30.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1032
tat-13 ta’ Ġunju 2016
li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid
(notifikata bid-dokument C(2016) 3563)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) huma r-referenza użata biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permess għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-BAT. |
(2) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2014, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 (2) għadda lill-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT dwar l-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid. Din l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku. |
(3) |
Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta’ dak id-dokument ta’ referenza tal-BAT. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.
ANNESS
KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT DWAR L-INDUSTRIJI TAL-METALLI MHUX FERRUŻI
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru ċerti attivitajiet speċifikati fit-Taqsimiet 2.1, 2.5 u 6.8 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri:
— 2.1: Xiwi jew sinterizzazzjoni tal-minerali tal-metall (inkluż il-minerali tas-sulfur);
— 2.5: Ipproċessar tal-metalli mhux ferrużi:
(a) |
produzzjoni ta’ metalli mhux ferrużi minn minerali, minn konċentrati jew minn materja prima sekondarja permezz ta’ proċessi metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi; |
(b) |
tidwib, inkluż it-taħlit ma’ metalli oħra, ta’ metalli mhux ferrużi, inklużi prodotti rkuprati u t-tħaddim ta’ funderiji ta’ metall mhux ferrużi b’kapaċità ta’ tidwib akbar minn 4 tunnellati metriċi kull jum għaċ-ċomb u l-kadmju jew 20 tunnellata metrika kull jum għall-metalli l-oħra kollha; |
— 6.8: Produzzjoni ta’ faħam (faħam hard-burnt) jew ta’ elettrografit permezz ta’ ħruq jew grafitizzazzjoni.
B’mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru l-proċessi u l-attivitajiet li ġejjin:
— |
il-produzzjoni primarja u sekondarja ta’ metalli mhux ferrużi; |
— |
il-produzzjoni ta’ ossidu taż-żingu minn dħaħen waqt il-produzzjoni ta’ metalli oħrajn; |
— |
il-produzzjoni ta’ komposti tan-nikil minn likuri waqt il-produzzjoni ta’ metall; |
— |
il-produzzjoni ta’ kalċju-silikon (CaSi) u ta’ silikon (Si) fl-istess forn tal-produzzjoni tal-ferrosiliċju; |
— |
il-produzzjoni ta’ ossidu tal-aluminju mill-boksajt qabel il-produzzjoni tal-aluminju primarju, fejn din hija parti integrali tal-produzzjoni tal-metall; |
— |
ir-riċiklaġġ tal-gagazza tal-melħ tal-aluminju; |
— |
il-produzzjoni tal-faħam u/jew tal-elettrodi tal-grafit. |
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx l-attivitajiet jew il-proċessi li ġejjin:
— |
Is-sinterizzazzjoni tal-minerali tal-ħadid. Din hija koperta fil-konklużjonijiet tal-BAT għall-prdozzjoni tal-Ħadid u tal-Azzar. |
— |
Il-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku bbażata fuq il-gassijiet SO2 mill-produzzjoni ta’ metalli mhux ferrużi. Din hija koperta fil-konklużjonijiet tal-BAT dwar Sustanzi Kimiċi Inorganiċi ta’ Volum Kbir – l-Ammonijaka, l-Aċidi u l-Fertilizzanti. |
— |
Funderiji koperti fil-konklużjonijiet tal-BAT għall-Industrija tal-Foroġ u tal-Funderiji. |
Dokumenti ta’ referenza oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin.
Dokument ta’ referenza |
Suġġett |
Effiċjenza Enerġetika (ENE) |
Aspetti ġenerali tal-effiċjenza enerġetika |
Sistemi Komuni ta’ Trattament/Ġestjoni tal-Ilma Mormi u tal-Gass ta’ Skart fis-Settur tal-Kimika (CWW) |
Tekniki għat-trattament tal-ilma mormi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ metalli fl-ilma |
Sustanzi Kimiċi Inorganiċi ta’ Volum Kbir – l-Ammonijaka, l-Aċidi u l-Fertilizzanti (LVIC-AAF) |
Produzzjoni tal-aċidu sulfuriku |
Sistemi ta’ Tkessiħ Industrijali (ICS) |
Tkessiħ indirett permezz tal-ilma u/jew bl-arja |
Emissjonijiet mill-Ħżin (EFS) |
Ħżin u tqandil tal-materjali |
Ekonomija u Effetti Transmedjali (ECM) |
Ekonomija u effetti transmedjali tat-tekniki |
Monitoraġġ ta’ Emissjonijiet fl-arja u fl-ilma minn installazzjonijiet IED (ROM) |
Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma |
Industriji tat-Trattament tal-Iskart (WT) |
Maniġġjar u trattament tal-iskart |
Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (LCP) |
Impjanti tal-kombustjoni li jiġġeneraw il-fwar u/jew l-elettriku |
Trattament tal-Wiċċ bl-Użu ta’ Solventi Orġaniċi (STS) |
Purifikazzjoni tal-metalli (pickling) mhux bl-aċidu |
Trattament tal-Wiċċ tal-Metalli u tal-Plastiks (STM) |
Purifikazzjoni tal-metalli (pickling) bl-aċidu |
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Terminu użat |
Definizzjoni |
Impjant ġdid |
Impjant li jkun ingħata permess għall-ewwel darba fis-sit tal-istallazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta’ impjant fuq is-sisien eżistenti tal-istallazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT |
Impjant eżistenti |
Impjant li mhuwiex impjant ġdid |
Aġġornament kbir |
Bidla kbira fid-disinn jew fit-teknoloġija ta’ impjant u b’aġġustamenti jew sostituzzjonijiet maġġuri tal-unitajiet tal-ipproċessar u tat-tagħmir assoċjat |
Emissjonijiet primarji |
Emissjonijiet rilaxxati direttament mill-fran li ma jiġux mifruxa fiż-żoni ta’ madwar il-fran |
Emissjonijiet sekondarji |
Emissjonijiet li joħorġu mill-kisi tal-forn jew waqt l-operazzjonijiet bħaċ-ċarġjar jew it-tappjar u li jinqabdu f’kappa jew f’interkjużura (bħal pereżempju doghouse) |
Produzzjoni primarja |
Il-produzzjoni ta’ metalli bl-użu ta’ minerali u ta’ konċentrati |
Produzzjoni sekondarja |
Il-produzzjoni ta’ metalli bl-użu ta’ residwi u/jew fdalijiet, inklużi proċessi ta’ tidwib mill-ġdid u ta’ produzzjoni tal-ligi |
Kejl kontinwu |
Kejl bl-użu ta’ “sistema awtomatika tal-kejl” installata b’mod permanenti fuq is-sit għall-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet |
Kejl perjodiku |
L-istabbiliment ta’ mikjel (kwantità partikolari soġġetta għal kejl) f’intervalli ta’ żmien speċifikati bl-użu ta’ metodi manwali jew awtomatizzati. |
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
L-Aqwa Tekniki Disponibbli
It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT mhumiex preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li tal-inqas jiżguraw livell indaqs ta’ ħarsien tal-ambjent.
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw b’mod ġenerali.
Livelli tal-emissjonijiet fl-arja assoċjati mal- BAT
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għal kundizzjonijiet standard: gass xott f’temperatura ta’ 273,15 K, u pressjoni ta’ 101,3 kPa.
Perjodi tal-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet fl-arja
Għall-perjodi tal-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet fl-arja, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.
Medja ta’ kuljum |
Il-medja tul perjodu ta’ 24 siegħa abbażi ta’ medji validi ta’ kull nofs siegħa jew ta’ kull siegħa miksuba b’kejl kontinwu |
Medja fuq il-perjodu ta’ kampjunar |
Il-valur medju ta’ tliet kejlijiet konsekutivi ta’ mill-anqas 30 minuta kull wieħed, sakemm ma jingħadx mod ieħor (1) |
Perjodi tal-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet fl-ilma
Għall-perjodi tal-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet fl-ilma, tapplika d-definizzjonijiet li ġejja.
Medja ta’ kuljum |
Il-medja fuq perjodu ta’ kampjunar ta’ 24 siegħa meħud bħala kampjun aggregat proporzjonali għall-fluss (jew sakemm tintwera stabbiltà suffiċjenti tal-fluss, minn kampjun aggregat proporzjonali għall-ħin) (2) |
AKRONIMI
Terminu |
Tifsira |
BaP |
Benżo[a]piren |
ESP |
Preċipitatur elettrostatiku |
I-TEQ |
Ekwivalenza tossika internazzjonali derivata bl-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ ekwivalenza tossika internazzjonali, kif definit fil-parti 2 tal-Anness VI tad-Direttiva 2010/75/UE |
NOX |
L-ammont totali tal-monossidu tan-nitroġenu (NO) u tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) espress bħala NO2 |
PCDD/F |
poliklorodibenżo-p-diossini u dibenżofurani (17-il konġeneru) |
PAH |
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi |
TVOC |
Komposti organiċi volatili totali; Komposti organiċi volatili totali li jitkejlu permezz ta’ individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma (FID) u espressi bħala karbonju totali |
VOC |
Koposti organiċi volatili kif definiti fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE |
1.1. KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT
Kwalunkwe konklużjoni tal-BAT rilevanti speċifika għal proċess fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.9 tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT f’din it-taqsima.
1.1.1 Sistemi ta’ ġestjoni ambjentali (EMS)
BAT 1. Biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi implimentata u osservata sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora dawn il-karatteristiki kollha li ġejjin:
a. |
impenn meħud mill-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri; |
b. |
definizzjoni ta’ politika ambjentali li tinkludi titjib kontinwu tal-installazzjoni mill-maniġment; |
c. |
l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-objettivi u l-miri meħtieġa, flimkien mal-ippjanar finanzjarju u mal-investiment; |
d. |
l-implimentazzjoni ta’ proċeduri, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil dawn il-fatturi li ġejjin:
|
e. |
il-verifika tal-prestazzjoni u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil dawn il-fatturi li ġejjin:
|
f. |
ir-reviżjoni tal-EMS u tal-idoneità, tal-adegwatezza u tal-effettività kontinwi tagħha mill-maniġment superjuri; |
g. |
is-segwitu tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji iktar ekoloġiċi; |
h. |
il-kunsiderazzjoni tal-impatti ambjentali mill-iżmantellar eventwali tal-installazzjoni fl-istadju tat-tfassil ta’ impjant ġdid, u matul il-ħajja operattiva tiegħu; |
i. |
l-applikazzjoni ta’ parametraġġ referenzjarju settorjali fuq bażi regolari. |
L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-emissjonijiet diffużi ta’ trab (ara BAT 6) u l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-manutenzjoni li tindirizza b’mod partikolari l-prestazzjoni tas-sistemi għat-tnaqqis tat-trab (ara BAT 4) huma wkoll parti mill-EMS.
Applikabbiltà
L-ambitu (eż. il-livell ta’ dettall) u n-natura tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment ikunu marbutin man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa tal-impatti ambjentali li jista’ jkollha.
1.1.2. L-immaniġġjar tal-enerġija
BAT 2. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament xieraq tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Sistema tal-ġestjoni tal-effiċjenza enerġetika (eż. ISO 50001) |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Berners riġenerattivi jew rekuperattivi |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Irkupru tas-sħana (eż. fwar, misħun, arja sħuna) mis-sħana mitlufa waqt il-proċess |
Applikabbli biss għall-proċessi pirometallurġiċi |
d |
Ossidatur termali riġenerattiv |
Applikabbli biss meta jkun meħtieġ it-tnaqqis ta’ sustanza niġġiesa kombustibbli |
e |
Tisħin minn qabel taċ-ċarġ tal-forn, tal-arja jew tal-fjuwil tal-kombustjoni bl-użu ta’ sħana ġġenerata u rkuprata minn gassijiet waqt l-istadju tat-tidwib |
Applikabbli biss għax-xiwi jew għat-tidwib tal-minerali jew tal-konċentrat tas-sulfur u għal proċessi pirometallurġiċi oħra |
f |
Iż-żieda tat-temperatura tal-likuri tal-lixxivjazzjoni permezz tal-fwar jew tal-misħun mill-irkupru tas-sħana mitlufa |
Applikabbli biss għall-ossidu tal-aluminju jew għal proċessi idrometallurġiċi |
g |
Użu ta’ gassijiet sħan mill-kanal tal-iskolar bħala arja tal-kombustjoni msaħħna minn qabel |
Applikabbli biss għall-proċessi pirometallurġiċi |
h |
Użu ta’ arja arrikkita bl-ossiġenu jew ossiġenu pur fil-berners biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jkun permess it-tidwib awtoġenu jew il-kombustjoni sħiħa ta’ materjal karbonjuż |
Applikabbli biss għal fran li jużaw materja prima li jkun fiha l-kubrit jew il-karbonju |
i |
Konċentrati niexfa u materja prima mxarrba f’temperaturi baxxi |
Applikabbli biss meta jsir it-tnixxif |
j |
Irkupru tal-kontenut tal-enerġija kimika tal-monossidu tal-karbonju prodott f’forn elettriku, f’forn vertikali jew f’forn tal-blast bl-użu tal-gassijiet tal-egżost bħala fjuwil, wara t-tneħħija tal-metalli, fi proċessi oħra tal-produzzjoni jew għall-produzzjoni ta’ fwar/misħun jew elettriku |
Applikabbli biss għal gassijiet tal-egżost b’kontenut ta’ CO ta’ > 10 vol-%. L-applikabbiltà hija influwenzata wkoll mill-kompożizzjoni tal-gass tal-egżost u min-nuqqas tad-disponibbiltà ta’ fluss kontinwu (jiġifieri proċessi ta’ lottijiet) |
k |
Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija permezz ta’ berner li juża arja arrikkita bl-ossiġenu u fjuwil biex tiġi rkuprata l-enerġija li tinsab fil-kontenut totali ta’ karbonju organiku preżenti |
Ġeneralment applikabbli |
l |
Iżolament xieraq tat-tagħmir ta’ temperatura għolja bħall-pajpijiet tal-fwar u tal-misħun |
Ġeneralment applikabbli |
m |
Użu tas-sħana ġġenerata mill-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku mid-diossidu tal-kubrit għat-tisħin minn qabel tal-gass dirett lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku jew biex jiġi ġġenerat il-fwar u/jew il-misħun |
Applikabbli biss għal impjanti ta’ metalli mhux ferrużi inkluża l-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku jew tal-SO2 likwidu |
n |
Użu ta’ muturi elettriċi b’effiċjenza għolja mgħammra b’varjatur tal-frekwenza, għal tagħmir bħal fannijiet |
Ġeneralment applikabbli |
o |
Użu ta’ sistemi ta’ kontroll li jattivaw b’mod awtomatiku s-sistema tal-estrazzjoni tal-arja jew jaġġustaw ir-rata tal-estrazzjoni skont l-emissjonijiet reali |
Ġeneralment applikabbli |
1.1.3. Kontroll tal-proċess
BAT 3. Biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali globali, il-BAT hija li tiġi żgurata l-operazzjoni stabbli tal-proċess bl-użu ta’ sistema ta’ kontroll tal-proċess flimkien ma’ kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Spezzjoni u għażla tal-materjali tal-input skont il-proċess u t-tekniki tat-tnaqqis applikati |
b |
Taħlit tajjeb tal-materja prima biex tinkiseb l-aqwa effiċjenza tal-konverżjoni u jitnaqqsu l-emissjonijiet u r-rifjuti |
c |
Sistemi tal-użin u tal-kejl għall-materja prima |
d |
Proċessuri li jikkontrollaw ir-rata tal-alimentazzjoni tal-materja prima, il-parametri u l-kundizzjonijiet kritiċi tal-proċessi inklużi l-allarm, il-kundizzjonijiet tal-kombustjoni u ż-żieda ta’ gassijiet |
e |
Monitoraġġ onlajn tat-temperatura tal-forn, tal-pressjoni tal-forn u tal-fluss tal-gassijiet |
f |
Monitoraġġ tal-parametri kritiċi tal-proċess tal-impjant tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja bħat-temperatura tal-gass, il-kejl tar-reaġent, il-waqgħa tal-pressjoni, il-kurrent u l-voltaġġ tal-ESP, il-fluss u l-pH tal-likwidu ta’ purifikazzjoni u l-komponenti gassużi (eż. O2, CO, VOC) |
g |
Kontroll tat-trab u tal-merkurju fil-gass tal-egżost qabel ma jiġi ttrasferit lejn impjant tal-aċidu sulfuriku għal impjanti li jipproduċu l-aċidu sulfuriku jew SO2 likwidu |
h |
Monitoraġġ onlajn tal-vibrazzjonijiet għall-identifikazzjoni ta’ sadd u ta’ ħsara possibbli fit-tagħmir |
i |
Monitoraġġ onlajn tal-kurrent, tal-voltaġġ u tat-temperaturi tal-kuntatt elettriku fil-proċessi elettrolitiċi |
j |
Monitoraġġ u kontroll tat-temperatura tat-tidwib fil-fran għat-tidwib għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ dħaħen tal-metall u ta’ dħaħen ta’ ossidi tal-metall bħala riżultat ta’ tisħin żejjed |
k |
Proċessur għall-kontroll tal-alimentazzjoni tar-reaġenti u tal-prestazzjoni tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi, permezz tal-monitoraġġ onlajn tat-temperatura, tat-turbidità, tal-pH, tal-konduttività u tal-fluss |
BAT 4. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet kanalati tat-trab u tal-metall fl-arja, il-BAT hija l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ manutenzjoni li tindirizza b’mod partikolari l-prestazzjoni tas-sistemi għat-tnaqqis tat-trab bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara BAT 1).
1.1.4. Emissjonijiet diffużi
1.1.4.1. Approċċ ġenerali għall-prevenzjoni tal-emissjonijiet diffużi
BAT 5. Biex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx prattikabbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja u fl-ilma, il-BAT hija l-ġbir tal-emissjonijiet diffużi kemm jista’ jkun l-aktar qrib tas-sors, u t-trattament tagħhom.
BAT 6. Biex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx prattikabbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja, il-BAT hija l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-emissjonijiet diffużi tat-trab, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1), li tinkorpora ż-żewġ miżuri li ġejjin:
a. |
Identifikazzjoni tal-aktar sorsi rilevanti tal-emissjonijiet diffużi tat-trab (bl-użu ta’ eż. EN 15445); |
b. |
Definizzjoni u implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u tekniki xierqa biex l-emissjonijiet diffużi jiġu evitati jew jitnaqqsu tul perjodu ta’ żmien stabbilit. |
1.1.4.2. Emissjonijiet diffużi mill-ħażna, il-maniġġjar u t-trasport ta’ materja prima
BAT 7. Biex jiġu evitati l-emissjonijiet diffużi mill-ħażna tal-materja prima, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
||||
a |
Bini magħluq jew sajlos/tankijiet għal ħażna ta’ materjal li fih it-trab bħall-konċentrati, il-flussi u l-materjal fin |
||||
b |
Ħażna koperta ta’ materjal li ma jkunx fih trab bħall-konċentrati, il-flussi, il-fjuwils solidi, il-materjali bil-kwantità u l-kokk u l-materja sekondarja li jkun fiha komposti organiċi li jinħallu fl-ilma |
||||
c |
Pakketti ssiġillati ta’ materjal li jkun fih it-trab jew materja sekondarja li jkun fiha komposti organiċi li jinħallu fl-ilma |
||||
d |
Postijiet koperti għall-ħażna ta’ materjal li jkun ġie pelitizzat jew agglomerat |
||||
e |
Użu ta’ raxx sprejjat tal-ilma u ta’ raxx irqiq sprejjat bi jew mingħajr addittivi bħal-latex għal materjal li jiġġenera t-trab |
||||
f |
Tagħmir tal-estrazzjoni tat-trab/tal-gass imqiegħed fil-punti tat-trasferiment u fil-punti fejn jiġu mbattla materjali li jiġġeneraw it-trab |
||||
g |
Reċipjenti bil-pressjoni ċċertifikati għall-ħażna tal-gass tal-kloru jew ta’ taħlitiet li fihom il-kloru |
||||
h |
Materjali tal-kostruzzjoni tat-tankijiet li huma reżistenti għall-materjali li jkunu qed jinżammu fihom |
||||
i |
Sistemi affidabbli għall-individwazzjoni tat-tnixxija u skrin tal-livell tat-tank, b’allarm li jiprevjeni li t-tank jimtela’ iktar milli suppost |
||||
j |
Ħżin ta’ materjali reattivi f’tankijiet li jkollhom il-ħitan tagħhom doppji jew f’tankijiet mqiegħda f’vaski ta’ ritenzjoni reżistenti għas-sustanzi kimiċi tal-istess kapaċità, u użu ta’ żona tal-ħżin li tkun impermeabbli u reżistenti għall-materjal maħżun |
||||
k |
Disinn taż-żoni tal-ħżin b’tali mod li
|
||||
l |
Użu ta’ gass ta’ kopertura inerti għall-ħażna ta’ materjali li jirreaġixxu mal-arja |
||||
m |
Ġbir u trattament tal-emissjonijiet mill-ħżin b’sistema ta’ tnaqqis imfassla għat-trattament tal-komposti maħżuna. Ġbir u trattament ta’ kwalunkwe ilma li jġorr miegħu t-trabijiet qabel ma dan jintrema. |
||||
n |
Tindif regolat taż-żona tal-ħżin u, meta jkun meħtieġ, umidifikazzjoni bl-ilma |
||||
o |
Tqegħid tal-assi lonġitudinali tal-munzell f’direzzjoni parallela skont id-direzzjoni tar-riħ prevalenti fil-każ ta’ ħżin fil-beraħ |
||||
p |
Tħawwil ta’ pjanti bħala protezzjoni, ċnut li jilqgħu r-riħ jew fid-direzzjoni favur ir-riħ li jbaxxu l-veloċità tar-riħ fil-każ ta’ ħżin fil-beraħ |
||||
q |
Munzell wieħed minflok diversi fejn fattibbli fil-każ ta’ ħżin fil-beraħ |
||||
r |
Użu taż-żejt u interċetturi solidi għall-iskular f’żoni ta’ ħżin fil-beraħ. Użu ta’ żoni miksija bil-konkrit li għandhom kurduni jew apparat ta’ trażżin ieħor għall-ħżin ta’ materjal li jista’ jirrilaxxa ż-żejt, bħall-irbab |
Applikabbiltà
BAT 7.e mhuwiex applikabbli għal proċessi li jeħtieġu materjal xott jew minerali/konċentrati li b’ mod naturali jkun fihom biżżejjed umdità għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tat-trab. L-applikabbiltà tista’ tkun limitata f’reġjuni b’nuqqas ta’ ilma jew b’temperaturi baxxi ħafna
BAT 8. Biex jiġu evitati l-emissjonijiet diffużi mill-maniġġjar u mit-trasport tal-materja prima, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Sistemi ta’ ċineg tal-ġarr magħluqa jew sistemi pnewmatiċi għat-trasferiment u l-maniġġjar ta’ konċentrati u flussi li jifformaw it-trab u materjal bi grana fina |
b |
Sistemi ta’ ċineg tal-ġarr mgħottija għall-immaniġġjar ta’ materjali solidi li ma jiġġenerawx trab |
c |
Estrazzjoni ta’ trab minn punti tad-distribuzzjoni, ventijiet tas-sajlos, sistemi ta’ trasferiment pnewmatiċi u l-punti ta’ trasferiment taċ-ċineg tal-ġarr u konnessjoni ma’ sistema ta’ filtrazzjoni (għal materjal li jifforma t-trab) |
d |
Xkejjer jew tankijiet magħluqa biex jiġi mmaniġġjat materjal b’komponenti dispersibbli jew li jinħallu fl-ilma |
e |
Kontenituri xierqa għall-immaniġġjar ta’ materjal pelitizzat |
f |
Tbexxix biex jumidifika l-materjal fil-punti tal-maniġġjar |
g |
Tnaqqis kemm jista’ jkun tad-distanzi tat-trasport |
h |
Tnaqqis tal-għoli tal-waqgħa taċ-ċineg tal-ġarr, tal-pali u tal-gafef mekkaniċi |
i |
Aġġustament tal-veloċità taċ-ċineg tal-ġarr (< 3,5 m/s) |
j |
Tnaqqis kemm jista’ jkun tal-veloċità tal-inżul jew tal-għoli tal-waqgħa libera tal-materjal |
k |
Tqegħid taċ-ċineg tal-ġarr tat-trasport u pajpijiet f’żoni sikuri u fil-beraħ ‘il fuq mill-art biex it-tnixxijiet ikunu jistgħu jiġu individwati malajr u tiġi evitata ħsara mill-vetturi u minn tagħmir ieħor. Jekk jintużaw pajpijiet taħt l-art għal materjali mhux perikolużi, id-dokumentazzjoni u l-immarkar tal-kors tagħhom u l-adozzjoni ta’ sistemi ta’ tħaffir sikuri |
l |
Siġill mill-ġdid b’mod awtomatiku tal-konnessjonijiet tad-distribuzzjoni għall-maniġġjar ta’ gass likwidu u gass likwifikat |
m |
Ventilazzjoni fuq wara tal-gassijiet spostati għall-vettura tad-distribuzzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-VOC |
n |
Ħasil tar-roti u tax-xażì tal-vetturi użati għad-distribuzzjoni jew għall-maniġġjar ta’ materjali bit-trab |
o |
Użu ta’ kampanji ppjanati għall-knis tat-toroq |
p |
Segregazzjoni tal-materjali inkompatibbli (eż. aġenti ossidanti u materjali organiċi) |
q |
Minimizzar tat-trasferimenti tal-materjal bejn il-proċessi |
Applikabbiltà
BAT 8.n. jista’ ma jkunx applikabbli meta jista’ jkun li jiġi ffurmat is-silġ.
1.1.4.3 Emissjonijiet diffużi mill-produzzjoni tal-metall
BAT 9. Biex jiġu evitati jew, fejn dan mhuwiex prattikabbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-produzzjoni tal-metall, il-BAT hija li tiġi ottimizzata l-effiċjenza tal-ġbir u tat-trattament tal-effluwenti gassużi bl-użu ta’ kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Pretrattament termali jew mekkaniku ta’ materja prima sekondarja biex tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni organika tal-alimentazzjoni tal-forn |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Użu ta’ forn magħluq b’sistema ta’ tindif mit-trab imfassla apposta jew siġill tal-forn u ta’ unitajiet oħra b’sistema ta’ ventilazzjoni adegwata |
L-applikabilità tista’ tkun limitata minn restrizzjonijiet tas-sikurezza (eż. it-tip/id-disinn tal-forn, riskju ta’ splużjoni) |
c |
Użu ta’ kappa sekondarja għall-operazzjonijiet tal-fran bħall-iċċarġjar u t-tappjar |
L-applikabilità tista’ tkun limitata minn restrizzjonijiet tas-sikurezza (eż. it-tip/id-disinn tal-forn, riskju ta’ splużjoni) |
d |
Il-ġbir tat-trab jew tad-dħaħen fejn il-materjal bit-trab jiġi ttrasferit (eż. il-punti tal-iċċarġjar u tat-tappjar tal-fran, kanali tal-iskolar mgħottija) |
Ġeneralment applikabbli |
e |
L-aħjar użu tad-disinn u tal-operazzjoni tal-kappa sistema ta’ pajpijiet tad-dħul bl-estrazzjoni biex jinqabdu d-dħaħen li joħorġu mill-ftuħ tal-alimentazzjoniu mit-tappjar tal-metall jaħraq, tal-matta jew tal-gagazza u mit-trasferiment fil-kanali tal-iskolar mgħottija |
Għal impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba restrizzjonijiet ta’ spazju u tal-konfigurazzjoni tal-impjant |
f |
Għeluq tar-reattur/tal-fran bħal “house-in-house” jew “doghouse” għall-operazzjonijiet tat-tappjar u tal-iċċarġjar |
Għal impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba restrizzjonijiet ta’ spazju u tal-konfigurazzjoni tal-impjant |
g |
Ottimizzazzjoni tal-fluss tal-effluwent gassuż mill-forn permezz ta’ studji tad-dinamiki fluwidi kompjuterizzati u traċċaturi |
Ġeneralment applikabbli |
h |
Sistemi ta’ ċċarġjar għal fran semi magħluqa biex il-materja prima tiżdied ftit ftit |
Ġeneralment applikabbli |
i |
Trattament tal-emissjonijiet miġbura f’sistema ta’ tnaqqis xierqa |
Ġeneralment applikabbli |
1.1.5 Monitoraġġ ta’ emissjonijiet fl-arja
BAT 10. Il-BAT hija l-monitoraġġ tal-emissjonijiet miċ-ċmieni fl-arja b’minn tal-inqas il-frekwenza mogħtija hawn taħt u skont l-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija l-użu ta’ standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
Parametru |
Monitoraġġ assoċjat ma’ |
Frekwenza minima tal-monitoraġġ |
Standard(s) |
||
Trab (4) |
Ram: BAT 38, BAT 39, BAT 40, BAT 43, BAT 44, BAT 45 Aluminju: BAT 56, BAT 58, BAT 59, BAT 60, BAT 61, BAT 67, BAT 81, BAT 88 Ċomb, Landa: BAT 94, BAT 96, BAT 97 Żingu, Kadmju: BAT 119, BAT 122 Metalli prezzjużi: BAT 140 Ligi tal-ħadid: BAT 155, BAT 156, BAT 157, BAT 158 Nikil, Kobalt: BAT 171 Metalli oħra mhux ferrużi: emissjonijiet mill-istadji tal-produzzjoni bħall-pretrattament tal-materja prima, iċ-ċarġjar, it-tidwib biex jinkiseb il-mineral, it-tidwib u t-tappjar |
Kontinwu (3) |
EN 13284-2 |
||
Ram: BAT 37, BAT 38, BAT 40, BAT 41, BAT 42, BAT 43, BAT 44, BAT 45 Aluminju: BAT 56, BAT 58, BAT 59, BAT 60, BAT 61, BAT 66, BAT 67, BAT 68, BAT 80, BAT 81, BAT 82, BAT 88 Ċomb, Landa: BAT 94, BAT 95, BAT 96, BAT 97 Żingu, Kadmju: BAT 113, BAT 119, BAT 121, BAT 122, BAT 128, BAT 132 Metalli prezzjużi: BAT 140 Ligi tal-ħadid: BAT 154, BAT 155, BAT 156, BAT 157, BAT 158 Nikil, Kobalt: BAT 171 Karbonju/grafit: BAT 178, BAT 179, BAT 180, BAT 181 Metalli oħra mhux ferrużi: emissjonijiet mill-istadji tal-produzzjoni bħall-pretrattament tal-materja prima, iċ-ċarġjar, it-tidwib biex jinkiseb il-mineral, it-tidwib u t-tappjar |
Darba fis-sena (3) |
EN 13284-1 |
|||
Antimonju u l-komposti tiegħu, espressi bħala Sb |
Ċomb, Landa: BAT 96, BAT 97 |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Arseniku u l-komposti tiegħu, espressi bħala As |
Ram: BAT 37, BAT 38, BAT 39, BAT 40, BAT 42, BAT 43, BAT 44, BAT 45 Ċomb, Landa: BAT 96, BAT 97 Żingu: BAT 122 |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Kadmju u l-komposti tiegħu, espressi bħala Cd |
Ram: BAT 37, BAT 38, BAT 39, BAT 40, BAT 41, BAT 42, BAT 43, BAT 44, BAT 45 Ċomb, Landa: BAT 94, BAT 95, BAT 96, BAT 97 Żingu, Kadmju: BAT 122, BAT 132 Ligi tal-ħadid: BAT 156 |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Kromju (VI) |
Ligi tal-ħadid: BAT 156 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
Ram u l-komposti tiegħu, espressi bħala Cu |
Ram: BAT 37, BAT 38, BAT 39, BAT 40, BAT 42, BAT 43, BAT 44, BAT 45 Ċomb, Landa: BAT 96, BAT 97 |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Nikil u l-komposti tiegħu, espressi bħala Ni |
Nikil, Kobalt: BAT 172, BAT 173 |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Ċomb u l-komposti tiegħu, espressi bħala Pb |
Ram: BAT 37, BAT 38, BAT 39, BAT 40, BAT 41, BAT 42, BAT 43, BAT 44, BAT 45 Ċomb, Landa: BAT 94, BAT 95, BAT 96, BAT 97 Ligi tal-ħadid: BAT 156 |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Tallju u l-komposti tiegħu, espressi bħala Tl |
Ligi tal-ħadid: BAT 156 |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Żingu u l-komposti tiegħu, espressi bħala Zn |
Żingu, Kadmju: BAT 113, BAT 114, BAT 119, BAT 121, BAT 122, BAT 128, BAT 132 |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Metalli oħrajn, jekk rilevanti (5) |
Ram: BAT 37, BAT 38, BAT 39, BAT 40, BAT 41, BAT 42, BAT 43, BAT 44, BAT 45 Ċomb, Landa: BAT 94, BAT 95, BAT 96, BAT 97 Żingu, Kadmju: BAT 113, BAT 119, BAT 121, BAT 122, BAT 128, BAT 132 Metalli prezzjużi: BAT 140 Ligi tal-ħadid: BAT 154, BAT 155, BAT 156, BAT 157, BAT 158 Nikil, Kobalt: BAT 171 Metalli oħra mhux ferrużi |
Darba fis-sena |
EN 14385 |
||
Merkurju u l-komposti tiegħu, espressi bħala Hg |
Ir-ram, l-Aluminju, iċ-Ċomb, il-Landa, iż-Żingu, il-Kadmju, il-Ligi tal-ħadid, in-Nikil, il-Kobalt, Metalli oħra mhux ferrużi: BAT 11 |
Kontinwu jew darba fis-sena (3) |
EN 14884 EN 13211 |
||
SO2 |
Ram: BAT 49 Aluminju: BAT 60, BAT 69 Ċomb, Landa: BAT 100 Metalli prezzjużi: BAT 142, BAT 143 Nikil, Kobalt: BAT 174 |
EN 14791 |
|||
Żingu, Kadmju: BAT 120 |
Kontinwu |
||||
Karbonju/grafit: BAT 182 |
Darba fis-sena |
||||
NOX, espress bħala NO2 |
Ir-ram, l-Aluminju, iċ-Ċomb, il-Landa, FeSi, Si (proċessi pirometallurġiċi): BAT 13 Metalli prezzjużi: BAT 141 Metalli oħra mhux ferrużi (9) |
Kontinwu jew darba fis-sena (3) |
EN 14792 |
||
Karbonju/grafit: |
Darba fis-sena |
||||
TVOC |
Ram: BAT 46 Aluminju: BAT 83 Ċomb, Landa: BAT 98 Żingu, Kadmju: BAT 123 Metalli oħra mhux ferrużi (10) |
Kontinwu jew darba fis-sena (3) |
EN 12619 |
||
Ligi tal-ħadid: BAT 160 Karbonju/grafit: BAT 183 |
Darba fis-sena |
||||
Formaldeid |
Karbonju/grafit: BAT 183 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
Fenol |
Karbonju/grafit: BAT 183 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
PCDD/F |
Ram: BAT 48 Aluminju: BAT 83 Ċomb, Landa: BAT 99 Żingu, Kadmju: BAT 123 Metalli prezzjużi: BAT 146 Ligi tal-ħadid: BAT 159 |
Darba fis-sena |
EN 1948 partijiet 1, 2 u 3 |
||
H2SO4 |
Ram: BAT 50 Żingu, Kadmju: BAT 114 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
NH3 |
Aluminju: BAT 89 Metalli prezzjużi: BAT 145 Nikil, Kobalt: BAT 175 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
Benżo[a]piren |
Aluminju: BAT 59, BAT 60, BAT 61 Ligi tal-ħadid: BAT 160 Karbonju/grafit: BAT 178, BAT 179, BAT 180, BAT 181 |
Darba fis-sena |
ISO 11338–1 ISO 11338–2 |
||
Fluworuri gassużi, espressi bħala HF |
Aluminju: BAT 60, BAT 61, BAT 67 |
Kontinwu (3) |
ISO 15713 |
||
Aluminju: BAT 60, BAT 67, BAT 84 Żingu, Kadmju: BAT 124 |
Darba fis-sena (3) |
||||
Fluworuri totali |
Aluminju: BAT 60, BAT 67 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
Kloruri gassużi, espressi bħala HCl |
Aluminju: BAT 84 |
Kontinwu jew darba fis-sena (3) |
EN 1911 |
||
Żingu, Kadmju: BAT 124 Metalli prezzjużi: BAT 144 |
Darba fis-sena |
||||
Cl2 |
Aluminju: BAT 84 Metalli prezzjużi: BAT 144 Nikil, Kobalt: BAT 172 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
H2S |
Aluminju: BAT 89 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
PH3 |
Aluminju: BAT 89 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
L-ammont totali ta’ AsH3 u SbH3 |
Żingu, Kadmju: BAT 114 |
Darba fis-sena |
Ebda standard EN disponibbli |
||
|
1.1.6 Emissjonijiet tal-merkurju
BAT 11. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-merkurju fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) minn proċess pirometallurġiku, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt, jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ materja prima b’kontenut baxx ta’ merkurju, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri biex jitneħħa l-merkurju minn materjali sekondarji. |
b |
Użu adsorbenti (eż. karbonju attivat, selenju) flimkien ma’ filtrazzjoni bit-trab (11) |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 1.
Tabella 1
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-merkurju fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) minn proċess pirometallurġiku bl-użu ta’ materja prima li jkun fiha l-merkurju
Parametru |
|
Merkurju u l-komposti tiegħu, espressi bħala Hg |
0,01 – 0,05 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.1.7 Emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit
BAT 12. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 mill-effluwenti gassużi b’kontenut għoli ta’ SO2 u biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ skart mis-sistema tat-tindif tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija, il-BAT hija l-irkupru tal-kubrit bil-produzzjoni ta’ aċidu sulfuriku jew SO2 likwidu.
Applikabbiltà
Applikabbli biss għal impjanti li jipproduċu ram, ċomb, żingu primarju, fidda, nikil u/jew molibdenu.
1.1.8 Emissjonijiet NOX
BAT 13. Biex jiġu evitati l-emissjonijiet ta’ NOx fl-arja minn proċess idrometallurġiku, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (14) |
a |
Berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOX |
b |
Berners b’ossiġenu u fjuwil |
c |
Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija (lura mill-berner biex titnaqqas it-temperatura tal-fjamma) fil-każ ta’ berners b’kombustjoni permezz ta’ ossiġenu u karburant |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.1.9 Emissjonijiet fl-ilma, inkluż il-monitoraġġ tagħhom
BAT 14. Biex tiġi evitata jew titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Kejl tal-ammont ta’ ilma frisk użat u tal-ammont ta’ ilma mormi skarigat |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Użu mill-ġdid ta’ ilma mormi minn operazzjonijiet ta’ tindif (inkluż l-ilma tat-tlaħliħ anodiku u katodiku) u mit-tixrid fl-istess proċess |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Użu mill-ġdid ta’ flussi ta’ aċidu dgħajjef iġġenerati f’ESP niedi u f’purifikaturi niedja |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont metall u l-kontenut solidu tal-ilma mormi |
d |
Użu mill-ġdid ta’ ilma mormi mill-granulazzjoni tal-gagazza |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-metall u l-kontenut solidu fl-ilma mormi |
e |
Użu mill-ġdid ta’ ilma tal-iskol tas-superfiċje |
Ġeneralment applikabbli |
f |
Użu ta’ sistema ta’ tkessiħ b’ċirkwit magħluq |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta tkun meħtieġa temperatura baxxa għal raġunijiet relatati mal-proċess |
g |
Użu mill-ġdid tal-ilma ttrattat mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minħabba l-kontenut tal-melħ |
BAT 15. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ilma u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija s-segregazzjoni tal-flussi tal-ilma mormi kkontaminat mill-flussi tal-ilma mormi li jeħtieġu trattament.
Applikabbiltà
Is-segregazzjoni tal-ilma tax-xita li ma jkunx kontaminat tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ sistemi eżistenti tal-ġbir tal-ilma mormi.
BAT 16. Il-BAT hija l-użu ta’ ISO 5667 għat-teħid ta’ kampjuni tal-ilma u għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma fil-punt fejn l-emissjoni tħalli l-istallazzjoni tal-inqas darba kull xahar (15) u skont l-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija l-użu ta’ standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
Parametru |
Applikabbli għall-produzzjoni ta’ (16) |
Standard(s) |
Merkurju (Hg) |
Ram, Ċomb, Landa, Żingu, Kadmju, Metalli Prezzjużi, Ligi tal-Ħadid, Nikil, Kobalt, u metalli oħrajn mhux ferrużi |
EN ISO 17852, EN ISO 12846 |
Ħadid (Fe) |
Ram, Ċomb, Landa, Żingu, Kadmju, Metalli Prezzjużi, Ligi tal-Ħadid, Nikil, Kobalt, u metalli oħrajn mhux ferrużi |
EN ISO 11885 EN ISO 15586 EN ISO 17294-2 |
Arseniku (As) |
Ram, Ċomb, Landa, Żingu, Kadmju, Metalli prezzjużi, Ligi tal-Ħadid, Nikil, Kobalt |
|
Kadmju (Cd) |
||
Ram (Cu) |
||
Nikil (Ni) |
||
Ċomb (Pb) |
||
Żingu (Zn) |
||
Fidda (Ag) |
Metalli prezzjużi |
|
Aluminju (Al) |
Aluminju |
|
Kobalt (Co) |
Nikil, u Kobalt |
|
Kromju totali (Cr) |
Ligi ferrużi |
|
Kromju (VI) (Cr(VI)) |
Ligi ferrużi |
EN ISO 10304-3 EN ISO 23913 |
Antimonju (Sb) |
Ram, Ċomb, u Landa |
EN ISO 11885 EN ISO 15586 EN ISO 17294-2 |
Landa (Sn) |
Ram, Ċomb, u Landa |
|
Metalli oħrajn, jekk rilevanti (17) |
Aluminju, Ligi tal-ħadid, u metalli oħra mhux ferrużi |
|
Sulfat (SO4 2-) |
Ir-Ram, iċ-Ċomb, il-Landa, iż-Żingu, il-Kadmju, il-Metalli prezzjużi, in-Nikil, il-Kobalt, u metalli oħrajn mhux ferrużi |
EN ISO 10304-1 |
Fluworur (F-) |
Aluminju primarju |
|
Solidi sospiżi totali (TSS) |
Aluminju |
EN 872 |
BAT 17. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija t-trattament tat-tnixxijiet mill-ħżin tal-likwidi u mill-ilma mormi mill-produzzjoni ta’ metalli mhux ferrużi, inkluż l-istadju tal-ħasil tal-proċess ta’ Waelz, u biex jitneħħew il-metalli u s-sulfati bl-użu ta’ kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (18) |
Applikabbiltà |
a |
Preċipitazzjoni kimika |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Sedimentazzjoni |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Filtazzjoni |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Flotazzjoni |
Ġeneralment applikabbli |
e |
Ultrafiltrazzjoni |
Applikabbli biss għal flussi speċifiċi tal-produzzjoni ta’ metalli mhux ferrużi |
f |
Filtrazzjoni tal-karbonju attivat |
Ġeneralment applikabbli |
g |
Ożmożi inversa |
Applikabbli biss għal flussi speċifiċi tal-produzzjoni ta’ metalli mhux ferrużi |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet diretti lejn korp tal-ilma riċeventi mill-produzzjoni tar-ram, taċ-ċomb, tal-landa, taż-żingu, tal-kadmju, tal-metalli prezzjużi, tan-nikil, tal-kobalt u tal-ligi tal-ħadid jinsabu fit-Tabella 2.
Dawn il-BAT-AELs japplikaw fil-punt fejn l-emissjoni tħalli l-istallazzjoni.
Tabella 2
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għal emissjonijiet diretti lejn korp tal-ilma riċeventi mill-produzzjoni tar-ram, taċ-ċomb, tal-landa, taż-żingu, (inkluż l-ilma mormi mill-istadju tal-ħasil tal-proċess ta’ Waelz), tal-kadmju, tal-metalli prezzjużi, tan-nikil, tal-kobalt u tal-ligi tal-ħadid
BAT-AEL (mg/l) (medja ta’ kuljum) |
||||||||
Parametru |
Produzzjoni ta’ |
|||||||
Ram |
Ċomb u/jew Landa |
Żingu u/jew Kadmju |
Metalli prezzjużi |
Nikil u/jewKobalt |
Ligi ferrużi |
|||
Fidda (Ag) |
NR |
≤ 0,6 |
NR |
|||||
Arseniku (As) |
≤ 0,1 (19) |
≤ 0,1 |
≤ 0,1 |
≤ 0,1 |
≤ 0,3 |
≤ 0,1 |
||
Kadmju (Cd) |
0,02 – 0,1 |
≤ 0,1 |
≤ 0,1 |
≤ 0,05 |
≤ 0,1 |
≤ 0,05 |
||
Kobalt (Co) |
NR |
≤ 0,1 |
NR |
0,1 – 0,5 |
NR |
|||
Kromju totali (Cr) |
NR |
≤ 0,2 |
||||||
Kromju (VI) (Cr(VI)) |
NR |
≤ 0,05 |
||||||
Ram (Cu) |
0,05 – 0,5 |
≤ 0,2 |
≤ 0,1 |
≤ 0,3 |
≤ 0,5 |
≤ 0,5 |
||
Merkurju (Hg) |
0,005 – 0,02 |
≤ 0,05 |
≤ 0,05 |
≤ 0,05 |
≤ 0,05 |
≤ 0,05 |
||
Nikil (Ni) |
≤ 0,5 |
≤ 0,5 |
≤ 0,1 |
≤ 0,5 |
≤ 2 |
≤ 2 |
||
Ċomb (Pb) |
≤ 0,5 |
≤ 0,5 |
≤ 0,2 |
≤ 0,5 |
≤ 0,5 |
≤ 0,2 |
||
Żingu (Zn) |
≤ 1 |
≤ 1 |
≤ 1 |
≤ 0,4 |
≤ 1 |
≤ 1 |
||
|
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 16.
1.1.10 Storbju
BAT 18. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss, il-BAT hija l-użu waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ lqugħ biex jgħattu s-sors tal-istorbju |
b |
L-impjanti jew komponenti storbjużi jingħalqu fi strutturi li jassorbu l-ħoss |
c |
Użu ta’ appoġġi u interkonnessjonijiet anti-vibrazzjoni għat-tagħmir |
d |
Orjentazzjoni ta’ makkinarju li jagħmel l-istorbju |
e |
Bidla tal-frekwenza tal-ħoss |
1.1.11 Irwejjaħ
BAT 19. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, iil-BAT hija l-użu waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Ħżin u mmaniġġjar xieraq ta’ materjal li jrejjaħ |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Użu minimizzat ta’ materjali li jrejħu |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Disinn, tħaddim u manutenzjoni bir-reqqa ta’ kull tagħmir li jista’ jiġġenera emissjonijiet ta’ rwejjaħ |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Afterburner jew tekniki ta’ filtrazzjoni, inklużi l-bijofiltri |
Applikabbli biss f’każijiet limitati (eż. fl-istadju tal-mili waqt il-produzzjoni ta’ speċjalità fis-settur tal-grafit u tal-karbonju) |
1.2. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAR-RAM
1.2.1 Materjali sekondarji
BAT 20. Biex jiżdied ir-rendiment tal-irkupru mill-fdalijiet tal-materjali sekondarji, il-BAT hija s-separazzjoni tal-kostitwenti mhux metalliċi u l-metalli għajr ir-ram bl-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Separazzjoni manwali ta’ kostitwenti viżibbli kbar |
b |
Separazzjoni manjetika ta’ metalli ferrużi |
c |
Separazzjoni tal-aluminju b’kurrent ottiku jew tidwir tal-kurrent |
d |
Separazzjoni b’densità relattiva ta’ kostitwenti metalliċi u mhux metalliċi differenti (bl-użu ta’ fluwidu b’densità differenti jew arja) |
1.2.2 Enerġija
BAT 21. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti fil-produzzjoni primarja tar-ram, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Ottimizzazzjoni tal-użu tal-enerġija li tkun tinsab fil-konċentrat bl-użu ta’ forn tat-tidwib flash |
Applikabbli biss għal impjanti ġodda u għal aġġornimenti kbar ta’ impjanti eżistenti |
b |
Użu ta’ gassijiet tal-proċess sħun mill-istadji tat-tidwib biex jissaħħan il-forn tal-iċċarġjar |
Applikabbli biss għal fran vertikali |
c |
Kopertura tal-konċentrati waqt it-trasport u l-ħżin |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Użu ta’ sħana żejda prodotta waqt it-tidwib primarju jew l-istadji tal-konverżjoni biex jinħallu materjali sekondarji li fihom ir-ram |
Ġeneralment applikabbli |
e |
Użu tas-sħana fil-gassijiet minn fran anodiċi f’kaskata għal proċessi oħra bħat-tnixxif |
Ġeneralment applikabbli |
BAT 22. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti fil-produzzjoni sekondarja tar-ram, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Tnaqqis tal-kontenut tal-ilma fil-materjal tal-alimentazzjoni |
L-applikabbiltà hija limitata meta l-kontenut ta’ ndewwa tal-materjali hija użata bħala teknika biex tnaqqas l-emissjonijiet diffużi |
b |
Produzzjoni ta’ fwar bl-irkupru ta’ sħana eċċessiva mill-forn tat-tidwib biex jisaħħnu l-elettroliti fir-raffineriji u/jew għall-produzzjoni tal-elettriku f’installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni |
Applikabbli jekk teżisti domanda ekonomikament vijabbli tal-fwar |
c |
Tidwib ta’ fdalijiet bl-użu ta’ sħana żejda li tiġi prodotta waqt it-tidwib jew il-proċess tal-konverżjoni |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Forn ta’ stennija bejn l-istadji tal-ipproċessar |
Applikabbli biss għall-fran tat-tidwib imħaddma bil-lottijiet fejn il-kapaċità ta’ lqugħ ta’ materjal imdewweb jikwi hija meħtieġa |
e |
Tisħin minn qabel taċ-ċarġ tal-forn bl-użu ta’ gassijiet tal-proċess sħun mill-istadji tat-tidwib |
Applikabbli biss għal fran vertikali |
BAT 23. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti fl-operazzjonijiet tal-estrazzjoni elettrolitika u tal-elettroraffinar, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Applikazzjoni ta’ insulazzjoni u kopertura tat-tankijiet tal-elettroliżi |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Żieda ta’ tensjoattivi għaċ-ċelloli tal-estrazzjoni elettrolitika |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Diżinn taċ-ċelloli mtejjeb għal konsum inqas tal-enerġija permezz tal-ottimizzazzjoni tal-parametri li ġejjin: spazju bejn anodu u katodu, il-ġeometrija tal-anodu, id-densità tal-kurrent, il-kompożizzjoni tal-elettroliti u t-temperatura |
Applikabbli biss għal impjanti ġodda u għal aġġornimenti kbar ta’ impjanti eżistenti |
d |
Użu ta’ matriċi Katodu tal-azzar inossidabbli |
Applikabbli biss għal impjanti ġodda u għal aġġornimenti kbar ta’ impjanti eżistenti |
e |
Bidliet awtomatikċi tal-anodu/katodu biex jinkiseb tqegħid preċiż tal-elettrodi fiċ-ċellola |
Applikabbli biss għal impjanti ġodda u għal aġġornimenti kbar ta’ impjanti eżistenti |
f |
Individwazzjoni ta’ ċirkwiti korti u kontroll tal-kwalità biex jiġi żgurat li l-elettrodi huma dritti u ċatti u li l-anodu għandu l-piż eżatt |
Ġeneralment applikabbli |
1.2.3 Emissjonijiet fl-arja
BAT 24. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet sekondarji fl-arja minn fran u apparat awżiljarju fil-produzzjoni primarja tar-ram u biex jiġi ottimizzat ir-rendiment tas-sistema ta’ tnaqqis, il-BAT hija l-ġbir, it-taħlit u t-trattament tal-emissjonijiet sekondarji f’sistema ċentralizzata tat-tindif tal-effluwenti gassużi.
Deskrizzjoni
L-emissjonijiet sekondarji minn sorsi varji jinġabru, jitħalltu, u jiġu ttrattati b’sistema ċentralizzata unika tat-tindif tal-effluwenti gassużi imfassla biex tittratta effettivament is-sustanzi niġġiesa preżenti f’kull fluss. Tingħata attenzjoni biex ma jitħallatx fwar li ma jkunx kimikament kompatibbli u biex jiġu evitati reazzjonijiet kimiċi mhux mixtieqa bejn flussi differenti miġbura.
Applikabbiltà
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata għal impjanti eżistenti skont id-disinn u t-tqassim tagħhom.
1.2.3.1 Emissjonijiet diffużi
BAT 25. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-pretrattament (bħall-amalgamar, it-tnixxif, it-taħlit, l-omoġenizzazzjoni, l-iskrining u l-pelitizzazzjoni) tal-materjali primarji u sekondarji, il-BAT hija l-użu waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu ta’ sistema ta’ ċineg tal-ġarr magħluqa jew sistema pnewmatika għat-trasferiment ta’ materjal li jkun fih it-trab |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Twettiq ta’ attivitajiet b’materjal li jkun fih it-trab bħat-taħlit f’bini magħluq |
Għal impjanti eżistenti, l-applikazzjoni tista’ tkun diffiċli minħabba rekwiżiti ta’ spazju |
c |
Użu ta’ sistemi ta’ suppressjoni tat-trab bħal kanuni tal-ilma jew ta’ bexxiexi tal-ilma |
Mhux applikabbli għal operazzjonijiet ta’ taħlit imwettqa fuq ġewwa. Mhux applikabbli għal proċessi li jeħtieġu materjal xott. L-applikabbiltà hija limitata wkoll f’reġjuni b’nuqqas ta’ ilma jew b’temperaturi baxxi ħafna |
d |
Użu ta’ tagħmir magħluq għal operazzjonijiet b’materjal li jkun fih it-trab (bħat-tnixxif, it-taħlit, it-tħin, is-separazzjoni bl-arja u l-pelitizzazzjoni) b’sistema ta’ estrazzjoni tal-arja konnessa ma’ sistema ta’ tnaqqis |
Ġeneralment applikabbli |
e |
Użu ta’ sistema ta’ estrazzjoni tat-trab u tal-emissjonijiet tal-gass, bħal kappa flimkien ma’ sistema ta’ tnaqqis tal-gass u tat-trab |
Ġeneralment applikabbli |
BAT 26. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-iċċarġjar, mit-tidwib u mill-operazzjonijiet tat-tappjar fit-tidwib ta’ ram primarju u sekondarju u mill-fran ta’ stennija u mill-fran tat-tidwib, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Pressar u pelitizzazzjoni ta’ materja prima |
Applikabbli biss meta l-proċess u l-forn jistgħu jużaw materja prima pelitizzata |
b |
Sistema ta’ ċċarġjar magħluqa bħal berner b’ġett wieħed, siġillar tal-bieba (20), ċineg tal-ġarr fil-magħluq jew feeders mgħammra b’sistema tal-estrazzjoni tal-arja flimkien ma’ sistema ta’ tnaqqis tal-gass u tat-trab |
Il-berner b’ġett huwa applikabbli biss għal fran flash |
c |
Operazzjoni tal-for u tar-rotta tal-gasstaħt pressjoni negattiva u b’rata suffiċjenti tal-estrazzjoni tal-gass biex tiġi evitata l-pressurizzazzjoni |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Il-kompartimenti fuq ġewwa/kappa tal-qbid fil-punti tal-iċċarġjar u tat-tappjar flimkien ma’ sistema ta’ tnaqqis tal-effluwent gassuż (eż. struttura/mina għall-operazzjoni tal-kuċċara waqt it-tappjar, u li tingħalaq permezz ta’ bieb/ostakolu mobbli mgħammar b’sistema ta’ ventilazzjoni u eliminazzjoni) |
Ġeneralment applikabbli |
e |
Għeluq tal-forn fi struttura b’ventijiet |
Ġeneralment applikabbli |
f |
Jinżamm l-issiġillar tal-forn |
Ġeneralment applikabbli |
g |
Żamma tat-temperatura fil-forn fl-inqas livell meħtieġ |
Ġeneralment applikabbli |
h |
Sistemi tal-ġbid imsaħħa (20) |
Ġeneralment applikabbli |
i |
Bini magħluq flimkien ma’ tekniki oħra biex jinġabru l-emissjonijiet diffużi |
Ġeneralment applikabbli |
j |
Sistema ta’ ċċarġjar b’qanpiena doppja għall-fran vertikali jew fran tal-blast |
Ġeneralment applikabbli |
k |
Għażla u alimentazzjoni tal-materja prima skont it-tip tal-forn u t-tekniki ta’ tnaqqis użati |
Ġeneralment applikabbli |
l |
Użu ta’ għotjien fuq il-ftuħ tal-fran anodiċi rotatorji |
Ġeneralment applikabbli |
BAT 27. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-forn konvertitur tat-tip Peirce-Smith (PS) fil-produzzjoni tar-ram primarju u sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
a |
Operat tal-forn u r-rotta tal-gass taħt pressjoni negattiva u f’rata suffiċjenti ta’ estrazzjoni tal-gass biex tiġi evitata l-pressurizzazzjoni |
b |
Arrikkiment bl-ossiġenu |
c |
Il-kappa primarja fuq il-ftuħ tal-konvertitur biex l-emissjonijiet primarju jinġabru u jiġu ttrasferiti f’sistema ta’ tnaqqis |
d |
Żieda ta’ materjali (eż. fdal u fluss) minn ġol-kappa |
e |
Sistema ta’ kapep sekondarji minbarra dik ewlenija għall-qbid tal-emissjonijiet waqt l-operazzjonijiet ta’ ċċarġjar u ttappjar |
f |
Forn li jinsab f’bini magħluq |
g |
Applikazzjoni ta’ kapep sekondarji li jaħdmu bil-mutur, biex jitmexxew skont l-istadju tal-proċess, biex tiżdied l-effiċjenza tal-ġbir tal-emissjonijiet sekondarji |
h |
Sistemi tal-ġbid imsaħħa (21) u sistemi ta’ kontroll awtomatiku biex jiġi evitat l-infiħ waqt ir-rotazzjoni tal-konvertitur ‘il bogħod mill-kappa jew biex jerġa jitpoġġa fuqha |
BAT 28. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi minn forn konvertitur tat-tip Hoboken fil-produzzjoni tar-ram primarju, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
a |
Operazzjoni tal-forn jew tar-rotta tal-gass taħt pressjoni negattiva waqt l-operazzjonijiet ta’ ċċarġjar, xkumar u ttappjar |
b |
Arrikkiment bl-ossiġenu |
c |
Ħalq b’għotjien magħluqa waqt l-operazzjoni |
d |
Sistemi tal-ġbid imsaħħa (22) |
BAT 29. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-proċess tal-konverżjoni tal-matta, il-BAT hija l-użu ta’ forn tal-konverżjoni flash.
Applikabbiltà:
Applikabbli biss għal impjanti ġodda u għal aġġornimenti kbar ta’ impjanti eżistenti.
BAT 30. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi minn forn rotatorju msaħħan minn fuq (TBRC) fil-produzzjoni tar-ram sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Operat tal-forn u r-rotta tal-gass taħt pressjoni negattiva u f’rata suffiċjenti ta’ estrazzjoni tal-gass biex tiġi evitata l-pressurizzazzjoni |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Arrikkiment bl-ossiġenu |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Forn li jinsab f’bini magħluq, flimkien ma’ tekniki biex l-emissjonijiet diffużi mill-iċċarġjar u mit-tappjar jinġabru u jiġu ttrasferiti lejn sistema ta’ tnaqqis |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Il-kappa primarja fuq il-ftuħ tal-konvertitur biex l-emissjonijiet primarji jinġabru u jiġu ttrasferiti lejn sistema ta’ tnaqqis |
Ġeneralment applikabbli |
e |
Kappa jew kappa integrata fi krejn biex l-emissjonijiet mill-operazzjonijiet ta’ ċċarġjar u ttappjar jinġabru u jiġu ttrasferiti lejn sistema ta’ tnaqqis |
Għal impjanti eżistenti, kappa integrata fi krejn hija applikabbli biss għal aġġornamenti kbar tas-sala tal-forn |
f |
Żieda ta’ materjali (eż. fdal u fluss) minn ġol-kappa |
Ġeneralment applikabbli |
g |
Sistema tal-ġbid imsaħħa (23) |
Ġeneralment applikabbli |
BAT 31. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-irkupru tar-ram b’konċentratur tal-gagazza, il-BAT hija l-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Tekniki ta’ soppressjoni tat-trab bħal raxx ta’ ilma għall-immaniġġjar, għall-ħżin u t-tifrik tal-gagazza |
b |
Tħin u flotazzjoni mwettqa bl-ilma |
c |
Distribuzzjoni ta’ gagazza għaż-żona ta’ ħżin finali bl-idrotrasport permezz ta’ sistema ta’ pajpijiet magħluqa |
d |
Żamma ta’ saff ta’ ilma fil-vaska jew l-użu soppressant tat-trab bħall-ħalib tal-ġir f’żoni niexfa |
BAT 32. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mit-trattament f’forn tal-gagazza rikk fir-ram, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
a |
Tekniki ta’ soppressjoni tat-trab bħal raxx ta’ ilma għall-immaniġġjar, għall-ħżin u t-tifrik tal-gagazza finali |
b |
Operazzjoni tal-forn taħt pressjoni negattiva |
c |
Forn magħluq |
d |
Struttura, kompartimenti fuq ġewwa u kappa biex l-emissjonijiet jinġabru u jiġu ttrasferiti lejn sistema ta’ tnaqqis |
e |
Kanal tal-iskolar mgħottija |
BAT 33. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-ikkastjar anodiku fil-produzzjoni tar-ram primarju u sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ vaska intermedja magħluqa |
b |
Użu ta’ kuċċara intermedja magħluqa |
c |
Użu ta’ kappa, mgħammra b’sistema tal-estrazzjoni tal-arja, fuq il-kuċċara ta’ kkastjar u fuq ir-rota ta’ kkastjar |
BAT 34. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi miċ-ċelloli tal-elettroliżi, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Żieda ta’ tensjoattivi għaċ-ċelloli tal-estrazzjoni elettrolitika |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Użu ta’ koperturi jew kappa biex l-emissjonijiet jinġabru u jiġu ttrasferiti lejn sistema ta’ tnaqqis |
Applikabbli biss għaċ-ċelloli tal-estrazzjoni elettrolitika jew għall-irfinar ta’ anodi b’purità baxxa. Mhux applikabbli meta ċ-ċellola tkun trid tibqa’ skoperta biex it-temperatura taċ-ċellola tinżamm f’livelli fattibbli (madwar 65 °C) |
c |
Sistemi ta’ pajpijiet magħluqin fissi għat-trasferiment tas-soluzzjonijiet tal-elettrolit |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Estrazzjoni tal-gass mill-kompartimenti tal-ħasil tal-magna ta’ strippaġġ tal-katodi u tal-magna tal-ħasil tar-residwu anodiku |
Ġeneralment applikabbli |
BAT 35. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-ikkastjar tal-ligi tar-ram, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ kompartimenti fuq ġewwa u kapep biex l-emissjonijiet jinġabru u jiġu ttrasferiti lejn sistema ta’ tnaqqis |
b |
Użu għotjien għat-tidwib fil-fran ta’ stennija u tal-ikkastjar |
c |
Sistema tal-ġbid imsaħħa (24) |
BAT 36. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-purifikazzjoni tal-metalli (pickling) bl-aċidu u mingħajr aċidu, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Ġbir tal-purifikazzjoni tal-metalli b’ soluzzjoni ta’ isopropanol f’operazzjoni b’ċirkwit magħluq |
Applikabbli biss għat-tindif ta’ vireg tal-wajer tar-ram f’operazzjonijiet kontinwi |
b |
Inkapsulament tal-linja tal-purifikazzjoni tal-metalli biex l-emissjonijiet jinġabru u jiġu ttrasferiti lejn sistema ta’ tnaqqis |
Applikabbli biss għall-purifikazzjoni tal-metalli (pickling) bl-aċidu f’operazzjonijiet kontinwi |
1.2.3.2 Emissjonijiet kanalati tat-trab
Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki msemmijin f’din it-taqsima jinsabu fit-Taqsima 1.10.
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT jinsabu fit-Tabella 3.
BAT 37. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-twassil, il-ħżin, il-maniġġjar, it-trasport, il-kejl, it-taħlit, l-amalgamar, it-tifrik, it-tnixxif, it-tqattigħ u l-iskrinjar tal-materja prima, u mit-trattament pirolitiku tat-turnjaturi tar-ram fil-produzzjoni ta’ ram primarju u sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
BAT 38. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-tnixxif tal-konċentrati fil-produzzjoni tar-ram primarju, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Applikabbiltà
F’każ ta’ kontenut għoli ta’ karbonju organiku fil-konċentrati (eż. madwar 10 wt-%), filtri b’borża jistgħu ma jkunux applikabbli (minħabba s-satar tal-boroż) u jistgħu jintużaw tekniki oħra (eż. ESP).
BAT 39. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn impjant tal-aċidu sulfuriku jew impjant tal-SO2 likwidu jew impjant elettriku) mit-tidwib tar-ram primarju u mill-konvertitur, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża u/jew purifikatur niedi.
BAT 40. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn impjant tal-aċidu sulfuriku) mit-tidwib tar-ram sekondarju u mill-konvertitur u mill-ipproċessar tal-intermedji tar-ram sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
BAT 41. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-forn ta’ stennija tar-ram sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
BAT 42. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-ipproċessar fil-forn tal-gagazza rikka fir-ram, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża jew purifikatur flimkien ma’ ESP.
BAT 43. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-forn anodiku fil-produzzjoni ta’ ram primarju u sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża jew purifikatur flimkien ma’ ESP.
BAT 44. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-ikkastjar anodiku fil-produzzjoni ta’ ram primarju u sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża jew, fil-każ tal-effluwenti gassużi b’kontenut ta’ ilma qrib il-punt tan-nida, purifikatur niedi jew demister.
BAT 45. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja minn forn tat-tidwib tar-ram, il-BAT hija l-għażla u l-alimentazzjoni tal-materja prima skont it-tip ta’ forn u s-sistema ta’ tnaqqis użata u l-użu ta’ filtru b’borża.
Tabella 3
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-produzzjoni tar-ram
Parametru |
L-aħjar teknika disponibbli |
Proċess |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
Trab |
BAT 37 |
It-twassil, il-ħżin, il-maniġġjar, it-trasport, il-kejl, it-taħlit, l-amalgamar, it-tifrik, it-tnixxif, it-tqattigħ u l-iskrinjar tal-materja prima, u mit-trattament pirolitiku tat-turnjaturi tar-ram fil-produzzjoni ta’ ram primarju u sekondarju |
|
BAT 38 |
Tnixxif tal-konċentrat fil-produzzjoni tar-ram primarju |
||
BAT 39 |
Tidwib tar-ram primarju u konvertitur (emissjonijiet għajr dawk diretti lejn impjant tal-aċidu sulfuriku jew impjant tal-SO2 jew impjant elettriku) |
||
BAT 40 |
Tidwib ta’ ram sekondarju u konvertitur u pproċessar ta’ intermedji ta’ ram sekondarju (emissjonijiet għajr dawk diretti lejn impjant tal-aċidu sulfuriku) |
||
BAT 41 |
Forn ta’ stennija tar-ram sekondarju |
≤ 5 (25) |
|
BAT 42 |
Ipproċessar tal-forn tal-gagazza rikka fir-ram |
||
BAT 43 |
Forn anodiku (fil-produzzjoni ta’ ram primarju u sekondarju) |
||
BAT 44 |
Ikkastjar anodiku (fil-produzzjoni ta’ ram primarju u sekondarju) |
||
BAT 45 |
Forn tat-tidwib tar-ram |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.2.3.3 Emissjonijiet ta’ komposti organiċi
BAT 46. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi fl-arja mit-trattament pirolitiku tat-turnjaturi tar-ram, u mit-tnixxif u mit-tidwib ta’ materja prima sekondarja, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (33) |
Applikabbiltà |
a |
Afterburner jew kompartiment tal-postkombustjoni jew ossidatur termali riġenerattiv |
L-applikabilità hija limitata mill-kontenut tal-enerġija tal-effluwenti gassużi li jridu jiġu ttrattati, billi effluwenti gassużi b’kontenut tal-enerġija aktar baxx jeħtieġu użu akbar ta’ fjuwils |
b |
Injezzjoni ta’ adsorbent flimkien ma’ filtru b’borża |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Disinn tal-forn u tat-tekniki ta’ tnaqqis skont il-materja prima disponibbli |
Applikabbli biss għal fran ġodda u għal aġġornimenti kbar ta’ fran eżistenti |
d |
Agħżel u alimenta l-materja prima skont il-forn u t-tekniki ta’ tnaqqis użati |
Ġeneralment applikabbli |
e |
Qerda termali ta’ TVOC f’temperaturi għoljin fil-forn (> 1 000 °C) |
Ġeneralment applikabbli |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 4.
Tabella 4
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-TVOC fl-arja mit-trattament pirolitiku tat-turnjaturi tar-ram, u mit-tnixxif, u t-tidwib ta’ materja prima sekondarja
Parametru |
|
TVOC |
3 – 30 |
Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fi BAT 10.
BAT 47. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi fl-arja mill-estrazzjoni ta’ solvent fil-produzzjoni idrometallurġika tar-ram, il-BAT hija l-użu tat-tekniki mogħtija hawn taħt u kif ukoll id-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali tal-VOC, eż. permezz tal-bilanċ tal-massa.
|
Teknika |
a |
Proċess tar-reaġent (solvent) b’livell baxx ta’ pressjoni tal-fwar |
b |
Tagħmir magħluq bħal tankijiet tat-taħlit magħluqa, separaturi magħluqa u tankijiet tal-ħżin magħluqa |
BAT 48. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ PCDD/F fl-arja mit-trattament pirolitiku tat-turnjaturi tar-ram, l-operazzjonijiet tat-tidwib, l-irfinar bin-nar u l-konverżjoni fil-produzzjoni ta’ ram sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Agħżel u alimenta l-materja prima skont il-forn u t-tekniki ta’ tnaqqis użati |
b |
Ottimizza l-kundizzjonijiet tal-kombustjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi |
c |
Użu ta’ sistemi ta’ ċarġ, għal forn semimagħluq, biex il-materja prima tiżdied ftit ftit |
d |
Qerda termali ta’ PCDD/F fil-forn f’temperaturi għoljin (> 850 °C) |
e |
Użu ta’ injezzjoni ta’ ossiġenu fiż-żona ta’ fuq tal-forn |
f |
Sistema ta’ berner intern |
g |
Kompartiment tal-postkombustjoni jew afterburner jew ossidatur termali riġenerattiv (36) |
h |
Evitar ta’ sistemi tal-egżost b’livell għoli ta’ akkumulazzjoni tat-trab għal temperaturi > 250 °C |
i |
Estinzjoni rapida (36) |
j |
Injezzjoni ta’ aġenti ta’ adsorbiment flimkien ma’ sistema effiċjenti li tiġbor it-trab (36) |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 5.
Tabella 5
Biex jitnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet ta’ PCDD/F fl-arja mit-trattament pirolitiku tat-turnjaturi tar-ram, l-operazzjonijiet tat-tidwib, l-irfinar bin-nar u l-konverżjoni fil-produzzjoni ta’ ram sekondarju
Parametru |
BAT-AEL (ng I-TEQ/Nm3) (37) |
PCDD/F |
≤ 0,1 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.2.3.4 Emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit
Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki msemmijin f’din it-taqsima jinsabu fit-Taqsima 1.10.
BAT 49. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 (għajr dawk li jkunu diretti lejn impjant tal-aċidu sulfuriku jew impjant tal-SO2 likwidu jew impjant elettriku) mill-produzzjoni primarja u sekondarja tar-ram, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
||||
a |
Purifikatur niexef jew semi niexef |
Ġeneralment applikabbli |
||||
b |
Purifikatur niedi |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata f’dawn il-każijiet li ġejjin:
|
||||
c |
Sistema ta’ adsorbiment/desorbiment ibbażata fuq il-polietere |
Mhux applikabbli fil-każ ta’ produzzjoni ta; ram sekondarju. Mhux applikabbli fin-nuqqas ta’ impjant tal-aċidu sulfuriku jew impjant tal-SO2likwidu |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 6.
Tabella 6
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-SO2 fl-arja (għajr dawk li jkunu diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku jew impjant tal-SO2) mill-produzzjoni ta’ ram primarju u sekondarju
Parametru |
Proċess |
BAT-AEL (mg/Nm3) (38) |
SO2 |
Produzzjoni ta’ ram primarju |
50 – 500 (39) |
Produzzjoni ta’ ram sekondarju |
50 – 300 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.2.3.5 Emissjonijiet aċidużi
BAT 50. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet aċidużi fl-arja minn gassijiet tal-egżost miċ-ċelloli tal-estrazzjoni elettrolitika, miċ-ċelloli tal-elettroraffinar, mill-kompartiment tal-ħasil tal-magna ta’ strippaġġ, tal-katodi u mill-magna tal-ħasil tar-residwu anodiku, il-BAT hija l-użu ta’ purifikatur niedi jew demister.
1.2.4 Ħamrija u ilma ta’ taħt l-art
BAT 51. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art mill-irkupru tar-ram fil-konċentratur tal-gagazza, il-BAT hija l-użu ta’ sistema tad-drenaġġ fiż-żoni tat-tkessiħ u tfassil korrett taż-żona tal-ħżin finali tal-gagazza biex jinġabar l-ilma mfawwar u tkun evitata t-tnixxija tal-likwidu.
BAT 52. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art mill-elettroliżi fil-produzzjoni tar-ram primarju u sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ sistema ta’ drenaġġ issiġillata |
b |
Użu ta’ artijiet reżistenti għall-aċidu u impermeabbli |
c |
Użu ta’ tankijiet li jkollhom ħitan doppji jew tqegħid f’vaski ta’ ritenzjoni reżistenti b’artijiet impermeabbli |
1.2.5 Ġenerazzjoni ta’ ilma mormi
BAT 53. Biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi mill-produzzjoni tar-ram primarju u sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ fwar kondensat għat-tisħin taċ-ċelluli tal-elettroliżi, għall-ħasil tal-katodi ta’ ram jew biex jintbagħat lura lejn il-bojler tal-fwar |
b |
Użu mill-ġdid tal-ilma miġbur miż-żona tat-tkessiħ, il-proċess tal-flotazzjoni u l-idrotrasportazzjoni tal-gagazza finali fil-proċess tal-konċentrazzjoni tal-gagazza |
c |
Riċiklaġġ tas-soluzzjonijiet tal-purifikazzjoni tal-metalli bl-aċidu u l-ilma tat-tlaħliħ |
d |
Trattament tar-residwi (żejt mhux irfinat) mill-pass tal-estrazzjoni tas-solvent fil-produzzjoni idrometallurġika tar-ram għall-irkupru tal-kontenut tas-soluzzjoni organika |
e |
Ċentrifugazzjoni tal-likwidu mit-tindif u mis-separaturi mill-pass tal-estrazzjoni tas-solventi fil-produzzjoni idrometallurġika tar-ram |
f |
Użu mill-ġdid tal-iskolar mill-elettroliżi wara l-istadju tat-tneħħija tal-metall fil-proċess tal-estrazzjoni elettrolitika u/jew tal-lissija |
1.2.6 Skart
BAT 54. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi mill-produzzjoni tar-ram primarju u sekondarju, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Irkupru ta’ metalli minn trab u ħama li tkun ġejja minn sistema ta’ tnaqqis tat-trab |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Użu mill-ġdid jew bejgħ tal-komposti tal-kalċju (eż. ġipsum) iġġenerati mit-tnaqqis tas-SO2 |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-kontenut ta’ metall u skont id-disponibbiltà tas-suq |
c |
Ġenerazzjoni mill-ġdid jew riċiklaġġ ta’ katalisti użati |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Irkupru tal-metall mill-ħama tat-trattament tal-ilma mormi |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-kontenut ta’ metall u skont id-disponibbiltà tas-suq/tal-proċess |
e |
Użu ta’ aċidu dgħajjef fil-proċess tal-lissija jew għall-produzzjoni ta’ ġipsum |
Ġeneralment applikabbli |
f |
Irkupru tal-kontenut ta’ ram minn gagazza rikka fil-forn tal-gagazza jew fl-impjant tal-flotazzjoni tal-gagazza |
|
g |
Użu tal-gagazza finali mill-fran bħala sustanza li tobrox jew materjal tal-kostruzzjoni (tat-toroq)jew applikazzjoni vijabbli oħra |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-kontenut ta’ metall u skont id-disponibbiltà tas-suq |
h |
Użu tal-kisjiet tal-forn għall-irkupru ta’ metalli jew użu mill-ġdid bħala materjal refrattorju |
|
i |
Użu tal-gagazza mill-flotazzjoni tal-gagazza bħala sustanza li tobrox jew materjal tal-kostruzzjoni (tat-toroq) jew applikazzjoni vijabbli oħra |
|
j |
Użu tal-ixkumar mill-fran tat-tidwib biex jiġi rkuprat il-kontenut tal-metall |
Ġeneralment applikabbli |
k |
Użu tal-elettrolit użat għall-irkupru tar-ram u tan-nikil. Użu mill-ġdid tal-bqija tal-aċidu biex jinħadmu elettroliti l-ġodda jew għall-produzzjoni tal-ġipsum |
|
l |
Użu tal-anodu użat bħala materjal ta’ tkessiħ Fl-irfinar pirometallurġiku jew it-tidwib mill-ġdid tar-ram |
|
m |
Użu tal-ħama anodika għall-irkupru ta’ metalli prezzjużi |
|
n |
Użu ta’ ġipsum mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi fil-proċess pirometallurġiku jew għall-bejgħ |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-kwalità tal-ġipsum iġġenerat |
o |
Irkupru tal-metalli mill-ħama |
Ġeneralment applikabbli |
p |
Użu mill-ġdid tal-elettrolit eżawrit minn proċess idrometallurġiku tar-ram bħala aġent tal-lissija |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-kontenut ta’ metall u skont id-disponibbiltà tas-suq/tal-proċess |
q |
Riċiklaġġ tal-frak tar-ram minn rumblar f’funditur tar-ram |
Ġeneralment applikabbli |
r |
Irkupru tal-metalli mis-soluzzjoni tal-purifikaturi tal-metalli bl-aċidu użata u użu mill-ġdid tas-soluzzjoni aċiduża mnaddfa |
1.3. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ALUMINJU INKLUŻ L-ALUMINA U L-PRODUZZJONI ANODIKA
1.3.1 Produzzjoni tal-alumina
1.3.1.1 Enerġija
BAT 55. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti fil-produzzjoni tal-alumina mill-boksajt, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
a |
Skambjaturi tas-sħana tal-pjanċa |
L-iskambjaturi tas-sħana tal-pjanċa jippermettu livell ogħla ta’ rkupru ta’ sħana mil-likur li jnixxi lejn iż-żona tal-preċipitazzjoni meta mqabbel ma’ tekniki oħra bħal impjanti tat-tkessiħ flash |
Applikabbli jekk l-enerġija mil-likwidu li jkessaħ tista’ tiġi użata mill-ġdid fil-proċess u jekk il-bilanċ ikkondensat u l-kundizzjonijiet tal-likur jippermettu dan |
b |
Kalkari b’bażi fluwidizzata ċirkolanti |
Kalkari b’bażi fluwidizzata ċirkolanti għandhom effiċjenza enerġetika ogħla ħafna minn kalkari rotatorji, billi l-irkupru tas-sħana minn alumina u minn gass mit-tromba taċ-ċumnija huwa akbar |
Applikabbli biss għal alumina metallurġika. Mhux applikabbli għal alumina speċjalità/mhux metallurġika, peress li dawn jeħtieġu livell ogħla ta’ kalċinazzjoni li bħalissa tista’ tinkiseb biss b’kiln rotatorju |
c |
Disinn ta’ diġestjoni bi fluss wieħed |
Il-likwidu jissaħħan f’ċirkuwitu wieħed mingħajr bl-użu ta’ fwar u għalhekk mingħajr dilwizzjoni tal-likwidu (b’kuntrast mad-disinn tad-diġestjoni bi fluss doppju) |
Applikabbli biss għall-impjanti ġodda |
d |
Għażla ta’ boksajt |
Boksajt b’kontenut ta’ umdità ogħla jġorr aktar ilma fil-proċess, li jżid il-ħtieġa ta’ enerġija għall-evaporazzjoni. Barra minn hekk, boksajt b’kontenut għoli ta’ monoidratat (boemit u/jew diaspor) jirrikjedi livell ogħla ta’ pressjoni u temperatura, fil-proċess ta’ diġestjoni, li jwassal għal żieda fil-konsum tal-enerġija |
Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet marbuta mad-disinn speċifiku tal-impjanti, minħabba li xi impjanti huma ddisinjati speċifikament għal ċertu kwalità ta’ boksajt, li tillimita l-użu ta’ sorsi alternattivi ta’ boksajt |
1.3.1.2 Emissjonijiet fl-arja
BAT 56. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall mill-kalċinazzjoni tal-alumina, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża jew ta’ ESP.
1.3.1.3 Skart
BAT 57. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi u biex jitjieb ir-rimi tar-residwi tal-boksajt mill-produzzjoni tal-alumina, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin, jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Tnaqqis tal-volum ta’ residwi tal-boksajt bl-ippressar biex jiġi minimizzat il-kontenut ta’ umdità, eż. bl-użu ta’ vakwu jew filtri bi pressjoni għolja biex jiffurmaw kejk seminiexef |
b |
Tnaqqis/minimizzazzjoni tal-alkalinità li jifdal fir-residwi tal-boksajt biex ir-residwi jkunu jistgħu jintremew f’miżbla |
1.3.2 Produzzjoni anodika
1.3.2.1 Emissjonijiet fl-arja
1.3.2.1.1
BAT 58. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab fl-arja minn impjant tal-pasta (tneħħija ta’ trab tal-kokk minn operazzjonijiet bħall-ħżin tal-kokk u t-tħin), il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 7.
BAT 59. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-PAH fl-arja minn impjant tal-pasta (ħżin ta’ qatran jaħraq, taħlit, tkessiħ, u ffurmar tal-pasta), il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika (40) |
a |
Prufikatur niexef bl-użu tal-kokk bħala aġent ta’ adsorbiment u bi tkessiħ minn qabel jew mingħajru, u segwit minn filtru b’borża |
b |
Ossidatur termali riġenerattiv |
c |
Ossidatur termali katalitiku |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 7.
Tabella 7
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u tal-BaP (bħala indikatur tal-PAH) fl-arja mill-impjant tal-pasta
Parametru |
Proċess |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
||||
Trab |
|
2 – 5 (41) |
||||
BaP |
Ħżin tal-qatran jaħraq, taħlit tal-pasta, tkessiħ u ffurmar |
0,001 – 0,01 (42) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.2.1.2
BAT 60. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab, tad-diossidu tal-kubrit, tal-PAH, u tal-fluworur fl-arja minn impjant tal-ħami f’impjant tal-produzzjoni anodika integrat ma’ dewwieb tal-aluminju primarju, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika (43) |
Applikabbiltà |
||||
a |
Użu ta’ materja prima u ta’ fjuwils b’kontenut baxx ta’ kubrit |
Applikabbli b’mod ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ SO2 |
||||
b |
Purifikatur niexef bl-użu ta’ ossidu tal-aluminju bħala aġent ta’ adsorbiment segwit minn filtru b’borża |
Applikabbli b’mod ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab, tal-PAH u tal-fluworur |
||||
c |
Purifikatur niedi |
L-applikabbiltà għat-tnaqqis ta’ trab u ta’ emissjonijiet ta’ SO2, PAH u fluworur tista’ tkun limitata fil-każijiet li ġejjin:
|
||||
d |
Ossidatur termali riġenerattiv flimkien ma’ sistema ta’ tnaqqis tat-trab |
Applikabbli b’mod ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab u tal-PAH. |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 8.
Tabella 8
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab, tal-BaP (bħala indikatur ta’ PAH) u tal-fluworur fl-arja minn impjant tal-ħami f’impjant tal-produzzjoni anodika integrat b’sistema ta’ tidwib ta’ aluminju primarju
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
Trab |
2 – 5 (44) |
BaP |
0,001 – 0,01 (45) |
HF |
0,3 – 0,5 (44) |
Fluworuri totali |
≤ 0,8 (45) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 61. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab, tal-PAH u tal-fluworur fl-arja minn impjant tal-ħami f’impjant li jinsab waħdu tal-produzzjoni anodika, il-BAT hija l-użu ta’ unità ta’ filtrazzjoni minn qabel u ossidant termali riġenerattiv segwit minn purifikatur fin-niexef (eż. bażi tal-ġir).
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 9.
Tabella 9
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab, tal-BaP (bħala indikatur ta’ PAH) u tal-fluworur fl-arja minn impjant tal-ħami f’impjant li jinsab waħdu tal-produzzjoni anodika
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
Trab |
2 – 5 (46) |
BaP |
0,001 – 0,01 (47) |
HF |
≤ 3 (46) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.2.2 Ġenerazzjoni tal-ilma mormi
BAT 62. Biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi mill-ħami anodiku, il-BAT hija l-użu ta’ ċiklu tal-ilma magħluq.
Applikabbiltà
Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda u għal aġġornamenti kbar. L-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba l-kwalità tal-ilma u/jew ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott.
1.3.2.3 Skart
BAT 63. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi, il-BAT hija r-riċiklaġġ tat-trab tal-karbonju minn filtru tal-kokk bħala mezz tal-purifikazzjoni.
Applikabbiltà
Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-applikabilità skont il-kontenut tal-irmied fit-trab tal-karbonju.
1.3.3 Produzzjoni ta’ aluminju primarju
1.3.3.1 Emissjonijiet fl-arja
BAT 64. Biex jiġu evitati u jinġabru l-emissjonijiet diffużi miċ-ċelloli elettrolitiċi fil-produzzjoni tal-aluminju primarju bl-użu tat-teknoloġija Søderberg, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ pasta b’kontenut ta’ qatran ta’ bejn 25 % u 28 % (pasta xotta) |
b |
Aġġornament tad-disinn manifold biex jitħallew l-operazzjonijiet ta’ alimintazzjoni f’punt magħluq u biex titjieb l-effiċjenza tal-ġbir tal-effluwenti gassużi |
c |
Punt ta’ alimentazzjoni tal-alumina |
d |
Żieda tal-għoli tal-anodu flimkien ma’ trattament fi BAT 67 |
e |
Kappa ta’ fuq tal-anodu meta jintużaw anodi b’densità tal-kurrent għolja, b’konnessjoni mat-trattament fi BAT 67 |
BAT 64(c): Punt ta’ alimentazzjoni tal-alumina jevita milli jkun hemm għalfejn tinkiser il-qoxra b’mod regolari (bħalma jiri b’alimentazzjoni manwali mill-ġenb jew b’alimentazzjoni ċentrali “bar broken”), u b’hekk jitnaqssu l-emissjonijiet assoċjati tal-fluworur u tat-trab.
BAT 64(d): Għoli akbar tal-anodu jgħin biex jinkisbu temperaturi aktar baxxi fin-naħa ta’ fuq tal-anodu, li jirriżulta f’inqas emissjonijiet fl-arja.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 12.
BAT 65. Biex jiġu evitati u jinġabru l-emissjonijiet diffużi miċ-ċelloli elettrolitiċi fil-produzzjoni tal-aluminju primarju bl-użu ta’ anodi moħmija minn qabel, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Alimentazzjoni ta’ ossidu tal-aluminju minn diversi punti b’mod awtomatiku |
b |
Kopertura sħiħa taċ-ċellola b’kappa u rati adegwati tal-estrazzjoni tal-effluwenti gassużi (biex l-effluwenti gassużi jitwasslu għat-trattament fi BAT 67) filwaqt li titqies il-ġenerazzjoni tal-fluworur mill-banjijiet u mill-konsum anodiku tal-karbonju |
c |
Sistema tal-ġbid imsaħħa konnessa mat-tekniki ta’ tnaqqis elenkati fi BAT 67 |
d |
Minimizzazzjoni tal-ħin tal-bidla tal-anodi u attivitajiet oħra li jeħtieġu li jitneħħew il-kapep taċ-ċelloli |
e |
Sistema ta’ kontroll tal-proċessi effiċjenti li tevita d-devjazzjonijiet fil-proċessi li inkella jistgħu jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet u fl-evoluzzjoni taċ-ċelloli |
f |
Użu ta’ sistema programmata għall-operazzjonijiet u l-manutenzjoni taċ-ċelloli |
g |
Użu ta’ metodi ta’ tindif effiċjenti stabbiliti fl-impjant tal-produzzjoni tal-vireg (“rodding”) għall-irkupru ta’ fluworidi u ta’ karbonju |
h |
Ħżin ta’ anodi mneħħija f’kompartiment ħdejn iċ-ċellola, konnessi mat-trattament fi BAT 67, jew il-ħżin ta’ fdalijiet f’kaxex magħluqa |
Applikabbiltà
BAT 65.c u h mhumiex applikabbli għal impjanti eżistenti
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 12.
1.3.3.1.1
BAT 66. Biex jiġu evitati l-emissjonijiet diffużi mill-ħżin, mill-maniġġjar u mit-trasport tal-materja prima, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 10.
Tabella 10
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għat-trab mill-ħżin, il-maniġġjar u t-trasport ta’ materja prima
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (48) |
Trab |
≤ 5 – 10 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 67. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab, tal-metall tal-fluworur fl-arja miċ-ċelloli elettrolitiċi, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (49) |
Applikabbiltà |
||||
a |
Purifikatur niexef bl-użu ta’ ossidu tal-aluminju bħala aġent ta’ adsorbiment segwit minn filtru b’borża |
Ġeneralment applikabbli |
||||
b |
Prufikatur niexef bl-użu ta’ alumina bħala aġent ta’ adsorbiment segwit minn filtru b’borża u purifikatur niedi |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata f’dawn il-każijiet li ġejjin:
|
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 11 u t-Tabella 12.
Tabella 11
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u tal-fluworur fl-arja miċ-ċelloli elettrolitiċi
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
Trab |
2 – 5 (50) |
HF |
≤ 1.0 (50) |
Fluworuri totali |
≤ 1.5 (51) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.3.1.2
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet totali tat-trab u tal-fluworur fl-arja mill-istruttura tal-elettroliżi (miġbura miċ-ċelloli elettrolitiċi u mill-ventijiet fis-saqaf): Ara t-Tabella 12.
Tabella 12
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet totali tat-trab u tal-fluworur fl-arja mill-istruttura tal-elettroliżi (miġbura miċ-ċelloli elettrolitiċi u mill-ventijiet fis-saqaf)
Parametru |
L-aħjar teknika disponibbli |
BAT-AELs għal impjanti ġodda(kg/t Al) (52) |
|
Trab |
Kombinament ta’ BAT 64, BAT 65 u BAT 67 |
≤ 1,2 |
≤ 0,6 |
Fluworuri totali |
≤ 0,6 |
≤ 0,35 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 68. Biex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-tidwib u mit-trattament ta’ metall imdewweb u l-ikkastjar fil-produzzjoni ta’ aluminju primarju, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ likwidu tal-metall mill-elettroliżi u materjal tal-aluminju mhux ikkontaminat, jiġifieri materjal solidu ħielsa minn sustanzi bħal żebgħa, plastik jew żejt (eż. in-naħa ta’ fuq u ta’ isfel tal-billeti li jinqatgħu għal raġunijiet ta’ kwalità) |
b |
Filtru b’borża (54) |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 13.
Tabella 13
: Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mit-tidwib au mit-trattament tal-metall imdewweb u l-ikkastjar fil-produzzjoni ta’ aluminju primarju
Parametru |
|
Trab |
2 – 25 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.3.1.3
BAT 69. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja miċ-ċelloli tal-elettroliżi, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
||||
a |
Użu ta’anodi b’kontenut baxx ta’ kubrit |
Ġeneralment applikabbli |
||||
b |
Purifikatur niedi (57) |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata f’dawn il-każijiet li ġejjin:
|
BAT 69(a): Jistgħu jiġu prodotti anodi li fihom inqas minn 1,5 % ta’ kubrit bħala medja fis-sena b’kombinament xieraq ta’ materja prima użata. Jenħtieġ kontenut minimu ta’ kubrit ta’ 0,9 % bħala medja fis-sena għall-vijabbiltà tal-proċess tal-elettroliżi.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 14.
Tabella 14
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ CO2 fl-arja miċ-ċelloli elettrolitiċi
Parametru |
|
SO2 |
≤ 2,5 – 15 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.3.1.4
BAT 70. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-perfluworokarbur fl-arja mill-produzzjoni ta’ aluminju primarju, il-BAT hija l-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Alimentazzjoni ta’ ossidu tal-aluminju minn diversi punti b’mod awtomatiku |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Kontroll minn kompjuter tal-proċess tal-elettroliżi abbażi ta’ bażijiet ta’ dejta taċ-ċellola attiva u l-monitoraġġ tal-parametri tal-operazzjoni taċ-ċellola |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Trażżin awtomatiku tal-effett tal-anodu |
Mhux applikabbli għal ċelloli Søderberg billi d-disinn tal-anodu (biċċa waħda biss) ma jippermettix il-fluss tal-banju assoċjat ma’ din it-teknika |
BAT 70(c): L-effett tal-anodu jseħħ meta l-kontenut tal-alumina fl-elettrolit jaqa’ taħt 1-2 %. Matul l-effetti tal-anodi, minflok id-dekompożizzjoni tal-alumina, il-banju tal-krijolit huwa dekompost fil-metall u fil-joni tal-fluworur, dawn tal-aħħar jiffurmaw perfluworokarburi gassużi, li jirreaġixxu mal-anodu tal-karbonju.
1.3.3.1.5
BAT 71. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO u ta’ PAH fl-arja mill-produzzjoni tal-aluminju primarju bl-użu tat-teknoloġija Søderberg, il-BAT hija l-kombustjoni tas-CO u tal-PAH figass tal-egżost taċ-ċellola.
1.3.3.2 Ġenerazzjoni ta’ ilma mormi
BAT 72. Biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-ilma tat-tkessiħ u tal-ilma mormi trattat, inkluż l-ilma tax-xita, fi ħdan il-proċess.
Applikabbiltà
Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda u għal aġġornamenti kbar. L-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba l-kwalità tal-ilma u/jew ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott. L-ammont ta’ ilma tat-tkessiħ, l-ilma mormi trattat u ilma tax-xita li jintuża mill-ġdid jew jiġi rriċiklat ma jistax ikun ogħla mill-ammont ta’ ilma meħtieġ għall-proċess.
1.3.3.3 Skart
BAT 73. Biex jitnaqqas ir-rimi tal-kisi refrattarju eżawrit taċ-ċellola, il-BAT hija l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ estern tiegħu, bħal fil-produzzjoni tas-siment fil-proċess tal-irkupru tal-gagazza tal-melħ, bħala karburizzant fl-industrija tal-azzar jew tal-ligi tal-ħadid jew bħala materja prima sekondarja (eż. fibra tal-ġebla), skont ir-rekwiżiti tal-konsumatur finali.
1.3.4 Produzzjoni ta’ aluminju sekondarju
1.3.4.1 Materjali sekondarji
BAT 74. Biex jiżdied ir-rendiment tal-materja prima, il-BAT hija s-separazzjoni tal-kostitwenti mhux metalliċi u l-metalli għajr l-aluminju bl-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom, skont il-kostitwenti tal-materjali ttrattati.
|
Teknika |
a |
Separazzjoni manjetika ta’ metalli ferrużi |
b |
Separazzjoni tal-aluminju b’tidwir tal-kurrent (bl-użu ta’ ċaqliq tal-kampi elettromanjetiċi) tal-aluminju minn kostitwenti oħrajn |
c |
Separazzjoni tad-densità relattiva (bl-użu ta’ fluwidu b’densità differenti) ta’ metalli differenti u kostitwenti mhux metalliċi |
1.3.4.2 Enerġija
BAT 75. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt, jew kombinament xieraq tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Tisħin minn qabel taċ-ċarġ tal-fran tal-gass tal-egżost |
Applikabbli biss għal fran mhux rotatorji |
b |
Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gassijiet b’idrokarburi mhux maħruqa lura għas-sistema tal-berner |
Applikabbli biss għal fran u magni li jnixxfu u reverbatorji |
c |
Provvista ta’ metall likwidu għall-iffurmar b’mod dirett |
L-applikabbiltà hija limitata mill-ħin meħtieġ għat-trasport (massimu ta’ 4 – 5 sigħat) |
1.3.4.3 Emissjonijiet fl-arja
BAT 76. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT hija t-tneħħija ta’ żejt u ta’ komposti organiċi mill-irbab qabel l-istadju tat-tidwib permezz taċ-ċentrifugazzjoni u/jew tnixxif (60).
Applikabbiltà
Iċ-ċentrifugazzjoni hija applikabbli biss għall-irbab kkontaminat ħafna biż-żejt, meta tiġi applikata qabel it-tnixxif. It-tneħħija ta’ żejt u ta’ komposti organiċi tista’ ma tkunx metieġa jekk il-forn u s-sistema ta’ tnaqqis ikunu mfassla biex jimmaniġġjaw materjal organiku.
1.3.4.3.1
BAT 77. Biex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-pretrattament tal-fdalijiet, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Ċineg tal-ġarr magħluqa jew pnewmatiċi, b’sistema ta’ estrazzjoni tal-arja |
b |
Kompartimenti jew kapep għall-punti ta’ ċċarġjar u ta’ skarigar, b’sistema ta’ estrazzjoni tal-arja |
BAT 78. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-iċċarġjar u l-iskarigar/it-tappjar tal-fran tat-tidwib, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Tqegħid ta’ kappa fuq il-bieba tal-forn u fit-toqba tal-iskolar b’estrazzjoni tal-effluwenti gassużi konnessa ma’ sistema ta’ filtrazzjoni |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Ġbir tad-dħaħen fil-magħluq li tkopri ż-żoni tal-iċċċarġjar u tat-tappjar |
Applikabbli biss għal fran bi drum stazzjonarju |
c |
Bieba tal-forn issiġillata (61) |
Ġeneralment applikabbli |
d |
It-trasport ta’ ċċarġjar issiġillat |
Applikabbli biss għal fran mhux rotatorji |
e |
Sistema tal-ġbid imsaħħa li tista’ tiġi modifikata skont il-proċess meħtieġ (61) |
Ġeneralment applikabbli |
BAT 78(a) u (b): Tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ kisi b’estrazzjoni biex jinġabar u jiġi mmaniġġjat l-effluwent gassuż mill-proċess.
BAT 78(d): Siġill tal-karru mal-bieba tal-forn miftuħa matul ir-rimi tal-fdal u żżomm is-siġill tal-forn matul dan l-istadju.
BAT 79. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ixkumar/it-trattament tal-ħmieġ, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Tkessiħ ta’ xkuma/ħmieġ tal-metalli, hekk kif jiġu xkumati mill-forn, f’kontenituri ssiġillati taħt gass inerti |
b |
Prevenzjoni ta’ tixrib tal-ixkuma/il-ħmieġ |
c |
Kompattazzjoni tal-ixkuma/il-ħmieġ b’sistema ta’ estrazzjoni tal-arja u sistema ta’ tnaqqis tat-trab |
1.3.4.3.2
BAT 80. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall mit-tnixxif tal-irbab u t-tneħħija taż-żejt u tal-komposti organiċi minn tal-irbab, mit-tifrik, mit-tħin u mis-separazzjoni fix-xott ta’ kostitwenti li ma fihomx metall u metalli li mhumiex aluminju, u mill-ħżin, mill-maniġġjar u mit-trasport fil-produzzjoni tal-aluminju sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 15.
Tabella 15
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mit-tnixxif tal-irbab u t-tneħħija taż-żejt u tal-komposti organiċi mill-irbab, mit-tifrik, mit-tħin u mis-separazzjoni fix-xott ta’ kostitwenti li ma fihomx metall u metalli li mhumiex aluminju, u mill-ħżin, mill-maniġġjar u mit-trasport fil-produzzjoni tal-aluminju sekondarju
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (62) |
Trab |
≤ 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fi BAT 10.
BAT 81. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja minn proċessi tal-forn bħall-iċċarġjar, it-tidwib, it-tappjar u t-trattament ta’ metall imdewweb fil-produzzjoni tal-aluminju sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 16.
Tabella 16
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ trab fl-arja minn proċessi tal-forn bħall-iċċarġjar, it-tidwib, it-tappjar u trattament tal-metall imdewweb fil-produzzjoni tal-aluminju sekondarju
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (63) |
Trab |
2 – 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 82. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-tidwib mill-ġdid tal-produzzjoni tal-aluminju sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ materjal solidu, jiġifieri tal-aluminju mhux ikkontaminat b’sustanzi bħal żebgħa, plastik jew żejt (eż. billets) |
b |
Kundizzjonijiet tal-kombustjoni ottimizzati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab |
c |
Filtru b’borża |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 17.
Tabella 17
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għat-trab mit-tidwib mill-ġdid fil-produzzjoni ta’ aluminju sekondarju
Parametru |
|
Trab |
2 – 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.4.3.3
BAT 83. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja tal-komposti organiċi u tal-PCDD/F mit-trattament termali ta’ materja prima sekondarja kkontaminata (eż. l-irbab), u mill-forn tat-tidwib, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża flimkien ma’ tal-inqas waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (66) |
a |
Agħżel u alimenta l-materja prima skont il-forn u t-tekniki ta’ tnaqqis użati |
b |
Sistema tal-berner intern għal fran tat-tidwib |
c |
Afterburner |
d |
Estinzjoni rapida |
e |
Injezzjoni tal-karbonju attivata |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 18.
Tabella 18
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għal emissjonijiet tat-TVOC u tal-PCDD/F fl-arja minn trattament termali tal-materja prima sekondarja kkontaminata (eż. l-irbab) u mill-forn tat-tidwib
Parametru |
Unità |
BAT-AEL |
TVOC |
mg/Nm3 |
≤ 10 – 30 (67) |
PCDD/F |
ng I-TEQ/Nm3 |
≤ 0,1 (68) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.4.3.4
BAT 84. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta’ HCl, Cl2 u HF mit-trattament termali ta’ materja prima sekondarja kkontaminata (eż. l-irbab), il-forn tat-tidwib, it-tidwib mill-ġdid u t-trattament tal-metall imdewweb, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
Teknika |
|
a |
Agħżel u alimenta l-materja prima skont il-forn u t-tekniki ta’ tnaqqis użati (69) |
b |
Ca(OH)2 jew injezzjoni tal-bikarbonat tas-sodju flimkien ma’ filtru b’borża (69) |
c |
Kontroll tal-proċess tal-irfinar, l-adattament tal-kwantità tal-gass tal-irfinar użat biex ineħħi kontaminanti preżenti fil-metalli mdewba |
d |
Użu ta’ kloru dilwit b’gass inerti fil-proċess tal-irfinar |
BAT 84(d): Użu ta’ kloru dilwit b’gass inerti minflok kloru pur biss, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-kloru. L-irfinar jista’ jitwettaq ukoll bl-użu ta’ gass inerti biss.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 19.
Tabella 19
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ HCl, Cl2 u HF fl-arja mit-trattament termali tal-materja prima sekondarja kkonatminata (eż. l-irbab), u mill-forn tat-tidwib, mit-tidwib mill-ġdid, u mit-trattament tal-metall imdewweb
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
HCl HF |
≤ 5 – 10 (70) |
Cl2 |
|
HF |
≤ 1 (73) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.4.4 Skart
BAT 85. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi mill-produzzjoni ta’ aluminju sekondarju, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu mill-ġdid tat-trab miġbur fil-proċess fil-każ ta’ forn tat-tidwib bl-użu ta’ kisi tal-melħ jew fil-proċess tal-rkupru tal-gagazza tal-melħ |
b |
Riċiklaġġ sħiħ tal-gagazza tal-melħ |
c |
Applikazzjoni tat-trattament tal-ixkuma/ħmieġ għall-irkupru ta’ aluminju fil-każ ta’ fran li ma jużawx kisi tal-melħ |
BAT 86. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet tal-gagazza tal-melħ prodotta mill-produzzjoni tal-aluminju sekondarju, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Tiżdied il-kwalità tal-materja prima użata permezz tas-separazzjoni ta’ kostitwenti li ma fihomx metall u metalli li mhumiex aluminju għall-fdalijiet fejn l-aluminju jitħallat ma’ kostitwenti oħra |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Tneħħija taż-żejt u tal-kostitwenti organiċi mill-irbab ikkontaminat qabel it-tidwib |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Ippumpjar jew tħawwid ta’ metall |
Mhux applikabbli għal fran rotatorji |
d |
Forn rotatorju jaqleb |
Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ dan il-forn minħabba d-daqs tal-materjali tal-alimentazzjoni |
1.3.5 Proċess ta’ riċiklaġġ tal-gagazza tal-melħ
1.3.5.1 Emissjonijiet diffużi
BAT 87. Biex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-proċess tar-riċiklaġġ tal-gagazza tal-melħ, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Għeluq tat-tagħmir b’estrazzjoni tal-gass konnessa ma’ sistema ta’ filtrazzjoni |
b |
Kappa b’estrazzjoni tal-gass konnessa ma’ sistema ta’ filtrazzjoni |
1.3.5.2 Emissjonijiet kanalati tat-trab
BAT 88. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-tifrik u mit-tħin fix-xott assoċjati mal-proċess tal-iskupru tal-gagazza tal-melħ, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 20.
Tabella 20
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mit-tifrik u t-tħin fix-xott assoċjati mal-proċess tal-irkupru tal-gagazza tal-melħ
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (74) |
Trab |
2 – 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.3.5.3 Komposti gassużi
BAT 89. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet gassużi fl-arja mit-tħin fin-niedi u l-lissija mill-proċess tal-irkupru tal-gagazza tal-melħ, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika (75) |
a |
Injezzjoni tal-karbonju attivata |
b |
Afterburner |
c |
Purifikatur niedi b’soluzzjoni ta’ H2SO4 |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 21.
Tabella 21
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet gassużi fl-arja mit-tħin niedi u mil-lissija mill-proċess tal-irkupru tal-gagazza tal-melħ
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (76) |
NH3 |
≤ 10 |
PH3 |
≤ 0,5 |
H2S |
≤ 2 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.4 IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAĊ-ĊOMB U/JEW TAL-LANDA
1.4.1 Emissjonijiet fl-arja
1.4.1.1 Emissjonijiet diffużi
BAT 90. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-preparazzjoni (bħall-kejl, it-taħlit, l-amalgamar, it-tifrik, it-tqattigħ u l-iskrinjar) tal-materjali primarji u sekondarji (għajr il-batteriji), il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Sistema ta’ ċineg tal-ġarr magħluqa jew sistema pnewmatika għat-trasferiment ta’ materjal li jkun fih it-trab |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Tagħmir magħluq. Meta jintużaw materjali li jkun fihom it-trab l-emissjonijiet jinġabru u jintbagħtu fis-sistema ta’ tnaqqis |
Applikabbli biss għal taħlitiet ta’ alimentazzjoni ppreparati b’reċipjent ta’ dożaġġ jew sistema ta’ telf fil-piż |
c |
Taħlit ta’ materja prima li jitwettaq f’bini magħluq |
Applikabbli biss għal materjal li jkun fih trab. Għal impjanti eżistenti, l-applikazzjoni tista’ tkun diffiċli minħabba rekwiżiti ta’ spazju |
d |
Sistemi ta’ suppressjoni tat-trab bħal ta’ sprejs tal-ilma |
Mhux applikabbli għal operazzjonijiet ta’ taħlit imwettqa fuq barra. |
e |
Pelitizzazzjoni ta’ materja prima |
Applikabbli biss meta l-proċess u l-forn jistgħu jużaw materja prima pelitizzata |
BAT 91. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-pretrattament tal-materjali (bħat-tnixxif, iż-żarmar, is-sinterizzazzjoni, l-ippressar, il-pelitizzazzjoni u t-tifrik l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tal-batteriji) fil-produzzjoni taċ-ċomb primarju jew sekondarju u/jew landa, il-BAT hija l-użu teknika waħda tat-tekniki mogħtija hawn taħt jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Sistema ta’ ċineg tal-ġarr magħluqa jew sistema pnewmatika għat-trasferiment ta’ materjal li jkun fih it-trab |
b |
Tagħmir magħluq. Meta jintużaw materjali li jkun fihom it-trab l-emissjonijiet jinġabru u jintbagħtu fis-sistema ta’ tnaqqis |
BAT 92. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-operazzjonijiet tal-iċċarġjar, tat-tidwib u tat-tappjar fil-produzzjoni taċ-ċomb u/jew tal-landa, u mill-operazzjonijiet tal-prederamatura fil-produzzjoni taċ-ċomb primarju, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament xieraq tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Sistema ta’ ċċarġjar miġbura b’sistema tal-estrazzjoni tal-arja |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Fran issiġillati jew magħluqin b’siġillar tal-bieba (77) għal proċessi b’alimentazzjoni u output mhux kontinwi |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Operazzjoni tal-forn jew tar-rotta tal-gass taħt pressjoni negattiva u b’rata suffiċjenti tal-estrazzjoni tal-gass biex tiġi evitata l-pressurizzazzjoni |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Kappa/kompartimenti fuq ġewwa tal-qbid fil-punti ta’ ċċarġjar u tat-tappjar |
Ġeneralment applikabbli |
e |
Bini magħluq |
Ġeneralment applikabbli |
f |
Kopertura kompleta tal-kappa b’sistema tal-estrazzjoni tal-arja |
F’impjanti eżistenti, jew f’impjanti eżistenti b’aġġornamenti kbar, l-applikazzjoni tista’ tkun diffiċli minħabba rekwiżiti ta’ spazju |
g |
Jinżamm l-issiġillar tal-forn |
Ġeneralment applikabbli |
h |
Żamma tat-temperatura fil-forn fl-inqas livell meħtieġ |
Ġeneralment applikabbli |
i |
Applikazzjoni ta’ kappa fil-punt tat-tappjar, fiż-żona tal-kuċċara u tal-ħmieġ b’sistema tal-estrazzjoni tal-arja |
Ġeneralment applikabbli |
j |
Pretrattament tal-materja prima li jkun fiha t-trab, bħall-pelitizzazzjoni |
Applikabbli biss meta l-proċess u l-forn jistgħu jużaw materja prima pelitizzata |
k |
Applikazzjoni ta’ doghouse għall-kuċċara waqt it-tappjar |
Ġeneralment applikabbli |
l |
Sistema tal-estrazzjoni tal-arja fiż-żona u taċ-ċarġjar u tat-tappjar konnessa ma’ sistema tal-filtrazzjoni |
Ġeneralment applikabbli |
BAT 93. Biex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mit-tidwib mill-ġdid, l-irfinar, u l-ikkastjar fil-produzzjoni taċ-ċomb primarju u sekondarj u/jew tal-landa, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
a |
Kappa b’sistema tal-estrazzjoni tal-arja fuq il-forn tal-griġjol il-kitla |
b |
Għotjien li jagħlqu l-kitla waqt ir-reazzjonijiet tal-irfinar u ż-żieda ta’ sustanzi kimiċi |
c |
Kappa b’sistema ta’ estrazzjoni tal-arja fil-kanali tal-iskolar u fil-punti tat-tappjar |
d |
Kontroll tat-temperatura tat-tidwib |
e |
Xkumaturi mekkaniċi magħluqa għat-tneħħija tar-residwi/tal-ħmieġ tal-metall f’forma ta’ trab |
1.4.1.2 Emissjonijiet kanalati tat-trab
BAT 94. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-preparazzjoni tal-materja prima (bħat-twassil, il-ħżin, il-maniġġjar, il-kejl, it-taħlit, l-amalgamar, it-tifrik, it-tnixxif, it-tqattigħ u l-iskrinjar) fil-produzzjoni ta’ ċomb u/jew landa primarji u sekondarji, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 22.
Tabella 22
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-preparazzjoni tal-materja prima fil-produzzjoni taċ-ċomb primarju u sekondarju u/jew tal-landa
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (78) |
Trab |
≤ 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 95. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-preparazzjoni tal-batteriji (it-tifrik, l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni), il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża jew purifikatur niedi.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 23.
Tabella 23
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-preparazzjoni tal-batterija (it-tifrik, l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni)
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (79) |
Trab |
≤ 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 96. Biex jiġu evitati u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja (għajr dawk li jkunu diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku jew impjant tal-SO2 likwidu) mill-iċċarġjar, it-tidwib u t-tappjar fil-produzzjoni taċ-ċomb u/jew landa primarji u sekondarji, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 24.
Tabella 24
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT tat-trab u taċ-ċomb fl-arja (għajr dawk li jkunu diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku jew impjant tal-SO2 likwidu) mill-iċċarġjar, it-tidwib u t-tappjar fil-produzzjoni taċ-ċomb u/jew landa primarji u sekondarji
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
Trab |
|
Pb |
≤ 1 (82) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 97. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-tidwib mill-ġdid, l-irfinar, u l-ikkastjar fil-produzzjoni taċ-ċomb primarju u sekondarju u/jew tal-landa, il-BAT hija l-użu tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
a |
Għal proċessi pirometallurġiċi: żamma tat-temperatura tal-banju tat-tidwib fl-anqas livell possibbli skont l-istadju tal-proċess flimkien ma’ filtru b’borża |
b |
Għal proċessi idrometallurġiċi: użu ta’ purifikatur niedi |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 25.
Tabella 25
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u taċ-ċomb fl-arja mit-tidwib mill-ġdid mill-irfinar u mill-ikkastjar fil-produzzjoni primarja u sekondarja taċ-ċomb u/jew tal-landa
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
Trab |
|
Pb |
≤ 1 (85) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.4.1.3 Emissjonijiet ta’ komposti organiċi
BAT 98. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mill-proċess ta’ tnixxif u ta’ tidwib tal-materja prima fil-produzzjoni primarja jew sekondarja taċ-ċomb u/jew tal-landa, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (86) |
Applikabbiltà |
a |
Agħżel u alimenta l-materja prima skont il-forn u t-tekniki ta’ tnaqqis użati |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Ottimizza l-kundizzjonijiet tal-kombustjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Afterburner jew ossidatur termali riġenerattiv |
L-applikabilità hija limitata mill-kontenut tal-enerġija tal-effluwenti gassużi li jridu jiġu ttrattati, billi effluwenti gassużi b’kontenut tal-enerġija aktar baxx iwasslu għal użu akbar ta’ fjuwils |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 26.
Tabella 26
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ TVOC fl-arja mill-proċessi tat-tnixxif u tat-tidwib tal-materja prima fil-produzzjoni sekondarja taċ-ċomb u/jew tal-landa
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (87) |
TVOC |
10 – 40 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 99. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ PCDD/F fl-arja mit-tidwib taċ-ċomb sekondarju u/jew materjal prima tal-landa, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Teknika |
|
a |
Agħżel u alimenta l-materja prima skont il-forn u t-tekniki ta’ tnaqqis użati (88) |
b |
Uża ta’ sistemi ta’ ċarġ, għal forn semimagħluq, biex il-materja prima tiżdied ftit ftit (88) |
c |
Sistema tal-berner intern (88) għal fran tat-tidwib |
d |
Afterburner jew ossidatur termali riġenerattiv (88) |
e |
Evitar tas-sistemi tal-egżost b’livell għoli ta’ akkumulazzjoni tat-trab għal temperaturi > 250 °C (88) |
f |
Estinzjoni rapida (88) |
g |
Injezzjoni ta’ aġenti ta’ adsorbiment flimkien ma’ sistema effiċjenti li tiġbor it-trab (88) |
h |
Użu ta’ sistema effiċjenti li tiġbor it-trab |
i |
Użu ta’ injezzjoni ta’ ossiġenu fiż-żona ta’ fuq tal-forn |
j |
Kundizzjonijiet ottimizzati tal-kombustjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi (88) |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 27.
Tabella 27
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ PCDD/F fl-arja minn tidwib ta’ ċomb sekondarju u/jew materja prima tal-landa
Parametru |
BAT-AEL (ng I-TEQ/Nm3) (89) |
PCDD/F |
≤ 0,1 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.4.1.4 Emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit
BAT 100. Biex jiġu evitati u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 fl-arja (għajr dawk li jkunu diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku jew SO2 likwidu) mill-iċċarġjar, it-tidwib u t-tappjar fil-produzzjoni primarja u sekondarja taċ-ċomb u/jew landa, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
||||
a |
Lissija alkalina ta’ materja prima li jkun fiha l-kubrit fl-għamla ta’ sulfati |
Ġeneralment applikabbli |
||||
b |
Purifikatur niexef jew semi niexef (90) |
Ġeneralment applikabbli |
||||
c |
Purifikatur niedi (90) |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata f’dawn il-każijiet li ġejjin:
|
||||
d |
Iffissar tal-kubrit fil-fażi tat-tidwib |
Applikabbli biss għall-produzzjoni sekondarja ta’ ċomb |
BAT 100(a): Soluzzjoni ta’ melħ alkali tintuża biex jitneħħew is-sulfati minn materjali sekondarji qabel it-tidwib.
BAT 100(d): L-iffissar tal-kubrit fil-fażi tat-tidwib tinkiseb biż-żieda tal-ħadid u tas-soda (Na2CO3) fil-funderiji li jirreaġixxu mal-kubrit li jkun jinsab fil-materja prima li jiffurmaw gagazza ta’ Na2S-FeS.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 28.
Tabella 28
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT tal-SO2 fl-arja (għajr dawk li jkunu diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku jew SO2 likwidu) mill-iċċarġjar, it-tidwib u t-tappjar fil-produzzjoni primarja u sekondarja taċ-ċomb u/jew landa
Parametru |
|
SO2 |
50 – 350 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.4.2 Il-ħarsien tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art
BAT 101. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art mill-operazzjonijiet tal-ħżin, tat-tifrik. tal-iskrinjar u tal-klassifikazzjoni tal-batteriji, il-BAT hija l-użu ta’ superfiċje tal-art reżistenti għall-aċidu u sistema għall-ġbir tat-tixrid tal-aċidu.
1.4.3 Ġenerazzjoni u trattament tal-ilma mormi
BAT 102. Biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi fil-proċess tal-lissija alkalina, il-BAT hija l-użu mill-ġdid tal-ilma mill-kristallizzazzjoni tas-sulfat tas-sodju tas-soluzzjoni tal-melħ alakali.
BAT 103. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mit-tnaqqis mill-preparazzjoni tal-batterija meta n-nida tal-aċidu tintbagħat lejn l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi, il-BAT hija l-operazzjoni ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi mfassal b’mod adegwat biex is-sustanzi niġġiesa li jkunu jinsabu f’dan il-fluss jiġu eliminati.
1.4.4 Skart
BAT 104. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi mill-produzzjoni ta’ ċomb primarju, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu mill-ġdid ta’ trab minn sistema tat-tneħħija tat-trab fil-proċess tal-produzzjoni taċ-ċomb |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Irkupru ta’ Se u Te minn gass għat-tindif tat-trab/tal-ħmieġ fl-imxarrab jew fix-xott |
L-applikabilità tista’ tkun limitata mill-kwantità ta’ merkurju preżenti |
c |
Irkupru ta’ Ag, Au, Bi, Sb u Cu mill-irfinar tal-ħmieġ |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Irkupru tal-metall mill-ħama tat-trattament tal-ilma mormi |
It-tidwib dirett tal-ħama mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi jista’ jiġi limitat mill-preżenza ta’ elementi bħal As, Tl u Cd |
e |
Żieda tal-fluss ta’ materjali li bihom il-gagazza tkun iżjed xierqa għall-użu fuq barra |
Ġeneralment applikabbli |
BAT 105. BAT 105. Biex il-kontenut ta’ polipropilen ta’ polietilen fil-batteriji taċ-ċomb ikun jista’ jiġi rkuprat, il-BAT hija s-separazzjoni tiegħu mill-batteriji qabel it-tidwib.
Applikabbiltà
Dan jista’ ma jkunx applikabbli għal fran vertikali minħabba l-permeabbiltà tal-gass provdut fil-batteriji mhux żarmati (sħaħ), li hu meħtieġ mill-operazzjonijiet tal-forn.
BAT 106. Biex jintuża mill-ġdid jew jiġi rkuprat l-aċidu sulfuriku mipbur mill-proċess tal-irkupru tal-batteriji, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ interni jew esterni, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu mill-ġdid bħala aġent tal-purifikazzjoni tal-metall (pickling) |
Ġeneralment applikabbli skont il-kundizzjonijiet lokali bħalma huma l-preżenza tal-proċess purifikazzjoni tal-metall bl-aċidu u l-kompatibbiltà tal-impuritajiet preżenti fl-aċidu mal-proċess |
b |
Użu mill-ġdid bħala materja prima f’impjant kimiku |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont id-disponibbiltà lokali tal-impjant kimiku |
c |
Riġenerazzjoni tal-aċidu bil-krekkjar |
Applikabbli biss meta jkun hemm impjanti tal-aċidu sulfriku jew tad-diossidu tal-kubrit likwidu |
d |
Produzzjoni ta’ ġipsum |
Applikabbli biss jekk l-impuritajiet preżenti fl-aċdu rkuprat ma jaffettwawx il-kwalità tal-ġipsum jew jekk ġipsum ta’ kwalità iktar baxxa jkun jista’ jintuża għal skopijiet oħra bħala aġent ta’ fluss |
e |
Produzzjoni ta’ sulfat tas-sodju |
Applikabbli biss għal proċess tal-lissija alkalina |
BAT 107. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi mill-produzzjoni ta’ ċomb u/jew landa sekondarji, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu mill-ġdid tar-residwi fil-proċess tat-tidwib għall-irkupru taċ-ċomb u metalli oħra |
b |
Trattament tar-residwi u tal-iskart fl-impjanti dedikati għall-irkupru ta’ materjali |
c |
Trattament tar-residwi u tal-iskart biex ikunu jistgħu jintużaw għal applikazzjonijiet oħra |
1.5. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAŻ-ŻINGU U/JEW TAL-KADMJU
1.5.1 Produzzjoni ta’ żingu primarju
1.5.1.1 Produzzjoni idrometallurġika taż-żingu
1.5.1.1.1
BAT 108. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija li l-irkupru tas-sħana mill-effluwent gassuż prodott waqt ix-xiwi permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu ta’ bojler tas-sħana mitlufa u turbini għall-produzzjoni tal-elettriku |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-prezzijiet tal-enerġija u l-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru |
b |
Użu ta’ bojler tas-sħana mitlufa u turbini għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika biex tintuża fil-proċess |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Użu ta’ bojler tas-sħana mitlufa għall-produzzjoni ta’ sħana biex tintuża fil-proċess u/jew għal tisħin tal-uffiċċju |
Ġeneralment applikabbli |
1.5.1.1.2
1.5.1.1.2.1 Emissjonijiet diffużi
BAT 109. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja mill-preparazzjoni tal-alimentazzjoni waqt ix-xiwi u l-alimentazzjoni nfisiha, il-BAT hija l-użu ta’ waħda miż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Alimentazzjoni niedja |
b |
Tagħmir tal-proċess magħluq kompletament konness ma’ sistema ta’ tnaqqis |
BAT 110. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja mill-ipproċessar tal-kalċina, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin, jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Twettiq ta’ operazzjonijiet taħt pressjoni negattiva |
b |
Tagħmir tal-proċess magħluq kompletament konness ma’ sistema ta’ tnaqqis |
BAT 111. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja mil-lissija mis-separazzjoni tas-solidu mil-likwidu u mill-purifikazzjoni, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Kopertura tat-tankijiet b’għatu |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Kopertura tal-bokka u tal-iżbokk tal-likwidu tal-proċess tal-kanali tal-iskolar |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Konnessjoni tat-tankijiet ma’ sistema ċentrali u mekkanika tal-eliminazzjoni tal-pixka jew ma’ sistema ta’ tnaqqis ta’ tank wieħed |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Kopertura tal-filtri b’vakwu bil-kapep u konnessjoni tagħhom ma’ sistema ta’ tnaqqis |
Applikabbli biss għal filtrazzjoni ta’ likwidi jaħarqu fl-istadji tal-lissija u tas-separazzjoni tas-solidu mil-likwidu |
BAT 112. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja mill-estrazzjoni elettrolitika, il-BAT hija l-użu ta’ addittivi, b’mod partikolari aġenti li jagħmlu r-ragħwa, fiċ-ċelloli tal-estrazzjoni elettrolitika.
1.5.1.1.2.2 Emissjonijiet kanalati
BAT 113. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-proċess tal-maniġġjar u tal-ħżin tal-materja prima, il-preparazzjoni tal-alimentazzjoni tax-xiwi fix-xott, l-alimentazzjoni tax-xiwi fix-xott, l-proċess tal-kalċinazzjoni, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 29.
Tabella 29
Biex jitnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-maniġġjar l-ħżin tal-materja prima, il-preparazzjoni tal-alimentazzjoni tax-xiwi fix-xott, l-alimentazzjoni tax-xiwi fix-xott, l-proċess tal-kalċinazzjoni
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (93) |
Trab |
≤ 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 114. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet taż-żingu u tal-aċidu sulfuriku fl-arja mil-lissija, mill-purifikazzjoni u mill-elettroliżi, u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-arsan u tal-istiban mill-purifikazzjoni, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (94) |
a |
Purifikatur niedi |
b |
Demister |
c |
Sistema ta’ ċentrifugazzjoni |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t- Tabella 30.
Tabella 30
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet taż-żingu u tal-aċidu sulfuriku fl-arja mil-lissija, mill-purifikazzjoni u mill-elettroliżi u għall-emissjonijiet tal-arsan u tal-istiban mill-purifikazzjoni
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (95) |
Zn |
≤ 1 |
H2SO4 |
< 10 |
L-ammont totali ta’ AsH3 u SbH3 |
≤ 0,5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.5.1.1.3
BAT 115. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art, il-BAT hija l-użu ta’ żona ta’ ritenzjoni impermeabbli għat-tankijiet użati waqt il-lissija jew il-purifikazzjoni u sistema ta’ trażżin sekondarju tal-istruttura tal-ċelloli.
1.5.1.1.4
BAT 116. Biex jiġi evitat il-konsum ta’ ilma ħelu u biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi, il-BAT hija l-użu kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Ritorn tal-likwidu mill-bojler u tal-ilma miċ-ċirkwiti tat-tkessiħ magħluqa tal-kompartiment tax-xiwi lejn il-ħasil tal-gass fl-imxarrab jew l-istadju tal-lissija |
b |
Ir-ritorn tal-ilma mormi mill-operazzjonijiet tat-tindif/tat-tixrid tal-kompartiment tax-xiwi, l-elettroliżi u l-ikkastjar lejn l-istadju tal-lissija |
c |
Ir-ritorn tal-ilma mormi mill-operazzjonijiet tat-tindif/tat-tixrid tal-lissija u tal-purifikazzjoni, il-ħasil tar-resiwdi tal-fitri u l-purifikazzjoni niedja tal-gass lejn l-istadju tal-lissija u tal-purifikazzjoni |
1.5.1.1.5
BAT 117. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin jew ta’ kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu mill-ġdid tat-trab miġbur fil-ħżin u l-immaniġġjar tal-konċentrat fil-proċess (flimkien mal-alimentazzjoni tal-kkonċentrat) |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Użu mill-ġdid tat-trab miġbur fil-proċess tax-xiwi permezz tas-sajlo tal-kalċina |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Riċiklaġġ tar-residwi li fihom iċ-ċomb u l-fidda bħala materja prima f’impjant fuq barra |
L-applikabbiltà tiddependi mill-kontenut ta’ metall u mid-disponibbiltà tas-suq/tal-proċess |
d |
Ir-riċiklaġġ ta’ residwi li fihom Cu, Co, Ni, Cd, Mn bħala materja prima f’impjant estern biex jinkiseb prodott li jista’ jinbiegħ |
L-applikabbiltà tiddependi mill-kontenut ta’ metall u mid-disponibbiltà tas-suq/tal-proċess |
BAT 118. Biex l-iskart mil-lissija ikun xieraq għar-rimi finali, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Trattament pirometallurġiku f’Waelz kiln |
Applikabbli biss għall-skart tal-lissija newtrali li ma jkunx fih wisq ferriti taż-żingu u/jew ma jkunx fih konċentrazzjonijiet għoljin ta’ metalli prezzjużi |
b |
Proċess jarofix |
Applikabbli biss għar-residwi tal-ħadid ġarożit. Applikabbiltà limitata minħabba privattivi eżistenti |
c |
Proċess tas-sulfidazzjoni |
Applikabbli biss għar-residwi tal-ħadid ġarożit u residwi diretti mil-lissija |
d |
Residwi mill-ikkompattar tal-ħadid |
Applikabbli biss għar-residwi tal-geotit u għall-ħama rikka fil-ġipsum mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
BAT 118(b): Il-proċess Jarofix jikkonsisti f’taħlit tal-preċipitati tal-ġarożit mas-siment ta’ Portland, ġir u ilma.
BAT 118(c): Il-proċess tas-sulfidazzjoni jikkonsisti miż-żieda ta’ NaOH u Na2S mar-residwi f’tank tal-elutrijazzjoni u fir-reatturi tas-sulfidazzjoni.
BAT 118(d): L-ikkumpattar tar-residwi tal-ħadid jikkonsisti fit-tnaqqis tal-kontenut ta’ umdità permezz ta’ filtri u taż-żieda tal-ġir jew aġenti oħra.
1.5.1.2 Produzzjoni pirometallurġika ta’ żingu
1.5.1.2.1
1.5.1.2.1.1 Emissjonijiet kanalati tat-trab
BAT 119. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) mill-produzzjoni pirometallurġika taż-żingu, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Applikabbiltà
F’każ ta’ kontenut għoli ta’ karbonju organiku fil-konċentrati (eż. madwar 10 wt-%), filtri b’borża jistgħu ma jkunux applikabbli minħabba s-satar tal-boroż u jistgħu jintużaw tekniki oħra (eż. purifikatur niedi).
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 31.
Tabella 31
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) mill-produzzjoni pirometallurġika taż-żingu
Parametru |
|
Trab |
2 – 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 120. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ SO2 fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) mill-produzzjoni pirometallurġika taż-żingu, il-BAT hija l-użu ta’ teknika ta’ desulfurizzazzjoni fl-umdu.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 32.
Tabella 32
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ SO2 fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) mill-produzzjoni pirometallurġika taż-żingu
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (98) |
SO2 |
≤ 500 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.5.2 Produzzjoni sekondarja taż-żingu
1.5.2.1 Emissjonijiet fl-arja
1.5.2.1.1
BAT 121. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-pelitizzazzjoni u mill-ipproċessar tal-gagazza, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 33.
Tabella 33
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-pelitizzazzjoni u mill-ipproċessar tal-gagazza
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (99) |
Trab |
≤ 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 122. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-tidwib ta’ flussi metalliċi u metalliċi mġallta/ossidi, u minn forn termiku (fuming) tal-gagazza, u l-Waelz kiln, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Applikabbiltà
Filtru b’borża jista’ ma jkunx applikabbli għall-operazzjoni fuq il-gagazza (fejn ikun meġtieġ li l-kloruri jiġu eliminati minflok l-ossidi tal-metall).
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 34.
Tabella 34
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-proċess tat-tidwib ta’ flussi metalliċi u metalliċi mħallta/ossidi, u mill-forn tal-iffumigar tal-gagazza u l-Waelz kiln
Parametru |
|
Trab |
2 – 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.5.2.1.2
BAT 123. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mit-tidwib ta’ flussi metalliċi jew metalliċi mħallta/ossidi, u mill-forn termiku (fuming) tal-gagazza u l-proċess Waelz kiln, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (103) |
Applikabbiltà |
a |
Injezzjoni ta’ adsorbent (karbonju attivat jew kokk tal-linjite) segwita minn filtru b’borża u/jew ESP |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Ossidatur termali |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Ossidatur termali riġenerattiv |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba raġunijiet ta’ sikurezza |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 35.
Tabella 35
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ TVOC u PCDD/F fl-arja mill-proċess tat-tidwib ta’ flussi metalliċi u metalliċi mħallta/ossidi, u mill-forn tal-iffumigar tal-gagazza u l-Waelz kiln
Parametru |
Unità |
BAT-AEL |
TVOC |
mg/Nm3 |
2 – 20 (104) |
PCDD/F |
ng I-TEQ/Nm3 |
≤ 0,1 (105) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.5.2.1.3
BAT 124. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ HCI u HF fl-arja mit-tidwib ta’ flussi metalliċi jew metalliċi mħallta/ossidi, u mill-forn termiku (fuming) tal-gagazza u l-proċess Waelz kiln, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (106) |
Proċess |
||||
a |
Injezzjoni ta’ adsorbent segwit minn filtru b’borża |
|
||||
b |
Purifikatur niedi |
|
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 36.
Tabella 36
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ HCl u HF fl-arja mill-proċess tat-tidwib ta’ flussi metalliċi u metalliċi mħallta/ossidi, u mill-forn tal-iffumigar tal-gagazza u l-Waelz kiln
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (107) |
HCl HF |
≤ 1,5 |
HF |
≤ 0,3 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.5.2.2 Ġenerazzjoni u trattament tal-ilma mormi
BAT 125. Biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma ħelu fil-proċess ta’ Waelz, il-BAT hija l-użu ta’ ħasil kontrokurrenti bi stadji multipli.
Ilma li jiġi minn stadju preċedenti ta’ ħasil jiġi ffiltrat u jintuża mill-ġdid fl-istadju tal-ħasil li jkun imiss. Jistgħu jintużaw żewġ stadji jew tlieta, u hekk il-konsum tal-ilma jkun sa tliet darbiet inqas meta mqabbla ma’ ħasil kontrokurrenti bi stadju wieħed.
BAT 126. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-istadju tal-ħasil fil-proċess ta’ Waelz, il-BAT hija l-użu tal-kristallizzazzjoni.
1.5.3 It-tidwib, il-produzzjoni tal-ligi u l-ikkastjar tal-ingotti taż-żingu u l-produzzjoni ta’ trab taż-żingu
1.5.3.1 Emissjonijiet fl-arja
1.5.3.1.1
BAT 127. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja mit-tidwib, il-produzzjoni tal-ligi u l-ikkastjar tal-ingotti taż-żingu, il-BAT hija l-użu ta’ apparat taħt pressjoni negattiva.
1.5.3.1.2
BAT 128. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-tidwib, il-produzzjoni tal-ligi u l-ikkastjar tal-ingotti taż-żingu, u l-produzzjoni tat-trab taż-żingu, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 37.
Tabella 37
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mit-tidwib, il-produzzjoni tal-ligi u l-ikkastjar tal-ingotti taż-żingu, u l-produzzjoni tat-trab taż-żingu
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (108) |
Trab |
≤ 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.5.3.2 L-ilma mormi
BAT 129. Biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi mit-tidwib tal-metall u mill-ikkastjar tal-ingotti taż-żingu, il-BAT hija l-użu mill-ġdid tal-ilma li jkessaħ.
1.5.3.3 Skart
BAT 130. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi mit-tidwib tal-ingotti taż-żingu, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Użu tal-frazzjoni ossidata tal-ħmieġ taż-żingu u tat-trab li jkun fih iż-żingu mill-fran tat-tidwib fil-forn tax-xiwi jew fil-proċess tal-produzzjoni idrometallurġika taż-żingu |
b |
Użu ta’ frazzjoni metallika u ħmieġ taż-żingu mill-ħmieġ metalliku mill-ikkastjar katodiku fil-forn tat-tidwib jew irkupru bħala trab taż-żingu jew ossidu taż-żingu f’impjat tal-irfinar taż-żingu |
1.5.4 Produzzjoni tal-kadmju
1.5.4.1 Emissjonijiet fl-arja
1.5.4.1.1
BAT 131. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin, jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Sistema ta’ estrazzjoni ċentrali konnessa ma’ sistema ta’ tnaqqis għal-lissija u s-separazzjoni tas-solidu mil-likwidu fil-produzzjoni idrometallurġika; Għal ippressar/il-pelitizzazzjoni u d-dħaħen fil-produzzjoni pirometallurġika; u għall-proċessi tat-tidwib, tal-produzzjoni tal-ligi u tal-ikkastjar |
b |
Kopertura taċ-ċelloli għall-istadju tal-elettroliżi fil-produzzjoni idrometallurġika |
1.5.4.1.2
BAT 132. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-produzzjoni pirometallurġika tal-kadmju, u mit-tidwib, mill-produzzjoni tal-ligi u mill-ikkastjar tal-ingotti tal-kadmju, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (109) |
Applikabbiltà |
||||
a |
Filtru b’borża |
Ġeneralment applikabbli |
||||
b |
ESP |
Ġeneralment applikabbli |
||||
c |
Purifikatur niedi |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata f’dawn il-każijiet li ġejjin:
|
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 38.
Tabella 38
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet fl-arja tat-trab u tal-kadmju mill-produzzjoni pirometallurġika tal-kadmju u mit-tidwib, il-produzzjoni ta’ ligi u mill-ikkastjar tal-ingotti tal-kadmju
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (110) |
Trab |
2 – 3 |
Cd |
≤ 0,1 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.5.4.2 Skart
BAT 133. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi mill-produzzjoni idrometallurġika tal-kadmju, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Estrazzjoni tal-kadmju mill-proċess taż-żingu bħala simentat rikk fil-kalċju fis-sezzjoni tal-purifikazzjoni, konċentrazzjoni akbar u irfinar (bl-elettroliżi jew bil-proċess pirometallurġiku) u fl-aħħar nett trasformazzjoni f’metall tal-kadmju kummerċjabbli jew komposti tal-kadmju |
Applikabbli biss jekk teżisti domanda ekonomikament vijabbli |
b |
Estrazzjoni tal-kadmju mill-proċess taż-żingu bħala simentat rikk fil-kalċju fis-sezzjoni tal-purifikazzjoni, imbagħad applikazzjoni ta’ sett ta’ operazzjonijiet idrometallurġiċi sabiex jinkiseb preċipitat rikk fil-kadmju (eż. siment (metall Cd), Cd(OH)2) li jintrema fil-miżbliet, filwaqt li l-flussi l-oħra kollha tal-proċess jiġu riċiklati fl-impjant tal-kadmju jew fil-fluss tal-impjant taż-żingu |
Applikabbli biss jekk miżbla xierqa tkun disponibbli |
1.6. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TA’ METALLI PREZZJUŻI
1.6.1 Emissjonijiet fl-arja
1.6.1.1 Emissjonijiet diffużi
BAT 134. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja minn operazzjoni ta’ pretrattament (bħat-tifrik, l-iffiltrar u t-taħlit), il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Żoni tal-pretrattament magħluqa u sistema għat-trasferiment ta’ materjal li jkun fih it-trab |
b |
Konnessjoni tal-operazzjonijiet tal-pretrattament u tal-maniġġjar ma’ kolletturi jew estratturi tat-trab bil-kapep u sistema ta’ pajpijiet tad-dħul bl-estrazzjoni għal materjali li jkun fihom it-trab |
c |
Lokkjatura bl-elettriku tat-tagħmir tal-pretrattament u tal-maniġġjar mal-kollettur jew l-estrattur tat-trab tagħhom, sabiex jiġi żgurat li l-ebda tagħmir jista’ jitħaddem sakemm il-kollettur tat-trab u s-sistema ta’ filtrazzjoni ma jkunux qed jaħdmu wkoll |
BAT 135. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja mit-tidwib(kemm operazzjonijiet Doré u mhux Doré), il-BAT hija l-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Għeluq al-bini u/jew taż-żoni tal-forn tat-tidwib |
b |
Twettiq ta’ operazzjonijiet taħt pressjoni negattiva |
c |
Konnessjoni tal-operazzjonijiet tal-forn ma’ kolletturi jew estratturi tat-trab bil-kapep u sistema ta’ pajpijiet tad-dħul bl-estrazzjoni |
d |
Lokkjatura bl-elettriku tat-tagħmir tal-forn mal-kollettur jew l-estrattur tat-trab tagħhom, sabiex jiġi żgurat li l-ebda tagħmir jista’ jitħaddem sakemm il-kollettur tat-trab u s-sistema ta’ filtrazzjoni ma jkunux qed jaħdmu wkoll |
BAT 136. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja mil-lissija mill-elettroliżi tad-deheb, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Tankijiet jew reċipjenti magħluqa u pajpijiet magħluqa għat-trasferiment ta’ soluzzjonijiet |
b |
Kapep u sistemi tal-estrazzjoni taċ-ċelloli elettrolitiċi |
c |
Purtiera tal-ilma għall-produzzjoni tad-deheb, biex jiġu evitati l-emissjonijiet ta’ gass tal-kloru matul il-lissija ta’ lgħab anodiku bl-aċidu idrokloriku jew solventi oħra |
BAT 137. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi minn operazzjoni idrometallurġika, il-BAT hija l-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Miżuri ta’ konteniment, bħal reċipjenti ta’ reazzjoni siġillati jew magħluqin, tankijiet tal-ħażna, tagħmir għall-estrazzjoni tas-solventi u filtri, reċipjenti u tankijiet mgħammra b’kontroll tal-livell, pajpijiet magħluqin u sistemi ta’ drenaġġ issiġillati, u programmi ppjanati tal-manutenzjoni |
b |
Reċipjenti ta’ reazzjoni u tankijiet konnessi ma’ sistema ta’ pajpijiet tad-dħul bl-estrazzjoni tal-effluwenti gassużi (unità awtomatika ta’ riżerva disponibbli f’każ ta’ falliment) |
BAT 138. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja mill-inċinerazzjoni, mill-ikkalċinar u tnixxif, il-BAT hija l-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Konnessjoni tal-fran kollha tal-ikkalċinar, l-inċeneraturi u tal-fran tat-tnixxif ma’ sistema ta’ pajpijiet tad-dħul bl-estrazzjoni tal-effluwenti tal-gass |
b |
Impjant ta’ purifikazzjoni f’ċirkwit prijoritarju tal-elettriku li huwa moqdi minn ġeneratur ta’ riżerva fil-każ ta’ qtugħ tal-elettriku |
c |
Il-bidu u t-tmien tal-operat, ir-rimi tal-aċidu użat, u l-kompożizzjoni ta’ aċidu frisk fil-purifikaturi permezz ta’ sistema ta’ kontroll awtomatizzat |
BAT 139. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja mit-tidwib ta’ prodotti finali tal-metall waqt l-irfinar, il-BAT hija l-użu iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Forn magħluq bi pressjoni negattiva |
b |
Struttura xierqa, kompartimenti u kapep tal-qbid b’ventilazzjoni jew b’estrazzjoni effiċjenti |
1.6.1.2 Emissjonijiet kanalati tat-trab
BAT 140. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-operazzjonijiet kollha li jkun fihom it-trab, bħat-tifrik, l-iffiltrar, it-taħlit, it-tidwib, l-inċinerazzjoni, l-ikkalċinar u t-tnixxif u l-irfinar, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (111) |
Applikabbiltà |
a |
Filtru b’borża |
Jista’ ma jkunx applikabbli għall-effluwenti gassużi li jkun fihom livell għoli ta’ selenju volatilizzat |
b |
Purifikatur niedi flimkien ma’ ESP, li jippermetti l-irkupru tas-selenju |
Applikabbli biss għall-effluwenti gassużi li jkun fihom is-selenju volatili (eż. il-produzzjoni ta’ metall tad-doré) |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 39.
Tabella 39
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-operazzjonijiet kollha li jkun fihom it-trab, bħat-ifrik, l-iffiltrar, it-taħlit, it-tidwib, l-inċinerazzjoni, l-ikkalċinar, it-tnixxif u l-irfinar
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (112) |
Trab |
2 – 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.6.1.3 Emissjonijiet NOX
BAT 141. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx fl-arja minn operazzjonijiet idrometallurġiċi li jinvolvu l-lissija/id-dissoluzzjoni bl-aċidu nitriku, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika (113) |
a |
Purifikatur bl-alkali bis-soda kawstika |
b |
Purifikatur b’aġenti ossidanti (eż. ossiġenu, perossidu tal-idroġenu) u aġenti riduċenti (eż. aċidu nitriku, urea) għal dawk ir-reċipjenti fl-operazzjonijiet idrometallurġiċi bil-potenzjali li jiġġeneraw konċentrazzjonijiet għolja ta’ NOX. Spiss applikat flimkien ma’ BAT 141(a) |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 40.
Tabella 40
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ NHx fl-arja minn operazzjoni idrometallurġika li tinvolvi d-dissoluzzjoni jew il-lissija bl-aċidu nitriku
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (114) |
NOX |
70 – 150 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.6.1.4 Emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit
BAT 142. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ SO2 fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) minn operazzjoni ta’ tidwib għall-produzzjoni tal-metall tad-doré, inklużi l-operazzjonijiet assoċjati tal-inċinerazzjoni, l-ikkalċinar u t-tnixxif, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (115) |
Applikabbiltà |
||||
a |
Injezzjoni tal-ġir flimkien ma’ filtru b’borża |
Ġeneralment applikabbli |
||||
b |
Purifikatur niedi |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata f’dawn il-każijiet li ġejjin:
|
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 41.
Tabella 41
Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ SO2 fl-arja (għajr dawk li huma diretti lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) minn operazzjoni ta’ tidwib għall-produzzjoni tal-metall tad-doré, inklużi l-operazzjonijiet assoċjati tal-inċinerazzjoni, l-ikkalċinar u t-tnixxif
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (116) |
SO2 |
50 – 480 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 143. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ SO2fl-arja minn operazzjoni idrometallurġika inklużioperazzjonijiet assoċjati tal-ċinerazzjoni, l-kalċinar u t-ixxif, il-BAT hija l-użu ta’ purifikatur niedi.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 42.
Tabella 42
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ HCl u Cl2 fl-arja minn operazzjoni idrometallurġika inkluż operazzjonijiet assoċjati ta’ inċinerazzjoni, ikkalċinar u tnixxif
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (117) |
SO2 |
50 – 100 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.6.1.5 Emissjonijiet ta’ HCl u Cl2
BAT 144. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ HCl u Cl2 fl-arja minn operazzjoni idrometallurġika inkluż operazzjonijiet assoċjati ta’ inċinerazzjoni, ikkalċinar u tnixxif, il-BAT hija l-użu ta’ purifikatur bl-alkali.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 43.
Tabella 43
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BATgħall-emissjonijiet ta’ HCl u Cl2 fl-arja minn operazzjoni idrometallurġika inkluż operazzjonijiet assoċjati ta’ inċinerazzjoni, ikkalċinar u tnixxif
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (118) |
HCl HF |
≤ 5 – 10 |
Cl2 |
0,5 – 2 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.6.1.6 Emissjonijiet ta’ NH3
BAT 145. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-arja ta’ NH3 fl-arja minn operazzjoni idrometallurġika bl-użu tal-ammonijaka jew klorur tal-ommonju, il-BAT hija l-użu ta’ purifikatur niedi bl-aċidu sulfuriku.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 44.
Tabella 44
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ NH3 fl-arja minn operazzjoni idrometallurġika bl-użu tal-ammonijaka jew klorur tal-ommonju
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (119) |
NH3 |
1 – 3 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.6.1.7 Emissjonijiet ta’ PCDD/F
BAT 146. Biex jitnaqqsu l-emissjonjiet ta’ PCDD/F fl-arja minn operazzjoni ta’ tnixxif meta l-materja prima jkun fihom komposti organiċi, aloġeni jew prekursuri oħra ta’ PCDD/F, minn operazzjoni ta’ inċinerazzjoni, u minn operazzjoni ta’ kalċinazzjoni, il-BAT hija l-użu ta’ teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Afterburner jew ossidatur termali riġenerattiv (120) |
b |
Injezzjoni ta’ aġenti ta’ adsorbiment flimkien ma’ sistema effiċjenti li tiġbor it-trab (120) |
c |
Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni jew tal-kundizzjonijiet proċess ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ komposti organiċi (120) |
d |
Evita sistemi tal-egżost b’livell għoli ta’ akkumulazzjoni tat-trab għal temperaturi > 250 °C (120) |
e |
Estinzjoni rapida (120) |
f |
Qerda termali ta’ PCDD/F fil-forn f’temperaturi għoljin (> 850 °C) |
g |
Użu ta’ injezzjoni ta’ ossiġenu fiż-żona ta’ fuq tal-forn |
h |
Sistema ta’ berner intern (120) |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 45.
Tabella 45
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-PCDD/F fl-arja minn operazzjoni ta’ tnixxif meta l-materja prima jkun fihom komposti organiċi, aloġeni jew prekursuri oħra ta’ PCDD/F, minn operazzjoni ta’ inċinerazzjoni, u minn operazzjoni ta’ kalċinazzjoni
Parametru |
BAT-AEL (ng I-TEQ/Nm3) (121) |
PCDD/F |
≤ 0,1 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.6.2 Ħarsien tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art
BAT 147. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ sistemi ta’ drenaġġ issiġillati |
b |
Użu ta’ tankijiet li jkollhom ħitan doppji jew tqegħid f’vaski ta’ ritenzjoni reżistenti |
c |
Użu ta’ artijiet reżistenti għall-aċidu u impermeabbli |
d |
Livell ta’ kontroll awtomatiku ta’ reċipjenti ta’ reazzjoni |
1.6.3 Ġenerazzjoni ta’ ilma mormi
BAT 148. Biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
a |
Riċiklaġġ ta’ likwidi ta’ purifikazzjoni irkuprati/użati u ta’ reaġenti idrometallurġiċi oħra fl-operazzjonijiet ta’ lissija jew operazzjonijiet ta’ raffinar oħrajn |
b |
Riċiklaġġ ta’ soluzzjonijiet mill-operazzjonijiet ta’ lissija, estrazzjoni u preċipitazzjoni |
1.6.4 Skart
BAT 149. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Proċess |
a |
Irkupru tal-kontenut metalliku minn gagazza, trab tal-filtru, u residwi tas-sistema niedja ta’ tindif mit-trab |
Produzzjoni ta ’ doré |
b |
Irkupru ta’ selenju miġbur mill-effluwenti gassużi li jkun fihom is-selenju volatili, tas-sistema niedja ta’ tindif mit-trab |
|
c |
Irkupru tal-fidda minn elettrolit u soluzzjonijiet għall-ħasil ta’ lgħab użat |
Irfinar elettrolitiku tal-fidda |
d |
Irkupru ta’ metalli minn residwi mill-purifikazzjoni elettrolitika tal-fidda (eż., siment tal-fidda, residwu abbażi tal-karbonat tar-ram) |
|
e |
Irkupru ta’ deheb minn elettrolit, lgħab u soluzzjonijiet mill-proċessi tal-lissija tad-deheb |
Irfinar elettrolitiku tad-deheb |
f |
Irkupru ta’ metalli mill-anodi użati |
Irfinar elettrolitiku tal-fidda jew tad-deheb |
g |
Irkupru ta’ metalli tal-grupp tal-platinu minn soluzzjonijiet arrikkiti bil-metall tal-grupp tal-platinu |
|
h |
Irkupru ta’ metalli mit-trattament tal-likuri ta’ tmiem il-proċess |
Il-proċessi kollha |
1.7. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAR-RAM
1.7.1 Enerġija
BAT 150. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija l-irkupru tal-enerġija mill-gass tal-egżost rikk fis-COiġġenerat f’forn tal-ark elettriku mgħaddas jew fil-proċess tat-trab tal-plażma fil-magħluq, bl-użu ta’ waħda mit-tekniki t’hawn taħt jew ta’ kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu ta’ bojler u turbini tal-fwar biex jiġi rkuprat il-kontenut tal-enerġija tal-gass tal-egżost u biex jiġi prodott l-elettriku |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-prezzijiet tal-enerġija u l-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru |
b |
Użu dirett ta’ gassijiet tal-egżost bħala fjuwil fil-proċess (eż. it-tnixxif tal-materja prima, it-tisħin minn qabel ta’ materjali tal-iċċarġjar, is-sinterizzazzjoni, it-tisħin ta’ kuċċara) |
Applikabbli biss jekk tkun teżisti domanda għas-sħana tal-proċess |
c |
Użu tal-gass tal-egżost bħala fjuwil f’impjanti ġirien |
Applikabbli biss jekk ikun hemm domanda ekonomikament vijabbli għal dan it-tip ta’ fjuwil |
BAT 151. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija l-irkupru tal-enerġija mill-gass tal-egżost sħun iġġenerat f’forn tal-ark elettriku mgħaddas bl-użu ta’ waħda mit-tekniki t’hawn taħt jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu ta’ bojler u turbini tas-sħana mormija biex jiġi rkuprat il-kontenut tal-enerġija tal-gass tal-egżost u biex jiġi prodott l-elettriku |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta skont il-prezzijiet tal-enerġija u l-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru |
b |
Użu ta’ bojler tas-sħana residwa li jipproduċi l-misħun |
Applikabbli biss jekk teżisti domanda ekonomikament vijabbli |
BAT 152. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija l-irkupru tal-enerġija mill-gass tal-egżost iġġenerat f’forn tal-ark elettriku mgħaddas bil-produzzjoni tal-misħun.
Applikabbiltà
Applikabbli biss jekk ikun hemm domanda ekonomikament vijabbli għall-misħun.
1.7.2 Emissjonijiet fl-arja
1.7.2.1 Emissjonijiet ta’ trab diffuż
BAT 153. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu u jinġabru l-emissjonijiet fl-arja mit-tappjar u mill-ikkastjar, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew tat-tnejn li huma.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu ta’ sistema ta’ kappa |
Għal impjanti eżistenti, applikabbli skont il-konfigurazzjoni tal-impjanti |
b |
Evitar tal-ikkastjar bl-użu ta’ ligi tal-ħadid fi stat likwidu |
Applikabbli biss meta l-konsumatur (eż. produttur tal-azzar) ikun integrat mal-produttur ta’ ligi tal-ħadid |
1.7.2.2 Emissjonijiet kanalati tat-trab
BAT 154. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-ħżin, mill-maniġġjar u mit-trasport ta’ materjali solidi, u minn operazzjonijiet ta’ pretrattament bħall-kejl, it-taħlit, l-amalgamar u l-isgrassament, u mit-tappjar, mill-ikkastjar u mill-ippakkjar, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 46.
BAT 155. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mit-tifrik, l-ippressar, il-pelitizzazjoni u s-sinterizzazzjoni, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża jew filtru b’borża flimkien ma’ tekniki oħra.
Applikabbiltà
L-applikabbiltà tal-filtru b’borża tista’ tkun limitata fil-każ ta’ temperaturi tal-ambjent baxxi (– 20 °C sa – 40 °C) u umdità għolja tal-effluwenti gassużi, kif ukoll għat-tifrik tas-CaSi minħabba tħassib dwar is-sikurezza (i.e. l-isplussività).
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 46.
BAT 156. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja minn fran tal-ark mgħaddsa miftuħa jew semimagħluqa, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 46.
BAT 157. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja minn fran tal-ark mgħaddsa magħluqa jew mill-proċess tat-trab tal-plażma fil-magħluq, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (122) |
Applikabbiltà |
a |
Purifikatur niedi flimkien ma’ ESP |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Filtru b’borża |
Ġeneralment applikabbli sakemm ma jkunx hemm tħassib dwar is-sikurezza marbut mal-kontenut ta’ CO u ta’ H2 fil-gassijiet tal-egżost |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 46.
BAT 158. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja minn griġjol miksi b’materjal refrattiv għall-produzzjoni tal-molibdenu tal-ħadid u tal-vanadju tal-ħadid, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 46.
Tabella 46
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-produzzjoni tal-ligi tal-ħadid
Parametru |
Proċess |
BAT-AEL (mg/Nm3) |
||||||
Trab |
|
2 – 5 (123) |
||||||
It-tifrik, l-ippressar, il-pelitizzazzjoni u s-sinterizzazzjoni |
||||||||
Fran tal-ark mgħaddas semimagħluqa jew miftuħa |
||||||||
|
2 – 5 (124) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.7.2.3 Emissjonijiet ta’ PCDD/F
BAT 159. Biex jitnaqqsu l-emissjonjiet ta’ PCDD/F fl-arja minn forn li jipproduċi l-ligi tal-ħadid, il-BAT hija li l-injezzjoni ta’ adsorbenti u l-użu ta’ ESP u/jew filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 47.
Tabella 47
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta’ PCDD/F fl-arja minn forn li jipproduċi l-ligi tal-ħadid
Parametru |
BAT-AEL (ng I-TEQ/Nm3) |
PCDD/F |
≤ 0,05 (128) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.7.2.4 L-emissjonijiet ta’ komposti organiċi u tal-PAH
BAT 160. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-PAH u tal-komposti organiċi fl-arja waqt il-proċess ta’ sgrassament tal-irbaba tat-titanju fil-kalkara rotatorja, il-BAT hija l-użu ta’ ossidatur termali.
1.7.3 Skart
BAT 161. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ gagazza mibgħuta għar-rimi, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tal-gagazza jew, fin-nuqqas ta’ dan, ir-riċiklaġġ tal-gagazza, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin jew ta’ kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu ta’ gagazza f’applikazzjonijiet tal-kostruzzjoni |
Applikabbli biss għal gagazza mill-produzzjoni ta’ FeCr u SiMn b’livell għoli ta’ karbonju, għal gagazza mill-irkupru ta’ ligi mir-residwi tal-imtieħen tal-azzar u gagazza tal-egżost standard mill-produzzjoni ta’ FeMo u FeMn |
b |
Użu ta’ gagazza għaż-żrar tas-sandblasting |
Applikabbli biss għall-gagazzi mill-produzzjoni ta’ FeCr b’livell għoli ta’ karbonju |
c |
Użu ta’ gagazza għal materjali refrattarji |
Applikabbli biss għall-gagazzi mill-produzzjoni ta’ FeCr b’livell għoli ta’ karbonju |
d |
Użu ta’ gagazza fil-proċess tat-tidwib |
Applikabbli biss għall-gagazzi mill-produzzjoni ta’ siliko-kalċju |
e |
Użu ta’ gagazza bħala materja prima għall-produzzjoni ta’ siliko-manganiż jew għal applikazzjonijiet metallurġiċi oħra |
Applikabbli biss għal gagazza rikka (kontenut għoli ta’ MnO) mill-produzzjoni ta’ FeMn |
BAT 162. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ trab u ta’ ħama tal-filtri mibgħuta għar-rimi, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tat-trab u tal-ħama tal-filtri jew, fin-nuqqas ta’ dan, ir-riċiklaġġ tat-trab u tal-ħama tal-filtri, inkluż permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin jew ta’ kombinament tagħhom.
|
Teknika |
Applikabbiltà (129) |
a |
Użu tat-trab tal-filtri fil-proċess tat-tidwib |
Applikabbli biss għat-trab tal-filtri mill-produzzjoni ta’ FeCr u FeMo |
b |
Użu tat-trab tal-filtri fil-produzzjoni tal-azzar inossidabbli |
Applikabbli biss għat-trab tal-filtri mill-operazzjonijiet ta’ tifrik u ta’ skrinjar fil-produzzjoni ta’ FeCr b’livell għoli ta’ karbonju |
c |
Użu tat-trab u tal-ħama tal-filtri bħala alimentazzjoni kkonċentrata |
Applikabbli biss għat-trab u l-ħama tal-filtri mit-tindif tal-effluwenti gassużi għax-xiwi ta’ Mo |
d |
Użu tat-trab tal-filtri f’industriji oħra |
Applikabbli biss għall-produzzjoni ta’ FeMn, SiMn, FeNi, FeMo u FeV |
e |
Użu ta’ mikrosilika bħala addittiv fl-industrija tas-siment |
Applikabbli biss għall-mikrosilika mill-produzzjoni ta’ FeSi u Si |
f |
Użu ta’ tat-trab u tal-ħama tal-filtri fl-industrija taż-żingu |
Applikabbli biss għat-trab mill-forn u għall-ħama tal-purifikatur niedi mill-irkupru ta’ ligi mir-residwi tal-imtieħen tal-azzar |
1.8. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAN-NIKIL U/JEW TAL-KOBALT
1.8.1 Enerġija
BAT 163. Biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt, jew kombinament xieraq tagħhom.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ arja arrikkita bl-ossiġenu fil-fran tat-tidwib u fil-konvertituri tal-ossiġenu |
b |
Użu ta’ bojlers għall-irkupru tas-sħana |
c |
Użu tal-effluwenti tal-gass iġġenerati fil-fran waqt il-proċess (eż. tnixxif) |
d |
Użu ta’ skambjaturi tas-sħana |
1.8.2 Emissjonijiet fl-arja
1.8.2.1 Emissjonijiet diffużi
BAT 164. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja miċ-ċarġjar tal-forn, il-BAT hija l-użu ta’ sistemi ta’ ċineg tal-ġarr magħluqa.
BAT 165. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja mit-tidwib, il-BAT hija l-użu ta’ kanali tal-iskolar mgħottija u mgħottija b’kappa konnessi ma’ sistema ta’ tnaqqis.
BAT 166. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja mill-proċessi ta’ konverżjoni, il-BAT hija l-użu ta’ operazzjoni taħt pressjoni negattiva u kapep tal-qbid konnessi ma’ sistema ta’ tnaqqis.
BAT 167. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-lissija atmosferika u bi pressjoni, il-BAT hija l-użu taż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Reatturi magħluqa jew siġillati, dekantaturi u awtoklavi/reċipjenti taħt pressjoni |
b |
Użu ta’ ossiġenu jew kloru minflok arja fl-istadji tal-lissija |
BAT 168. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-irfinar tal-estrazzjoni ta’ solvent, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
a |
Użu ta’ mikser bi pressjoni għolja jew baxxa għat-taħlita tas-solvent/għat-taħlita milwiema |
b |
Użu ta’ kisi għall-mikser u s-separatur |
c |
Użu ta’ tankijiet kompletament issiġillati konnessi ma’ sistema ta’ tnaqqis |
BAT 169. Biex jitnaqqsu l-emissjoni tal-VOC mil-proċess tal-estrazzjoni elettrolitika, il-BAT hija l-użu ta’ kombinament tat-tekniki li ġejjin.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Ġbir u użu mill-ġdid ta’ gass tal-kloru |
Applikabbli biss għall-estrazzjoni elettrolitika abbażi tal-kloru |
b |
Użu ta’ boċċi tal-polistiren biex jitgħattew iċ-ċelloli |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Użu ta’ aġenti tar-ragħwa biex iċ-ċelloli jitgħattew b’saff ta’ ragħwa stabbli |
Applikabbli biss għall-estrazzjoni elettrolitika abbażi tas-sulfat |
BAT 170. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fil-proċess tat-tnaqqis tal-idroġenu waqt il-produzzjoni tat-trab tan-nikil u tal-briquettes tan-nikil (proċessi bi pressjoni), il-BAT hija l-użu ta’ reattur magħluq jew issiġillat, separaturi u awtoklavi/reċipjenti taħt pressjoni, ċineg tal-ġarr tat-trab u sajlo tal-prodott.
1.8.2.2 Emissjonijiet kanalati tat-trab
BAT 171. Fl-ipproċessar tal-minerali tas-sulfid, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-metall fl-arja mill-proċess tal-manniġġjar u tal-ħżin tal-materja prima, mill-proċessi tal-pretrattament tal-materjal (bħal preparazzjoni ta’ minerali u t-tnixxif tal-minerali/tal-konċentrat), l-iċċarġjar tal-forn, it-tidwib, il-konverżjoni, l-irfinar termali u t-trab tan-nikil u l-produzzjoni ta’ briquettes tan-nikil, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża jew kombinament ta’ ESP u filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 48.
Tabella 48
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-maniġġjar u mill-ħżin ta’ materja prima, il-proċessi tal-pretrattament tal-materjal (bħall-preparazzjoni tal-minerali u t-tnixxif tal-minerali/tal-konċentrati), l-iċċarġjar tal-forn, it-tidwib, il-konverżjoni, l-irfinar termali u l-produzzjoni tat-trab tan-nikil u l-briquettes tan-nikil waqt l-ipproċessar tal-minerali tas-sulfid
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (130) |
Trab |
2 – 5 |
Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fiBAT 10.
1.8.2.3 Emissjonijiet tan-Nikil u tal-kloru
BAT 172. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nikil u tal-kloru fl-arja minn proċessi ta’ lissija atmosferika jew bi pressjoni, il-BAT hija l-użu ta’ purifikatur niedi.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 49.
Tabella 49
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tan-nikil u tal-kloru fl-arja minn proċessi ta’ lissija atmosferika jew bi pressjoni
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (131) |
Ni |
≤ 1 |
Cl2 |
≤ 1 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 173. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nikil fl-arja mill-proċess tal-irfinar tal-matta tan-nikil bl-użu tal-klorur ferriku bil-kloru, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 50.
Tabella 50
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tan-nikil fl-arja mill-proċess tal-irfinar tal-matta tan-nikil bl-użu tal-klorur ferriku bil-kloru
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (132) |
Ni |
≤ 1 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.8.2.4 Emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit
BAT 174. Waqt l-ipproċessar tal-minerali tas-sulfid, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ SO2 fl-arja (għajr dawk li huma direzzjonati lejn l-impjant tal-aċidu sulfuriku) mit-tidwib u mill-konverżjoni, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (133) |
a |
Injezzjoni tal-ġir segwita minn filtru b’borża |
b |
Purifikatur niedi |
1.8.2.5 Emissjonijiet ta’ NH3
BAT 175. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NH3 fl-arja mit-trab tan-nikil u mill-produzzjoni ta’ briquettes, il-BAT hija l-użu ta’ purifikatur niedi.
1.8.3 Skart
BAT 176. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Applikabbiltà |
a |
Użu ta’ gagazza mfarrka ġġenerata f’forn tal-ark elettriku (użat għat-tidwib) bħala materjal li jobrox jew materjal ta’ kostruzzjoni |
L-applikabbiltà tiddependi mill-kontenut ta’ metall fil-gagazza |
b |
Użu tat-trab mill-effluwenti gassużi irkuprat mill-forn tal-ark elettriku (użat għat-tidwib) bħala materja prima għall-produzzjoni taż-żingu |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Użu tat-trab mill-effluwenti gassużi tal-granulazzjoni tal-matta irkuprata mill-forn tal-ark elettriku (użat għat-tidwib) bħala materja prima għall-irfinar tan-nikil/it-tidwib mill-ġdid tan-nikil |
Ġeneralment applikabbli |
d |
Użu tar-residwu tal-kubrit miksub wara l-filtrazzjoni tal-matta tal-kubrit miksuba wara l-lissija abbażi tal-kloru bħala materja prima għall-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku |
Ġeneralment applikabbli |
e |
Użu tar-residwu tal-ħadid miksub mil-lissija abbażi tas-sulfat bħala alimentazzjoni għat-tidwib tan-nikil |
L-applikabbiltà tiddependi skont il-kontenut ta’ metall fl-iskart |
f |
Użu tar-residwu tal-karbonat taż-żingu miksub mill-irfinar tal-estrazzjoni ta’ solvent bħala materja prima għall-produzzjoni taż-żingu |
L-applikabbiltà tiddependi skont il-kontenut ta’ metall fl-iskart |
g |
Użu tar-residwi tar-ram miksub wara lissija minn lissija bbażata fuq is-sulfat u lissija bbażata fuq il-kloru bħala materja prima għall-produzzjoni tar-ram |
Ġeneralment applikabbli |
1.9. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-KARBONJU U/JEW TAL-GRAFIT
1.9.1 Emissjonijiet fl-arja
1.9.1.1 Emissjonijiet diffużi
BAT 177. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-PAH diffużi fl-arja mill-ħzin, mill-immaniġġjar u mit-trasport tal-qatran likwidu, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika |
a |
Ventilazzjoni fuq wara tat-tankijiet tal-ħżin tal-qatran likwidu |
b |
Kondensazzjoni minn tkessiħ estern u/jew intern bl-arja u/jew b’sistemi tal-ilma (eż. torrijiet tal-kundizzjonament), segwita minn tekniki ta’ filtrazzjoni (purifikaturi abbażi ta’ adsorbiment jew ESP) |
c |
Ġbir u trasferiment tal-effluwenti gassużi lejn tekniki tal-eliminazzjoni (purifikatur niexef jew ossidatur termali/ossidatur riġenerattiv) disponibbli fi stadji oħra tal-proċess (eż. it-taħlit u l-iffurmar jew il-ħami) |
1.9.1.2 Emissjonijiet tat-trab u tal-PAH
BAT 178. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-proċess il-ħżin, l-immaniġġjar u t-trasport tal-kokk u tal-qatran, u tal-proċessi mekkaniċi (bħat-tħin) u l-grafitizzazzjoni u l-immaxinjar, il-BAT hija l-użu ta’ filtru b’borża.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 51.
Tabella 51
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u tal-BaP (bħala indikatur tal-PAH) fl-arja mill-ħżin, il-maniġġjar u t-trasport tal-kokk u tal-qatran, u mill-proċessi mekkaniċi (bħat-tħin) u l-grafitizzazzjoni u l-immaxinjar
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (134) |
Trab |
2 – 5 |
BaP |
≤ 0,01 (135) |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 179. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-PAH fl-arja waqt il-produzzjoni ta’ pasta u profili ħodor, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika (136) |
a |
Purifikatur niexef bl-użu tal-kokk bħala aġent ta’ adsorbiment u bi tkessiħ minn qabel jew mingħajru, u segwit minn filtru b’borża |
b |
Filtru tal-kokk |
c |
Ossidatur termali riġenerattiv |
d |
Ossidatur termali |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 52.
Tabella 52
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u tal-BaP (bħala indikatur tal-PAH) fl-arja mill-produzzjoni ta’ pejst aħdar u ta’ profili ħodor
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (137) |
Trab |
2 – 10 (138) |
BaP |
0,001 – 0,01 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 180. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-PAH waqt il-ħami, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika (139) |
Applikabbiltà |
a |
Kombinament ta’ ESP flimkien ma’ pass ta’ ossidazzjoni termali (eż. ossidatur termali riġenerattiv) meta jkunu mistennija komposti volatili ħafna |
Ġeneralment applikabbli |
b |
Kombinament ta’ ossidatur termali riġenerattiv flimkien ma’ pretrattament (eż. ESP) f’każijiet ta’ livell għoli ta’ kontenut ta’ trab fil-gass tal-egżost |
Ġeneralment applikabbli |
c |
Ossidatur termali |
Mhux applikabbli għal fran b’ċirku kontinwu |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 53.
Tabella 53
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u tal-BaP (bħala indikatur tal-PAH) fl-arja mill-ħami u mill-ħami mill-ġdid
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (140) |
Trab |
2 – 10 (141) |
BaP |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
BAT 181. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-PAH waqt il-mili, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinament tagħhom.
|
Teknika (144) |
a |
Purifikatur niexef segwit minn filtru b’borża |
b |
Filtru tal-kokk |
c |
Ossidatur termali |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 54.
Tabella 54
Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u tal-BaP (bħala indikatur tal-PAH) fl-arja mill-mili
Parametru |
BAT-AEL (mg/Nm3) (145) |
Trab |
2 – 10 |
BaP |
0,001 – 0,01 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.9.1.3 Emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit
BAT 182. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 fl-arja meta fil-proċess jkun hemm żieda tal-kubrit, il-BAT hija l-użu ta’ purifikatur niexef u/jew niedi.
1.9.1.4 Emissjonijiet ta’ komposti organiċi
BAT 183. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi fl-arja, inkluż il-fenol u l-formaldeid mill-istadju tal-mili (impregnation) fejn jintużaw aġenti speċjali tal-mili bħalma huma r-reżini u s-solventi bijodegradabbli, il-BAT hija l-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (146) |
a |
Kombinament ta’ ossidatur termali riġenerattiv u ESP għall-istadji tat-taħlit, tal-ħami u tal-mili |
b |
Bijofiltru u/jew bijopurifikatur għall-istadju tal-mili fejn jintużaw aġenti speċjali tal-mili bħalma huma r-reżini u s-solventi bijodegradabbli |
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 55.
Tabella 55
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-TVOC fl-arja mill-istadji tat-taħlit, tal-ħami u tal-mili
Parametru |
|
TVOC |
≤ 10 – 40 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa fi BAT 10.
1.9.2 Skart
BAT 184. Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta’ skart mibgħuta għar-rimi, il-BAT hija l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet fuq is-sit biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-użu mill-ġdid tar-residwi jew, fin-nuqqas ta’ dan, biex ir-residwi tal-proċess jiġu riċiklati, inkluż bl-użu mill-ġdid jew bir-riċiklaġġ tal-karbonju jew ta’ residwi oħra mill-proċessi tal-produzzjoni fil-proċess jew fi proċessi esterni oħrajn.
1.10. DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI
1.10.1 Emissjonijiet fl-arja
It-tekniki deskritti hawn taħt huma elenkati skont is-sustanzi niġġiesa ewlenin li għandhom l-għan li jnaqqsu.
1.10.1.1 Emissjonijiet ta’ trab
Teknika |
Deskrizzjoni |
Filtru b’borża |
Filtri b’borża, spiss imsemmija bħala filtri tad-drapp, huma magħmula minn drapp minsuġ jew minn feltru poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jineħħew il-partikuli. L-użu ta’ filtru b’borża jeħtieġ għażla ta’ materjal ta’ tessut adegwat għall-karatteristiki tal-effluwenti gassużi u tat-temperatura operattiva massima. |
Preċipitatur elettrostatiku (ESP) |
Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw b’tali mod li l-partikuli jiġu ċċarġjati u separati taħt l-influwenza ta’ kamp elettriku. Huma kapaċi joperaw f’firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet. F’ESP fix-xott, il-materjal miġbur jitneħħa mekkanikament (eż. bit-tħawwid, bil-vibrazzjoni, bl-arja kkompressata), filwaqt li f’ESP fl-umdu dan jiġi fflaxxjat b’likwidu xieraq, ġeneralment ilma. |
Purifikatur niedi |
It-tisfija mill-impuritajiet fl-umdu tinvolvi s-separazzjoni tat-trab billi l-gassijiet li jidħlu jitħalltu b’mod intensiv mal-ilma, normalment flimkien mat-tneħħija ta’ partikuli rozzi bl-użu tal-forza ċentrifuga. It-trab li jitneħħa jinġabar fil-qiegħ tal-purifiktur. Barra minn hekk, jistgħu jitneħħew sustanzi bħal SO2, NH3, xi VOC u metalli tqal |
1.10.1.2 Emissjonijiet NOX
Teknika |
Deskrizzjoni |
Berner li jipproduċi ftit NOx |
Il-berners b’emissjonijiet baxxi ta’ NOx inaqqsu l-formazzjoni ta’ NOx billi jnaqqsu t-temperaturi massimi tal-fjamma, u jittardjaw iżda fl-istess ħin jikkompletaw il-kombustjoni u jżidu t-trasferiment tas-sħana (żieda fl-emissività tal-fjamma). Il-berners b’NOx ultrabaxx li jinkludi kombustjoni fi stadji (arja/fjuwil) u riċirkolazzjoni tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija |
Berner b’ossiġenu u fjuwil |
It-teknika tinvolvi s-sostituzzjoni tal-arja tal-kombustjoni b’ossiġenu, bl-eliminazzjoni/tnaqqis konsegwenti tal-formazzjoni termali ta’ NOX min-nitroġenu li jidħol fil-forn. Il-kontenut residwu ta’ nitroġenu fil-forn jiddependi mill-purità tal-ossiġenu pprovdut, fuq il-kwalità tal-fjuwil u fuq il-fetħa tal-arja potenzjali |
Riċirkolazzjoni tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija |
Din timplika l-injezzjoni mill-ġdid tal-effluwenti tal-gass mill-forn għal ġol-fjamma biex jitnaqqas il-kontenut ta’ ossiġenu u, b’hekk, titnaqqas ukoll it-temperatura tal-fjamma. L-użu ta’ berners speċjali huwa bbażat fuq ir-riċirkolazzjoni interna tal-gassijiet tal-kombustjoni li jkessħu l-bażi tal-fjammi u jnaqqsu l-kontenut ta’ ossiġenu fl-iżjed parti sħuna tal-fjammi |
1.10.1.3 Emissjonijiet ta’ SO2, HCl, HF
Teknika |
Deskrizzjoni |
Purifikatur niexef jew semi niexef |
Trab niexef jew sospensjoni/soluzzjoni ta’ reaġent alkalin (pereżempju ġir jew bikarbonat tas-sodju) jiġi introdott u dispers fil-fluss tal-effluwent gassuż. Il-materjal jirreaġixxi mal-ispeċijiet gassużi tal-aċidu (eż: SO2) biex jifforma solidu li jrid jitneħħa b’filtrazzjoni (filtru b’borża jew preċipitatur elettrostatiku). L-użu ta’ torri ta’ reazzjoni jtejjeb l-effiċjenza tat-tneħħija tas-sistema tat-tisfija mill-impuritajiet. L-adsorbiment jista’ jinkiseb ukoll permezz tal-użu ta’ torrijiet mimlija (eż. filtru tal-kokk). Għal impjanti eżistenti, il-prestazzjoni hija marbuta mal-parametri tal-proċess bħat-temperatura (min. 60 °C), il-kontenut tal-umdità, il-ħin tal-kuntatt, il-fluttwazzjoni tal-gass u l-kapaċità tas-sistema tal-filtrazzjoni tat-trab (eż. filtru b’borża) li tlaħħaq mat-tagħbija addizzjonali tat-trab |
Purifikatur niedi |
Fil-proċess tat-tisfija mill-impuritajiet fl-umdu, il-komposti gassużi jiġu mdewba f’soluzzjoni ta’ purifikazzjoni (eż. soluzzjoni alkalina li fiha l-ġir, NaOH, jew H2O2). ‘L isfel mill-purifikatur niedi, l-effluwenti gassużi jiġu saturati bl-ilma u titwettaq separazzjoni tal-qatriet qabel l-iskariku tal-effluwenti gassużi. Il-likwidu li jirriżulta jiġi ttrattat anki bi proċess tal-ilma mormi u l-materja mhux solubbli tiġi miġbura permezz ta’ sedimentazzjoni jew filtrazzjoni. Għal impjanti eżistenti, din it-teknika tista’ tirrikjedi disponibbiltà sinifikanti ta’ spazju |
Użu ta’ fjuwils b’kontenut baxx ta’ kubrit |
L-użu ta’ gass naturali jew ta’ żejt tal-fjuwil b’kontenut baxx ta’ kubrit inaqqas l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ SO2 u SO3 mill-ossidazzjoni tal-kubrit preżenti fil-fjuwil waqt il-kombustjoni |
Sistema ta’ adsorbiment/desorbiment ibbażata fuq il-polietere |
Solvent abbażi tal-polietere jintuża biex jassorbi selettivament l-SO2 mill-gassijiet tal-egżost. Imbagħad, l-SO2 assorbit jitneħħa f’kolonna oħra u s-solvent jiġi riġenerat kompletament. L-SO2 li jitneħħa jintuża għall-produzzjoni ta’ SO2 likwidu jew għall-produzzjoni ta’ aċidu sulfuriku |
1.10.1.4 Emissjonijiet tal-merkurju
Teknika |
Deskrizzjoni |
Assorbiment tal-karbonju attivat |
Dan il-proċess huwa bbażat fuq l-adsorbiment tal-merkurju fuq il-karbonju attivat. Meta s-superfiċje tkun adsorbiet kemm tiflaħ, il-kontenut assorbit jiġi desorbit bħala part mir-riġenerazzjoni tal-assorbent |
Assorbiment tas-selenju |
Dan il-proċess huwa bbażat fuq l-użu ta’ sferi miksija bis-selenju fuq bażi ppakkjata. Is-selenju amorfuż aħmar jirreaġixxi mal-merkurju fil-gass biex jiġi ffurmat l-HgSe. Il-filtru imbagħad jiġi ttrattat sabiex is-selenju jiġi riġenerat. |
1.10.1.5 Emissjonijiet ta’ VOC, PAH u PCDD/F
Teknika |
Deskrizzjoni |
Afterburner jew ossidatur termali |
Sistema tal-kombustjoni li fiha s-sustanza niġġiesa fil-fluss tal-gass tal-egżost tirreaġixxi mal-ossiġenu f’ambjent ikkontrollat bit-temperatura għall-ħolqien ta’ reazzjoni ta’ ossidazzjoni |
Ossidatur termali riġenerattiv |
Sistema ta’ kombustjoni li tuża proċess riġenerattiv biex tagħmrl użu mill-enerġija termali tal-komposti tal-gass u tal-karbonju bl-użu ta’ pjattaformi ta’ appoġġ refrattarji. Tenħtieġ sistema ta’ manifold biex tinbidel id-direzzjoni tal-fluss tal-gass biex jitnaddaf il-qiegħ. Huwa magħruf ukoll bħala afterburner riġenerattiv |
Ossidatur termali katalitiku |
Sistema ta’ kombustjoni fejn id-dekompożizzjoni titwettaq fuq wiċċ katalizzatur metalliku f’temperaturi iktar baxxi, tipikament minn 350 °C sa 400 °C. Din magħrufa wkoll bħala afterburner katalitiku |
Bijofiltru |
Dan jikkonsisti f’bażi ta’ materjal organiku jew inerti, fejn is-sustanzi niġġiesa mill-flussi ta’ effluwenti gassużi huma ossidati bijoloġikament permezz ta’ mikroorganiżmi |
Bijopurifikatur |
Jikkombina t-tisfija tal-gassijiet mill-impuritajiet fl-umdu (adsorbiment) u l-bijodegradazzjoni, filwaqt li l-ilma tat-tisfija jkun fih popolazzjoni ta’ mikroorganiżmi xierqa biex jossidaw il-komponenti noċivi li jinsabu fil-gassijiet |
Agħżel u alimenta l-materja prima skont il-forn u t-tekniki ta’ tnaqqis użati |
Il-materja prima tintgħażel b’tali mod li l-forn u s-sistema ta’ eliminazzjoni użati biex tinkiseb il-prestazzjoni meħtieġa ta’ tnaqqis ikunu jistgħu jittrattaw kif suppost il-kontaminanti miżmuma fl-alimentazzjoni |
Ottimizza l-kundizzjonijiet tal-kombustjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi |
Taħlit tajjeb tal-kontenut ta’ arja jew ossiġenu u karbonju, kontroll tat-temperatura tal-gassijiet u tal-ħin ta’ permanenza f’temperaturi għoljin biex il-karbonju organiku jiġi ossidat bl-inklużjoni tal-PCDD/F. Jista’ jinkludi wkoll l-użu ta’ arja arrikkita jew ta’ ossiġenu pur |
Użu ta’ sistemi ta’ ċarġ, għal forn semimagħluq, biex il-materja prima tiżdied ftit ftit |
Żid il-materja prima f’porzjonijiet żgħar fi fran semimagħluqa biex jitnaqqas l-effett ta’ tkessiħ tal-forn waqt l-iċċarġjar. Hekk it-temperatura tal-gass tinżamm ogħla u tiġi evitata l-formazzjoni ta’ PCDD/F |
Sistema ta’ berner intern |
Il-gass tal-egżost huwa dirett mill-fjamma tal-berner u l-karbonju organiku jiġi konvertit bl-ossiġenu għal CO2 |
Evitar ta’ sistemi tal-egżost b’livell għoli ta’ akkumulazzjoni tat-trab għal temperaturi > 250 °C |
Il-preżenza ta’ trab f’temperaturi ogħla minn 250 °C tippromwovi l-formazzjoni ta’ PCDD/F minn sinteżi de novo |
Injezzjoni ta’ aġenti ta’ adsorbiment flimkien ma’ sistema effiċjenti għall-ġbir tat-trab |
PCDD/F jista’ jiġi adsorbit fuq it-trab u b’hekk l-emissjonijiet jistgħu jitnaqqsu bl-użu ta’ sistema ta’ filtrazzjoni effiċjenti tat-trab. L-użu ta’ aġenti ta’ adsorbiment speċifiċi jippromwovi dan il-proċess u jnaqqas l-emissjonijiet ta’ PCDD/F |
Estinzjoni rapida |
Sinteżi de novo ta’ PCDD/F titwaqqaf bit-tkessiħ rapidu tal-gass minn 400 °C għal 200 °C |
1.10.2 Emissjonijiet fl-ilma
Tekniki |
Deskrizzjonijiet |
Preċipitazzjoni kimika |
Il-konverżjoni ta’ sustanzi niġġiesa maħlula f’kompost li ma jinħallx fl-ilma biż-żieda ta’ preċipitanti kimiki. Il-preċipitanti solidi ffurmati jiġu separati sussegwentement permezz ta’ sedimentazzjoni, flotazzjoni jew filtrazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, dan jista’ jiġi segwit permezz tal-ultrafiltrazzjoni jew ożmożi inversa. Il-kimiki tipiċi għall-preċipitazzjoni tal-metall huma l-ġir, l-idrossidu tas-sodju, u sulfur tas-sodju. |
Sedimentazzjoni |
Is-separazzjoni tal-materjal sospiż u l-partikuli sospiżi permezz tad-depożitar gravitazzjonali |
Flotazzjoni |
Is-separazzjoni ta’ partikuli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jinthemżu ma’ bżieżaq tal-gass fini, normalment arja. Partiċelli li jżommu fil-wiċċ jakkumulaw f’wiċċ l-ilma u jinġabru bi xkumaturi |
Filtazzjoni |
Is-separazzjoni tas-solidi mill-ilma mormi billi jingħaddu minn ġo materjal poruż. Ir-ramel huwa l-aktar mezz ta’ filtrazzjoni użat |
Ultrafiltrazzjoni |
Proċess ta’ filtrazzjoni fejn membrani b’daqsijiet tal-pori ta’ madwar 10 μm jintużaw bħala mezz ta’ filtrazzjoni |
Filtrazzjoni tal-karbonju attivat |
Proċess ta’ filtrazzjoni fejn jintuża karbonju attivat bħala mezz ta’ filtrazzjoni |
Ożmożi inversa |
Proċess bil-membrana fejn id-differenza ta’ pressjoni applikata bejn il-kompartimenti separati mill-membrana tikkawża fluss tal-ilma mis-soluzzjoni l-aktar ikkonċentrata għal dik inqas ikkonċentrata |
1.10.3 Oħrajn
Tekniki |
Deskrizzjonijiet |
Demister |
Demisters huma apparat b’filtru li jneħħu l-qtar żgħar ta’ likwidu inkorporati fi fluss ta’ gass. Dawn jikkonsistu fi struttura minsuġa ta’ wajers tal-metall jew tal-plastik, b’erja tal-wiċċ speċifika għolja. Permezz tal-momentum tagħhom, il-qtar żgħar preżenti fil-fluss tal-gass jaqbdu mal-wajers u jinġabru fi qtar akbar |
Sistema ċentrifuga |
Sistemi ċentrifugi jużaw l-inerzja biex ineħħu l-qtar żgħar mill-flussi tal-effluwenti gassużi billi jagħtu forza ċentrifuga |
Sistema tal-ġbid imsaħħa |
Sistemi mfassla biex jimmodifikaw il-kapaċità tal-fann tal-estrazzjoni abbażi tas-sorsi tad-dħaħen li jinbidlu matul iċ-ċikli taċ-ċarġ, tad-tidwib u tat-tappjar. Jiġi applikat ukoll kontroll awtomatizzat ta’ rata tal-berner waqt l-iċċarġjar biex jiġi żgurat fluss minimu ta’ gass matul operazzjonijiet bil-bieba miftuħa |
Ċentrifugazzjoni tal-irbab |
Iċ-ċentrifugazzjoni hija metodu mekaniku għas-separazzjoni taż-żejt mill-irbab. Biex tiżdied il-veloċità tal-proċess ta’ sedimentazzjoni, tiġi applikata qawwa ċentrifuga fuq l-irbab u ż-żejt jiġi sseparat |
Tnixxif tal-irbab |
Il-proċess ta’ tnixxif tal-irbab juża tanbur rotatorju msaħħan indirettament. Biex jitneħħa ż-żejt, jitwettaq proċess pirolitiku f’temperatura ta’ bejn 300 °C u 400 °C |
Bieba tal-forn issiġillata jew siġillar tal-bibien tal-fran |
Il-bieba tal-forn maħsuba biex tipprovdi siġill effiċjenti biex tilqa’ milli jaħarbu l-emissjonijiet diffużi u biex tinżamm pressjoni pożittiva ġewwa l-forn matul l-istadju ta’ tidwib |
(1) Għall-proċessi ta’ lottijiet tista’ tintuża l-medja ta’ numru rappreżentattiv ta’ kejlijiet meħuda fuq it-total tal-ħin, jew ir-riżultat ta’ kejl imwettaq fuq it-total tal-ħin.
(2) Għal flussi mhux kontinwi, tista’ tintuża proċedura differenti ta’ teħid ta’ kampjuni li twassal għal riżultati rappreżentattivi (pereżempju t-teħid ta’ kampjun aleatorju).
(3) Għal sorsi ta’ emissjonijiet għoljin, il-BAT hija l-kejl kontinwu jew, fejn il-kejl kontinwu ma jkunx applikabbli, monitoraġġ perjodiku aktar frekwenti.
(4) Għal sorsi żgħar (< 10 000 Nm3/h) ta’ emissjonijiet tat-trab mill-ħżin u mill-immaniġġjar tal-materja prima, il-monitoraġġ jista’ jkun ibbażat fuq il-kejl ta’ parametri sostituti (bħall-waqgħa tal-pressjoni).
(5) Il-metalli li għandhom jiġu mmonitorjati jiddependu mill-kompożizzjoni tal-materja prima użata.
(6) B’relazzjoni ma’ BAT 69(a), jista’ jintuża bilanċ tal-massa biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-SO2, abbażi tal-kejl tal-kontenut ta’ kubrit ta’ kull lott ta’ anodu kkunsmat.
(7) Fejn rilevanti fid-dawl ta’ fatturi bħall-kontenut ta’ komposti organiċi aloġenati tal-materja prima użata, il-profil tat-temperatura, eċċ.
(8) Il-monitoraġġ hu rilevanti fejn il-materja prima jkun fiha l-kubrit.
(9) Il-monitoraġġ jista’ ma jkunx rilevanti għall-proċessi idrometallurġiċi.
(10) Fejn rilevanti fid-dawl tal-kontenut ta’ komposti organiċi fil-materja prima użata.
(11) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(12) Bħala medja ta’ kuljum jew bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(13) In-naħa ta’ isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ adsorbenti (e.g. karbonju attivat, selenju) flimkien ma’ filtrazzjoni tat-trab, ħlief għal proċessi fejn jintużaw Waelz kilns.
(14) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(15) Il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ tiġi adattata jekk is-serje tad-dejta turi b’mod ċar stabbiltà suffiċjenti tal-emissjonijiet.
(16) Nota:“metalli oħra mhux ferrużi” tfisser il-produzzjoni ta’ metalli mhux ferrużi għajr dawk indirizzati speċifikament fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.8.
(17) Il-metalli mmonitorjati jiddependu mill-kompożizzjoni tal-materja prima użata.
(18) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(19) Fil-każ ta’ kontenut għoli ta’ arseniku totali tal-input tal-impjant, il-BAT-AEL jistgħu jkunu sa 0,2 mg/l.
(20) Id-deskrizzjoni tat-tekniki hi mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(21) Id-deskrizzjoni tat-tekniki hi mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(22) Id-deskrizzjoni tat-tekniki tinsab fit-Taqsima 1.10.
(23) Id-deskrizzjoni tat-tekniki hi mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(24) Id-deskrizzjoni tat-tekniki hi mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(25) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(26) Bħala medja ta’ kuljum jew bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(27) Bħala medja ta’ kuljum.
(28) L-emissjonijiet tat-trab huma mistennija li jkunu lejn il-valuri l-aktar baxxi tal-medda meta l-emissjonijiet tal-metalli tqal jaqbżu l-livelli li ġejjin: 1 mg/Nm3 għaċ-ċomb, 1 mg/Nm3 għar-ram, 0,05 mg/Nm3 għall-arseniku, 0,05 mg/Nm3 għall-kadmju.
(29) Meta l-konċentrati użati jkollhom kontenut għoli ta’ karbonju organiku (eż. madwar 10 wt-%), jistgħu jkunu mistennija emissjonijiet ta’ sa 10 mg/Nm3.
(30) L-emissjonijiet tat-trab huma mistennija li jkunu lejn il-valuri l-aktar baxxi tal-medda meta l-emissjonijiet taċ-ċomb ikunu ogħla minn 1 mg/Nm3.
(31) In-naħa ta’ isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ filtru b’borża.
(32) L-emissjonijiet tat-trab huma mistennija li jkunu lejn il-valuri l-aktar baxxi tal-medda meta l-emissjonijiet tar-ram ikunu ogħla minn 1 mg/Nm3.
(33) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jinsabu fit-Taqsima 1.10.
(34) Bħala medja ta’ kuljum jew bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(35) In-naħa ta’ isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ ossidatur termali riġenerattiv.
(36) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(37) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar ta’ mill-inqas sitt sigħat.
(38) Bħala medja ta’ kuljum jew bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(39) Fil-każ tal-użu ta’ purifikatur niedi jew konċentrat b’kontenut baxx ta’ kubrit, il-BAT-AEL jistgħu jkunu sa 350 mg/Nm3.
(40) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(41) Bħala medja ta’ kuljum jew bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(42) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(43) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(44) Bħala medja ta’ kuljum jew bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(45) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(46) Bħala medja ta’ kuljum.
(47) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(48) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(49) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jinsabu fit-Taqsima 1.10
(50) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(51) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(52) Bħala massa ta’ sustanzi niġġiesa emessi matul sena tal-istruttura tal-elettroliżi diviża bil-massa tal-aluminju likwidu prodott fl-istess sena.
(53) Dawn il-BAT-AELs mhumiexapplikabbli gġal impjanti li minħabba l-konfigurazzjoni tagħhom ma jistgħux ikejlu l-emissjonijiet mis-saqaf.
(54) Id-deskrizzjoni tat-tekniki tinsab fit-Taqsima 1.10.
(55) Bħala medja tal-kampjuni meħuda fuq perjodu ta’ sena.
(56) In-naħa ta’ isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ filtru b’borża.
(57) Id-deskrizzjoni tat-tekniki hi mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(58) Bħala massa ta’ sustanzi niġġiesa emessi matul sena diviża bil-massa tal-aluminju likwidu prodott fl-istess sena.
(59) In-naħa ta’ isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ purifikatur niedi. In-naħa ta’ fuq tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ anodi b’kontenut baxx ta’ kubrit.
(60) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jinsabu fit-Taqsima 1.10.
(61) Id-deskrizzjoni tat-tekniki hi mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(62) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(63) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(64) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(65) Għal fran imfassla biex jużaw materja prima mhux kontaminatau li jużaw lilha biss, li għalihom l-emissjonijiet tat-trab huma taħt 1 kg/h, in-naħa ta’ fuq tal-medda hija 25 mg/Nm3 bħala medja tal-kampjuni miksuba matul is-sena.
(66) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(67) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(68) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar ta’ mill-inqas sitt sigħat.
(69) Id-deskrizzjoni tat-tekniki tinsab fit-Taqsima 1.10.
(70) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar. Għall-irfinar li jitwettaq bis-sustanzi kimiċi bħall-kloru, il-BAT-AEL jirreferu għall-konċentrazzjoni medjawaqt il-klorinazzjoni.
(71) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar. Għall-irfinar li jitwettaq bis-sustanzi kimiċi bħall-kloru, il-BAT-AEL jirreferu għall-konċentrazzjoni medjawaqt il-klorinazzjoni.
(72) Applikabbli biss għall-emissjonijiet mill-proċessi tal-irfinar imwettqa b’sustanzi kimiċi li jkun fihom il-kloru.
(73) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(74) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(75) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(76) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(77) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(78) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(79) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(80) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(81) L-emissjonijiet tat-trab huma mistennija li jkunu lejn il-valuri l-aktar baxxi tal-medda meta l-emissjonijiet jaqbżu l-livelli li ġejjin: 1 mg/Nm3 għar-ram, 0,05 mg/Nm3 għall-arseniku, 0,05 mg/Nm3 għall-kadmju.
(82) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(83) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(84) L-emissjonijiet tat-trab huma mistennija li jkunu lejn il-valuri l-aktar baxxi tal-medda meta l-emissjonijiet jaqbżu l-livelli li ġejjin: 1 mg/Nm3 għar-ram, 1 mg/Nm3 għall-antimonju, 0,05 mg/Nm3 għall-arseniku, 0,05 mg/Nm3 għall-kadmju.
(85) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(86) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(87) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(88) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(89) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar ta’ mill-inqas sitt sigħat.
(90) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(91) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(92) Meta ma jkunux disponibbli l-purifikaturi niedja, in-naħa ta’ fuq tal-medda hija 500 mg/Nm3.
(93) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(94) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(95) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(96) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(97) Meta ma jkunx disponibbli l-filtru bil-borża, in-naħa ta’ fuq tal-medda hija 10 mg/Nm3.
(98) Bħala medja ta’ kuljum.
(99) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(100) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(101) Meta ma jkunx disponibbli l-filtru bil-borża, in-naħa ta’ fuq tal-medda tista’ tkun ogħla, sa 15 mg/Nm3.
(102) L-emissjonijiet tat-trab huma mistennija li jkunu lejn il-valuri l-aktar baxxi tal-medda meta l-emissjonijiet tal-arseniku jew tal-kadmju jkunu ogħla minn 0,05 mg/Nm3.
(103) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(104) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(105) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar ta’ mill-inqas sitt sigħat.
(106) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(107) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(108) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(109) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(110) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(111) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(112) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(113) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(114) Bħala medja ta’ kull siegħa jew medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(115) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(116) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(117) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(118) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(119) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(120) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(121) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar ta’ mill-inqas sitt sigħat.
(122) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(123) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(124) Bħala medja ta’ kuljum jew bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(125) In-naħa ta’ fuq tal-medda tista’ tkun sa 10 mg/Nm3 għall-każijiet fejn ma jistax jintuża filtru b’borża.
(126) In-naħa ta’ fuq tal-medda tista’ tkun sa 15 mg/Nm3 għall-produzzjoni ta’ FeMn, SiMn, CaSi minħabba n-natura twaħħal tat-trab (ikkawżata pereżempju mill-kapaċità igroskopika tiegħu jew mill-karatteristiki kimiċi) li taffettwa l-effiċjenza tal-filtru b’borża.
(127) L-emissjonijiet tat-trab huma mistennija li jkunu lejn il-valuri l-aktar baxxi tal-medda meta l-emissjonijiet tal-metalli jaqbżu l-livelli li ġejjin: 1 mg/Nm3 għaċ-ċomb, 0,05 mg/Nm3 għall-kadmju, 0,05 mg/Nm3 għall-kromjuVI, 0,05 mg/Nm3 għat-tallju.
(128) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar ta’ mill-inqas sitt sigħat.
(129) Trab u ħama kkontaminati ħafna ma jistgħux jerġgħu jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati. L-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ jistgħu jkunu limitati wkoll minħabba problemi ta’ akkumulazzjoni (eż. l-użu mill-ġdid ta’ trab mill-produzzjoni ta’ FeCr jista’ jwassal għal akkumulazzjoni ta’ Zn fil-forn).
(130) Bħala medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(131) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(132) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(133) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(134) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(135) Partiċelli tal-BaP huma mistennija biss jekk qed jiġi pproċessat qatran solidu.
(136) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(137) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(138) In-naħa t’isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ purifikatur niexef bl-użu tal-kokk bħala aġent ta’ adsorbiment segwit minn filtru b’borża. In-naħa ta’ fuq tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ ossidatur termali.
(139) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(140) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(141) In-naħa t’isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ kombinament ta’ ESP u ossidatur termali riġenerattiv. In-naħa ta’ fuq tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ ossidatur termali.
(142) In-naħa t’isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ ossidatur termali. In-naħa ta’ fuq tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ kombinament ta’ ESP u ossidatur termali riġenerattiv.
(143) Għall-produzzjoni katodika, in-naħa ta’ fuq tal-medda hija 0,05 mg/Nm3.
(144) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(145) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(146) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.10.
(147) Bħala medja tul il-perjodu ta’ kampjunar.
(148) In-naħa ta’ isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ kombinament ta’ ESP u ossidatur termali riġenerattiv. In-naħa ta’ fuq tal-medda hija assoċjata mal-użu ta’ bijofiltru u/jew bijopurifikatur.