6.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1777

tal-5 ta' Ottubru 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl- Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(2)

Fuq il-bażi ta' reviżjoni mill-Kunsill, l-entrata għal persuna minnhom għandha tiġi emendata.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


ANNESS

L-entrata għall-persuni li ġejjin li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 tinbidel b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

10.

Serhii Petrovych Kliuiev

(Сергiй Петрович Клюєв),

Serhiy Petrovych Klyuyev

Imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969, ħu s-Sur Andrii Kliuiev, negozjant.

Persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. Persuna assoċjata ma' persuna indikata (Andrii Petrovych Kliuiev) soġġetta għal proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għal miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014