettqu provi oħrajn. Ir-riżultati ta' dawn il-provi addizzjonali għandhom jiġu vvalutati mill-STECF fl-2017.

(10)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tinkludi seba' eżenzjonijiet de minimis mill-obbligu ta' ħatt għal ċertu sajd u sa ċerti livelli. L-evidenza mogħtija mill-Istati Membri ġiet riveduta mill-STECF, li inġenerali kkonkluda li r-rakkomandazzjoni konġunta kienet tinkludi argumenti raġunati li huwa diffiċli li jinkiseb aktar titjib fis-selettività u/jew relatati ma' spejjeż sproporzjonati fil-maniġġ ta' qabdiet mhux mixtieqa, appoġġjati f'xi każijiet minn valutazzjoni kwalitattiva tal-ispejjeż. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika differenti, huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet de minimis ikunu inklużi f'dan ir-Regolament skont il-livell ta' perċentwal propost fir-rakkomandazzjoni konġunta u f'livelli li ma jaqbżux dawk permessi skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(11)

L-eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni, sa massimu ta' 3 % fl-2017-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi b'bastimenti li jużaw parit xkitt biex jaqbdu lingwata komuni fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija definita tajjeb u għaldaqstant, din l-eżenzjoni għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament.

(12)

L-eżenzjoni de minimis għall-merlangu, sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi b'bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' inqas minn 100 mm u xbieki tat-tkarkir pelaġiku biex jaqbdu l-merlangu fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività.

(13)

L-eżenzjoni de minimis għall-merlangu, sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi b'bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' mhux inqas minn 100 mm biex jaqbdu l-merlangu fid-diviżjonijiet VIIb — VIIj tal-ICES hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività.

(14)

L-eżenzjoni de minimis għall-merlangu, sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi b'bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' mhux inqas minn 100 mm biex jaqbdu l-merlangu fis-subżona VII (minbarra VIIa, VIId u VIIe) tal-ICES hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività.

(15)

Rigward it-tliet eżenzjonijiet de minimis għall-merlangu, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 kien jeħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jippreżentaw lill-Kummissjoni aktar informazzjoni xjentifika li tappoġġja din l-eżenzjoni. L-STECF ikkummenta li, għalkemm għadha meħtieġa evidenza kompluta, l-informazzjoni tindirizza ċertu tħassib tal-STECF. L-STECF enfasizza l-ħtieġa għal approċċ aktar koerenti lejn dan l-istokk. Abbażi tal-evidenza xjentifika eżaminata mill-STECF u minħabba li kien hemm titjib fl-evidenza addizzjonali li tappoġġja l-eżenzjoni, din l-eżenzjoni tista' tibqa' u għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament.

(16)

L-eżenzjoni de minimis għall-iskampu, sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi b'bastimenti obbligati li jħottu l-iskampu fis-subżona VII tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni kienet ġustifikata. Għalhekk din l-eżenzjoni għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament.

(17)

L-eżenzjoni de minimis għall-iskampu, sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi b'bastimenti obbligati li jħottu l-iskampu fis-subżona VI tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività u hemm informazzjoni kwantitattiva ta' sostenn dwar l-ispejjeż sproporzjonati ta' maniġġ ta' qabdiet mhux mixtieqa. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni kienet ġustifikata. Għalhekk din l-eżenzjoni għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament.

(18)

L-eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni, sa massimu ta' 3 % fl-2017 u fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi b'bastimenti li jużaw xbiek ta' tkarkir bit-travu b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 119 mm b'selettività miżjuda fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg u VIIh tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF innota li l-eżenzjoni qiegħda biex tikkumpensa għall-użu ta' rkaptu aktar selettiv u li l-eżenzjoni de minimis mitluba hija biex tkopri l-qbid skartat residwu. Għalhekk din l-eżenzjoni għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament.

(19)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandu għalhekk jitħassar u jiġi sostitwit minn Regolament ġdid.

(20)

Peress li l-miżuri mogħtija f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati ma' u fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt

L-obbligu tal-ħatt ipprovdut fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fiż-żoni V (minbarra Va u fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Vb biss), VI u VII għas-sajd stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Eżenzjoni ta' sopravivenza

1.   L-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art ipprovduta fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi rati għoljin ta' sopravivenza għandha tapplika:

(a)

għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud f'nases, xbieki tat-tidwir u nases tal-gambli (Kodiċijiet tal-irkaptu (3) FPO u FIX) fis-subżoni VI u VII tal-ICES;

(b)

fl-2017 għall-qabdiet tal-lingwata (Solea solea) taħt id-daqs ta' referenza minimu ta' konservazzjoni maqbudin b'apparat ta' għażel ta' tkarkir (Kodiċi tal-irkaptu OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) ta' bejn 80-99 mm fid-diviżjoni VIId tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta u barra ż-żoni tan-nursery identifikati fl-operazzjonijiet ta' sajd li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin: bastimenti li mhumiex itwal minn 10 metri, b'qawwa tal-magna mhux aktar minn 180 kW, meta jkunu qegħdin jistadu f'ilmijiet fondi 15-il metru jew inqas u b'ħinijiet ta' rmonk limitati ta' mhux aktar minn siegħa u nofs. Qabdiet bħal dawn tal-lingwata komuni jiġu rilaxxati b'mod immedjat.

2.   Qabel l-1 ta' Mejju 2017, l-Istati Membri li għandhom interess dirett ta' ġestjoni fl-ilmijiet tal-Majjistral għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni xjentifika oħra rilevanti li tappoġġja l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1(b). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik l-informazzjoni qabel l-1 ta' Settembru 2017.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet de minimis

B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-kwanitatijiet li ġejjin jistgħu jintremew:

(a)

għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u bit-tartarun ta' inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) biex jinqabad il-merlangu fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES.

(b)

għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u bit-tartarun ta' mhux inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) fid-diviżjonijiet VIIb sa VIIj tal-ICES.

(c)

għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u bit-tartarun ta' inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) biex jaqbdu l-merlangu fis-subżona VII tal-ICES, minbarra d-diviżjonijiet VIIa, VIId u VIIe.

(d)

għall-iskampu (Nephrops norvegicus), sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi b'bastimenti obbligati li jħottu l-iskampu fis-subżona VII tal-ICES;

(e)

għall-iskampu (Nephrops norvegicus), sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi b'bastimenti obbligati li jħottu l-iskampu fis-subżona VI tal-ICES;

(f)

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % fl-2017 u fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi b'bastimenti li jużaw parit xkitt biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg tal-ICES;

(g)

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % fl-2017 u fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi b'bastimenti obbligati li jħottu l-lingwata komuni u li jużaw irkaptu TBB b'daqs tat-toqob ta' bejn 80 u 119 mm b'selettività miżjuda, bħal estensjoni ta' malja wiesgħa, fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf, VIIg u VIIh tal-ICES.

Artikolu 4

Bastimenti soġġetti għall-obbligu tal-ħatt

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, skont il-kriterji stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, il-bastimenti soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art f'kull tip ta' sajd partikolari.

Il-bastimenti li kienu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art f'ċerti tipi ta' sajd fl-2016 għandhom jibqgħu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art f'dak it-tip ta' sajd.

2.   Qabel il-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, permezz tas-sit web sigur ta' kontroll tal-Unjoni, il-listi ta' bastimenti stabbiliti skont il-paragrafu 1 għal kull tip ta' sajd partikolari stipulat fl-Anness. Dawk il-listi għandhom jinżammu aġġornati.

Artikolu 5

Tħassir

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 huwa mħassar.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018.

L-Artikolu 4 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2438 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' rimi għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 29).

(3)  Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament huma definiti mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.


ANNESS

Bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

(a)

Sajd fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona VI u tad-diviżjoni Vb tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Bakkaljaw (Gadus morhua), Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), Merlangu (Merlangius merlangus) u Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir u tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz tal-linja sewda u l-qabdiet sekondarji tal-lingwata komuni, barbun tat-tbajja' u megrims fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*1) kien jikkonsisti f'aktar minn 5 % tal-gadiformi li ġejjin: bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju iswed flimkien

L-iskampu (Nephrops norvegicus)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir, tartaruni, nases, xbieki tat-tidwir u nases tal-gambli

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-iskampu u l-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*1) kien jikkonsisti f'aktar minn 20 % skampu.

(b)

Sajd għall-merluzz, b'TAC għas-subżoni VI u VII tal-ICES u għall-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali fid-divżjoni Vb tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Merluzz (Merluccius merluccius)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir u Tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*2) kien jikkonsisti f'aktar minn 20 % merluzz.

Merluzz (Merluccius merluccius)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

L-għażel kollu

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

Merluzz (Merluccius merluccius)

LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM

Il-konzijiet kollha

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

(c)

Sajd b'TAC li jkopri s-subżonaVII tal-ICES għall-iskampu

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

L-iskampu (Nephrops norvegicus)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir, tartaruni, nases, xbieki tat-tidwir u nases tal-gambli

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-iskampu fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*3) kien jikkonsisti f'aktar minn 20 % skampu

(d)

Sajd fid-diviżjoni VIIa tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Bakkaljaw (Gadus morhua), Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), Merlangu (Merlangius merlangus) u Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir u tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*4) kien jikkonsisti f'aktar minn 10 % tal-gadiformi li ġejjin: bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju iswed flimkien

(e)

Sajd fid-diviżjoni VIId tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Lingwata komuni (Solea solea)

TBB

Ix-xbieki kollha tat-tkarkir bit-travu

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

Lingwata komuni (Solea solea)

OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir

< 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni fejn il-ħatt totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*5) kien jikkonsisti f'aktar minn 5 % ta' lingwata komuni

Lingwata komuni (Solea solea)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Ix-xbieki kollha tal-parit u x-xkitt

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

Bakkaljaw (Gadus morhua), Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), Merlangu (Merlangius merlangus) u Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir u tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merlangu fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*5) kien jikkonsisti f'aktar minn 20 % tal-gadiformi li ġejjin: bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju iswed flimkien

(f)

Sajd fid-diviżjoni VIIe tal-ICES għal-lingwata komuni

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Lingwata komuni (Solea solea)

TBB

Ix-xbieki kollha tat-tkarkir bit-travu

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*6) kien jikkonsisti f'aktar minn 5 % ta' lingwata komuni.

Lingwata komuni (Solea solea)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Ix-xbieki kollha tal-parit u x-xkitt

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

(g)

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES għall-pollakkju

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Pollakkju (Pollachius pollachius)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Ix-xbieki kollha tal-parit u x-xkitt

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-pollakkju

(h)

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIb, VIIc u VIIf sa VIIk tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Lingwata komuni (Solea solea)

TBB

Ix-xbieki kollha tat-tkarkir bit-travu

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*7) kien jikkonsisti f'aktar minn 5 % ta' lingwata komuni

Lingwata komuni (Solea solea)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Parit u għażel

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

(i)

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIb, VIIc VIIe u VIIf sa VIIk tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Bakkaljaw (Gadus morhua), Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), Merlangu (Merlangius merlangus) u Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir u Tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merlangu fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u fl-2015 (*8) kien jikkonsisti f'aktar minn 20 % tal-gadiformi li ġejjin: bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju iswed flimkien.


(*1)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.

(*2)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.

(*3)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.

(*4)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.

(*5)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.

(*6)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.

(*7)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.

(*8)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2438 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.