25.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/648

tal-24 ta' April 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-taħwiriet u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tat-taħwiriet u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u jintroduċiha fl-Anness I, il-Parti A, tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tagħmel talba għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni tat-taħwiriet u tal-materjali mis-sors fiha għadd ta' sustanzi li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għadha ma temmitx l-evalwazzjoni tagħhom jew talbet dejta xjentifika addizzjonali sabiex tkun tista' tlesti l-evalwazzjoni tagħhom. Fil-każ ta' sustanza minnhom, jiġifieri n-N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid, il-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' din is-sustanza aromatizzanti issa rtiraw din l-applikazzjoni. Għaldaqstant, dik is-sustanza aromatizzanti għandha titneħħa mil-lista tal-Unjoni.

(5)

Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) jistabbilixxi miżuri ta' tranżizzjoni għall-ikel li fih dawn is-sustanzi aromatizzanti li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu ttikkettati skont il-liġi qabel it-22 ta' Ottubru 2014. Dawn il-miżuri ta' tranżizzjoni jistgħu ma jkunux biżżejjed għall-ikel li għandu dawn is-sustanzi aromatizzanti li se jitneħħew mil-lista tal-Unjoni wara t-22 ta' Ottubru 2014. Għaldaqstant, għandu jiġu pprovdut perjodu addizzjonali ta' tranżizzjoni għall-ikel li fih in-N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ikel li għandu s-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid (FL No. 16.094) u li jitqiegħed fis-suq jew ittikkettat skont il-liġi sa 6 xhur qabel wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, imma li ma jikkonformax mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament Nru 1334/2008, jista' jkun kummerċjalizzat sad-data tiegħu ta' durabbiltà minima jew sad-data tal-iskadenza.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' taħwiriet u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha titħassar l-annotazzjoni li ġejja:

“16.094

N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid

608514-56-3

1 596

 

 

 

4

EFSA”