8.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/549

tas-7 ta' April 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

Permezz tas-sentenza tagħha tat-22 ta' Jannar 2015 fil-Kawżi Konġunti T-420/11 u T-56/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/299/PESK (2) u 2011/783/PESK (3) f'dak li jirrigwarda l-inklużjoni tal-entitajiet li ġejjin fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012: Ocean Capital Administration GmbH, First Ocean Administration GmbH, First Ocean GmbH & Co. KG, Second Ocean Administration GmbH, Second Ocean GmbH & Co. KG, Third Ocean Administration GmbH, Third Ocean GmbH & Co. KG, Fourth Ocean Administration GmbH, Fourth Ocean GmbH & Co. KG, Fifth Ocean Administration GmbH, Fifth Ocean GmbH & Co. KG, Sixth Ocean Administration GmbH, Sixth Ocean GmbH & Co. KG, Seventh Ocean Administration GmbH, Seventh Ocean GmbH & Co. KG, Eighth Ocean Administration GmbH, Eighth Ocean GmbH & Co. KG, Ninth Ocean Administration GmbH, Ninth Ocean GmbH & Co. KG, Tenth Ocean Administration GmbH, Tenth Ocean GmbH & Co. KG, Eleventh Ocean Administration GmbH, Eleventh Ocean GmbH & Co. KG, Twelfth Ocean Administration GmbH, Twelfth Ocean GmbH & Co. KG, Thirteenth Ocean Administration GmbH, Fourteenth Ocean Administration GmbH, Fifteenth Ocean Administration GmbH, Sixteenth Ocean Administration GmbH, Kerman Shipping Co. Ltd, Woking Shipping Investments Ltd, Shere Shipping Co. Ltd, Tongham Shipping Co. Ltd, Uppercourt Shipping Co. Ltd, Vobster Shipping Co. Ltd, Lancelin Shipping Co. Ltd., IRISL Maritime Training Institute, Kheibar Co. u Kish Shipping Line Manning Co..

(3)

Abbażi ta' dikjarazzjoni tar-raġunijiet ġdida, 32 minn dawk l-entitajiet għandhom jiddaħħlu mill-ġdid fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Permezz tas-sentenza tagħha tat-22 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-176/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK (4) li Bank Tejarat jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(5)

Bank Tejarat għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK tat-23 ta' Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, 24.5.2011, p. 65).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 71).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 22).


ANNESS

(1)

L-entità elenkata hawn taħt għandha tiġi inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:

I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

105.

Bank Tejarat

Indirizz postali: Taleghani Br. 130, Taleghani Ave. P.O.Box: 11365 -5416, Tehran; Tel. 88826690; Tlx.: 226641 TJTA IR; Fax 88893641; Sit elettroniku: http://www.tejaratbank.ir

Bank Tejarat jipprovdi appoġġ sinifikanti lill-Gvern tal-Iran billi joffri riżorsi finanzjarji u servizzi ta' finanzjament għal proġetti ta' żvilupp taż-żejt u tal-gass. Is-settur taż-żejt u l-gass jikkostitwixxi sors sinifikanti ta' finanzjament għall-Gvern tal-Iran u diversi proġetti ffinanzjati minn Bank Tejarat jitwettqu minn sussidjarji ta' entitajiet li huma proprjetà ta' u kkontrollati mill-Gvern tal-Iran. Barra minn hekk, Bank Tejarat jibqa' parzjalment proprjetà ta' u hu marbut mill-qrib mal-Gvern tal-Iran li huwa għalhekk f'pożizzjoni li jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta' Bank Tejarat, inkluż l-involviment tiegħu fil-finanzjament ta' proġetti meqjusa mill-Gvern Iranjan bħala ta' prijorità għolja.

minn hekk, minħabba li Bank Tejarat jipprovdi finanzjament għal diversi produzzjonijiet taż-żejt mhux raffinat u proġetti ta' raffinar li neċessarjament jeħtieġu l-akkwist ta' tagħmir u teknoloġija partikolari għal dawk is-setturi li l-provvista tagħhom għal użu fl-Iran huwa pprojbit, Bank Tejarat jista' jiġi identifikat bħala li huwa involut fl-akkwist ta' oġġetti u teknoloġija li huma pprojbiti.

8.4.2015

(2)

L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiġu inklużi fil-lista li tinsab fil-Parti III tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:

III.   Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

4.

Ocean Capital Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB92501 4 ta' Jannar 2005

Kumpannija holding ta' IRISL bbażata fil-Ġermanja li hija proprjetà ta' u kkontrollata minn IRISL.

8.4.2015

5.

First Ocean Administration GMBH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94311 21 ta' Lulju 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

5a.

First Ocean GMBH & Co. Kg

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102601 19 ta' Settembru 2005; IMO Nr. 9349576

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

6.

Second Ocean Administration GMBH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94312 21 ta' Lulju 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

6a.

Second Ocean GMBH & Co. Kg

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102502 24 ta' Awwissu 2005; IMO Nru.: 9349588.

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

7.

Third Ocean Administration GMBH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94313 21 ta' Lulju 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

7a.

Third Ocean GMBH & Co. Kg

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102520 29 ta' Awwissu 2005; IMO Nr.: 9349590

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

8.

Fourth Ocean Administration GMBH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94314 21 ta' Lulju 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

8a.

Fourth Ocean GMBH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102600 19 ta' Settembru 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

9.

Fifth Ocean Administration GMBH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94315 21 ta' Lulju 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

9a.

Fifth Ocean GMBH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102599 19 ta' Settembru 2005; IMO Nru.: 9349667

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

10.

Sixth Ocean Administration GMBH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94316 21 ta' Lulju 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

10a.

Sixth Ocean GMBH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102501 24 ta' Awwissu 2005; IMO Nru.: 9349679

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

11.

Seventh Ocean Administration GMBH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94829 19 ta' Settembru 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

11a.

Seventh Ocean GMBH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102655 26 ta' Settembru 2005; IMO Nru.: 9165786

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

12.

Eighth Ocean Administration GMBH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94633 24 ta' Awwissu 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

12a.

Eighth Ocean GmbH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102533 1 ta' Settembru 2005; IMO Nru.: 9165803

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

13.

Ninth Ocean Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94698 9 ta' Settembru 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

13a.

Ninth Ocean GmbH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102565 15 ta' Settembru 2005; IMO Nru.: 9165798

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

14.

Tenth Ocean Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

14a.

Tenth Ocean GmbH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102679 27 ta' Settembru 2005; IMO Nru.: 9165815

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

15.

Eleventh Ocean Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94632 24 ta' Awwissu 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

15a.

Eleventh Ocean GmbH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102544 9 ta' Settembru 2005; IMO Nr. 9209324

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

16.

Twelfth Ocean Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRB94573 18 ta' Awwissu 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

16a.

Twelfth Ocean GmbH & CO. KG

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja; Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # Maħruġ (il-Ġermanja) HRA102506 25 ta' Awwissu 2005

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

17.

Thirteenth Ocean Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

18.

Fourteenth Ocean Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

19.

Fifteenth Ocean Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

20.

Sixteenth Ocean Administration GmbH

Schottweg 5, Hamburg 22087, Ġermanja

Proprjetà ta' IRISL permezz ta' Ocean Capital Administration GmbH, li hija kumpannija holding ta' IRISL.

8.4.2015

37.

IRISL Maritime Training Institute

No 115, Ghaem Magham Farahani St. P.O. Box 15896-53313, Tehran, Iran

IRISL Maritime Training Institute huwa proprjetà ta' u kkontrollat mill-IRISL li għandha 90 % tal-ishma tal-kumpannija u li r-rappreżentant tagħha huwa l-Viċi-President tal-Bord tad-Diretturi. Huwa involut fit-taħriġ tal-impjegati ta' IRISL.

8.4.2015

39.

Kheibar Co.

Iranshahr shomali (North) avenue, nr 237, 158478311 Tehran, Iran

Kheibar Co. hija proprjetà ta' u kkontrollata mill-IRISL li għandha 81 % tal-ishma tal-kumpannija u li r-rappreżentant tagħha huwa membru tal-Bord tad-Diretturi tagħha. Tipprovdi spare parts għal bastimenti tal-merkanzija.

8.4.2015

40.

Kish Shipping Line Manning Co.

Sanaei Street Kish Island Iran

Kish Shipping Line Manning Co. hija proprjetà ta' u kkontrollata minn IRISL. Hija involuta fir-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-persunal ta' IRISL.

8.4.2015