1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1330

tal-31 ta' Lulju 2015

li jemenda għall-234 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva ż-żieda ta' persuna fiżika mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet kontra Al Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:

“Aliaskhab Alibulatovich Kebekov (Алиaсхаб Алибулатович Кебеков) (psewdonimu: (a) Sheikh Abu Muhammad, (b) Ali Abu Muhammad, (c) Abu Muhammad Ali Al-Dagestani). Data tat-twelid: 1.1.1972. Post tat-twelid: Il-Villaġġ ta' Teletl, id-Distrett ta' Shamilskiy, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: Russa. Nru tal-passaport: 628605523 (In-numru tal-Passaport Russu għall-Ivvjaġġar Barra mill-Pajjiż, maħruġ fl-4.7.2006 fis-Servizz Federali tal-Migrazzjoni tal-Federazzjoni Russa, jiskadi fis-16.7.2016). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 8203883123 (In-numru tal-Passaport Nazzjonali Russu maħruġ fis-16.7.2005 fid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni (OVD), id-Distrett tal-Kirovskiy, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa, jiskadi fil-1.1.2017). Indirizz: Shosse Aeroporta, 5 Ap. 7 Makhachkala, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. Tagħrif ieħor: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; il-kulur tax-xagħar: griż; tul: 170-175 ċm; korporatura: tqil, b'wiċċ ovali, bil-leħja; (b) Isem missieru: Alibulat Kebekovich Kebekov, imwieled fl-1927; (c) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.3.2015.”

(2)

L-entrata “Mohammed Al Ghabra. Indirizz: East London, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 1.6.1980. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nazzjonalità: Brittanika. Numru tal-Passaport: 094629366 (ir-Renju Unit). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Mohamed Ayman Ghabra; (b) Isem l-omm huwa Dalal. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.12.2006.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Mohammed Al Ghabra. (psewdonimu: (a) Mohammed El' Ghabra (b) Danial Adam) Indirizz: East London, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 1.6.1980. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nazzjonalità: Brittanika. Numru tal-Passaport: 094629366 (ir-Renju Unit). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Mohamed Ayman Ghabra; (b) Isem l-omm huwa Dalal. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.12.2006.”