16.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2259

tal-15 ta' Diċembru 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri ta' kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Ir-Repubblika tal-Korea għarrfet lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha rtirat ir-rikonoxximent ta' korp wieħed ta' kontroll u żiedet tliet korpi ta' kontroll oħrajn mal-lista ta' korpi ta' kontroll rikonoxxuti.

(3)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-korpi ta' kontroll u tal-awtoritajiet ta' kontroll li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop tal-ekwivalenza.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “A CERT European Organization for Certification S.A.”, biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi rikonoxxut il-korp “A CERT European Organization for Certification S.A.” għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tal-Albanija, l-Ażerbajġan, il-Butan, il-Belarussja, iċ-Ċili, iċ-Ċina, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, l-Etjopja, Grenada, il-Georgia, l-Indoneżja, l-Iran, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Kenja, il-Każakistan, il-Libanu, il-Marokk, il-Moldova, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Papua New Guinea, il-Filippini, il-Pakistan, is-Serbja, ir-Russja, ir-Rwanda, l-Arabja Sawdija, it-Tajlandja, it-Turkija, it-Tajwan, it-Tanżanija, l-Ukraina, l-Uganda, u l-Afrika t'Isfel.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bioagricert S.r.l.” sabiex ikunu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A lill-Indoneżja u s-Senegal u għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Albanija u l-Bangladexx u li jiġi estiż l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti E fir-rigward tal-Albanija u t-Tajlandja.

(6)

“Caucacert” għarraf lill-Kummissjoni dwar żball fl-isem korporattiv li jenħtieġ li jinbidel f'“Caucascert”.

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “CCPB Srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D, E u F, lill-Georgia, l-Iran, il-Ġordan, l-Arabja Sawdija, għall-kategorija tal-prodotti B liċ-Ċina, l-Iraq, il-Mali, il-Filippini u s-Sirja, għall-kategorija tal-prodotti C lill-Marokk u t-Tuneżija, għall-kategorija tal-prodotti E lit-Tuneżija u għall-kategoriji tal-prodotti E u F liċ-Ċina, l-Eġittu, l-Iraq, il-Libanu, il-Marokk, il-Mali, il-Filippini, San Marino, is-Sirja u t-Turkija.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “CERES Certification of Environmental Standards GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D lill-Armenja, għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Belarussja, il-Malawi, Sierra Leone, is-Somalja u t-Taġikistan, u għall-kategorija tal-prodotti B lill-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u El Salvador.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Control Union Certifications” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, C, D, E u F lill-Burundi, is-Somalja u s-Sudan t'Isfel, għall-kategoriji tal-prodotti B u C lill-Angola, il-Belarussja, il-Djibouti, l-Eritrea, Fiġi, il-Liberja, in-Niger, iċ-Chad u l-Kosovo u għall-kategoriji tal-prodotti B, C u D lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Madagascar.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti B lill-Mozambique u għall-kategorija tal-prodotti C lill-Bangladexx, iċ-Ċili, Hong Kong, il-Honduras, il-Perù u l-Vjetnam.

(11)

Ecocert SA għarraf lill-Kummissjoni li s-sussidjarju tiegħu “ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști” waqaf mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjonit tiegħu fil-pajjiżi terzi kollha li għalihom kien rikonoxxut. Għalhekk “ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști” jenħtieġ li ma jibqax jiġi elenkat fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Ekoagros”, biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi rikonoxxut “Ekoagros” għall-kategorija tal-prodotti A fir-rigward tar-Russja, għall-kategoriji tal-prodotti A u B fir-rigward tal-Belarussja u l-Ukraina, għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tat-Taġikistan u għall-kategoriji ta' prodotti A u F fir-rigward tal-Każakistan.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” sabiex ikunu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Ġamajka u l-Vjetnam u għall-kategorija tal-prodotti D lill-Ekwador.

(14)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “IMOswiss AG” sabiex ikunu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A lill-Emirati Għarab Magħquda, għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Burundi, għall-kategorija tal-prodotti B lill-Messiku u l-Perù u għall-kategorija tal-prodotti C lill-Brunei, iċ-Ċina, Hong Kong, il-Honduras, il-Madagascar u l-Istati Uniti. Min barra dan, il-korp “IMOswiss AG” għarraf lill-Kummissjoni li waqaf mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tiegħu fl-Ażerbajġan, il-Georgia, il-Każakistan, il-Kirgiżistan, l-Uzbekistan, ir-Russja u t-Taġikistan. Għalhekk jenħtieġ li ma jibqax jiġi elenkat għal dawk il-pajjiżi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D liż-Żambja, għall-kategorija tal-prodotti B lil-Laos, il-Myanmar/Burma u t-Tajlandja, għall-kategorija tal-prodotti C lil Hong Kong, l-Indoneżja u s-Sri Lanka u għall-kategoriji tal-prodotti C u E lill-Bangladexx.

(16)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Mayacert” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A lill-Kolombja, ir-Repubblika Dominicana u El Salvador, għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Belize u l-Perù u għall-kategorija tal-prodotti B lill-Gwatemala, il-Honduras u n-Nikaragwa.

(17)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “OneCert International PVT Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Bangladexx, iċ-Ċina, il-Ghana, il-Kambodja, il-Laos, il-Myanmar/Burma, l-Oman, ir-Russja u l-Arabja Sawdija.

(18)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Oregon Tilth” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti E fir-rigward tal-Messiku.

(19)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organic Certifiers” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D lill-Indoneżja.

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organska Kontrola” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti B lill-pajjiżi kollha.

(21)

“QC&I GmbH” għarraf lill-Kummissjoni li huwa waqaf mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tiegħu fil-pajjiżi terzi kollha li għalihom kien rikonoxxut. Għalhekk jenħtieġ li ma jibqax jiġi elenkat fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(22)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Suolo e Salute srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A lir-Repubblika Dominicana u l-Eġittu u li jiġi estiż l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti D fir-rigward tar-Repubblika Dominicana.

(23)

Kwalunkwe referenza għat-Tajwan fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li tinftiehem bħala referenza għat-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu.

(24)

Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(25)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


ANNESS I

FI-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi KR-ORG-003 (Bookang tech) hija mħassra;

(2)

Jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“KR-ORG-013

Hansol Food, Agriculture, Fisher-Forest Certification Center

www.hansolnonglim.com

KR-ORG-021

ISC Agriculture development research institute

www.isc-cert.com

KR-ORG-022

Greenstar Agrifood Certification Center

Image


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Wara l-entrata dwar “Abcert AG” tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

“‘A CERT European Organization for Certification S.A.’

1.

Indirizz: 2 Tilou street, 54638 Thessaloniki, Greece

2.

Indirizz tal-Internet: www.a-cert.org

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

AL-BIO-171

L-Albanija

x

x

AZ-BIO-171

L-Ażerbajġan

x

x

BT-BIO-171

Il-Bhutan

x

x

BY-BIO-171

Il-Belarussja

x

x

CL-BIO-171

Iċ-Ċilì

x

x

CN-BIO-171

Iċ-Ċina

x

x

DO-BIO-171

Ir-Repubblika Dominicana

x

x

EC-BIO-171

L-Ekwador

x

x

EG-BIO-171

L-Eġittu

x

x

ET-BIO-171

L-Etjopja

x

x

GD-BIO-171

Grenada

x

x

GE-BIO-171

Il-Georgia

x

x

ID-BIO-171

L-Indoneżja

x

x

IR-BIO-171

L-Iran

x

x

JM-BIO-171

Il-Ġamajka

x

x

JO-BIO-171

Il-Ġordan

x

x

KE-BIO-171

Il-Kenja

x

x

KZ-BIO-171

Il-Każakistan

x

x

LB-BIO-171

Il-Libanu

x

x

MA-BIO-171

Il-Marokk

x

x

MD-BIO-171

Il-Moldova

x

x

MK-BIO-171

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

x

x

PG-BIO-171

Papua New Guinea

x

x

PH-BIO-171

Il-Filippini

x

x

PK-BIO-171

Il-Pakistan

x

x

RS-BIO-171

Is-Serbja

x

x

RU-BIO-171

Ir-Russja

x

x

RW-BIO-171

Ir-Rwanda

x

x

SA-BIO-171

L-Arabja Sawdija

x

x

TH-BIO-171

It-Tajlandja

x

x

TR-BIO-171

It-Turkija

x

x

TW-BIO-171

It-Tajwan

x

x

TZ-BIO-171

It-Tanzanija

x

x

UA-BIO-171

L-Ukraina

x

x

UG-BIO-171

L-Uganda

x

x

ZA-BIO-171

L-Afrika t'Isfel

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018.”

(2)

Fl-entrata dwar “Bioagricert S.r.l”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“AL-BIO-132

L-Albanija

x

x

x

BD-BIO-132

Il-Bangladexx

x

x

ID-BIO-132

L-Indoneżja

x

SN-BIO-132

Is-Senegal

x

—”

(b)

fir-ringiela dwar it-Tajlandja, jiżdied salib fil-kolonna E.

(3)

Fl-entrata dwar “Caucacert Ltd”, it-titlu jinbidel bi “Caucascert Ltd”.

(4)

Fl-entrata dwar “CCPB Srl”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“GE-BIO-102

Il-Georgia

x

x

x

x

x

IR-BIO-102

L-Iran

x

x

x

x

x

JO-BIO-102

Il-Ġordan

x

x

x

x

x

SA-BIO-102

L-Arabja Sawdija

x

x

x

x

x”

(b)

fir-ringieli dwar iċ-Ċina, l-Iraq, il-Mali, il-Filippini u s-Sirja, jiżdied salib fil-kolonna B;

(c)

fir-ringieli dwar il-Marokk u t-Tuneżija, jiżdied salib fil-kolonna C;

(d)

fir-ringieli dwar it-Tuneżija, jiżdied salib fil-kolonna E;

(e)

fir-ringieli dwar iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Iraq, il-Libanu, il-Marokk, il-Mali, il-Filippini, San Marino, is-Sirja u t-Turkija, jiżdied salib fil-kolonni E u F.

(5)

Fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“AM-BIO-140

L-Armenja

x

x

x

BY-BIO-140

Il-Belarussja

x

x

MW-BIO-140

Il-Malawi

x

x

SL-BIO-140

Sierra Leone

x

x

SO-BIO-140

Is-Somalja

x

x

TJ-BIO-140

It-Taġikistan

x

x

—”

(b)

fir-ringieli dwar il-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u El Salvador, jiżdied salib fil-kolonna B.

(6)

Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AO-BIO-149

L-Angola

x

x

BI-BIO-149

Il-Burundi

x

x

x

x

x

x

BY-BIO-149

Il-Belarussja

x

x

CD-BIO-149

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

x

x

x

DJ-BIO-149

Il-Djibouti

x

x

ER-BIO-149

L-Eritrea

x

x

FJ-BIO-149

Fiġi

x

x

LR-BIO-149

Il-Liberja

x

x

MG-BIO-149

Il-Madagascar

x

x

x

NE-BIO-149

In-Niġer

x

x

SO-BIO-149

Is-Somalja

x

x

x

x

x

x

SS-BIO-149

Is-Sudan t'Isfel

x

x

x

x

x

x

TD-BIO-149

Iċ-Chad

x

x

XK-BIO-149

Il-Kosovo (**)

x

x

(7)

Fl-entrata dwar “Ecocert SA”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fir-ringiela dwar il-Mozambique, jiżdied salib fil-kolonna B;

(b)

fir-ringieli dwar il-Bangladexx, iċ-Ċilì, Hong Kong, il-Honduras, il-Perù u l-Vjetnam, jiżdied salib fil-kolonna C. (l)

(8)

L-entrata sħiħa dwar “ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști” tħassret.

(9)

Wara l-entrata dwar “Egyptian Center of Organic Agriculture (ECOA)”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

“‘Ekoagros’

1.

Indirizz: K. Donelaičio g. 33, 44240 Kaunas, Lithuania

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.ekoagros.lt

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

BY-BIO-170

Il-Belarussja

x

x

KZ-BIO-170

Il-Każakistan

x

x

RU-BIO-170

Ir-Russja

x

TJ-BIO-170

It-Taġikistan

x

x

UA-BIO-170

L-Ukraina

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018.”

(10)

Fl-entrata dwar “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“JM-BIO-144

Il-Ġamajka

x

x

VN-BIO-144

Il-Vjetnam

x

x

—”

(b)

fir-ringiela dwar l-Ekwador, jiżdied salib fil-kolonna D.

(11)

Fl-entrata dwar “IMOswiss AG”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“BI-BIO-143

Il-Burundi

x

x

BN-BIO-143

Il-Brunei

x

CN-BIO-143

Iċ-Ċina

x

HK-BIO-143

Hong Kong

x

MG-BIO-143

Il-Madagascar

x

US-BIO-143

L-Istati Uniti

x

—”

(b)

fir-ringiela dwar l-Emirati Għarab Magħquda, jiżdied salib fil-kolonna A;

(c)

fir-ringiela dwar il-Honduras, jiżdied salib fil-kolonna C;

(d)

fir-ringieli dwar il-Messiku u l-Perù, jiżdied salib fil-kolonna B;

(e)

ir-ringieli dwar l-Ażerbajġan, il-Georgia, il-Każakistan, il-Kirgiżistan, l-Użbekistan, ir-Russja u t-Taġikistan huma mħassra.

(12)

Fl-entrata dwar “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela li ġejja tiddaħħal fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“ZM-BIO-141

Iż-Żambja

x

x

—”

(b)

fir-ringiela dwar il-Bangladexx, jiżdied salib fil-kolonni C u E.

(c)

fir-ringieli dwar Hong Kong, l-Indoneżja u s-Sri Lanka, jiżdied salib fil-kolonna C;

(d)

fir-ringieli dwar il-Laos, il-Myanmar/Burma u t-Tajlandja, jiżdied salib fil-kolonna B;

(13)

Fl-entrata dwar “Mayacert”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“BZ-BIO-169

Il-Belize

x

x

PE-BIO-169

Il-Perù

x

x

—”

(b)

fir-ringieli dwar il-Kolumbja, ir-Repubblika Dominicana u El Salvador, jiżdied salib fil-kolonna A;

(c)

fir-ringieli dwar il-Gwatemala, il-Honduras u n-Nikaragwa, jiżdied salib fil-kolonna B.

(14)

Fl-entrata dwar “OneCert International PVT Ltd”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“BD-BIO-152

Il-Bangladexx

x

x

CN-BIO-152

Iċ-Ċina

x

x

GH-BIO-152

Il-Ghana

x

x

KH-BIO-152

Il-Kambodja

x

x

LA-BIO-152

Il-Laos

x

x

MM-BIO-152

Il-Mjanmar/Burma

x

x

OM-BIO-152

L-Oman

x

x

RU-BIO-152

Ir-Russja

x

x

SA-BIO-152

L-Arabja Sawdija

x

x

—”

(15)

Fl-entrata dwar “Oregon Tilth'”, fil-punt 3, jiżdied salib fil-kolonna E, fir-ringiela dwar il-Messiku.

(16)

Fl-entrata dwar “Organic Certifiers”, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“ID-BIO-106

L-Indoneżja

x

x

—”

(17)

Fl-entrata dwar “Organska Kontrola”, fil-punt 3, fir-ringieli kollha, jiżdied salib fil-kolonna B.

(18)

L-entrata kollha dwar “QC&I GmbH” tħassret.

(19)

L-entrata dwar “Suolo e Salute srl” hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 3, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“DO-BIO-150

Ir-Repubblika Dominicana

x

x

EG-BIO-150

L-Eġittu

x

—”

(b)

Il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid.”


(**)  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”