1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2095

tas-26 ta' Settembru 2016

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiki fiżikokimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi għall-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiki. Dawk il-metodi u l-valuri ta' limitu għall-karatteristiki taż-żjut għandhom jiġu aġġornati abbażi tal-opinjoni tal-esperti kimiċi u skont il-ħidma mwettqa fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (l-IOC).

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-aktar standards internazzjonali reċenti stabbiliti mill-IOC, il-valuri ta' limitu għall-esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin, għall-aċidu ettadekanojku, l-aċidu ettadekenojku, l-aċidu ejkosenojku u l-koeffiċjent ta' estinzjoni speċifiku fuq it-tul ta' mewġa 270 nm stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandhom jiġu aġġustati. Fl-istess ħin, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza mal-preżentazzjoni tal-parametri tal-purità u tal-kwalità tal-istandard tal-IOC, dik il-preżentazzjoni għandha tkun riflessa f'dak l-Anness.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

KARATTERISTIKI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Karatteristiki tal-kwalità

Kategorija

Aċidità

(%) (*)

Indiċi tal-perossidu

mEq O2/kg (*)

K232 (*)

K268 jew K270 (*)

Delta-K (*)

Evalwazzjoni organolettika

Esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin

mg/kg (*)

Valur medjan tad-difett (Md) (*)

Valur medjan tat-togħma ta' frott (Mf) (*)

1.

Żejt taż-żebbuġa straverġni

≤ 0,8

≤ 20

≤ 2,50

≤ 0,22

≤ 0,01

Md = 0

Mf > 0

≤ 35

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 2,0

≤ 20

≤ 2,60

≤ 0,25

≤ 0,01

Md ≤ 3,5

Mf > 0

3.

Żejt taż-żebbuġ lampante

> 2,0

Md > 3,5 (1)

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,3

≤ 5

≤ 1,25

≤ 0,16

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u minn żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 1,0

≤ 15

≤ 1,15

≤ 0,15

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,3

≤ 5

≤ 2,00

≤ 0,20

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 1,0

≤ 15

≤ 1,70

≤ 0,18

Karatteristiki tal-purità

Kategorija

Kontenut ta' aċidi xaħmin (2)

Ammont totali ta' isomeri tranżolejċi

(%)

Ammont totali ta' isomeri tranżlinolejċi u isomeri tranżlinoleniċi (f'%)

(%)

Stigmastadieni

mg/kg (3)

Differenza ECN42 (HPLC) u ECN42

(kalkolu teoretiku)

2-gliċerilmonopalmitat

(%)

Aċidu miristiku

(%)

Aċidu linoleniku

(%)

Aċidu arakidiku

(%)

Aċidu ejkosenojku

(%)

Aċidu beħeniku

(%)

Aċidu linjoċeriku

(%)

1.

Żejt taż-żebbuġa straverġni

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,2

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,2

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

3.

Żejt taż-żebbuġ lampante

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,10

≤ 0,10

≤ 0,50

≤ 0,3

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,1 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,30

≤ 0,3

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,1 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u minn żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,30

≤ 0,3

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,10

≤ 0,6

≤ 1,4

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,40

≤ 0,35

≤ 0,5

≤ 1,4

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,40

≤ 0,35

≤ 0,5

≤ 1,2


Kategorija

Kompożizzjoni tal-isteroli

Ammont totali ta' steroli

(mg/kg)

Eritrodiol u uvaol

(%) (**)

Xama' (mg/kg)

(**)

Kolesterol

(%)

Brassikasterol

(%)

Kampesterol (4)

(%)

Stigmasterol

(%)

App β-sitosterol

(%) (5)

Delta-7-stigmastenol (4)

(%)

1.

Żejt taż-żebbuġa straverġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C42 + C44 + C46 ≤ 150

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C42 + C44 + C46 ≤ 150

3.

Żejt taż-żebbuġ lampante

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5 (6)

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 300 (6)

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u minn żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 2 500

> 4,5 (7)

C40 + C42 + C44 + C46 > 350 (7)

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 800

> 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 > 350

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 600

> 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 > 350

Noti:

(a)

Ir-riżultati tal-analiżijiet għandhom jingħataw bl-istess għadd ta' ċifri wara l-punt deċimali bħal dak użat għal kull karatteristika. L-aħħar ċifra trid tiżdied b'unità waħda jekk iċ-ċifra ta' warajha tkun ta' iktar minn 4.

(b)

Jekk karatteristika waħda biss ma tkunx konformi mal-valuri ddikjarati, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-kategorija taż-żejt tista' tinbidel jew iż-żejt jista' jiġi ddikjarat bħala żejt li mhuwiex pur.

(c)

Jekk karatteristika tkun immarkata b'asterisk (*), dan ifisser dan li ġej b'referenza għall-kwalità taż-żejt: — għaż-żejt taż-żebbuġa lampante, jista' jkun li ż-żewġ limiti rilevanti jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess ħin, — għaż-żjut taż-żebbuġa verġni, jekk mill-inqas wieħed minn dawn il-limiti jkun differenti mill-valuri ddikjarati, il-kategorija taż-żejt tinbidel, għalkemm iż-żjut xorta waħda jibqgħu kklassifikati f'waħda mill-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

(d)

Jekk karatteristika tkun immarkata b'żewġ asterisks (**), dan ifisser li, għat-tipi kollha ta' żejt mir-residwi taż-żebbuġ, iż-żewġ limiti rilevanti jistgħu jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess ħin.

Appendiċi

DIJAGRAMMA TAD-DEĊIŻJONIJIET

Dijagramma tad-deċiżjonijiet għall-kampesterol għaż-żejt taż-żebbuġa verġni u ż-żejt taż-żebbuġa straverġni:

Image

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Dijagramma tad-deċiżjonijiet għad-delta-7-stigmastenol:

Żejt taż-żebbuġa straverġni u żejt taż-żebbuġa verġni

Image

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Żjut mir-residwi taż-żebbuġ (raffinati u mhux)

Image


(1)  Il-medjan tad-difett jista' jkun ta' 3,5 jew inqas meta l-medjan tat-togħma ta' frott huwa ta' 0.

(2)  Kontenut ta' aċidi xaħmin oħrajn (%): aċidu palmitiku: 7,50-20,00; aċidu palmitolejku: 0,30-3,50; aċidu ettadekanojku: ≤ 0,40; aċidu ettadekenojku: ≤ 0,60; aċidu steariku: 0,50-5,00; aċidu olejku: 55,00-83,00; aċidu linolejku: 2,50-21,00.

(3)  L-isomeri kollha li setgħu (jew li ma setgħux) jiġu sseparati permezz tal-kolonna kapillari.

(4)  Ara l-Appendiċi ta' dan l-Anness.

(5)  App β-sitosterol: Delta-5,23-stigmastadienol+klerosterol+beta-sitosterol+sitostanol+delta-5-avenasterol+delta-5,24-stigmastadienol.

(6)  Iż-żjut li jkollhom bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg ta' xama' jitqiesu bħala żjut taż-żebbuġa lampante jekk il-kontenut totali ta' alkoħol alifatiku jkun ta' 350 mg/kg jew inqas jew jekk il-kontenut tagħhom ta' eritrodiol u uvaol ikun ta' 3,5 % jew inqas.

(7)  Iż-żjut li jkollhom bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg ta' xama' jitqiesu bħala żjut mhux raffinati mir-residwi taż-żebbuġ jekk il-kontenut totali ta' alkoħol alifatiku jkun ta' aktar minn 350 mg/kg u jekk il-kontenut tal-eritrodiol u l-uvaol fihom ikun ta' aktar minn 3,5 %.