2.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1316

tas-26 ta' Lulju 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi,

(1)

Bid-Deċiżjoni 2009/908/UE (2) l-Kunsill stabbilixxa l-ordni li fih kellu jkun il-mandat tal-Presidenza tal-Kunsill għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Ġunju 2020, u stabbilixxa fiha d-diviżjoni ta' dak l-ordni ta' Presidenzi fi gruppi ta' tliet Stati Membri.

(2)

L-Unjoni Ewropea ġiet imkabbra fl-1 ta' Lulju 2013 biex tinkludi l-Kroazja bħala Stat Membru ġdid.

(3)

Għalkemm għadha ma waslet l-ebda notifika skont l-Artikolu 50 TUE mill-gvern tiegħu, Stat Membru għamel magħruf pubblikament il-fatt li huwa ser jirtira mill-Unjoni. L-ordni tal-presidenzi tal-Kunsill għandu jiġi emendat biex jieħu kont ta' dik iċ-ċirkostanza, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi ta' dak l-Istat Membru.

(4)

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-ordni li fih għandu jkun il-mandat tal-President tal-Kunsill fil-futur qrib. Dak l-ordni għandu jiġi ddeterminat skont il-kriterji stipulati fit-Trattati u fid-Deċiżjoni 2009/881/UE tal-Kunsill Ewropew. Id-Deċiżjoni 2009/908/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill, għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-ordni li fih l-Istati Membri għandu jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill mill-1 ta' Lulju 2017 u sal-31 ta' Diċembru 2030, kif ukoll id-diviżjoni ta' dan l-ordni ta' Presidenzi fi gruppi ta' tliet Stati Membri tinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.”;

(2)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-Kunsill għandu, qabel il-31 ta' Diċembru 2029, jiddeċiedi l-ordni li fih l-Istati Membri ser ikollhom il-Presidenza tal-Kunsill mill-1 ta' Jannar 2031”;

(3)

It-test tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2017.

Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28).


ANNESS

“ANNESS I

Abbozz ta' Tabella tal-Presidenzi tal-Kunsill  (*)

Netherlands (**)

Jannar-Ġunju

2016

Slovakkja (**)

Lulju-Diċembru

2016

Malta (**)

Jannar-Ġunju

2017

Estonja

Lulju-Diċembru

2017

Bulgarija

Jannar-Ġunju

2018

Awstrija

Lulju-Diċembru

2018

Rumanija

Jannar-Ġunju

2019

Finlandja

Lulju-Diċembru

2019

Kroazja

Jannar-Ġunju

2020

Ġermanja

Lulju-Diċembru

2020

Portugall

Jannar-Ġunju

2021

Slovenja

Lulju-Diċembru

2021

Franza

Jannar-Ġunju

2022

Repubblika Ċeka

Lulju-Diċembru

2022

Żvezja

Jannar-Ġunju

2023

Spanja

Lulju-Diċembru

2023

Belġju

Jannar-Ġunju

2024

Ungerija

Lulju-Diċembru

2024

Polonja

Jannar-Ġunju

2025

Danimarka

Lulju-Diċembru

2025

Ċipru

Jannar-Ġunju

2026

Irlanda

Lulju-Diċembru

2026

Litwanja

Jannar-Ġunju

2027

Greċja

Lulju-Diċembru

2027

Italja

Jannar-Ġunju

2028

Latvja

Lulju-Diċembru

2028

Lussemburgu

Jannar-Ġunju

2029

Netherlands

Lulju-Diċembru

2029

Slovakkja

Jannar-Ġunju

2030

Malta

Lulju-Diċembru

2030


(*)  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tar-Renju Unit bħala Stat Membru.

(**)  It-triju attwali huwa mdaħħal f'dan l-Anness għall-finijiet ta' informazzjoni.”.