4.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2245
tat-3 ta' Diċembru 2015
li jemenda għall-239 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 7a(1) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fl-14 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda jemenda annotazzjoni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Fis-26 ta' Ottubru, fit-12 ta' Novembru u fil-25 ta' Novembru 2015, il-UNSC ddeċieda li jħassar total ta' erba' entrati f'dik il-lista. Barraminnhekk, fit-30 ta' Novembru 2015, il-UNSC approva ż-żieda ta' entrata fil-lista msemmija. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan, |
(3) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”: “Emrah Erdogan (alias (a) Imraan Al-Kurdy, (b) Imraan, (c) Imran, (d) Imran ibn Hassan, (e) Salahaddin El Kurdy, (f) Salahaddin Al Kudy, (g) Salahaddin Al-Kurdy, (h) Salah Aldin, (i) Sulaiman, (j) Ismatollah, (k) Ismatullah, (l) Ismatullah Al Kurdy). Data tat-twelid: 2.2.1988. Post tat-twelid: Karliova, it-Turkija. Indirizz: Il-ħabs ta' Werl, il-Ġermanja (minn Mejju 2015). Nazzjonalità: Ġermaniża. Nru tal-passaport BPA C700RKL8R4 (identifikazzjoni nazzjonali Ġermaniża maħruġa fit-18 ta' Frar 2010, tiskadi fis-17 ta' Frar 2016). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn kannella, kulur tax-xagħar kannella, binja: b'saħħitha, piż: 92 kg, tul: 176 ċm, għazza fuq id-dahar fuq il-lemin (b) Isem l-omm: Emine Erdogan. (c) Isem il-missier: Sait Erdogan.” |
(2) |
L-entrata “Abu Bakar Ba'asyir (alias (a) Baasyir, Abu Bakar, (b) Bashir, Abu Bakar, (c) Abdus Samad, (d) Abdus Somad). Data tat-twelid: 17.8.1938. Post tat-twelid: Jombang, Java tal-Lvant, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana.”, fl-intestatura “Persuni fiżiċi”, għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Abu Bakar Ba'asyir (alias (a) Abu Bakar Baasyir, (b) Abu Bakar Bashir, (c) Abdus Samad, (d) Abdus Somad). Data tat-twelid: 17.8.1938. Post tat-twelid: Jombang, Java tal-Lvant, l-Indoneżja. Indirizz: L-Indoneżja (ħabs) Nazzjonalità: Indoneżjana.” |
(3) |
L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:
|