23.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1403

tat-22 ta' Awwissu 2016

li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES mill-kamp ta' applikazzjoni tal-għeluq tas-sajd fl-2016

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (1) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97, u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jistipula dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-perjodi tal-għeluq tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

(2)

Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista' teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES mill-kamp ta' applikazzjoni tal-għeluq tas-sajd jekk l-ammont ta' merluzz maqbud fis-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 matul il-perjodu ta' rappurtar l-aktar reċenti kien taħt ċertu livell.

(3)

Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri rilevanti u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku, u Ekonomiku għas-Sajd, fl-2016, is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-perjodu tal-għeluq tas-sajd imsemmi.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandux japplika għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES għas-sena 2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Caude JUNCKER


(1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.