14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/67 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/761
tat-13 ta' Mejju 2016
li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fejn tidħol id-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagament, id-data finali għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament u d-data finali għal applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku għas-sena 2016
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 78 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 (2) jipprevedi d-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagament, id-data finali għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament u d-data finali għal applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku. |
(2) |
Minħabba d-diffikultajiet amministrattivi li ġew affaċċjati fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-qafas legali l-ġdid għall-iskemi ta' pagament dirett u għal miżuri ta' żvilupp rurali u li għadhom jeżistu f'xi Stati Membri, kif ukoll l-elementi l-ġodda marbuta mat-tħejjija tal-proċess ta' applikazzjoni għas-sena tat-talba 2016, l-amministrazzjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tat-talbiet għall-pagament, u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku għandhom jiġu ttardjati f'xi Stati Membri. Dawk id-diffikultajiet ġeneralment iseħħu minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ħażina li teżisti f'ċerti setturi agrikoli. |
(3) |
Għalhekk ġiet affettwata l-possibbiltà li benefiċjarji jissottomettu l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-pagament u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku fil-limiti taż-żmien previsti fl-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. |
(4) |
Minħabba dan kollu, jixraq li tiġi prevista deroga mill-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 ħalli għall-2016 l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffissaw data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagament u data finali għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku, u dawn id-dati jkunu aktar tard minn dawk previsti f'dawk l-Artikoli. Peress li d-dati u l-perjodi msemmija fl-Artikoli 11(4), 15(2) u (2a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huma marbuta mad-data finali prevista fl-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament, għandha ssir deroga bħal din għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament u fil-verifiki preliminari. |
(5) |
Billi dawn id-derogi jkopru l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-pagament, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament għall-2016, jixraq li dan ir-Regolament ikun japplika għal applikazzjonijiet u talbiet għall-pagament li għandhom x'jaqsmu mas-sena 2016. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għall-2016, id-dati finali li għandhom jiffissaw l-Istati Membri għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-pagament ma għandhomx ikunu aktar tard mill-15 ta' Ġunju.
Artikolu 2
B'deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 u meta l-Istati Membri jużaw id-deroga prevista fl-Artikoli 1 u 3 ta' dan ir-Regolament, għall-2016, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sal-15 ta' Ġunju.
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għandha tapplika wkoll biex jiġu kkalkulati l-perjodi ta' 26, 35 u ta' 10 ijiem kalendarji, rispettivament, wara d-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagament u d-data finali għan-notifika ta' emendi kif imsemmija fl-Artikoli 11(4) u 15(2a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għall-2016, id-data li jridu jiffissaw l-Istati Membri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ġunju.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika għal applikazzjonijiet u talbiet għall-pagament li għandhom x'jaqsmu mal-2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).