1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1322

tal-31 ta' Lulju 2015

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fit-23 ta' Settembru 2014 u s-27 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit f'konformità mal-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

I.

L-entrati ta' hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011:

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Basir Noorzai (psewdonimi: (a) Haji Abdul Basir, (b) Haji 'Abd Al-Basir (c) Haji Basir Noorzai, (d) Abdul Baseer (e) Abdul Basir).

Titolu: Haji. Indirizz: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: a) 1965 b) 1960 c) 1963. Post tat-twelid: Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgan Nru tal-passaport: Numru tal-passaport Pakistani AA3829182 Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Pakistana 5420124679187. Informazzjoni oħra: Proprjetarju ta' “Haji Basir and Zarjmil Company Hawala”, li tipprovdi servizzi finanzjarji lit-Taliban fir-reġjun. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:27.3.2015

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Basir Noorzai ġie inkluż fil-lista fis-27 ta' Marzu 2015 skont il-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet iddeżinjati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Informazzjoni addizzjonali:

Haji Abdul Basir (Basir) huwa l-proprjetarju u l-operatur ta' “Haji Basir and Zarjmil Company Hawala”. Basir kellu l-awtorità li jqassam il-flus lit-Taliban, u matul dawn l-aħħar ftit snin, Basir qassam eluf ta' dollari permezz tal-Hawala tiegħu lill-membri tat-Taliban fir-reġjun. Basir iffinanzja l-attivitajiet tat-Taliban permezz tal-Hawala tiegħu, ittrasferixxa flus lis-superjuri tat-Taliban u ffaċilita l-ivjaġġar ta' informaturi tat-Taliban.

Sa mill-2012, Basir kien meqjus bħala l-iskambjatur prinċipali tal-flus għat-tmexxija għolja tat-Taliban. Fl-2010 wkoll, Basir isolleċita donazzjonijiet lit-Taliban minn espatrijati Pakistani u Afgani li jgħixu fil-Ġappun, l-Emirati Għarab Magħquda u Singapore.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Haji Basir and Zarjmil Company Hawala (psewdonomi: (a) Haji Bashir and Zarjmil Hawala Company (b) Haji Abdul Basir and Zar Jameel Hawala (c) Haji Basir Hawala (d) Haji Baseer Hawala (e) Haji Abdul Basir Exchange Shop (f) Haji Basir and Zarjamil Currency Exchange (g) Haji Zar Jamil, Haji Abdul Baseer Money Changer.

Indirizz: (a) Fergħa 1: Sanatan (varjant Sanatin) Bazaar, Triq Sanatan Bazaar, qrib Triq Trench (varjant Tranch), Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan(b) Fergħa 2: Quetta, il-Pakistan. (c) Fergħa 3: Lahore, il-Pakistan (d) Fergħa 4: Peshawar, il-Pakistan (e) Fergħa 5: Karachi, il-Pakistan (f) Fergħa 6: Islamabad, il-Pakistan (g) Fergħa 7: Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (h) Fergħa 8: Provinċja ta' Herat, l-Afganistan (i) Fergħa 9: Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (j) Fergħa 10: Dubaj, l-Emirati Għarab Magħquda (k) Fergħa 11: Iran. Informazzjoni oħra: (a) Fornitur ta' servizzi ta' flus użat minn mexxejja anzjani tat-Taliban għat-trasferiment ta' fondi lil kmandanti tat-Taliban fir-reġjun. (b) Proprjetà ta' Abdul Basir Noorzai. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:27.3.2015

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

“Haji Basir and Zarjmil Company Hawala” ġiet inkluża fil-lista fis-27 ta' Marzu 2015 skont il-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet iddeżinjati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Informazzjoni addizzjonali:

“Haji Basir and Zarjmil Company Hawala” (Basir Zarjmil Hawala) f'Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, hija l-proprjetà ta' Abdul Basir Noorzai. Hija tqassam flus lill-membri tat-Taliban fir-reġjun. Mexxejja anzjani tat-Taliban fir-reġjun ippreferew li jittrasferixxi flus lil kmandanti tat-Taliban permezz ta' “Basir Zarjmil Hawala” u “Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange”.

Fl-2013, “Basir Zarjmil Hawala” qassmet eluf ta' dollari lil kmandanti tat-Taliban fir-reġjun, u b'hekk iffaċilitat il-finanzjament ta' operazzjonijiet tat-Taliban. Fl-2012, “Basir Zarjmil Hawala” wettqet transazzjonijiet ta' eluf ta' dollari relatati ma' armi u spejjeż operattivi oħra għat-Taliban.

II.

L-entrata ta' hawn taħt għandha titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011:

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

121.

Sangeen Zadran Sher Mohammad