15.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1986

tat-30 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati għandhomx jiġu rrimborżati mill-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1), u b'mod partikolari l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, meta ammont mħallas indebitament lil benefiċjarju ma jistax jiġi rkuprat u dan huwa riżultat ta' difett jew negliġenza min-naħa ta' Stat Membru, l-Istat Membru jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammont kkonċernat lill-baġit tal-Unjoni.

(2)

Id-dokument dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati (2) ppreżentat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni lill-Kummissjoni, bħala parti mill-kontijiet annwali skont l-Artikolu 49(1)(b) u l-Artikolu 48(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2025, jistabbilixxi l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati, diżaggregati skont it-tip ta' nefqa. Dak id-dokument jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni espliċita dwar l-ammonti li, skont l-Istat Membru, ma jenħtiġux li jiġu rrimborżati lill-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' miżuri amministrattivi u legali meħuda mill-Istat Membru sabiex isegwi effettivament l-irkupru ta' ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati. Madankollu, billi dak id-dokument jirreferi għal ammonti li qabel kienu ġew inklużi f'kontijiet iċċertifikati mressqa lill-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġi ppreżentat għall-ewwel darba fl-2017.

(3)

Skont il-punt (b) tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, l-ammonti mnaqqsa qabel ma jiġu ppreżentati l-kontijiet iċċertifikati ma jistgħux jitqiesu bħala rkupri jekk ikunu relatati man-nefqa inkluża fl-applikazzjoni finali għal ħlas interim ta' sena kontabilistika partikolari li għaliha jitħejjew il-kontijiet. Għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-informazzjoni dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati ppreżentati skont dan ir-Regolament Delegat jenħtieġ li tikkonċerna biss l-ammonti diġà inklużi fil-kontijiet iċċertifikati li ġew ippreżentati qabel lill-Kummissjoni.

(4)

Sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati jenħtiġux li jitħallsu lura lill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jenħtieġ li jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa, fil-livell ta' kull operazzjoni u benefiċjarju, qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-kontijiet stabbilita fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont dik id-dispożizzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi estiża l-iskadenza għad-dokument dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati.

(5)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista' tivvaluta jekk Stat Membru għandux tort jew kienx negliġenti fl-irkupru waqt il-miżuri amministrattivi u legali. Il-preżenza ta' wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji ma jenħtieġx li tfisser awtomatikament li l-Istat Membru kellu fil-fatt tort jew kien negliġenti.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha sa skadenza stipulata u l-Istati Membri jenħtieġ li jirreaġixxu għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni sa skadenza stipulata oħra. Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha anki meta l-Istat Membru ma jipprovdix informazzjoni addizzjonali. Madankollu, fil-każijiet ta' qabel falliment jew ta' suspett ta' frodi, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, l-iskadenzi ma jenħtieġx li japplikaw.

(7)

Skont it-tieni sentenza tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma jirkuprax minn benefiċjarju ammont imħallas indebitament fil-livell ta' operazzjoni fis-sena kontabilistika kkonċernata li ma jaqbiżx EUR 250, li ma jinkludix l-imgħax, f'kontribuzzjoni mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“il-Fond”). F'dan il-każ, l-ammont ma għandux għalfejn jiġi rrimborżat lill-baġit tal-Unjoni. Mhu se tintalab l-ebda informazzjoni dwar tali ammonti de minimis,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preżentazzjoni ta' informazzjoni dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati

1.   Meta Stat Membru jqis li ammont imħallas indebitament lil benefiċjarju, li qabel kien inkluż fil-kontijiet iċċertifikati ppreżentati lill-Kummissjoni, ma jistax jiġi rkuprat, u fejn hi kkonkludiet li dan l-ammont ma jenħtieġx li jiġi rrimborżat lill-baġit tal-Unjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni biex tikkonferma dik il-konklużjoni.

2.   L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tippreżenta talba msemmija fil-paragrafu 1, fil-livell ta' kull operazzjoni, fil-formola stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika msemmija fl-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

3.   L-Istat Membru għandu jippreżenta talba stabbilita skont il-paragrafi 1 u 2 kull sena mill-2017 sa u inkluż l-2025 sal-15 ta' Frar fir-rigward tas-snin kontabilistiċi preċedenti. Il-Kummissjoni tista' eċċezzjonalment testendi l-iskadenza sal-1 ta' Marzu, fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 2

Il-kundizzjonijiet biex jiġi ddeterminat tort jew negliġenza min-naħa tal-Istati Membri

Il-kriterji segwenti jindikaw tort jew negliġenza min-naħa tal-Istat Membru:

(a)

l-Istat Membru ma ppreżenta l-ebda deskrizzjoni tal-miżuri amministrattivi u legali, bid-dati, meħuda mill-Istat Membru biex jirkupra l-ammont rilevanti (jew biex inaqqas jew jikkanċella l-livell ta' appoġġ jew jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn tali rtirar hu soġġett għal proċedura separata);

(b)

l-Istat Membru ma pprovdiex kopja tal-ewwel ordni ta' rkupru jew ordni sussegwenti (u tal-ebda kopja tad-dokument li jnaqqas jew jikkanċella l-livell ta' appoġġ jew jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn tali rtirar hu soġġett għal proċedura separata);

(c)

l-Istat Membru ma pprovdiex id-data tal-aħħar ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju tal-operazzjoni inkwistjoni u kopja tal-prova ta' dan il-ħlas;

(d)

l-Istat Membru, wara li ġiet skoperta l-irregolarità, għamel ħlas indebitu wieħed jew aktar lill-benefiċjarju fir-rigward ta' parti mill-operazzjoni li ġiet affettwata mill-irregolarità;

(e)

l-Istat Membru ma bagħatx id-dokument li jnaqqas il-livell ta' appoġġ jew li jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ f'konformità mal-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn tali rtirar huwa soġġett għal proċedura separata, u lanqas ma ħa xi deċiżjoni ekwivalenti fi żmien 12-il xahar minn meta ġiet skoperta l-irregolarità;

(f)

l-Istat Membru ma tax bidu għal proċedura ta' rkupru fi żmien 12-il xahar minn meta l-appoġġ ikun tnaqqas jew ġie kkanċellat b'mod definittiv (jew wara proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja jew permezz ta' ftehim tal-benefiċjarju);

(g)

l-Istat Membru ma eżawriex il-possibbiltajiet kollha ta' rkupru disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali tiegħu;

(h)

l-Istat Membru ma pprovdiex dokumenti relatati ma' proċeduri ta' insolvenza u ta' falliment, meta applikabbli;

(i)

l-Istat Membru ma weġibx għat-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni skont l-Artikolu 3.

Artikolu 3

Il-proċedura biex jiġi ddeterminat jekk ammont li ma jistax jiġi rkuprat għandux jiġi rrimborżat mill-Istati Membri

1.   Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull każ sabiex tiddetermina jekk in-nuqqas li jiġi rkuprat ammont huwiex dovut għal tort jew negliġenza min-naħa tal-Istat Membru, filwaqt li tqis b'mod xieraq iċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-qafas istituzzjonali u legali tal-Istat Membru. Meta wieħed jew aktar mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 2 huma ssodisfati, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tikkonkludi li l-Istat Membru ma kellux tort jew ma kienx negliġenti.

2.   Sal-31 ta' Mejju tas-sena li fiha l-kontijiet huma ppreżentati, il-Kummissjoni tista':

(a)

titlob bil-miktub lill-Istat Membru biex jippreżenta aktar informazzjoni dwar il-miżuri amministrattivi u legali meħuda biex jirkupra kull kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa indebitament lill-benefiċjarji; jew

(b)

titlob bil-miktub lill-Istat Membru biex jissokta bil-proċedura ta' rkupru tiegħu.

Meta l-Kummissjoni tkun għamlet l-għażla msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-paragrafi 5 sa 8.

3.   L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2(a) u (b) ma għandhiex tapplika għall-irregolaritajiet ta' qabel falliment jew f'każijiet ta' frodi suspettati.

4.   Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rrimborżata mill-Istat Membru.

5.   L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien tliet xhur għat-talba ta' informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

6.   Jekk l-Istat Membru ma jippreżentax aktar informazzjoni kif mitlub skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tissokta bil-valutazzjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli.

7.   Fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet it-tweġiba mingħand l-Istat Membru, jew, fin-nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenza, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tikkonkludi li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi rrimborżata mill-Istat Membru filwaqt li tistabbilixxi l-bażi għall-konklużjoni tagħha, u titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fis-sentenza preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rrimborżata mill-Istat Membru.

8.   Fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza għal kummenti mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli u, meta hi ssostni l-konklużjoni tagħha li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi rrimborżata mill-Istat Membru, għandha tadotta deċiżjoni. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fis-sentenza preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rrimborżata mill-Istat Membru.

Għall-iskop tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni li għandha tiġi rimborżata mill-Istat Membru, għandha tapplika r-rata ta' kofinanzjament fil-livell tal-programm operazzjonali, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba.

Artikolu 4

L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ammonti mhux irkuprati li ma jaqbżux EUR 250 f'kontribuzzjoni mill-Fond

Meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jirkuprax minn benefiċjarju ammont imħallas indebitament fil-livell ta' operazzjoni fis-sena kontabilistika kkonċernata li ma jaqbiżx EUR 250, li ma jinkludix l-imgħax, f'kontribuzzjoni mill-Fond, ma hemm bżonn tingħata l-ebda informazzjoni lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-30 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.

(2)  L-Appendiċi 4 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/341 tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għall-preżentazzjoni ta' ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati — Programm operazzjonali għall-għajnuna alimentari u/jew materjali bażika (PO I)

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

m

n

o

p

q

Tip ta' nefqa (1)

Isem l-operazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-IT

Isem il-benefiċjarju

Id-data u l-prova tal-aħħar ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju għall-operazzjoni kkonċernata

In-natura tal-irregolarità (in-natura għandha tiġi ddefinita mill-Istat Membru)

Korp li skopra l-irregolarità (indika liema: MA, CA jew AA jew ieħor, jew isem il-korp tal-UE)

Data meta ġiet skoperta l-irregolarità (2)

In-nefqa totali ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata

In-nefqa pubblika korrispondenti għal ammonti ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati

L-ammont ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma tistax tiġi rkuprata (3)

Is-sena jew is-snin tal-kontabilità li fihom ġiet iddikjarata n-nefqa li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma tistax tiġi rkuprata

Id-data tat-tnedija tal-proċedimenti ta' rkupru

Kopja tal-ewwel u kull ordni ta' rkupru sussegwenti (4)

Id-data li fiha ġiet stabbilita l-irrikuperabbiltà

Ir-raġuni għall-irrikuperabbiltà (5)

Id-dokumenti relatati ma' proċeduri ta' falliment, meta applikabbli

Indika jekk jenħtieġx li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni titħallas mill-baġit tal-Unjoni (IVA/LE) (6)

<type="S" maxlength="500" input="S">

<type="S" maxlength="250" input="M">  (7)

<type="S" maxlength="250" input="M">

<type="D" input="M"> + <ATT>

<type="S" maxlength="250" input="M">

<type="S" maxlength="250" input="M">

<type="D" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="D" input="S">

<type="D" input="M">

<ATT>

<type="D" input="M">

<type="S" maxlength="500" input="M">

<ATT>

<type="B" input="M">

Għajnuna Teknika

Għażla 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għażla 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Tip ta' għajnuna materjali 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Tip ta' għajnuna materjali 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Tip ta' għajnuna materjali n

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 


Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati — Inklużjoni soċjali tal-programm operazzjonali għall-persuni l-aktar fil-bżonn (PO II)

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

m

n

o

p

q

Tip ta' nefqa (8)

L-isem tal-operazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-IT

Isem il-benefiċjarju

Id-data u l-prova tal-aħħar ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju għall-operazzjoni kkonċernata

In-natura tal-irregolarità (in-natura għandha tiġi ddefinita mill-Istat Membru)

Korp li skopra l-irregolarità (indika liema: MA, CA jew AA jew ieħor, jew isem il-korp tal-UE)

Data meta ġiet skoperta l-irregolarità (9)

Nefqa totali ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata

In-nefqa pubblika korrispondenti għal ammonti ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati

L-ammont ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma tistax tiġi rkuprata (10)

Is-sena jew is-snin tal-kontabilità li fihom ġiet iddikjarata n-nefqa li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma tistax tiġi rkuprata

Id-data tat-tnedija tal-proċedimenti ta' rkupru

Kopja tal-ewwel u kull ordni ta' rkupru sussegwenti (11)

Id-data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati

Ir-raġuni għall-irrikuperabbiltà (12)

Id-dokumenti relatati ma' proċeduri ta' falliment, meta applikabbli

Indika jekk jenħtieġx li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni titħallas mill-baġit tal-Unjoni (IVA/LE) (13)

<type="S" maxlength="500" input="S">

<type="S" maxlength="250" input="M">  (14)

<type="S" maxlength="250" input="M">

<type="D" input="M"> + <ATT>

<type="S" maxlength="250" input="M">

<type="S" maxlength="250" input="M">

<type="D" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="D" input="S">

<type="D" input="M">

<ATT>

<type="D" input="M">

<type="S" maxlength="500" input="M">

<ATT>

<type="B" input="M">

Għajnuna teknika

Għażla 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għażla 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Tip ta' azzjoni 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Tip ta' azzjoni 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Tip ta' azzjoni n

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 


(1)  Li tikkorrispondi għall-informazzjoni mogħtija fil-kontijiet, f'konformità mal-Appendiċi 4 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/341. Ir-rapportar għandu jkun skont it-tip ta' għajnuna materjali u skont l-operazzjoni.

(2)  Id-data li fiha ġiet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja tal-irregolarità.

(3)  Ikkalkulat skont ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell tal-programm operazzjonali, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba.

(4)  Barra minn hekk, meta applikabbli, kopja tad-dokument li jnaqqas/jikkanċella l-livell ta' appoġġ u/jew jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(5)  Indika jekk ir-raġuni għall-irrekuperabbiltà hix il-falliment tal-benefiċjarju. Jekk le, indika r-raġuni applikabbli.

(6)  Meta ssir talba li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li titħallas mill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jikkonferma li hu eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha ta' rkupru disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali tiegħu.

(7)  Didaskalija għall-karatteristiċi tal-oqsma: tip: N = Numru, D = Data, S = String, Cu = Munita. B = Boolean - input: M = Manwali, S = Selezzjoni, G = Iġġenerat mis-sistema - “tulmassimu” = Numru massimu ta' karattri inklużi l-ispazji - ATT: Dokumenti mehmużin.

(8)  Li tikkorrispondi għall-informazzjoni mogħtija fil-kontijiet, f'konformità mal-Appendiċi 4 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/341. Ir-rapportar għandu jkun skont it-tip ta' azzjoni u skont l-operazzjoni.

(9)  Id-data li fiha ġiet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja tal-irregolarità.

(10)  Ikkalkulat skont ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell tal-programm operazzjonali, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba.

(11)  Barra minn hekk, meta applikabbli, kopja tad-dokument li jnaqqas/jikkanċella l-livell ta' appoġġ u/jew jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(12)  Indika jekk ir-raġuni għall-irrekuperabbiltà hix il-falliment tal-benefiċjarju. Jekk le, indika r-raġuni applikabbli.

(13)  Meta ssir talba li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li titħallas mill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jikkonferma li hu eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha ta' rkupru disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali tiegħu.

(14)  Didaskalija għall-karatteristiċi tal-oqsma: tip: N = Numru, D = Data, S = String, Cu = Munita. B = Boolean - input: M = Manwali, S = Selezzjoni, G = Iġġenerat mis-sistema - “tulmassimu” = Numru massimu ta' karattri inklużi l-ispazji - ATT: Dokumenti mehmużin.