23.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/35


DIRETTIVA (UE) 2015/2366 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2015

dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

F’dawn l-aħħar snin, sar progress sinifikanti fl-integrazzjoni tal-pagamenti bl-imnut fl-Unjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-atti tal-Unjoni dwar il-pagamenti, b’mod partikolari permezz tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) kompliet tikkomplementa l-qafas legali għas-servizzi ta’ pagament billi stabbilixxiet limitu speċifiku dwar l-abbiltà tal-bejjiegħa bl-imnut biex iżommu sovraimposta lill-klijenti tagħhom għall-użu ta’ mezz partikolari ta’ pagament.

(2)

Il-qafas legali tal-Unjoni rivedut dwar is-servizzi ta’ pagament huwa kkomplementat bir- Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Dak ir-Regolament jintroduċi, b’mod partikolari, regoli dwar l-impożizzjoni ta’ tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet b’kard u għandu l-għan li jkompli jaċċellera l-kisba ta’ suq integrat effettiv għal pagamenti b’kard.

(3)

Id-Direttiva 2007/64/KE kienet adottata f’Diċembru 2007 fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni ta’ Diċembru 2005. Minn dak iż-żmien ‘il hawn, is-suq tal-pagamenti bl-imnut ra innovazzjoni teknika sinifikanti bi tkabbir mgħaġġel fin-numru ta’ pagamenti elettroniċi u bil-mowbajl u l-introduzzjoni ta’ tipi ġodda ta’ servizzi ta’ pagament fis-suq, li joffru sfidi għall-qafas attwali.

(4)

Ir-rieżami tal-qafas legali tal-Unjoni dwar is-servizzi ta’ pagament u, b’mod partikolari, l-analiżi tal-impatt tad-Direttiva 2007/64/KE u l-konsultazzjoni dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2012, intitolata, “Lejn suq Ewropew integrat għall-pagamenti bil-kard, bl-Internet u bil-mowbajl”, urew li l-iżviluppi taw lok għal sfidi sinifikanti minn perspettiva regolatorja. Oqsma sinifikanti tas-suq tal-pagamenti, b’mod partikolari pagamenti bil-kard, bl-Internet u b’mezzi mobbli jibqgħu frammentati tul il-fruntieri nazzjonali. Ħafna prodotti jew servizzi innovattivi ta’ pagament ma jaqgħux, kompletament jew f’parti kbira, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE u, b’mod partikolari, l-elementi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, bħal ċerti attivitajiet relatati mal-pagamenti, ta prova li f’xi ftit każijiet li huma ambigwi wisq, ġenerali wisq, jew sempliċiment antikwati, meta jitqiesu l-iżviluppi tas-suq. Dan irriżulta f’inċertezza legali, riskji potenzjali tas-sigurtà fil-katina tal-pagament u nuqqas ta’ protezzjoni tal-konsumatur f’ċerti oqsma. Ta prova li hu diffiċli għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jvaraw servizzi ta’ pagament diġitali innovattivi, sikuri u faċli biex jintużaw u biex jipprovdu lill-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut b’metodi ta’ pagament effettivi, konvenjenti u sikuri fl-Unjoni. F’dak il-kuntest, hemm potenzjal pożittiv kbir li jeħtieġ jiġi esplorat b’mod iżjed konsistenti.

(5)

L-iżvilupp kontinwu ta’ suq intern integrat għal pagamenti elettroniċi sikuri sabiex jiġi sostnut it-tkabbir tal-ekonomija tal-Unjoni u biex ikun żgurat li l-konsumaturi, ikummerċjanti u l-kumpaniji jgawdu minn għażla u trasparenza ta’ servizzi ta’ pagament biex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda sabiex jingħalqu l-lakuni regolatorji filwaqt li fl-istess ħin tiġi pprovduta aktar ċarezza legali u tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas leġiżlattiv madwar l-Unjoni. Għandhom jiġu garantiti kundizzjonijiet operattivi ekwivalenti, għal sistemi eżistenti u għal atturi ġodda fis-suq, li jippermettu l-ilħuq ta’ suq usa’ permezz ta’ mezzi ġodda ta’ pagament u jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-użu ta’ dawn is-servizzi ta’ pagament madwar l-Unjoni kollha. Dan għandu jiġġenera effiċjenzi fis-sistema ta’ pagament inġenerali u jwassal għal aktar għażla u aktar trasparenza fis-servizzi ta’ pagament filwaqt li jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi f’suq tal-pagamenti armonizzat.

(7)

F’dawn l-aħħar snin, ir-riskji tas-sigurtà relatati mal-pagamenti elettroniċi żdiedu. Dan minħabba l-kumplessità teknika li qiegħda dejjem tikber tal-pagamenti elettroniċi, il-volumi li kontinwament qed jikbru madwar id-dinja ta’ pagamenti elettroniċi u t-tipi emerġenti ta’ servizzi ta’ pagament. Servizzi ta’ pagament sikuri u bla periklu jikkostitwixxu kundizzjoni essenzjali għat-tħaddim tajjeb ta’ suq tas-servizzi ta’ pagament. L-utenti tas-servizzi ta’ pagament għandhom għalhekk ikunu protetti b’mod adegwat kontra dawn ir-riskji. Is-servizzi ta’ pagament huma essenzjali għall-funzjonament ta’ attivitajiet vitali ekonomiċi u soċjali.

(8)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar it-trasparenza u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u dwar id-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-provvediment u l-użu tas-servizzi ta’ pagament għandhom japplikaw, ukoll, fejn adatt, għal tranżazzjonijiet fejn wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikun jinsab ‘il barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) sabiex jiġu evitati approċċi diverġenti madwar l-Istati Membri għad-detriment tal-konsumatur. Fejn xieraq, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu estiżi għal tranżazzjonijiet fil-muniti uffiċjali kollha bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jinsabu fiż-ŻEE.

(9)

Ir-rimessa ta’ flus hija servizzi sempliċi tal-pagament li huwa ġeneralment ibbażat fuq flus likwidi pprovduti mill-pagatur lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, li jgħaddi l-ammont korrispondenti, pereżempju permezz ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni, lil benefiċjarju jew lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju. F’xi Stati Membri, is-supermarkets, il-kummerċjanti u bejjiegħa oħra bl-imnut jipprovdu lill-pubbliku servizzi korrispondenti li jippermettulhom iħallsu utilitajiet kontijiet għal servizzi domestiċi regolari. Dawk is-servizzi ta’ pagament ta’ kontijiet għandhom jitqiesu bħala rimessa ta’ flus, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jikkunsidrawx li l-attività taqa’ taħt servizzi ta’ pagament ieħor.

(10)

Din id-Direttiva tintroduċi definizzjoni newtrali tal-akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament sabiex taqbad mhux biss il-mudelli akkwirenti tradizzjonali strutturati madwar l-użu ta’ kards tal-pagament, iżda wkoll mudelli ta’ negozju differenti, inklużi dawk fejn huwa involut aktar minn akkwirent wieħed. Dan għandu jiżgura li l-kummerċjanti jirċievu l-istess protezzjoni ikun x’ikun l-istrument ta pagament użat fejn l-attività hija l-istess bħall-akkwist ta’ tranżazzjonijiet bil-kard. Servizzi tekniċi pprovduti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, bħas-sempliċi proċessar u ħażna tad-data jew it-tħaddim ta’ terminals, ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu akkwist. Barra minn hekk, xi mudelli akkwirenti ma jipprevedux trasferiment veru ta’ fondi mill-akkwirent għall-benefiċjarju għax il-partijiet jistgħu jaqblu dwar forom oħra ta’ saldu.

(11)

L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ aġent kummerċjali f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju qiegħda tiġi applikata b’modi differenti ħafna fl-Istati Membri. Ċerti Stati Membri jippermettu l-użu tal-esklużjoni mill-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku li jaġixxu bħala intermedjarji f’isem kemm ix-xerrejja kif ukoll il-bejjiegħa individwali mingħajr marġini reali biex jinnegozjaw jew jikkonkludu l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi. Tali applikazzjoni tal-esklużjoni tmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni maħsub stipulat f’dik id-Direttiva u għandu l-potenzjal li jżid ir-riskji għall-konsumaturi, billi dawk il-fornituri jibqgħu ‘l barra mill-protezzjoni tal-qafas legali. Prattiki ta’ applikazzjoni li jvarjaw ifixklu wkoll l-kompetizzjoni fis-suq tal-pagamenti. Sabiex dak it-tħassib jiġi indirizzat, l-esklużjoni għandha għalhekk tapplika meta l-aġenti jaġixxu biss f’isem il-pagatur jew f’isem il-benefiċjarju, irrispettivament minn jekk ikunux jew le jew le fil-pussess ta’ fondi tal-klijenti. Meta aġenti jaġixxu kemm f’isem il-pagatur kif ukoll il-benefiċjarju (bħal ċerti pjattaformi tal-kummerċ elettroniku), dawn għandhom jiġu esklużi biss jekk f’ebda ħin ma jkunu fil-pussess jew il-kontroll ta’ fondi tal-klijenti.

(12)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-attivitajiet tal-kumpanniji responsabbli għat-transitu ta’ flus kontanti (CITs) u l-kumpanniji responsabbli għall-ġestjoni tal-flus kontanti (CMCs) fejn l-attivitajiet ikkonċernati huma limitati għat-trasport fiżiku ta’ karti tal-flus u muniti.

(13)

Ir-rispons mis-suq juri li l-attivitajiet ta’ pagament koperti mill-esklużjoni tan-netwerk limitat spiss jinkludu volumi u valuri ta’ pagament sinifikanti u joffru lill-konsumaturi mijiet jew eluf ta’ prodotti u servizzi differenti. Dak ma jissodisfax l-għan tal-esklużjoni tan-netwerk limitat kif previst fid-Direttiva 2007/64/KE u jimplika riskji akbar u l-ebda protezzjoni legali għall-utenti tas-servizzi ta’ pagament, partikolarment konsumaturi, u żvantaġġi ċari għal atturi fis-suq regolat. Biex igħinu fil-limitazzjoni ta’ dawk ir-riskji, ma għandux ikun possibbli li jintuża l-istess strument biex isiru tranżazzjonijiet ta’ pagament biex jiġu akkwistati oġġetti u servizzi f’aktar minn netwerk limitat wieħed jew biex jiġu akkwistati firxa bla limitu ta’ oġġetti u servizzi. Strument ta’ pagament għandu jkun ikkunsidrat li jintuża fi ħdan netwerk limitat bħal dan jekk ikun jista’ jintuża biss fiċ-ċirkustanzi li ġejjin, l-ewwel, għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi mingħand bejjiegħ bl-imnut speċifiku jew katina ta’ bejjiegħa bl-imnut speċifika, meta l-entitajiet involuti jkunu marbuta direttament bi ftehim kummerċjali li pereżempju jipprovdi għall-użu ta’ marka unika tal-pagament u dik il-marka ta’ pagament tintuża fil-punti tal-bejgħ u tidher, fejn fattibbli, fl-istrument ta’ pagament li jista’ jintuża hemm;it-tieni, għax-xiri ta’ firxa limitata ħafna ta’ oġġetti jew servizzi, bħal meta l-ambitu tal-użu huwa effettivament limitat għal għadd magħluq ta’ oġġetti jew servizzi funzjonalment marbuta irrispettivament mill-post ġeografiku tal-punt ta’ bejgħ; jew it-tielet fejn l-istrument ta’ pagament huwa regolat minn awtorità pubblika nazzjonali jew reġjonali għal finijiet soċjali jew tat-taxxa speċifiċi biex jiġu akkwistati oġġetti jew servizzi speċifiċi.

(14)

L-istrumenti koperti mill-eskużjoni tan-netwerk limitat jistgħu jinkludu kards tal-ħwienet, kards tal-fjuwil, kards tas-sħubija, kards tat-trasport pubbliku, biljetti għall-parkeġġ, kupuni għall-ikel jew kupuni għal servizzi speċifiċi, li xi drabi jiġu soġġetti għal taxxa speċifika jew għal qafas legali tax-xogħol imfassal biex jippromwovi l-użu ta’ dawn l-istrumenti biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni soċjali. Meta tali strument għal skop speċifiku jiżviluppa fi strument bi skop ġenerali, ma għandhiex tibqa’ tapplika l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Strumenti li jistgħu jintużaw għal xiri minn ħwienet ta’ kummerċjanti elenkati ma għandhomx ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għaliex dawn l-istrumenti tfasslu tipikament għal netwerk ta’ fornituri ta’ servizzi li kull ma jmur dejjem jikber. L-esklużjoni tan-netwerk limitat għandha tapplika flimkien mal-obbligu ta’ fornituri tas-servizzi ta’ pagament potenzjali li jinnotifikaw attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tagħha.

(15)

Id-Direttiva 2007/64/KE teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ċerti tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni meta l-operatur tan-netwerk mhux biss jaġixxi bħala intermedjarju għall-forniment tal-oġġetti u s-servizzi diġitali permezz tal-apparat inkwistjoni, iżda iżid ukoll il-valur ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi. B’mod partikolari dik l-esklużjoni tippermetti l-hekk imsejjaħ fatturar min-naħa tal-operatur jew xiri direttament fuq il-kont tat-telefon, li jibda minn ring tones u servizzi speċjali tal-SMS, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda msejsa fuq il-bejgħ b’valur baxx tal-kontenut diġitali u servizzi bl-użu tal-vuċi. Dawk is-servizzi jinkludu divertiment, bħal chat, downloads bħal filmati, mużika u logħob), informazzjoni bħal dwar it-temp, aħbarijiet, aġġornamenti sportivi, stokks u servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju, parteċipazzjoni fuq it-TV u r-radju, bħal votazzjoni, parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet u għoti ta’ rispons f’ħin reali. Ir-rispons mis-suq ma juri l-ebda evidenza li tali tranżazzjonijiet tal-pagament, fdati mill-konsumaturi bħala konvenjenti għal pagamenti ta’ soll baxx, żviluppaw f’servizzi ġenerali tal-intermedjazzjoni tal-pagament. Madankollu, minħabba l-formulazzjoni ambigwa tal-esklużjoni rilevanti, ġiet implimentata b’mod differenti fl-Istati Membri, tant li dan iwassal għal nuqqas ta’ ċertezza legali għall-operaturi u l-konsumaturi u xi drabi ppermetta li servizzi ta’ intermedjazzjoni tal-pagament jitolbu l-eliġibbiltà għal esklużjoni bla limitu mill-ambitu tad-Direttiva 2007/64/KE. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat u li jiċkien l-ambitu ta’ eliġibbiltà ta’ dik l-esklużjoni għal dawn il-fornituri tas-servizzi billi jiġu speċifikati t-tipi ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament li għalihom għandha tapplika.

(16)

L-esklużjoni relatata ma’ ċerti tranżazzjonijiet permezz ta’ apparat tat-telekomunikazzjoni jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandha tiffoka speċifikament fuq il-mikropagamenti għall-kontenut diġitali u s-servizzi bl-użu tal-vuċi. Għandha tiġi introdotta referenza ċara għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament għax-xiri ta’ biljetti elettroniċi sabiex jittieħed kont tal-iżvilupp fil-pagamenti fejn, b’mod partikolari, il-konsumatur jista’ jordna, iħallas għal, jikseb u jivvalida biljetti elettroniċi minn kwalunkwe post u fi kwalunkwe ħin bl-użu ta’ telefons ċellulari u apparati oħra. Il-biljetti elettroniċi jippermettu u jiffaċilitaw l-għoti ta’ servizzi li l-klijenti jistgħu jixtru mod ieħor f’forma ta’ biljett stampat u jinkludu t-trasport, it-tratteniment, il-parkeġġ tal-karozzi, u d-dħul f’postijiet ta’ avvenimenti, imma jeskludu oġġetti fiżiċi. Għalhekk huma jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni marbuta mal-mezzi ta’ tikkettjar tradizzjonali bbażati fuq il-karta u jżidu l-konvenjenza għall-klijenti billi jipprovdu modi ġodda u sempliċi biex jixtru l-biljetti. Sabiex jonqos il-piż fuq entitajiet li jiġbru donazzjonijiet karitetevoli, tranżazzjonijiet ta’ pagament relatati ma’ tali donazzjonijiet għandhom jiġu esklużi wkoll. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jillimitaw l-esklużjoni għal donazzjonijiet miġbura favur organizzazzjonijiet tal-karità reġistrati. L-esklużjoni fl-intier tagħha għandha tapplika biss fejn il-valur ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament ikun inqas minn limitu speċifikat sabiex tiġi limitata b’mod ċar għall-pagament bi profil ta’ riskju baxx.

(17)

Iż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) iffaċilitat il-ħolqien ta’ “fabbriki tal-pagament” u “fabbriki tal-ġbir” madwar l-Unjoni, li jippermettu ċ-ċentralizzazzjoni ta’ tranżazzjonjiet ta’ pagament tal-istess grupp. F’dan ir-rigward tranżazzjonijiet ta’ pagament bejn impriża prinċipali u s-sussidjarja tagħha, jew bejn sussidjarji tal-istess impriża prinċipali li jiġu pprovduti minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jagħmel parti mill-istess grupp għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-ġbir ta’ ordnijiet ta’ pagament f’isem il-grupp minn impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha għat-trażmissjoni suċċessiva lil fornitur tas-servizzi ta’ pagament ma għandux jiġi kkunsidrat bħala servizz ta’ pagament għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

(18)

Id-Direttiva 2007/64/KE teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, is-servizzi ta’ pagament offruti minn fornituri tal-automated teller machines (“ATMs”) indipendenti minn fornituri ta’ servizzi ta’ kontijiet ta’ pagament. Dik l-esklużjoni stimulat it-tkabbir ta’ servizzi indipendenti ta’ ATM f’ħafna Stati Membri, b’mod partikolari f’żoni anqas popolati. Li tiġi eskluża dik il-parti li qed tikber malajr tas-suq tal-ATM mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’, madankollu, twassal għal konfużjoni fir-rigward tal-imposti għall-ġbid ta’ flus. F’sitwazzjonijiet transkonfinali, din tista’ jwassal għal pagament doppju għall-istess ġbid ta’ flus mill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jipprovdi s-servizzi tal-kont u fornitur tal-ATM. Konsegwentement, sabiex tinżamm il-provvista ta’ servizzi ta’ ATM filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċarezza rigward l-imposti għall-ġbid ta’ flus, huwa xieraq li tinżamm l-esklużjoni iżda li l-operaturi tal-ATM ikunu meħtieġa jikkonformaw ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ trasparenza ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk l-imposti applikati mill-operaturi tal-ATM għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 924/2009.

(19)

Fornituri ta’ servizzi li jixtiequ jibbenefikaw minn esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE spiss ma kkonsultawx mal-awtoritajiet dwar jekk l-attivitajiet tagħhom humiex koperti jew esklużi minn, dik id-Direttiva iżda qagħdu fuq il-valutazzjonijiet tagħhom stess. Dan wassal għal applikazzjoni varja ta’ ċerti esklużjonijiet madwar l-Istati Membri. Jidher ukoll li xi esklużjonijiet setgħu ntużaw mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament sabiex ifasslu mill-ġdid il-mudelli ta’ negozju sabiex l-attivitajiet tal-pagament offruti ma jkunux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Dan jista’ jirriżulta f’riskji akbar għall-utenti tas-servizzi ta’ pagamenti u kundizzjonijiet diverġenti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fis-suq intern. Il-fornituri ta’ servizzi għandhom għalhekk ikunu obbligati jinnotifikaw attivitajiet rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk ikunux sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti u biex jiżguraw interpretazzjoni omoġenja tar-regoli fis-suq intern kollu kemm hu. B’mod partikolari, għall-esklużjonijiet kollha bbażati fuq ir-rispett ta’ limitu, għandha tiġi prevista proċedura ta’ notifika sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi.

(20)

Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi inkluż ir-rekwiżit li l-fornituri potenzjali ta’ servizzi ta’ pagament jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-attivitajiet li jipprovdu fil-qafas ta’ netwerk limitat abbażi tal-kriterji stabbiliti f’din id-Direttiva jekk il-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament jaqbeż ċertu limitu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-attivitajiet notifikati jistgħux jiġu kkunsidrati bħala attivitajiet previsti fil-qafas ta’ netwerk limitat.

(21)

Id-definizzjoni ta’ servizzi ta’ pagament għandha tkun teknoloġikament newtrali u għandha tippermetti l-iżvilupp ta’ tipi ġodda ta’ servizzi ta’ pagament, filwaqt li tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet operattivi ekwivalenti kemm għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament eżistenti kif ukoll għal dawk il-ġodda.

(22)

Din id-Direttiva għandha ssegwi l-approċċ meħud fid-Direttiva 2007/64/KE, li tkopri t-tipi kollha ta’ servizzi ta’ pagament elettroniku. Għalhekk għadu mhux xieraq għar-regoli l-ġodda li japplikaw għal servizzi meta t-trasferiment tal-fondi mill-pagatur għall-benefiċjarju, jew it-trasport tagħhom, isir biss f’karti tal-flus u muniti jew meta t-trasferiment ikun ibbażat fuq ċekk stampat, kambjali stampati, ċedoli jew strumenti oħra, kupuni stampati jew kards li permezz tagħhom ċertu fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew xi parti oħra tintalab tqiegħed fondi għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju.

(23)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament magħmulin fi flus kontanti peress li suq uniku tal-pagamenti għal flus kontanti diġà jeżisti. Lanqas ma din id-Direttiva ma għandha tapplika għal tranżazzjonijiet tal-pagament ibbażati fuq ċekkijiet bil-karta peress li, min-natura tagħhom, iċ-ċekkijiet bil-karta ma jistgħux ikunu pproċessati b’mod effiċjenti daqs metodi oħra tal-pagament. Il-prattika tajba f’dan il-qasam għandha, madankollu, tkun ibbażata fuq il-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva.

(24)

Huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jistgħu b’mod leġittimu jipprovdu dawk is-servizzi ta’ pagament madwar l-Unjoni kollha, jiġifieri, istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu d-depożiti minn utenti li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw tranżazzjonijiet ta’ pagament u li għandhom jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li joħorġu flus elettroniċi li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw tranżazzjonijiet ta’ pagament u li għandhom jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stipulati fid-Direttiva 2009/110/KE, istituzzjonijiet ta’ pagament u istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali (post office giro institutions) li huma intitolati jagħmlu dan skont il-liġi nazzjonali. L-applikazzjoni ta’ dak il-qafas legali għandha tkun limitata għall-fornituri ta’ servizzi li jipprovdu servizzi ta’ pagament okkupazzjoni regolari jew attività ta’ negozju f’konformità ma’ din id-Direttiva.

(25)

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-fondi jkunu flus elettroniċi kif iddefinit fid-Direttiva 2009/110/KE. Din id-Direttiva ma għandhiex madankollu tirregola l-ħruġ ta’ flus elettroniċi kif previst fid-Direttiva 2009/110/KE. Għalhekk, l-istituzzjonijiet ta’ pagament ma għandhomx jitħallew joħorġu flus elettroniċi.

(26)

Id-Direttiva 2007/64/KE stabbilixxiet reġim prudenzjali, u introduċiet liċenzja unika għall-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament li mhumiex konnessi mat-teħid ta’ depożiti jew il-ħruġ ta’ flus elettroniċi. Għal dak il-għan, id-Direttiva 2007/64/KE introduċiet kategorija ġdida ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, jiġifieri “istituzzjonijiet ta’ pagament”, billi pprevediet l-awtorizzazzjoni, soġġetta għal sett ta’ kundizzjonijiet stretti u komprensivi, ta’ persuni ġuridiċi ’l barra mill-kategoriji eżistenti biex jipprovdu servizzi ta’ pagament fl-Unjoni kollha. Għaldaqstant, l-istess kundizzjonijiet għandhom japplikaw madwar l-Unjoni kollha għal servizzi bħal dawn.

(27)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE tfaċċaw tipi ġodda ta’ servizzi ta’ pagament, speċjalment fil-qasam tal-pagamenti bl-Internet. B’mod partikolari, evolvew servizzi ta’ bidu ta’ pagament fil-qasam tal-kummerċ ekonomiku. Dawk is-servizzi ta’ pagament għandhom rwol fil-pagamenti tal-kummerċ elettroniku billi jistabbilixxu pont ta’ software bejn is-sit elettroniku tal-kummerċjant u l-pjattaforma bankarja online tal-bank tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur sabiex jinbdew pagamenti bl-Internet abbażi ta’ trasferimenti tal-kreditu.

(28)

Barra minn hekk, l-iżviluppi teknoloġiċi wasslu għal feġġ ta’ firxa ta’ servizzi komplementari, bħal servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. Dawk is-servizzi jipprovdu lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’informazzjoni aggregata online dwar kont wieħed jew aktar ta’ pagament miżmum ma’ fornitur wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ pagament u li jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ interfaċċji online tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament għalhekk jista’ jkollu stampa ġenerali immedjatament tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu fi kwalunkwe mument. Dawn is-servizzi għandhom ikunu wkoll koperti b’din id-Direttiva sabiex il-konsumaturi jingħataw protezzjoni adegwata għall-pagament tagħhom u għad-data tal-kont kif ukoll ċertezza legali dwar l-istatus tal-fornituri ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.

(29)

Is-servizzi ta’ bidu ta’ pagament jippermettu lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jipprovdi serħan tal-moħħ lill-benefiċjarju li l-pagament ikun inbeda sabiex jagħti inċentiv lill-benefiċjarju li jirrilaxxa l-oġġetti jew jagħti s-servizzi mingħajr dewmien bla bżonn. Tali servizzi joffru soluzzjoni bi prezz baxx kemm għall-kummerċjanti kif ukoll għall-konsumaturi u jipprovdu lill-konsumaturi bil-possibbiltà li jixtru online anke jekk ma jkollhomx kards ta’ pagament. Minħabba li s-servizzi ta’ bidu ta’ pagament bħalissa mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2007/64/KE, mhumiex neċessarjament taħt superviżjoni minn awtorità kompetenti u ma għandhomx għalfejn ikunu konformi mad-Direttiva 2007/64/KE. Dan iqajjem sensiela ta’ kwistjonijiet legali, bħall-protezzjoni tal-konsumatur, is-sigurtà u r-responsabbiltà kif ukoll kwistjonijiet bħall-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari rigward il-protezzjoni tad-data tal-utent tas-servizzi ta’ pagament skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Ir-regoli l-ġodda għandhom għalhekk jirreaġixxu għal dawk il-kwistjonijiet.

(30)

Il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà użati għall-awtentikazzjoni sigura tal-klijent mill-utent tas-servizzi ta’ pagament jew mill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament normalment huma dawk maħruġa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament mhux neċessarjament jidħlu f’relazzjoni kuntrattwali mal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għall-manteniment tal-kontijiet u, irrispettivament mill-mudell tan-negozju użat minn fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għandhom jagħmluha possibbli li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikunu jistgħu jserrħu fuq il-proċeduri ta’ awtentikazzjoni pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont biex jagħtu bidu għal pagament speċifiku f’isem il-pagatur.

(31)

Meta jipprovdi esklussivament servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament fl-ebda stadju tal-katina ta’ pagament ma jżomm il-fondi tal-utent. Meta fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikollu l-ħsieb li jipprovdi servizzi ta’ pagament li fir-rigward ta’ liema, iżomm il-fondi tal-utent, għandu jikseb awtorizzazzjoni sħiħa għal dawk is-servizzi.

(32)

Servizzi ta’ bidu ta’ pagament huma bbażati fuq aċċess dirett jew indirett tal-kontijiet tal-pagatur għall-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament. Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, li jipprevedi mekkaniżmu ta’ aċċess indirett, għandu jippermetti wkoll aċċess dirett għall-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

(33)

Din id-Direttiva għandha tiżgura kontinwità fis-suq, biex b’hekk jippermettu li l-fornituri tas-servizzi eżistenti u dawk ġodda, irrispettivament mill-mudell tan-negozju applikat minnhom, biex joffru s-servizzi tagħhom skont qafas regolatorju ċar u armonizzat. Sakemm jiġu applikati dawk ir-regoli, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament u l-protezzjoni tal-konsumatur kontra r-riskju dimostrabbli ta’ frodi, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (EBA), għandhom jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta f’dan is-suq filwaqt li jevitaw diskriminazzjoni mhux ġustifikabbli kontra kwalunkwe attur eżistenti fis-suq. Kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, għandhom ikunu jistgħu joffru servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

(34)

Din id-Direttiva ma tbiddilx sostanzjalment il-kundizzjonijiet għall-għoti u ż-żamma tal-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ pagament. Bħal fid-Direttiva 2007/64/KE, il-kundizzjonijiet jinkludu rekwiżiti prudenzjali proporzjonati għar-riskji operazzjonali u finanzjarji li jiffaċċjaw dawn l-entitajiet fit-twettiq ta’ xogħolhom. F’dan ir-rigward, tinħtieġ sistema soda ta’ kapital inizjali flimkien ma’ kapital kontinwu li maż-żmien jista’ jiġi elaborat b’manjiera aktar sofistikata skont il-ħtiġijiet tas-suq. Minħabba l-firxa fil-varjetà tal-qasam tas-servizzi ta’ pagament, din id-Direttiva għandha tippermetti diversi metodi kkombinati ma’ medda partikolari ta’ diskrezzjoni superviżorja biex jiġi żgurat li l-istess riskji jiġu ttrattati bl-istess mod għall-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament. Ir-rekwiżiti għall-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jirriflettu l-fatt li istituzzjonijiet ta’ pagament huma involuti f’attivitajiet aktar speċjalizzati u limitati, u b’hekk jiġġeneraw riskji li huma idjeq u li jistgħu jkunu mmonitorjati u kkontrollati b’mod aktar faċli minn dawk li jqumu fil-firxa usa’ ta’ attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. B’mod partikolari, istituzzjonijiet ta’ pagament ma għandhomx jitħallew jaċċettaw depożiti mingħand utenti u għandhom jitħallew jużaw fondi li jkunu riċevuti minn utenti għall-għoti ta’ servizzi ta’ pagament biss. Ir-regoli prudenzjali meħtieġa inkluż il-kapital inizjali għandhom ikunu xierqa għal-livelli ta’ riskju relatati mas-servizz ta’ pagament rispettiv ipprovdut mill-istituzzjoni ta’ pagament. Il-fornituri ta’ servizzi li jipprovdu biss servizzi ta’ pagament ta’ bidu għandhom jiġu kkunsidrati li huma ta’ riskju medju fir-rigward tal-kapital inizjali.

(35)

Fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont, meta jipprovdu esklussivament dawk is-servizzi ma għandhomx fondi tal-klijent. Skont dan, ikun sproporzjonat li jiġu imposti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq dawn l-atturi ġodda tas-suq. Madankollu huwa importanti li jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom. Għalhekk għandhom ikunu meħtieġa jkollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija paragunabbli. L-EBA għandha tiżviluppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji li għandhom jintużaw biex l-Istati Membri jistabbilixxu l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija paragunabbli. L-EBA ma għandhiex tagħmel distinzjoni bejn l-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali u garanzija paragunabbli, peress li dawn għandhom ikunu interkambjabbli.

(36)

Sabiex jiġu evitati l-abbużi tad-dritt ta’ stabbiliment, hu neċessarju li jkun meħtieġ li l-istituzzjoni ta’ pagament li titlob awtorizzazzjoni fl-Istat Membru tipprovdi mill-inqas parti tan-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament f’dak l-Istat Membru.

(37)

Għandu jkun previst li l-fondi tal-utent tas-servizz tal-pagament jinżammu mifruda mill-fondi tal-istituzzjoni ta’ pagament. Jinħtieġu rekwiżiti ta’ salvagwardja meta istituzzjoni ta’ pagament tkun fil-pussess tal-fondi ta’utent tas-servizz tal-pagament. Fejn l-istess istituzzjoni ta’ pagament teżegwixxi tranżazzjoni ta’ pagament kemm għall-pagatur kif ukoll għall-benefiċjarju u tiġi pprovduta linja ta’ kreditu lill-pagatur, jista’ jkun xieraq li wieħed jissalvagwardja l-fondi favur il-benefiċjarju ladarba dawn jirrappreżentaw il-pretensjoni tal-benefiċjarju lejn l-istituzzjoni ta’ pagament. L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ukoll ikunu soġġetti għal rekwiżiti effettivi kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

(38)

Din id-Direttiva ma tibdilx l-obbligi għar-rappurtar dwar il-kontijiet tal-istituzzjonijiet ta’ pagament jew obbligu tagħhom li jwettqu awditi tal-kontijiet fil-kontijiet annwali u konsolidati tagħhom. L-istituzzjonijiet ta’ pagament huma mitluba jfasslu l-kontijiet annwali u konsolidati tagħhom f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (12) u d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati għandhom jiġu awditjati, għajr jekk l-istituzzjoni ta’ pagament tkun eżentata minn dak l-obbligu skont dawk id-Direttivi.

(39)

Meta jkunu involuti fil-forniment ta’ wieħed jew aktar mis-servizzi ta’ pagament koperti minn din id-Direttiva, l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom dejjem iżommu kontijiet tal-pagament użati esklussivament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament. Sabiex jippermettu lil fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu servizzi ta’ pagament, huwa indispensabbli li jkollhom il-possibbiltà li jiftħu u jżommu kontijiet mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għal kontijiet bħal dawn jiġi pprovdut b’tali mod li jkun nondiskriminatorju u proporzjonat mal-għan leġittimu li jkun maħsub li jikseb. Filwaqt li l-aċċess jista’ jkun bażiku, għandu dejjem ikun estensiv biżżejjed biex l-istituzzjoni ta’ pagament tkun tista’ tipprovdi s-servizzi tagħha b’mod effiċjenti u mingħajr xkiel.

(40)

Din id-Direttiva għandha tirregola l-għoti ta’ kreditu minn istituzzjonijiet ta’ pagament, jiġifieri l-għoti ta’ linji ta’ kreditu u l-ħruġ ta’ kards ta’ kreditu, biss meta jkun marbut mill-qrib ma’ servizzi ta’ pagament. Huwa biss jekk il-kreditu jingħata sabiex jiffaċilita s-servizzi ta’ pagament u tali krediu jkun ta’ natura ta’ perijodu qasir u jingħata għal perijodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar, inkluż fuq bażi rotatarja, li jkun xieraq li jippermetti istituzzjonijiet ta’ pagament li jagħtu kreditu fir-rigward tal-attivitajiet transkonfinali tagħhom, sakemm ikun iffinanzjat mill-ġdid prinċipalment bl-użu tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament, kif ukoll fondi oħra mis-swieq kapitali, u mhux il-fondi miżmuma f’isem il-klijenti għal servizzi ta’ pagament. Dawn ir-regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jew liġi tal-Unjoni jew miżuri nazzjonali rilevanti oħra fir-rigward ta’ kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi, li mhumiex armonizzati b’din id-Direttiva.

(41)

B’mod ġenerali, il-funzjonament tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta’ pagament, għat-twettiq ta’ kontrolli u għad-deċiżjonijiet dwar jekk għandhomx jirtiraw kwalunkwe awtorizzazzjonijiet mogħtija, ta prova li qed jaħdem b’mod sodisfaċenti. Madankollu, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandha tissaħħaħ, kemm fir-rigward tal-informazzjoni skambjata kif ukoll fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni koerenti ta’ din id-Direttiva, fejn istituzzjoni ta’ pagament awtorizzata tkun tixtieq tipprovdi servizzi ta’ pagament fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, b’eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà għall-provvediment ta’ servizzi (“ippassaportar”), inkluż permezz tal-Internet. L-EBA għandha tassisti fir-riżolviment ta’ tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-kooperazzjoni transkonfinali bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għandha tħejji wkoll sett ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ data.

(42)

Sabiex ikun hemm aktar trasparenza fl-operazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati minn, jew irreġistrati mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, inklużi l-aġenti tagħhom, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni, huwa neċessarju li jiġi żgurat aċċess pubbliku faċli għal-lista ta’ entitajiet li jipprovdi servizzi ta’ pagament. L-EBA għandha għalhekk tiżviluppa u topera reġistru ċentrali li fih tippubblika lista tal-ismijiet tal-entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ pagament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data li huma jipprovdu tinżamm aġġornata. Dawk il-miżuri għandhom jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(43)

Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni preċiża u aġġornata għandha tittejjeb billi l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikunu obbligati jinfurmaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-eżattezza tal-informazzjoni u tal-evidenza pprovduta fir-rigward tal-awtorizzazzjoni, inklużi aġenti jew entitajiet addizzjonali li lilhom l-attivitajiet jiġu esternalizzati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom fl-eventwalità ta’ dubju, jivverifikaw ukoll li l-informazzjoni riċevuta tkun korretta.

(44)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fit-territorju tagħhom, li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab fi Stat Membru ieħor, jirrapportaw perijodikament lilhom dwar l-attivitajiet tagħhom fit-territorji tagħhom għal finijiet ta’ informazzjoni jew ta’ statistika. Fejn dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament joperaw skont id-dritt ta’ stabbiliment, għandu jkun possibbli li dik l-informazzjoni tintuża wkoll għall-monitoraġġ tal-konformità mat-Titoli III u IV ta’ din id-Direttiva u l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu lil dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw is-superviżjoni ta’ netwerks ta’ aġenti mill-awtoritajiet kompetenti. L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiddeterminaw meta jixraq li jinħatar punt ta’ kuntatt ċentrali u x’għandhom ikunu l-funzjonijiet tiegħu. Ir-rekwiżit biex jinħatar punt ta’ kuntatt ċentrali għandu jkun proporzjonat mal-għan ta’ ksib ta’ komunikazzjoni u rapportar ta’ informazzjoni adegwati dwar il-konformità mat-Titoli III u IV fl-Istat Membru ospitanti.

(45)

F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta tkun neċessarja azzjoni immedjata biex tiġi indirizzata theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, bħal frodi fuq skala kbira, għandu jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li jieħdu miżuri prekawzjonarji b’mod parallel mal-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u dak ta’ domiċilju u sakemm jittieħdu miżuri mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju. Dawk il-miżuri għandhom ikunu adatti, proporzjonati għall-fini, nondiskriminatorji u ta’ natura temporanja. Kwalunkwe miżura għandha tkun iġġustifikata kif xieraq. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-istituzzjoni ta’ pagament rilevanti u awtoritajiet oħra kkonċernati, bħal pereżempju, il-Kummissjoni u l-EBA, għandhom jiġu infurmati minn qabel jew, jekk dan ma jkunx possibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, mingħajr dewmien żejjed.

(46)

Filwaqt li din id-Direttiva tispeċifika s-sett minimu ta’ setgħat li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom meta jagħmlu superviżjoni tal-konformità tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza. Mingħajr preġudizzju għall-kontroll ta’ awtorità indipendenti (l-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data) u f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi fejn huwa possibbli li l-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat jista’ jwassal għal abbuż jew arbitrarjetà li jammontaw għal interferenza serja f’dawn id-drittijiet, pereżempju, fejn xieraq, permezz tal-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat.

(47)

Huwa importanti li jiġi żgurat li dawk kollha li jipprovdu servizzi ta’ pagament jaqgħu taħt l-ambitu ta’ ċerti rekwiżiti legali u regolatorji minimi. Għalhekk, huwa tajjeb li tkun meħtieġa r-reġistrazzjoni tal-identità u l-postijiet fejn jinsabu l-persuni kollha li jipprovdu servizzi ta’ pagament, inkluż ta’ persuni li ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-firxa sħiħa ta’ kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ pagament. Tali approċċ huwa konformi mar-raġunament tar-Rakkomandazzjoni Speċjali VI tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus li tipprevedi għal mekkaniżmu meta fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dik ir-Rakkomandazzjoni jkunu jistgħu madankollu jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament. Għal dawn il-finijiet, anke meta jkun hemm persuni eżentati minn jew parti mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni l-Istati Membri għandhom idaħħluhom fir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ pagament. Madankollu, huwa essenzjali li l-possibbiltà ta’ eżenzjoni tkun soġġetta għal rekwiżiti stretti marbuta mal-valur ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament. Istituzzjonijiet ta’ pagament li jibbenefikaw minn eżenzjoni ma jibbenefikawx mid-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jipprovdu servizzi u ma għandhomx jeżerċitaw indirettament dawk id-drittijiet filwaqt li jkunu membru ta’ sistema tal-pagament.

(48)

Minħabba n-natura speċifika tal-attività mwettqa u r-riskji marbuta mal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, huwa xieraq li jiġi previst reġim prudenzjali speċifiku għall-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. Fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għandhom jitħallew jipprovdu servizzi fuq bażi transkonfinali, filwaqt li jibbenefikaw mir-regoli tal-“ippassaportar”.

(49)

Huwa essenzjali għal kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jkollu aċċess għas-servizzi ta’ infrastrutturi tekniċi tas-sistemi ta’ pagament. Dan l-aċċess għandu, madankollu, ikun soġġett għal rekwiżiti xierqa sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-istabbiltà ta’ dawk is-sistemi. Kull fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li japplika għal parteċipazzjoni f’sistema ta’ pagament għandu jerfa’ r-riskju tal-għażla proprja ta’ sistema u jagħti prova lis-sistema ta’ pagament li l-arranġamenti interni tiegħu huma robusti biżżejjed kontra kull tip ta’ riskju. Dawk is-sistemi ta’ pagament tipikament jinkludu l-iskemi tal-kard ta’ erba’ partijiet kif ukoll sistemi ewlenin li jipproċessaw trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti. Biex tkun żgurata l-ugwaljanza fi trattament fl-Unjoni kollha bħal dak bejn il-kategoriji differenti ta’ fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ pagament, skont it-termini tal-liċenzja tagħhom, huwa neċessarju li jiġu ċċarati r-regoli dwar l-aċċess għal sistemi ta’ pagament.

(50)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għat-trattament nondiskriminatorju ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament u istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati sabiex kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jikkompeti fis-suq intern ikun jista’ juża s-servizzi tal-infrastrutturi tekniċi ta’ dawk is-sistemi ta’ pagament bl-istess kundizzjonijiet. Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni għal trattament differenti għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament awtorizzati u għal dawk li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont din id-Direttiva kif ukoll mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/110/KE, minħabba d-differenzi fil-qafas prudenzjali rispettiv tagħhom. Fi kwalunkwe każ, differenzi fil-kundizzjonijiet tal-prezzijiet għandhom jitħallew biss meta dan ikun motivat minn differenzi fl-ispejjeż li jġarrbu l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Dan għandu jkun bla preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jillimitaw l-aċċess għal sistemi sistemikament importanti f’konformità mad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-BĊE u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali dwar l-aċċess għal sistemi ta’ pagament.

(51)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/26/KE. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, parteċipant f’sistema ta’ pagament deżinjata soġġetta għall-kundizzjonijiet tad-Direttiva 98/26/KE li tipprovdi servizzi fir-rigward ta’ tali sistema lil fornitur awtorizzat jew reġistrat ta’ servizzi ta’ pagament, għandu wkoll, meta jintalab li jagħmel dan, jagħti aċċess għal tali servizzi b’mod oġġettiv, proporzjonat u nondiskriminatorju lil kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ pagament awtorizzat jew reġistrat. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jingħataw tali aċċess ma għandhomx, madankollu jiġu kkunsidrati bħala parteċipanti kif iddefiniti fid-Direttiva 98/26/KE, u għalhekk ma għandhomx jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija skont dik id-Direttiva.

(52)

Id-dispożizzjonijiet marbutin mal-aċċess għal sistemi ta’ pagament ma għandhomx japplikaw għal sistemi stabbiliti u mħaddma minn fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament. Dawn is-sistemi ta’ pagament jistgħu joperaw jew f’kompetizzjoni diretta ma’ sistemi ta’ pagament, jew, aktar tipikament, f’rokna fis-suq li ma tkunx adegwatament koperta minn sistemi ta’ pagament. Dawn is-sistemi jinkludu skemi ta’ tliet partijiet, bħal skemi ta’ kards ta’ tliet partijiet, sal-punt li huma qatt ma joperaw bħala skemi de facto ta’ kards ta’ erba’ partijiet, pereżempju billi jserrħu fuq detenturi tal-liċenzja, aġenti jew sħab konġunti tal-marka. Dawn is-sistemi tipikament jinkludu wkoll servizzi ta’ pagament offruti minn fornituri tat-telekomunikazzjoni fejn l-operatur tal-iskema huwa l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kemm għall-pagatur kif ukoll għall-benefiċjarju, kif ukoll sistemi interni ta’ gruppi bankarji. Sabiex tiġi stimulata l-kompetizzjoni li jista’ jkun hemm minn tali sistemi magħluqin ta’ pagament mas-sistemi ta’ pagament stabbiliti tradizzjonali, ma jkunx xieraq li partijiet terzi jingħataw aċċess għal dawk is-sistemi magħluqin ta’ pagament għall-kont proprju. Madankollu, tali sistemi magħluqin għandhom dejjem ikunu soġġetti għar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni u nazzjonali li jistgħu jeħtieġu li jingħata aċċess għall-iskemi sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva fi swieq ta’ pagamenti.

(53)

Peress li l-konsumaturi u l-impriżi mhumiex fl-istess pożizzjoni, ma għandhomx bżonn l-istess livell ta’ protezzjoni. Filwaqt li huwa importanti li d-drittijiet tal-konsumatur jiġu garantiti b’dispożizzjonijiet li mhuwiex possibbli li jkun hemm deroga minnhom b’kuntratt, huwa raġonevoli li impriżi u organizzazzjonijiet jiftiehmu mod ieħor meta ma jkunux qed jittrattaw mal-konsumaturi. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu li l-mikrointrapriżi, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (16), jiġu trattati bl-istess mod bħall-konsumaturi. Fi kwalunkwe każ, ċerti dispożizzjonijiet ewlenin ta’ din id-Direttiva għandhom dejjem japplikaw irrispettivament mill-istatus tal-utent.

(54)

Din id-Direttiva għandha tispeċifika l-obbligi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-forniment ta’ informazzjoni lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li għandhom jirċievu l-istess livell għoli ta’ informazzjoni ċara dwar servizzi ta’ pagament biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati tajjeb u jkunu jistgħu jagħżlu liberament fl-Unjoni. Fl-interess tat-trasparenza, din id-Direttiva tistipula r-rekwiżiti armonizzati meħtieġa biex ikun żgurat li informazzjoni neċessarja, suffiċjenti u li tinftiehem tingħata lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament rigward kemm il-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament kif ukoll it-tranżazzjonjiet ta’ pagament. Sabiex jippromwovu l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku fis-servizzi ta’ pagament, l-Istati Membri għandhom jadottaw biss dawk id-dispożizzjonijiet ta’ informazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva.

(55)

Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti minn prattiki inġusti u qarrieqa f’konformità mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) kif ukoll mad-Direttivi 2000/31/KE (18), 2002/65/KE (19), 2008/48/KE, 2011/83/UE (20) u 2014/92/UE (21) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi jibqgħu japplikaw. Madankollu, ir-relazzjoni bejn ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni pre-kuntrattwali stipulati f’din id-Direttiva u fid-Direttiva 2002/65/KE għandha, b’mod partikolari, tiġi ċċarata.

(56)

Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza, l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata għall-bżonnijiet tal-utenti u għadnha tkun ikkomunikata f’format standard. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal tranżazzjoni ta’ pagament unika għandhom ikunu differenti minn dawk ta’ kuntratt qafas li jipprovdi sensiela ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament.

(57)

Fil-prattika, il-kuntratti qafas u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minnhom huma ferm aktar komuni u ekonomikament sinifikanti mit-tranżazzjonijiet ta’ pagament uniku. Jekk hemm kont tal-pagament jew strument speċifiku tal-pagament, jinħtieġ kuntratt qafas. Għalhekk, ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ informazzjoni minn qabel dwar kuntratti qafas għandhom ikunu komprensivi u dejjem għandha tingħata informazzjoni jew bil-miktub jew fuq strument ieħor durevoli, bħal karti stampati minn printers tal-kontijiet, CD-ROMs, DVDs u hard drives ta’ kompjuters personali li fuqhom tista’ tinħażen il-posta elettronika, u siti tal-Internet, sakemm tali siti huma aċċessibbli għal referenza fil-futur, għal perijodu ta’ żmien biżżejjed għall-finijiet tal-aċċess tal-informazzjoni u sakemm tali siti jippermettu r-riproduzzjoni tal-informazzjoni maħżuna f’forma mhux mibdula. Madankollu, għandu jkun possibbli li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jiftiehmu fil-kuntratt qafas dwar il-mod li bih tingħata l-informazzjoni sussegwenti dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament esegwiti, pereżempju, li fl-Internet-banking, l-informazzjoni kollha dwar il-kont tal-pagament issir disponibbli online.

(58)

Fit-tranżazzjonijiet ta’ pagament uniku l-informazzjoni essenzjali biss għandha tingħata dejjem fuq l-inizjattiva proprja tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Minħabba li l-pagatur huwa ġeneralment preżenti meta jagħti l-ordni għall-pagament, ma għandux ikun neċessarju li jiġi rikjest fi kwalunkwe każ li l-informazzjoni tingħata bil-miktub jew bi strument ieħor durevoli. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun jista’ jagħti informazzjoni orali direttament minn fuq il-bank jew jagħmilha faċilment aċċessibbli b’mod ieħor, pereżempju billi jżomm il-kundizzjonijiet fuq notice board fuq il-post. Għandha tingħata wkoll informazzjoni dwar fejn hija tinsab informazzjoni aktar dettaljata oħra pereżempju l-indirizz tas-sit web. Madankollu, jekk il-konsumatur jitlob hekk, l-informazzjoni essenzjali għandha tingħata wkoll bil-miktub jew fuq strument ieħor durevoli.

(59)

Din id-Direttiva għandha tipprovdi għad-dritt tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni rilevanti mingħajr pagament qabel ma jkun marbut bi kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament. Il-konsumaturi għandu wkoll ikunu jistgħu jitolbu informazzjoni minn qabel flimkien mal-kuntratt qafas bil-miktub, mingħajr pagament fi kwalunkwe ħin waqt ir-relazzjoni kuntrattwali, sabiex ikunu jistgħu kemm iqabblu s-servizzi u l-kundizzjonijiet offruti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u f’każ ta’ kwalunkwe tilwima biex jivverifikaw id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tagħhom, biex b’hekk jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu kompatibbli mad-Direttiva 2002/65/KE. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar informazzjoni bla pagament f’din id-Direttiva ma għandux ikollhom l-effett li jippermettu li jintalbu imposti għall-forniment ta’ informazzjoni lill-konsumaturi skont direttivi applikabbli oħra.

(60)

Il-mod kif l-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jieħu kont tal-ħtiġijiet ta’ dan tal-aħħar kif ukoll tal-aspetti tekniċi prattiċi u l-kosteffiċjenza skont is-sitwazzjoni fir-rigward tal-ftehim fil-kuntratt rispettiv ta’ servizzi ta’ pagament. Din id-Direttiva għandha għalhekk tiddistingwi bejn żewġ modi kif għandha tingħata l-informazzjoni mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament; jew l-informazzjoni għandha tingħata, jiġifieri attivament ikkomunikata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fil-ħin xieraq kif meħtieġ minn din id-Direttiva mingħajr ebda talba min-naħa tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament jew l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament abbażi ta’ talba għal aktar informazzjoni. F’dan l-aħħar każ, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament irid jieħu passi attivi biex jikseb l-informazzjoni, bħal pereżempju jitlobha espliċitament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jagħmel log in f’kaxxa postali ta’ kont tal-bank jew idaħħal kard tal-bank fi printer għal rendikont tal-kont. Għal tali finijiet il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni jkun possibbli u li l-informazzjoni tkun disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

(61)

Il-konsumatur għandu jirċievi informazzjoni bażika mingħajr ebda imposta addizzjonali dwar tranżazzjonijiet li twettqu. Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament unika l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jimponi imposti separati għal dik l-informazzjoni. Bl-istess mod, l-informazzjoni sussegwenti dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament b’kuntratt qafas għandha tingħata wkoll kull xahar bla ħlas. Madankollu, b’kont meħud tal-importanza tat-trasparenza fl-ipprezzar u fid-differenzjar tal-ħtiġijiet tal-konsumatur, il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jiftiehmu dwar imposti fir-rigward ta’ informazzjoni aktar frekwenti jew addizzjonali. Sabiex jittieħed kont tal-prattiki nazzjonali differenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jesiġu li r-rendikont menswali stampat fuq il-karta jew fuq strument ieħor durevoli għandu dejjem jingħata bla ħlas.

(62)

Biex tkun iffaċilitata l-mobbiltà tal-konsumatur, għandu jkun possibbli li l-konsumaturi jitterminaw kuntratt qafas mingħajr ma jbatu imposti. Madankollu, għal kuntratti tterminati mill-konsumatur qabel sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom, fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom ikunu jistgħu japplikaw imposti skont l-ispejjeż imġarrba minħabba t-terminazzjoni tal-kuntratt qafas mill-konsumatur. Għall-konsumaturi, il-perijodu ta’ avviż miftiehem ma għandux ikun ta’ aktar minn xahar, u għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux inqas minn xahrejn. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jtemm il-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament f’ċirkostanzi eċċezzjonali skont liġi tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra, bħal dik dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kwalunkwe azzjoni mmirata lejn l-iffriżar ta’ fondi, jew kwalunkwe miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati.

(63)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fl-interessi tal-konsumatur, iżommu jew jintroduċu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet dwar bidliet unilaterali fil-kundizzjonijiet ta’ kuntratt qafas, pereżempju jekk m’hemmx raġuni ġustifikata għal tali bidla.

(64)

Dispożizzjonijiet kuntrattwali ma għandhomx, bħala għan jew effett tagħhom, jiddiskriminaw kontra konsumaturi li huma legalment residenti fl-Unjoni, minħabba ċ-ċittadinanza jew il-post ta’ residenza tagħhom. Pereżempju, meta kuntratt qafas jipprevedi għad-dritt biex jiġi bblukkat l-istrument ta’ pagament għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux ikun jista’ jinvoka dak id-dritt sempliċiment għaliex l-utent ta’ servizzi ta’ pagament biddel il-post ta’ residenza tiegħu fl-Unjoni.

(65)

Fir-rigward tal-imposti, l-esperjenza wriet li t-tqassim tal-imposti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju huwa l-aktar sistema effiċjenti peress li jiffaċilita l-ipproċessar dirett tal-pagamenti. Għandu għalhekk ikun hemm dispożizzjoni sabiex it-tariffi jinġabru, normalment, direttament mingħand il-pagatur u mingħand il-benefiċjarju mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom. L-ammont ta’ kwalunkwe imposta miġbura jista’ jkun ukoll żero għaliex id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw il-prattika li permezz tagħha l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jiġborx imposti mingħand il-konsumaturi meta jikkredita l-kontijiet tagħhom. B’mod simili, skont it-termini tal-kuntratt, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ biss jiġbor imposti mingħand il-benefiċjarju (il-kummerċjant) għall-użu tas-servizzi ta’ pagament, li f’dak il-każ l-ebda imposta ma tkun imposta fuq il-pagatur. Hu possibbli li s-sistemi ta’ pagament jimponu imposti permezz ta’ tariffa għal abbonament. Id-dispożizzjonijiet dwar l-ammont trasferit jew kwalunkwe imposta miġbura ma għandhom l-ebda impatt dirett fuq l-ipprezzar bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew kwalunkwe intermedjarju.

(66)

Il-prattiki nazzjonali differenti dwar tariffi għall-użu ta’ xi strument tal-pagament partikolari (“sovrimposta”) wasslu għal eteroġeneità estrema fis-suq tal-pagamenti tal-Unjoni u saru sors ta’ konfużjoni għall-konsumaturi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku u dak transkonfinali. Kummerċjanti li jinsabu fl-Istati Membri fejn is-sovrimposti huma permessi, joffru prodotti u servizzi fi Stati Membri fejn dawn is-sovrimposti huma pprojbiti u jimponu sovrimposta fuq il-konsumatur. Hemm ukoll ħafna eżempji ta’ kummerċjanti li jimponu sovrimposta fuq il-konsumaturi f’livelli ferm ogħla mill-ispiża mġarrba minn kummerċjanti għall-użu ta’ strument ta’ pagament speċifiku. Barra minn hekk, raġunament b’saħħtu għal reviżjoni tal-prattiki tas-sovrimposti huwa appoġġat mill-fatt li r-Regolament (UE) 2015/751 jistabbilixxi regoli għal tariffi tal-interkambju għal pagamenti bil-kard. It-tariffi tal-interkambju jikkostitwixxu l-komponent prinċipali kostitwenti tal-imposti tal-kummerċjanti għal kards u għal pagamenti bil-kard. L-impożizzjoni ta’ sovrimposta hija l-prattika ta’ gwida użata xi kultant minn kummerċjanti biex jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali ta’ pagamenti bil-kard. Ir-Regolament (UE) 2015/751 timponi limiti fuq il-livell ta’ tariffi tal-interkambju. Dawk il-limiti se japplikaw qabel il-projbizzjoni stipulata f’din id-Direttiva. Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jimpedixxu lill-benefiċjarji milli jesiġu imposti għall-użu ta’ strumenti ta’ pagament li għalihom it-tariffi tal-interkambju huma rregolati fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751.

(67)

Filwaqt li din id-Direttiva tirrikonoxxi r-rilevanza tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jibqgħu l-mezz prinċipali kif il-konsumatur jikseb strumenti ta’ pagament. Il-ħruġ ta’ strument ta’ pagament permezz ta’ kard minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, kemm jekk istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni ta’ pagament, minbarra dak li jġestixxi l-kont tal-klijent, jipprovdi aktar kompetizzjoni fis-suq u għalhekk jipprovdi għażla ikbar u offerta aħjar għall-konsumaturi. Filwaqt li llum, il-biċċa l-kbira tal-pagamenti fil-punt tal-bejgħ huma b’kard, il-grad ta’ innovazzjoni attwali fil-qasam tal-pagamenti jista’ jwassal għall-iżvilupp rapidu ta’ mezzi ta’ pagament ġodda fis-snin li ġejjin. Għalhekk huwa xieraq li fir-rieżami ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tagħti konsiderazzjoni partikolari għal dawk l-iżviluppi u dwar jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-konferma tad-disponibbiltà tal-fondi għandux jiġi rivedut. Għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li joħroġ strument ta’ pagament permezz ta’ kard, partikolarment kards ta’ debitu, il-kisba ta’ konferma dwar id-disponibbiltà tal-fondi fil-kont tal-klijent mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, tippermetti lill-emittent sabiex iġestixxi aħjar u jnaqqas ir-riskju ta’ kreditu tiegħu. Fl-istess ħin, dik il konferma ma għandhiex tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ikollu l-konferma li jimblokka fondi fil-kont ta’ pagament tal-pagatur.

(68)

L-użu ta’ kard jew strument ta’ pagament permezz ta’ kard biex isir pagament spiss jiskatta l-ġenerazzjoni ta’ messaġġ li jikkonferma d-disponibbiltà tal-fondi u żewġ tranżazzjonijiet ta’ pagament li jirriżultaw minn dan. L-ewwel tranżazzjoni sseħħ bejn l-emittent u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-kummerċjant, filwaqt li t-tieni, normalment debitu dirett, isseħħ bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur u l-emittent. Iż-żewġ tranżazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal kwalunkwe tranżazzjoni ekwivalenti oħra. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li joħorġu strumenti ta’ pagament permezz ta’ kard għandu jkollhom l-istess drittijiet u għandhom ikunu soġġetti għall-istess obbligi skont din id-Direttiva, irrispettivament jekk humiex jew le l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur, b’mod partikolari f’termini ta’ responsabbiltà (eż. l-awtentikazzjoni) u r-responsabbiltà vis-à-vis l-atturi differenti fil-katina tal-pagament. Peress li t-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-konferma dwar id-disponibbiltà tal-fondi tista’ ssir permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni siguri eżistenti, proċeduri tekniċi u l-infrastruttura għall-komunikazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont, filwaqt li jirrispettaw il-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa, ma għandux ikun hemm spejjeż addizzjonali għall-fornituri tas-servizzi tal-pagament jew għad-detenturi ta’ kards. Barra minn hekk, jekk it-tranżazzjoni ta’ pagament isseħħ f’ambjent tal-Internet(is-sit elettroniku tal-kummerċjant), jew f’post bl-imnut f’post, jiġifieri ħanut bl-imnut, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jkun obbligat li jipprovdi l-konferma mitluba mill-emittent biss fejn il-kontijiet miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont huma aċċessibbli elettronikament għal dik il-konferma għallinqas online. Meta titqies in-natura speċifika ta’ flus elettroniċi, ma għandux ikun possibbli li japplika dak il-mekkaniżmu għal tranżazzjonijiet ta’ pagament li jinbdew, permezz ta’ strumenti ta’ pagament ibbażati fuq il-kard li fuqha jkunu maħżuna flus elettroniċi, kif definit fid- Direttiva 2009/110/KE.

(69)

L-obbligu li jinżammu siguri l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà huwa ta’ importanza kbira għall-protezzjoni tal-fondi tal-utent tas-servizzi ta’ pagament u sabiex jiġu limitati r-riskji marbuta mal-frodi u aċċess mhux awtorizzat għall-kont ta’ pagament. Madankollu, it-termini u l-kundizzjonijiet jew obbligi oħra imposti minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament dwar utenti ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-protezzjoni tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà ma għandhomx jiġu abbozzati b’mod li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux jistgħu jieħdu vantaġġ minn servizzi offruti minn fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż servizzi ta’ bidu ta’ pagament u servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet. Barra minn hekk, tali termini u kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma għandhom jinkludu ebda dispożizzjoni li tagħmilha b’xi mod iktar diffiċli biex jintużaw is-servizzi ta’ pagament ta’ fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ pagament awtorizzati jew irreġistrati skont din id-Direttiva.

(70)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-konsegwenzi ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati jew esegwiti b’mod żbaljat, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kemm jista’ jkun malajr dwar kwalunkwe kontestazzjoni li tikkonċerna tranżazzjonijiet ta’ pagament allegatament mhux awtorizzati jew esegwiti b’mod żbaljat dment li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun issodisfa l-obbligi ta’ informazzjoni tiegħu skont din id-Direttiva. Jekk l-iskadenza ta’ notifika tiġi rispettata mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun jista’ jindirizza dawk il-pretensjonijiet soġġetti għal perijodi ta’ limitazzjoni. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa pretensjonijiet oħrajn bejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

(71)

Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu immedjatament jirrifondi l-ammont ta’ dik it-tranżazzjoni lill-pagatur. Madankollu, fejn ikun hemm suspett kbir ta’ tranżazzjoni mhux awtorizzata li tirriżulta minn imġiba frodulenti tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament u fejn dak is-suspett hu bbażat fuq raġunijiet oġġettivi li huma kkomunikati lill-awtorità nazzjonali rilevanti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun jista’ jwettaq, fi żmien raġonevoli, investigazzjoni qabel ma jirrifondi lill-pagatur. Sabiex il-pagatur ikun protett kontra kwalunkwe żvantaġġ, id-data tal-valur tal-kreditu ta’ rifużjoni ma għandhiex tkun aktar tard mid-data meta l-ammont ikun ġie debitat. Biex jiġi pprovdut inċentiv għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament biex jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ kwalunkwe serq jew telf ta’ strument ta’ pagament u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati, l-utent għandu jkun responsabbli biss għal ammont limitat ħafna, ħlief jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun aġixxa b’mod frodulenti jew b’negliġenza serja. F’dan il-kuntest ammont ta’ EUR 50 jidher li hu adegwat sabiex tiġi żgurata protezzjoni armonizzata u ta’ livell għoli tal-utenti fi ħdan l-Unjoni. Ma għandu jkun hemm l-ebda responsabbiltà f’każ li l-pagatur ma jkunx f’pożizzjoni li jsir jaf bit-telf, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni tal-istrument ta’ pagament. Barra minn hekk, ladarba l-utenti jkunu nnotifikaw lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li l-istrument ta’ pagament tagħhom seta’ ġie kompromess, l-utenti ta’ servizz ta’ pagament ma għandhomx ikunu meħtieġa jkopru telf ulterjuri li jirriżulta minn użu mhux awtorizzat ta’ dak l-istrument. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għas-sigurtà teknika tal-prodotti tagħhom stess.

(72)

Sabiex jiġi vvalutat jekk kienx hemm negliġenza jew negliġenza serja fuq il-parti tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, għandu jittieħed kont taċ-ċirkostanzi kollha. L-evidenza u l-livell ta’ negliġenza allegata għandhom ġeneralment ikunu evalwati skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, filwaqt li l-kunċett ta’ negliġenza jimplika ksur ta’ dmir ta’ diliġenza, negliġenza serja għandha tfisser aktar minn sempliċi negliġenza, li tkun tinvolvi mġiba li turi grad sinifikanti ta’ traskuraġni; pereżempju jinżammu l-kredenzjali użati biex jawtorizza tranżazzjoni ta’ pagament jinżammu ħdejn l-istrument ta’ pagament, f’format li jkun miftuħ u faċilment identifikabbli minn partijiet terzi. It-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali marbutin mal-forniment u l-użu ta’ strument ta’ pagament, li l-effett tagħhom ikun li jżidu l-oneru tal-provi fuq il-konsumatur jew li jnaqqsu l-oneru tal-provi fuq l-emittent għandhom jitqiesu nulli u bla effett. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet speċifiċi u b’mod partikolari meta l-istrument tal-pagament ma jkunx preżenti fil-punt tal-bejgħ, bħal fil-każ ta’ pagamenti online, jixraq li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun obbligat jipprovdi evidenza ta’ negliġenza allegata minħabba li l-mezzi biex il-pagatur jagħmel dan huma limitati ħafna f’każijiet bħal dawn.

(73)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-allokazzjoni ta’ telf fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati. Jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet differenti għal utenti ta’ servizzi ta’ ħlas li mhumiex konsumaturi, peress li tali utenti normalment huma f’pożizzjoni aħjar biex jivvalutaw ir-riskju ta’ frodi u jieħdu miżuri ta’ kontra-bilanċ. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-pagaturi għandhom ikunu dejjem intitolati li jindirizzaw il-pretensjoni tagħhom għal rimborż lill-fornitur tagħhom ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, anke fejn huwa involut fit-tranżazzjoni tal-pagament. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta’ responsabbiltà bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

(74)

Fil-każ ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, id-drittijiet u l-obbligi tal-utenti tas-servizzi ta’ pagament u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament involuti għandhom ikunu adatti għas-servizzi pprovdut. B’mod speċifiku, l-allokazzjoni tar- responsabbiltà bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont u l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament involut fit-tranżazzjoni għandu jobbligahom biex jassumu r-responsabbiltà għall-partijiet rispettivi tat-tranżazzjoni li huma taħt il-kontroll tagħhom.

(75)

Din id-Direttiva għandha l-għan li żżid il-protezzjoni tal-konsumatur f’każijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament bil-kard fejn l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ma jkunx magħruf fil-mument meta l-pagatur jagħti l-kunsens għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, pereżempju fl-istazzjonijiet awtomatiċi tal-fjuwil, il-kuntratti tal-kiri ta’ karozzi jew meta jagħmel riżervazzjonijiet ta’ lukandi. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jista’ jiffriża l-fondi fuq il-kont tal-pagament tal-pagatur biss jekk il-pagatur ikun ta l-kunsens għall-ammont eżatt tal-fondi li għandhom jiġu rilaxxati mingħajr dewmien bla bżonn wara li tiġi riċevuta l-informazzjoni dwar l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament u, l-aktar tard, immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament.

(76)

Il-proġett SEPA għandu l-għan li jkompli jiżviluppa servizzi ta’ pagamenti komuni għall-Unjoni kollha biex jieħdu post servizzi nazzjonali attwali fir-rigward ta’ pagamenti denominati f’euro. Bil-ħsieb li tiġi żgurata migrazzjoni sħiħa lejn trasferimenti tal-krediti u debiti diretti fl-Unjoni kollha, ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti f’euro. B’referenza għal debiti diretti, dak ir-Regolament jipprevedi li l-pagatur jagħti l-kunsens kemm lill-benefiċjarju kif ukoll lill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament tal-pagatur (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju), u li l-mandati, flimkien ma’ modifiki jew kanċellazzjoni li jsiru wara, għandhom jinħażnu mill-benefiċjarju jew minn parti terza f’isem il-benefiċjarju. L-iskema pan-Ewropea attwali u, s’issal-unika waħda, ta’ debitu dirett għall-pagamenti ta’ konsumaturi f’euro żviluppata mill-Kunsill Ewropew għall-Pagamaent hija bbażata fuq il-prinċipju li l-mandat għall-esekuzzjoni ta’ debitu dirett jingħata mill-pagatur lill-benefiċjarju u, flimkien ma’ modifiki jew kanċellazzjoni li jsiru wara, tiġi maħżuna mill-benefiċjarju. Il-mandat jista’ wkoll jiġi maħżun minn parti terza f’isem il-benefiċjarju. Sabiex jiġi żgurat appoġġ pubbliku wiesa’ għas-SEPA u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur fi ħdan is-SEPA, l-iskema pan-Ewropea eżistenti ta’ debitu dirett tipprevedi għall-pagamenti awtorizzati, dritt bla kundizzjonijiet ta’ rifużjoni. Filwaqt li tirrefletti dik ir-realtà, din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi d-dritt ta’ rifużjoni bla kundizzjonijiet bħala rekwiżit ġenerali għat-tranżazzjonijiet kollha fl-Unjoni ta’ debitu dirett f’euro.

Madankollu, b’mod parallel mas-SEPA, għadhom jeżistu skemi tradizzjonali ta’ debitu dirett mhux f’euro fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Dawk l-iskemi juru li dawn huma effiċjenti u li jiżguraw l-istess livell għoli ta’ protezzjoni għall-pagatur permezz ta’ salvagwardja oħra, mhux dejjem ibbażati fuq dritt bla kundizzjonijiet ta’ rifużjoni. F’dan il-każ, il-pagatur għandu jkun protett skont ir-regola ġenerali għal rifużjoni meta t-tranżazzjoni ta’ ħlas imwettqa taqbeż l-ammont li seta’ raġonevolment ikun mistenni. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu regoli għad-drittijiet dwar id-dritt ta’ rifużjoni li huma aktar favorevoli għal pagatur. Fi ħdan is-SEPA, hemm domanda ġenwina għal prodotti speċifiċi ta’ debitu dirett denominati f’euro, kif turi l-kontinwazzjoni tal-eżistenza f’xi Stati Membri ta’ ċerti servizzi tradizzjonali ta’ pagamenti f’euro. Tkun ħaġa proporzjonata li l-pagatur u l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament tal-pagatur jitħallew jiftiehmu f’kuntratt qafas li l-pagatur ma jkollux dritt għal rifużjoni, f’sitwazzjonijiet fejn il-pagatur ikun protett jew minħabba li l-pagatur ikun ta l-kunsens għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament direttament lill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament tiegħu/tagħha, inkluż meta l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jaġixxi f’isem il-benefiċjarju, jew għax, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni futura ta’ pagament kienet ipprovduta lill-pagatur jew saret disponibbli b’mod maqbul minn qabel, lill-pagatur tal-inqas erba’ ġimgħat qabel id-data ta’ skadenza mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-benefiċjarju. Fi kwalunkwe eventwalità, il-pagatur għandu dejjem ikun protett bir-regola ġenerali dwar ir-rifużjoni fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati jew esegwiti ħażin.

(77)

Għall-ippjanar finanzjarju u l-issodisfar tal-obbligi tal-pagament fiż-żmien debitu, il-konsumaturi u l-impriżi għandhom bżonn ta’ ċertezza dwar it-tul taż-żmien li se tieħu l-esekuzzjoni ta’ ordni tal-pagament. Din id-Direttiva għandha għalhekk tistabbilixxi meta d-drittijiet u l-obbligi jkollhom effett, jiġifieri, meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirċievi l-ordni tal-pagament, inkluż meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kellu l-opportunità li jirċeviha permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni miftiehma fil-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament, minkejja kwalunkwe involviment preċedenti fil-proċess li wassal għall-ħolqien u t-trażmissjoni tal-ordni tal-pagament, pereżempju verifiki dwar is-sigurtà u d-disponibbiltà tal-fondi, informazzjoni dwar l-użu tan-numru tal-identità personali (PIN) jew il-ħruġ ta’ wegħda ta’ pagament. Barra minn hekk, irċevuta ta’ ordni ta’ pagament għandha sseħħ meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jirċievi l-ordni ta’ pagament li għandha tiġi ddebitata mill-kont tal-pagatur. Il-jum jew il-mument meta l-benefiċjarju jittrażmetti lill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament ordnijiet ta’ pagament għall-ġbir, pereżempju ta’ pagamenti bil-kard jew ta’ debiti diretti jew meta l-benefiċjarju jingħata finanzjament minn qabel fuq l-ammonti relatati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu permezz ta’ kreditu kontinġenti fil-kont tiegħu ma għandux ikun rilevanti f’dan ir-rigward. L-utenti għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq l-esekuzzjoni tajba ta’ ordni tal-pagament kompluta u valida jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkollu l-ebda raġuni kuntrattwali jew statutorja għal rifjut. Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta ordni għall-pagament, ir-rifjut u r-raġuni għar-rifjut għal dan għandhom ikunu kkomunikati lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament fl-aktar opportunità bikrija soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali. Fejn il-kuntratt qafas jipprevedi li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jimponi tariffa għar-rifjut, tali tariffa għandha tkun oġġettivament ġustifikata u għandha tinżamm baxxa kemm jista’ jkun.

(78)

Minħabba l-ħeffa li biha s-sistemi moderni tal-pagament totalment awtomatizzati jipproċessaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament, li jfisser li wara ċerta data, l-ordnijiet tal-pagament ma jkunux jistgħu jiġu revokati mingħajr spejjeż kbar ta’ intervent manwali, jeħtieġ li tiġi speċifikata skadenza ċara għar-revoki tal-pagament. Madankollu, skont it-tip ta’ servizzi ta’ pagament u l-ordni tal-pagament, għandu jkun possibbli li d-data ta’ skadenza tvarja għar-revoki ta’ pagament bi qbil bejn iż-żewġ partijiet. Revoka, f’dak il-kuntest, għandha tapplika biss għar-relazzjoni bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, u għalhekk hija mingħajr preġudizzju għall-irrevokabbiltà u l-finalità tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament fis-sistemi ta’ pagament.

(79)

Tali irrevokabbiltà ma għandhiex taffettwa d-drittijiet jew l-obbligi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament skont il-liġijiet ta’ wħud mill-Istati Membri, abbażi tal-kuntratt qafas tal-pagatur jew il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi jew il-linji gwida nazzjonali, li jħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament esegwita f’każ ta’ tilwima bejn il-pagatur u l-benefiċjarju. Tali rimborż għandu jitqies bħala ordni ta’ pagament ġdida. Bl-eċċezzjoni ta’ dawn il-każijiet, it-tilwim legali li jirriżulta fir-relazzjoni sottostanti l-ordni ta’ pagament għandu jiġi riżolt biss bejn il-pagatur u l-benefiċjarju.

(80)

Biex ikun hemm ipproċessar tal-pagament għalkollox integrat u dirett u ċertezza legali fir-rigward tal-esekuzzjoni ta’ kwalunkwe obbligu sottostanti bejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, huwa essenzjali li l-ammont totali trasferit mingħand il-pagatur għandu jiġi akkreditat fuq il-kont tal-benefiċjarju. Għaldaqstant, ma għandux ikun possibbli li xi ħadd mill-intermedjarji involuti fl-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament jagħmel tnaqqis mill-ammont trasferit tiegħu. Madankollu, għandu jkun possibbli għall-benefiċjarji li jidħlu fi ftehim mal-fornitur tagħhom ta’ servizzi ta’ pagament li tippermetti dan tal-aħħar li jnaqqas l-imposti tiegħu stess. Minkejja dan, sabiex il-benefiċjarju jkun jista’ jivverifika li l-ammont dovut jitħallas korrettament, l-informazzjoni sussegwenti pprovduta dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament għandha tindika mhux biss l-ammont sħiħ tal-fondi trasferiti iżda wkoll l-ammont ta’ imposti li jkunu tnaqqsu.

(81)

Strumenti tal-pagament ta’ valur baxx għandhom ikunu alternattiva rħisa u faċli biex tintuża fil-każ ta’ oġġetti u ta’ servizzi bi prezz baxx u ma għandhomx ikunu mgħobbija żżejjed b’rekwiżiti eċċessivi. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni rilevanti u r-regoli dwar l-esekuzzjoni tagħhom għandhom għalhekk ikunu limitati għal informazzjoni essenzjali, ukoll b’kont meħud tal-kapaċitajiet tekniċi li jistgħu ġustifikabbilment ikunu mistennija minn strumenti ddedikati għal pagamenti ta’ valur baxx. Minkejja s-sistema eħfef, l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament għandhom ikollhom protezzjoni adegwata, meta wieħed jikkunsidra r-riskji limitati li dawk l-istrumenti ta’ pagament jippreżentaw, speċjalment fir-rigward ta’ strumenti ta’ pagament imħallsa minn qabel.

(82)

Sabiex titjieb l-effiċjenza tal-pagamenti fl-Unjoni kollha, l-ordnijiet ta’ pagament kollha mibdija mill-pagatur u denominati fl-euro jew fil-munita ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro, inklużi trasferimenti ta’ krediti u rimessi ta’ flus, għandhom ikunu soġġetti għal ħin ta’ esekuzzjoni massimu ta’ jum wieħed. Għall-pagamenti l-oħra kollha, bħal pagamenti mibdija minn jew permezz tal-benefiċjarju, inklużi debiti diretti u pagamenti bil-kard, fin-nuqqas ta’ ftehim espliċitu bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-pagatur li jistabbilixxi perijodu ta’ esekuzzjoni itwal, għandu japplika l-istess perijodu ta’ esekuzzjoni ta’ jum wieħed. Il-perijodi ta’ hawn fuq jistgħu jkunu estiżi b’jum ta’ negozju wieħed addizzjonali, jekk l-ordni tal-pagament tingħata bil-miktub biex jippermetti t-tkomplija tal-forniment ta’ servizzi ta’ pagament lill-konsumaturi li huma mdorrijin biss b’dokumenti fuq karta. Meta tintuża skema ta’ debitu dirett, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jittrażmetti l-ordni tal-ġbir fl-iskadenzi miftiehma bejn il-benefiċjarju u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament, biex b’hekk is-saldu jkun jista’ jsir fid-data ta’ skadenza maqbula. Minħabba li l-infrastrutturi tal-pagament spiss ikunu effiċjenti ħafna u sabiex il-livelli preżenti ta’ servizzi ma jiddeterjorawx, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu fis-seħħ jew jistabbilixxu regoli li jispeċifikaw żmien ta’ esekuzzjoni ta’ anqas minn jum ta’ negozju, meta jkun xieraq.

(83)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-esekuzzjoni għall-ammont sħiħ u ż-żmien tal-esekuzzjoni għandhom jikkostitwixxu prattika tajba meta wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx jinsab fl-Unjoni.

(84)

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi f’suq armonizzat ta’ pagamenti, huwa essenzjali li l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ikunu jafu x’inhuma l-ispejjeż u l-imposti reali tas-servizzi ta’ pagament sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom. Għaldaqstantgħandhom ikunu projbiti metodi ta’ pprezzar li ma jkunux trasparenti, peress li huwa komunement aċċettat li dawk il-metodi jagħmluha diffiċli ħafna għall-utenti biex jistabbilixxu l-prezz reali tas-servizzi ta’ pagament. Speċifikament, l-użu ta’ datar ta’ valur li jkun ta’ żvantaġġ għall-utent ma għandux ikun permess.

(85)

Il-funzjonament bla xkiel u effiċjenti tas-sistema tal-pagament jiddependi fuq kemm l-utent ikun jista’ jistrieħ fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jwettaq kif suppost it-tranżazzjoni ta’ pagament u fiż-żmien miftiehem. Normalment, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun f’pożizzjoni li jivvaluta r-riskji involuti fit-tranżazzjoni ta’ pagament. Huwa l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi s-sistema ta’ pagamenti, li jagħmel arranġamenti biex jerġa’ jiġbor fondi li jkunu ntilfu jew li jkunu ġew allokati ħażin, u li jiddeċiedi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dwar l-intermedjarji involuti fl-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament. Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet kollha, huwa xieraq, ħlief għal ċirkostanzi anormali u mhux prevedibbli, li tkun imposta responsabbiltà fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament aċċettata mill-utent, ħlief fir-rigward ta’ atti u omissjonijiet mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, li jkun intgħażel mill-benefiċjarju waħdu. Madankollu, sabiex il-pagatur ma jitħalliex mingħajr protezzjoni f’ċirkostanzi li mhuwiex ċar li l-ammont tal-pagament kien debitament riċevut mill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament tal-benefiċjarju, l-oneru ta’ prova korrispondenti għandu jibqa’ fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ min iħallas. Bħala regola, wieħed jista’ jistenna li l-istituzzjoni intermedjarja, normalment korp “newtrali” bħal bank ċentrali jew kamra tal-ikklerjar, li tittrasferixxi l-ammont ta’ pagament mingħand il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jibgħat għal għand dak li jirċievi, ser taħżen id-data tal-kont u ser tkun tista’ tipprovdiha fejn meħtieġ. Meta l-ammont ta’ pagament ikun ġie kkreditat fil-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament riċeventi, il-benefiċjarju għandu immedjatament ikollu pretensjoni fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal kreditu fil-kont.

(86)

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, jiġifieri l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jew, fejn adatt, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament,għandu jassumi r-responsabbiltà għall-esekuzzjoni korretta tal-pagament, inkluż, b’mod partikolari, l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-ħin tal-esekuzzjoni, u responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe nuqqas minn partijiet oħra fil-katina ta’ pagament sal-kont tal-benefiċjarju. Bħala riżultat ta’ dik ir-responsabbiltà, meta l-ammont sħiħ mhuwiex ikkreditat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jew huwa biss ikkreditat lilu tard, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jikkoreġi t-tranżazzjoni ta’ pagament jew mingħajr dewmien bla bżonn jirrifonda lill-pagatur l-ammont rilevanti ta’ dik it-tranżazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pretensjoni oħra li tista’ ssir skont f’konformità mal-liġi nazzjonali. Minħabba r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-pagatur jew il-benefiċjarju ma għandhom ikunu mgħobbija bl-ebda spiża li jkollha x’taqsam mal-pagament żbaljat. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ esekuzzjoni, esekuzzjoni difettuża jew dewmien fl-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tal-valur ta’ pagamenti korrettivi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tkun dejjem l-istess bħad-data ta’ valur fil-każ ta’ esekuzzjoni korretta.

(87)

Din id-Direttiva għandha tikkonċerna biss obbligi u responsabbiltajiet kuntrattwali bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Madankollu, il-funzjonament tajjeb ta’ trasferimenti ta’ kreditu u servizzi ta’ pagament oħrajn jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-intermedjarji tagħhom, bħal proċessuri, ikollhom kuntratti li fihom ikunu stipulati d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tagħhom. Kwistjonijiet relatati ma’ responsabbiltajiet jiffurmaw parti essenzjali minn dawn il-kuntratti uniformi. Biex tiġi żgurata l-kredibbiltà bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u intermedjarji li jieħdu sehem fi tranżazzjoni ta’ pagament, tinħtieġ ċertezza legali fis-sens li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhux responsabbli jiġi kkumpensat għat-telf li ġarrab jew għal somom imħallsin skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward ir-responsabbiltà. Aktar drittijiet u dettalji tal-kontenut tar-rikors u kif għandhom jiġu ttrattati pretensjonijiet fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew intermedjarju attribwibbli għal tranżazzjoni difettuża ta’ pagament għandhom soġġetti għal ftehim.

(88)

Għandu jkun possibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jispeċifika mingħajr ambigwità l-informazzjoni meħtieġa biex ordni ta’ pagament tkun tista’ tiġi eżeġwita korrettament. Min-naħa l-oħra, madankollu, biex tiġi evitata l-frammentazzjoni u l-periklu għall-istabbiliment ta’ sistemi ta’ pagament integrati fl-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew jeħtieġu l-użu ta’ identifikatur partikolari għal tranżazzjonijiet ta’ pagament. Madankollu, dak ma għandux iżomm lill-Istati Membri milli jeħtieġu li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jaġixxi bid-diliġenza dovuta u jivverifika l-koerenza tal-identifikatur uniku, meta dan ikun teknikament possibbli u mingħajr ħtieġa ta’ intervent manwali, u, meta l-identifikatur uniku jinstab li hu inkoerenti, jirrifjutaw l-ordni ta’ pagament u jinformaw lill-pagatur b’dan. Ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandha tkun limitata għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament f’konformità mal-ordni ta’ pagament tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament. Jekk il-fondi involuti fi tranżazzjoni ta’ pagament imorru għand ir-riċevitur żbaljatminħabba identifikatur uniku mhux korrett ipprovdut mill-pagatur, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-benefiċjarju ma għandhomx ikunu responsabbli, iżda għandhom ikunu obbligati jikkooperaw biex jagħmlu sforzi raġonevoli biex jirkupraw il-fondi inkluż, permezz tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti.

(89)

Il-provvediment ta’ servizzi ta’ pagament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), ir-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) huma applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. B’mod partikolari, meta d-data personali tiġi pproċessata għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-iskop preċiż għandu jiġi speċifikat, għandu jkun hemm konformità mal-bażi legali rilevanti msemmija, ir-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà stipulati fid-Direttiva 95/46/KE, u għandhom jiġu rispettati l-prinċipji tan-neċessità, il-proporzjonalità, il-limitazzjoni tal-iskop u l-perijodu proporzjonat għaż-żamma tad-data. Il-protezzjoni tad-data mid-disinn u l-protezzjoni tad-data b’mod awtomatiku għandhom ukoll ikunu parti integrali fis-sistemi kollha ta’ pproċessar ta’ data żviluppati u użati fil-qafas ta’ din id-Direttiva.

(90)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà li jitmexxa negozju, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt li wieħed ma jiġix ipproċessat u kkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat. Din id-Direttiva trid tiġi implimentata f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(91)

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament huma responsabbli għall-miżuri ta’ sigurtà. Dawk il-miżuri jridu jkunu proporzjonati mar-riskji għas-sigurtà kkonċernati. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom jistabbilixxu qafas biex itaffu r-riskji u jżommu proċeduri effettivi ta’ ġestjoni tal-inċidenti. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rappurtar regolari, sabiex jiżgura li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, fuq bażi regolari, valutazzjoni aġġornata tar-riskji ta’ sigurtà tagħhom u l-miżuri li jkunu ħadu b’reazzjoni għal dawn ir-riskji. Barra minn hekk, sabiex jiġi assigurat li d-danni lil utenti, fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament jew sistemi ta’ pagament, bħal tfixkil sostanzjali ta’ sistema ta’ pagament, jinżammu kemm jista’ jkun minimi, huwa essenzjali li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikunu meħtieġa biex jirrappurtaw l-inċidenti kbar b’rabta mas-sigurtà, mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet kompetenti. Għandu jkun stabbilit rwol ta’ koordinazzjoni mill-EBA.

(92)

L-obbligi ta’ rappurtar ta’ inċidenti tas-sigurtà huma mingħajr preġudizzju għal obbligi ta’ rappurtar ta’ inċidenti oħra stipulati f’atti legali oħrajn tal-Unjoni u kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’din id-Direttiva għandu jiġi allinjat ma’, u jkunu proporzjonat mal-obbligi ta’ rappurtar imposti minn liġi oħra tal-Unjoni.

(93)

Huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas legali ċar li jistabbilixxi l-kondizjonijiet u li bihom il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jistgħu jipprovdu s-servizzi tagħhom bil-kunsens tad-detentur tal-kont, mingħajr ma jkunu meħtieġa mill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li juża mudell partikolari tan-negozju, kemm jekk ibbażat fuq aċċess dirett jew fuq wieħed indirett, għall-forniment ta’ dawk it-tipi ta’ servizzi. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet fuq naħa waħda u, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont fuq l-oħra, għandhom josservaw ir-rekwiżiti meħtieġa tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà stabbiliti bi, jew imsemmija f’din id-Direttiva jew inklużi fl-istandards tekniċi regolatorji. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu kompatibbli mas-soluzzjonijiet teknoloġiċi differenti disponibbli. Sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni sigura bejn l-atturi rilevanti fil-kuntest ta’ dawk is-servizzi, l-EBA għandha wkoll tispeċifika r-rekwiżiti ta’ standards komuni u miftuħa ta’ komunikazzjoni biex jiġu implimentati mill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont li jippermettu l-provvediment ta’ servizzi ta’ pagament online. Dan ifisser li dawk l-istandards miftuħa għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi differenti ta’ komunikazzjoni. Dawk l-istandards komuni u miftuħa għandhom ukoll jiżguraw li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ikun konxju li qed jiġi kkuntattjat minn fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew minn fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u mhux mill-klijent innifsu. L-istandards għandhom jiżguraw ukoll li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jikkomunikaw b’mod sigur mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li jipprovdi s-servizzi tal-kont u mal-klijenti involuti. Fl-iżvilupp ta’ dawk ir-rekwiżiti, l-EBA għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-fatt li l-istandards li għandhom jiġu applikati għandhom jippermettu l-użu ta’ kull tip komuni ta’ apparati (bħal kompjuters, tablets u mowbajls) biex iwettqu servizzi ta’ pagament differenti.

(94)

Meta tkun qed tiżviluppa standards tekniċi regolatorji dwar l-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni, l-EBA għandha tivvaluta b’mod sistematiku u tieħu kont tad-dimensjoni ta’ privatezza, sabiex tidentifika r-riskji assoċjati ma’ kull waħda mill-opzjonijiet tekniċi disponibbli u r-rimedji li jistgħu jiġu attwati biex ikun minimizzat it-theddid għall-protezzjoni tad-data.

(95)

Is-sigurtà ta’ pagamenti elettroniċi hija fundamentali għall-iżgurar tal-protezzjoni tal-utenti u l-iżvilupp ta’ ambjent tajjeb għall-kummerċ elettroniku. Is-servizzi ta’ pagament kollha offruti elettronikament għandhom jitwettqu b’mod sigur, bl-adozzjoni ta’ teknoloġiji li kapaċi jiggarantixxu l-awtentikazzjoni sigura għall-utent u li jnaqqsu, sa fejn massimament possibbli, ir-riskju ta’ frodi. Ma jidhirx li hemm għalfejn jiġi ggarantit l-istess livell ta’ protezzjoni għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija u esegwiti b’modalitajiet li mhumiex pjattaformi jew apparati elettroniċi, bħal tranżazzjonijiet abbażi ta’ karta, ordnijiet bil-posta jew ordnijiet bit-telefon. Tkabbir solidu ta’ pagamenti fuq l-Internet u pagamenti bil-mowbajl għandu jiġi akkumpanjat b’tisħiħ ġeneralizzat tal-miżuri ta’ sigurtà. Is-servizzi ta’ pagament offruti permezz tal-Internet jew permezz ta’ mezzi oħra mill-bogħod, li l-funzjonament tagħhom ma jiddependix fuq fejn jinsab fiżikament l-apparat użat biex tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament jew l-istrument ta’ pagament użat, għandhom jinkludu l-awtentikazzjoni tat-tranżazzjonijiet permezz ta’ kodiċijiet dinamiċi, sabiex l-utent, f’kull ħin, mill-ammont u l-benefiċjarju tat-tranżazzjoni li dak l-utent ikun qed jawtorizza.

(96)

Il-miżuri ta’ sigurtà għandhom ikunu kompatibbli mal-livell ta’ riskju involut fis-servizzi ta’ pagament. Sabiex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ mezzi ta’ pagament, li huma faċli li jintużaw u li jkunu aċċessibbli, għal pagamenti b’riskju baxx, bħal pagamenti ta’ valur baxx bħala pagamenti mingħajr kuntatt fil-punt tal-bejgħ, kemm jekk bil-mowbajl jew jekk le, l-eżenzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sigurtà għandhom ikunu speċifikati fl-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. Jinħtieġ użu sikur ta’ kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà biex jiġu limitati r-riskji marbutin mal-phishing u attivitajiet oħra frodulenti. F’dak ir-rigward, l-utent għandu jkun jista’ jafda fuq l-adozzjoni ta’ miżuri li jipproteġu l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà. Dawk il-miżuri tipikament jinkludu sistemi ta’ kriptaġġ ibbażati fuq apparati personali tal-pagatur – inkluż apparat għall-qari tal-kards jew ċellulari – jew forniti lill-pagatur mill-fornitur tiegħu ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi s-servizzi tal-kont b’mezzi differenti bħal SMS jew posta elettronika. Il-miżuri, inklużi s-sistemi tipiċi ta’ kriptaġġ, li jistgħu jirriżultaw f’kodiċijiet ta’ awtentikazzjoni bħal passwords ta’ darba, jistgħu jsaħħu s-sigurtà ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament. L-użu ta’ tali kodiċijiet ta’ awtentikazzjoni mill-utenti tas-servizzi ta’ pagament għandhom jiġu kkunsidrati kompatibbli mal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-istrumenti ta’ pagament u l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà anke meta jkunu involuti l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.

(97)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk l-awtoritajiet kompetenti maħturin biex jagħtu l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet ta’ pagament jistgħux ikunu wkoll l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-proċeduri tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR).

(98)

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu kawża quddiem il-qrati, l-Istati Membri għandhom jiżgurawADR li tkun faċilment aċċessibbli, adegwata, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettiva bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li jirriżultaw mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) jipprevedi li l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi mir-regoli obbligatorji tal-liġi tal-pajjiż fejn għandhom ir-residenza abitwali tagħhom ma għandhiex tkun imdgħajfa minn xi terminu kuntrattwali li tikkonċerna l-liġi applikabbli għall-kuntratt. B’ħarsa lejn l-istabbiliment ta’ proċedura effiċjenti u effettiva ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistabbilixxu proċedura effettiva għall-ilmenti li tkun tista’ tiġi segwita mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom qabel ma t-tilwima tiġi riferut għal riżoluzzjoni bi proċedura tal-ADR jew quddiem qorti. Il-proċedura tal-ilmenti għandha tinkludi perijodi ta’ żmien qosra u definiti b’mod ċar li fihom il-fornitur tas-servizzi tal-pagament għandu jwieġeb għall-ilment. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet għal ADR ikollhom kapaċità suffiċjenti biex jinvolvu ruħhom b’mod adegwat u effiċjenti fil-kooperazzjoni transkonfinali fir-rigward ta’ tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw skont din id-Direttiva.

(99)

Huwa neċessarju li jkun żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Għalhekk għandhom jitfasslu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jitmexxew ilmenti kontra fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li ma jikkonformawx ma’ dawk id-dispożizzjonijiet u biex ikun żgurat li, meta xieraq, ikunu imposti penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Bil-ħsieb li tiġi żgurata konformità effettiva ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li jaġixxu b’mod independenti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar liema awtoritajiet ġew nominati, b’deskrizzjoni ċara ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva.

(100)

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ rikors fil-qrati biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa neċessarja, inkluż is-setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet, meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jikkonformax mad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari jekk ikun hemm riskju ta’ reċedività jew tħassib ieħor għall-interessi kollettivi tal-konsumatur.

(101)

Huwa importanti li l-konsumaturi jkunu infurmati b’mod ċar u li jinftiehem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tipproduċi fuljett dwar dawk id-drittijiet u l-obbligi.

(102)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-konsegwenzi f’dak li għandu x’jaqsam mar-responsabbiltà għal ineżattezzi fl-espressjoni jew fit-trażmissjoni ta’ stqarrija.

(103)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tal-VAT tas-servizzi ta’ pagament fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (25).

(104)

Fejn din id-Direttiva tagħmel referenza għal ammonti f’euro, dawk l-ammonti għandhom ikunu intenzjonati bħala li huma l-ammont ekwivalenti tal-munita nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro.

(105)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, ikun xieraq li jsiru arranġamenti transizzjonali sabiex persuni li jkunu bdew l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2007/64/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jkomplu b’dawk l-attivitajiet fl-Istat Membru kkonċernat għal perijodu speċifiku.

(106)

Is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tar-referenza għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE meta dik ir-Rakkomandazzjoni tiġi emendata u l-aġġornamenttal-ammont medju ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament esegwiti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament użat bħala limitu massimu għall-Istati Membri li japplikaw l-opzjoni li jeżentaw (partijiet) mir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għal istituzzjonijiet iżgħar ta’ pagament sabiex titqies l-inflazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(107)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tistrieħ fuq l-għarfien espert u l-appoġġ tal-EBA, li għandu jkollha l-kompitu li telabora linji gwida u tħejji abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar aspetti ta’ sigurtà tas-servizzi ta’ pagament b’mod partikolari fir-rigward ta’ awtentikazzjoni msaħħa tal-klijent, u dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-kuntest tal-provvediment ta’ servizzi u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati fi Stati Membri oħra. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. Dawk il-kompiti speċifiċi huma kompletament konformi mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-EBA kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(108)

L-EBA, meta tkun qed tiżviluppa linji gwida, abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont din id-Direttiva u f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tiżgura li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi dawk fis-suq ta’ servizzi ta’ pagament li jirriflettu l-interessi kollha involuti. Jekk ikun neċessarju għall-kisba ta’ bilanċ tajjeb ta’ fehmiet, l-EBA għandha tagħmel sforzi partikolari biex tikseb l-opinjonijiet ta’ atturi mhux bankarji rilevanti.

(109)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-integrazzjoni ulterjuri ta’ suq intern fis-servizzi ta’ pagament, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li jirrikjedi l-armonizzazzjoni ta’ ammont kbir ta’ regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali tad-diversi Stati Membri, iżda jistgħu jinkisbu minħabba l-iskala u l-effetti, aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(110)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (26), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar fejn jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ Direttiva u l-partijiet li jikkorrispondu magħhom tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

(111)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fil-5 ta’ Diċembru 2013 (27).

(112)

Id-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(113)

Minħabba l-għadd ta’ tibdiliet li hemm bżonn li jsiru għad-Direttiva 2007/64/KE huwa xieraq li din titħassar u tiġi sostitwita,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom jiddistingwu bejn is-sitt kategoriji li ġejjin ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament:

(a)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), inkluż il-fergħat tagħhom kif iddefiniti fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, fejn tali fergħat jinsabu fl-Unjoni, kemm jekk is-sede prinċipali ta’ dawk il-fergħat jinsabu fl-Unjoni jew, f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-liġi nazzjonali, ‘l barra mill-Unjoni;

(b)

l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, inkluż, f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali, fergħat tagħhom, fejn it-tali fergħat jinsabu fl-Unjoni u s-sede uffiċjali tagħhom jinsabu barra l-Unjoni, sakemm is-servizzi ta’ pagament pprovduti minn dawk il-fergħat huma marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi;

(c)

istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro (post office giro institutions) li huma intitolati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta’ pagament;

(d)

istituzzjonijiet ta’ pagament;

(e)

il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma jkunux qed jaġixxu bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra;

(f)

l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom meta ma jkunux qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet pubbliċi.

2.   Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli li jikkonċernaw:

(a)

it-trasparenza tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għas-servizzi ta’ pagament; u

(b)

id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, b’rabta mal-għoti ta’ servizzi ta’ pagament bħala xogħol regolari jew attività ta’ negozju.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal servizzi ta’ pagament ipprovduti fl-Unjoni.

2.   It-Titoli III u IV japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-munita ta’ Stat Membru fejn kemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur kif ukoll l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament, jinsabu fl-Unjoni.

3.   It-Titolu III, ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 45(1), il-punt (2)(e) tal-Artikolu 52 u l-punt (a) tal-Artikolu 56, u t-Titolu IV, ħlief għall-Artikoli 81 sa 86, japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament f’munita li mhijiex il-munita ta’ Stat Membru fejn kemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur kif ukoll il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament, jinsabu fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti li jitwettqu fl-Unjoni.

4.   It-Titolu III, ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 45(1), il-punt (2)(e) tal-Artikolu 52, il-punt (5)(g) tal-Artikolu 52 u l-punt (a) tal-Artikolu 56, u t-Titolu IV, ħlief għall-Artikolu 62(2) u (4), l-Artikoli 76, 77, 81, 83(1), 89 u 92 japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-muniti kollha meta wieħed biss mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikun jinsab fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti li jitwettqu fl-Unjoni.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw istituzzjonijiet msemmija fil-punti (4) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva jew ta’ xi wħud minnhom.

Artikolu 3

Esklużjonijiet

Din id-Direttiva ma tapplikax għal dan li ġej:

(a)

tranżazzjonijiet ta’ pagament li jsiru biss fi flus kontanti direttament mill-pagatur lill-benefiċjarju, mingħajr ebda intervent intermedjarju;

(b)

tranżazzjonjiet ta’ pagament mill-pagatur lill-benefiċjarju permezz ta’ aġent kummerċjali awtorizzat permezz ta’ ftehim li jinnegozja jew jikkonkludi l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi f’isem il-pagatur biss jew il-benefiċjarju biss;

(c)

trasport fiżiku professjonali ta’ flus f’karti tal-flus u f’muniti, inkluż il-ġbir, l-ipproċessar u t-tqassim tagħhom;

(d)

tranżazzjonijiet ta’ pagament li jikkonsistu fil-ġbir u t-tqassim mhux professjonali ta’ flus kontanti fil-qafas ta’ attività mhux bi skop ta’ qligħ jew ta’ karità;

(e)

servizzi fejn il-flus kontanti huma fornuti mill-benefiċjarju lill-pagatur bħala parti minn tranżazzjoni ta’ pagament, wara li tkun saret talba espliċita mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament eżatt qabel l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ pagament għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi;

(f)

operazzjonijiet ta’ kambju ta’ munita kontanti għal kontanti, fejn il-fondi ma jkunux miżmuma f’kont ta’ pagament;

(g)

tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kwalunkwe wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jinħarġu a debitu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bil-ħsieb li jitqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju:

(i)

ċekkijiet fuq karta rregolati mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tad-19 ta’ Marzu 1931 li tistipula liġi uniformi għal ċekkijiet;

(ii)

ċekkijiet fuq karta simili għal dawk imsemmija fil-punt (i) u rregolati bil-liġijiet tal-Istati Membri li mhumiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tad-19 ta’ Marzu 1931 li tipprevedi liġi uniformi għal ċekkijiet;

(iii)

ċekkijiet tal-bank fuq karta f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tas-7 ta’ Ġunju 1930 li tipprevedi liġi uniformi għal kambjali u ċedoli;

(iv)

ċekkijiet tal-bank fuq karta simili għal dawk imsemmija fil-punt (iii) u rregolati bil-liġijiet tal-Istati Membri li mhumiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tas-7 ta’ Ġunju 1930 li tipprevedi liġi uniformi għal kambjali u ċedoli;

(v)

vawċers fuq karta;

(vi)

traveller’s cheques fuq karta;

(vii)

money orders postali fuq karta kif inhuma ddefiniti mill-Unjoni Postali Universali;

(h)

tranżazzjonjiet ta’ pagament li jsiru f’sistema ta’ saldu permezz ta’ pagament jew titoli bejn aġenti tas-saldu, kontropartijiet ċentrali, kmamar tal-ikklirjar u/jew banek ċentrali u parteċipanti oħra fis-sistema, u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35;

(i)

tranżazzjonijiet ta’ pagament relatati mal-manteniment ta’ assi ta’ titoli, inklużi dividendi, introjtu jew distribuzzjonijiet oħra, jew fidi jew bejgħ, imwettqa mill-persuni msemmija fil-punt (h) jew minn ditti tal-investiment, impriżi ta’ investiment kollettiv jew kumpanniji ta’ amministrazzjoni ta’ assi li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew kwalunkwe entità oħra bil-permess li jkollha l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji;

(j)

servizzi pprovduti minn fornituri ta’ servizzi tekniċi, li jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, mingħajr ma dawn f’ebda ħin ikunu fil-pussess tal-fondi li għandhom jiġu trasferiti, inkluż l-ipproċessar u l-ħażna ta’ data, is-servizzi ta’ trust u ta’ protezzjoni tal-privatezza, awtentikazzjoni ta’ data u ta’ entità, il-forniment ta’ teknoloġija tal-informatika (IT) u netwerks ta’ komunikazzjoni, il-forniment u l-manutenzjoni ta’ terminals u apparat użat għal servizzi ta’ pagament, bl-esklużjoni ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

(k)

servizzi bbażati fuq strumenti ta’ pagament li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:,

(i)

strumenti li jippermettu lid-detentur jakkwista oġġetti jew servizzi fil-bini biss tal-emittent jew fi ħdan netwerk limitat ta’ fornituri ta’ servizzi skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali;

(ii)

strumenti li jistgħu jintużaw biss għall-akkwist ta’ firxa limitata ħafna ta’ oġġetti jew servizzi;

(iii)

strumenti validi biss fi Stat Membru wieħed ipprovduti fuq talba ta’ impriża jew entità tas-settur pubbliku u regolati minn awtorità pubblika nazzjonali jew reġjonali għal finijiet speċifiċi soċjali jew ta’ taxxa biex jiġu akkwistati prodotti jew servizzi speċifiċi minn fornituri li jkollhom ftehim kummerċjali mal-emittent;

(l)

tranżazzjonijiet ta’ pagament minn fornitur ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pprovduti flimkien mas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għal abbonat ta’ netwerk jew servizzi:

(i)

għax-xiri ta’ kontenut diġitali u servizzi bl-użu tal-vuċi, irrispettivament mill-apparat użat għax-xiri jew il-konsum tal-kontenut diġitali u addebitat lill-kont relatat; jew

(ii)

imwettqa minn jew permezz ta’ apparat elettroniku u addebitati lill-kont relatat fil-qafas ta’ attività karitattiva jew għax-xiri ta’ biljetti;

dment li l-valur ta’ kwalunkwe tranżazzjoni waħda ta’ pagament imsemmija fil-punti (i) u (ii) hawn fuq ma jaqbiżx l-EUR 50 u:

il-valur kumulattiv tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament għal abbonat individwalima jaqbiżx it-EUR 300 kull xahar; jew

fejn abbonat jiffinanzja l-kont tiegħuminn qabel mal-fornitur tas-servizzi jew tan-netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-valur kumulattiv ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament ma jaqbiżx it-EUR 300 kull xahar;

(m)

tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, l-aġenti jew il-fergħat tagħhom għall-kont proprju;

(n)

tranżazzjonijiet ta’ pagament u servizzi relatati bejn impriża prinċipali u s-sussidjarja tagħha jew bejn sussidjarji tal-istess impriża prinċipali, mingħajr ebda intervent intermedjarju minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li ma jkunx impriża li tappartjeni għall-istess grupp;

(o)

servizzi ta’ ġbid ta’ flus offruti permezz ta’ ATM mill-fornituri, li jaġixxu f’isem emittent wieħed jew aktar ta’ kards, li mhumiex parti għall-kuntratt qafas mal-klijent li jiġbed il-flus minn kont ta’ pagament, bil-kundizzjoni li dawn il-fornituri ma jwettqux servizzi ta’ pagament oħra kif imsemmi fl-Anness I. Madankollu il-klijent għandu jingħata l-informazzjoni dwar kwalunkwe imposta fuq ġbid ta’ flus imsemmija fl-Artikoli 45, 48, 49 u 59 qabel ma jiġbed il-flus kif ukoll malli joħorġu l-flus fi tmiem it-tranżazzjoni wara l-ġbid tal-flus.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament; jew

(b)

jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

2.

“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru minbarra l-Istat Membru ta’ domiċilju li fih il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu aġent jew fergħa jew fejn jipprovdi servizzi ta’ pagament;

3.

“servizz ta’ pagament” tfisser wieħed jew aktar mill-attivitajiet ta’ negozju kif stabbilita fl-Anness I;

4.

“istituzzjoni ta’ pagament” tfisser persuna ġuridika li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 11 biex tipprovdi u twettaq servizzi ta’ pagament fl-Unjoni kollha;

5.

“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser att, mibdi mill-pagatur jew f’ismu jew mill-benefiċjarju, ta’ tqegħid, ta’ trasferiment jew ta’ ġbid ta’ fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;

6.

“tranżazzjoni ta’ pagament mill-bogħod” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija permezz tal-Internet jew permezz ta’ apparat li jista’ jintuża għal komunikazzjoni mill-bogħod;

7.

“sistema ta’ pagament” tfisser sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, l-ikklirjar u/jew is-saldu ta’ tranżazzjonjiet ta’ pagament;

8.

“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont ta’ pagament u li jippermetti ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament, persuna fiżika jew ġuridika li tagħti ordni ta’ pagament;

9.

“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

10.

“utent ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ pagatur, ta’ benefiċjarju, jew tat-tnejn;

11.

“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser korp imsemmi fl-Artikolu 1(1) jew persuna fiżika jew ġuridika li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33;

12.

“kont ta’ pagament” tfisser kont miżmum f’isem utent wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ pagament li jintuża għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonjiet ta’ pagament;

13.

“ordni ta’ pagament” tfisser struzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lill-fornitur tiegħu ta’ servizzi ta’ pagament li titlob l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

14.

“strument ta’ pagament” tfisser apparat(i) personalizzat(i) u/jew sett ta’ proċeduri miftiehma bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u li jintuża sabiex tinbeda ordni ta’ pagament;

15.

“servizz ta’ bidu ta’ pagament” tfisser servizz sabiex tinbeda ordni ta’ pagament fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ kont ta’ pagament miżmum għand fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor;

16.

“servizz ta’ informazzjoni dwar kontijiet” tfisser servizz online li jipprovdi informazzjoni konsolidata dwar kont wieħed jew aktar ta’ pagament li jkollu l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma’ fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament jew ma’ aktar minn fornitur wieħed ta’ servizzi ta’ pagament;

17.

“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi u jmantni kont ta’ pagament għal pagatur;

18.

“fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jeżerċita attivitajiet ta’ negozju kif imsemmija fil-punt (7) tal-Anness I;

19.

“fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jeżerċita l-attivitajiet ta’ negozju kif imsemmija fil-punt (8) tal-Anness I;

20.

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, f’kuntratti ta’ servizzi ta’ pagament koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal finijiet li mhumiex is-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tiegħu jew tagħha;

21.

“kuntratt qafas” tfisser kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament li jirregola l-esekuzzjoni futura ta’ tranżazzjonjiet ta’ pagament individwali u suċċessivi u li jista’ jkollhom l-obbligu u l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit kont ta’ pagament;

22.

“rimessa ta’ flus” tfisser servizz ta’ pagament fejn jiġu rċevuti fondi minn pagatur, mingħajr ma jinħolqu ebda kontijiet ta’ pagament f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju, għall-uniku skop li jiġi trasferit ammont korrispondenti lil benefiċjarju jew lil fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju, u/jew fejn tali fondi huma rċevuti f’isem il-benefiċjarju u magħmulin disponibbli lill-benefiċjarju;

23.

“debitu dirett” tfisser servizzi ta’ pagament biex jiġi ddebitat il-kont ta’ pagament ta’ pagatur, fejn tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju abbażi tal-kunsens mogħti mill-pagatur lill-benefiċjarju, ill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, jew lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur stess;

24.

“trasferiment ta’ kreditu” tfisser servizz ta’ pagament għall-ikkreditar ta’ kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju b’tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament minn kont ta’ pagament ta’ pagatur mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jżomm il-kont ta’ pagament tal-pagatur, abbażi ta’ struzzjoni mogħtija mill-pagatur;

25.

“fondi” tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali jew flus elettroniċi kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE;

26.

“data tal-valur” tfisser żmien ta’ referenza użat minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-kalkolu tal-imgħax fuq il-fondi debitati minn jew kreditati lil kont ta’ pagament;

27.

“rata tal-kambju ta’ referenza” tfisser ir-rata tal-kambju li tintuża bħala l-bażi li fuqha jiġi kkalkolat kwalunkwe kambju ta’ valuta u li ssir disponibbli mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew tiġi minn sors pubblikament disponibbli;

28.

“rata ta’ imgħax ta’ referenza” tfisser ir-rata tal-imgħax li tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe imgħax li għandha tiġi applikata u li tiġi minn sors pubblikament disponibbli li jkun jista’ jiġi vverifikat miż-żewġ partijiet ta’ kuntratt dwar servizzi ta’ pagament;

29.

“awtentikazzjoni” tfisser proċedura li tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jivverifika l-identità ta’ utent ta’ servizzi ta’ pagament jew il-validità tal-użu ta’ strument ta’ pagament speċifiku, inkluż l-użu tal-kredenzjali ta’ sigurtà personalizzati tal-utent;

30.

“awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur” tfisser awtentikazzjoni bbażata fuq l-użu ta’ żewġ elementi jew iktar ikkategorizzati bħala għarfien (xi ħaġa li jaf biss l-utent), pussess (xi ħaġa li għandu biss l-utent) u inerenza (xi ħaġa li huwa l-utent) li huma indipendenti, fis-sens li l-ksur ta’ wieħed ma jikkompromettix l-affidabbiltà tal-oħrajn u hi mfassla b’tali mod li tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-data tal-awtentikazzjoni;

31.

“kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà” tfisser karatteristiċi personalizzati pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament lil utent ta’ servizzi ta’ pagament għal finijiet ta’ awtentikazzjoni;

32.

“data sensittiva dwar pagamenti” tfisser data, inklużi kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, li tista’ tintuża biex jitwettaq frodi. Għall-attivitajiet ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, l-isem ta’ sid il-kont u n-numru tal-kont ma jikkostitwixxux data sensittiva dwar pagamenti;

33.

“identifikatur uniku” tfisser kombinazzjoni ta’ ittri, numri jew simboli li jiġi speċifikat lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u li għandu jingħata mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament biex jiġi indentifikat mingħajr ambigwità l-utent l-ieħor ta’ servizzi ta’ pagament u/jew il-kont ta’ pagament ta’ dak l-utent l-ieħor ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjoni ta’ pagament;

34.

“mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod” tfisser metodu li, mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, jista’ jintuża għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament;

35.

“mezz durevoli” tfisser strument li jippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak l-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna;

36.

“mikro-intrapriża” tfisser intrapriża, li fil-ħin tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament, tkun intrapriża kif definit fl-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

37.

“jum ta’ negozju” tfisser jum li fih il-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju involut fl-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament huwa miftuħ għan-negozju kif meħtieġ għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

38.

“aġent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isem istituzzjoni ta’ pagament fil-forniment ta’ servizzi ta’ pagament;

39.

“fergħa” tfisser post ta’ negozju minbarra l-uffiċċju prinċipali li huwa parti minn istituzzjoni ta’ pagament, li ma għandux personalità ġuridika u li jwettaq direttament it-tranżazzjonijiet kollha inerenti fin-negozju ta’ istituzzjoni ta’ pagament jew uħud minnhom; il-postijiet kollha ta’ negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ pagament b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa unika;

40.

“grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li huma marbuta flimkien permezz ta’ relazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1),(2) jew (7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew impriżi kif iddefiniti fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 (29), li huma marbuta flimkien permezz ta’ relazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) jew fl-Artikolu 113(6) jew (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

41.

“netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser netwerk kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

42.

“servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser servizz kif iddefinit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE;

43.

“kontenut diġitali” tfisser oġġetti jew servizzi li huma prodotti u fornuti f’forma diġitali li l-użu jew il-konsum tagħhom hu ristrett għal apparat tekniku u li bl-ebda mod ma jinkludu l-użu jew il-konsum ta’ oġġetti jew servizzi fiżiċi;

44.

“akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament” tfisser servizz ta’ pagament ipprovdut minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jidħol f’kuntratt ma’ benefiċjarju biex jaċċetta u jipproċessa tranżazzjonijiet ta’ pagament, li jirriżultaw fi trasferiment ta’ fondi lill-benefiċjarju;

45.

“ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament” tfisser servizz ta’ pagament minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jidħol f’kuntratt li jipprovdi lil pagatur strument ta’ pagament biex jinbdew u jiġu pproċessati t-tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-pagatur;

46.

“fondi proprji” tfisser fondi kif definiti fil-punt 118 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn tal-anqas 75 % tal-Kapital fi Grad 1 jkun fil-forma ta’ Kapital Komuni tal-Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 50 ta’ dak ir-Regolament u l-Grad 2 huwa ndaqs jew anqas minn terz tal-Kapital fi Grad 1;

47.

“marka ta’ pagament” tfisser kwalunkwe isem, terminu, sinjal, simbolu jew taħlita tagħhom, li kapaċi tindika taħt liema skema ta’ pagament b’kard isiru t-tranżazzjonijiet ta’ pagament b’kard;

48.

“co-badging” tfisser l-inklużjoni ta’ żewġ marki jew aktar ta’ pagament jew applikazzjonijiet ta’ pagament tal-istess marka ta’ pagament fuq l-istess strument ta’ pagament.

TITOLU II

FORNITURI TA’ SERVIZZI TA’ PAGAMENT

KAPITOLU 1

Istituzzjonijiet ta’ pagament

Taqsima 1

Regoli ġenerali

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

1.   Għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament, għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, flimkien ma’ dan li ġej:

(a)

programm ta’ operazzjonijiet li jispeċifika b’mod partikolari t-tip ta’ servizzi ta’ pagament previsti;

(b)

pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, inkluż kalkolu ta’ tbassir ta’ baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji li juru li l-applikant jista’ juża s-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa u proporzjonati biex jopera sew;

(c)

evidenza li l-istituzzjoni ta’ pagament għandha l-ammont ta’ kapital inizjali previst fl-Artikolu 7;

(d)

għall-istituzzjonijiet ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 10(1), deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 10;

(e)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza u tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll tal-applikant, inklużi proċeduri amministrattivi, ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontabbiltà, li turi li dawk l-arranġamenti ta’ governanza, mekkaniżmi u proċeduri ta’ kontroll huma proporzjonati, adatti, sodi u adegwati;

(f)

deskrizzjoni tal-proċedura fis-seħħ biex jiġu mmonitorjati, ittrattati u segwiti ilment tal-konsumaturi marbuta ma’ inċidenti ta’ sigurtà u sigurtà, inkluż mekkaniżmu ta’ rappurtar ta’ inċidenti li jqis l-obbligi tan-notifika tal-istituzzjoni ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 96;

(g)

deskrizzjoni tal-proċess fis-seħħ sabiex jigi ffajljat, immonitorjat, ittrekkjat u ristrett l-aċċess għal data ta’ pagament sensittiva;

(h)

deskrizzjoni ta’ arranġamenti tal-kontinwità tan-negozju inkluża identifikazzjoni ċara tal-operazzjonijiet kritiċi, il-pjanijiet effettivi ta’ kontinġenza u proċedura biex b’mod regolari jiġu ttestjati u riveduti l-adegwatezza u l-effiċjenza ta’ dawn il-pjanijiet;

(i)

deskrizzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet applikati għall-ġbir ta’ data ta’ statistika dwar prestazzjoni, tranżazzjonijiet u frodi;

(j)

dokument ta’ politika ta’ sigurtà, inkluża valutazzjoni dettaljata tar-riskju fir-rigward tas-servizzi ta’ pagament tagħha u deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll u ta’ mitigazzjoni fir-rigward ta’ sigurtà meħuda biex jipproteġu b’mod xieraq l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra r-riskji identifikati, inklużi frodi u użu illegali ta’ data sensittiva u personali;

(k)

għall-istituzzjonijiet ta’ pagament soġġetti għall-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu taħt id-Direttiva (UE) 2015/849/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) u r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa sabiex jikkonforma ma’ dawk l-obbligi;

(l)

deskrizzjoni tal-organizzazzjoni strutturali tal-applikant, inkluża, meta applikabbli, deskrizzjoni tal-użu intenzjonat tal-aġenti u tal-fergħat u tal-verifiki mhux fuq is-sit u fuq is-sit li l-applikant jintrabat li jwettaq fuqhom mill-anqas kull sena, kif ukoll deskrizzjoni ta’ arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni, u l-parteċipazzjoni tagħha f’sistema ta’ pagament nazzjonali jew internazzjonali;

(m)

l-identità ta’ persuni li għandhom fil-kapital tal-applikant, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikata fis-sens tal-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-daqs tal-holdings tagħhom u evidenza tal-adegwatezza tagħhom b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament;

(n)

l-identità tad-diretturi u tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament u, fejn rilevanti, il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament, kif ukoll prova li huma ta’ fama tajba u għandhom l-għarfien u l-esperjenza adegwata biex iwettqu servizzi ta’ pagament kif determinat mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-istituzzjoni ta’ pagament;

(o)

meta applikabbli, l-identità tal-awdituri statutorji u tal-kumpaniji tal-awditjar kif definit fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

(p)

l-istatus legali tal-applikant u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;

(q)

l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-punti (d), (e) (f) u (l) tal-ewwel subparagrafu, l-applikant jagħti deskrizzjoni tal-arranġamenti tiegħu ta’ awditjar u l-arranġamenti organizzattivi li jkun stabbilixxa bil-ħsieb li jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jitħarsu l-interessi tal-utenti tiegħu u biex jiżgura kontinwità u kredibbiltà fil-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ pagament.

Il-kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jindikaw kif dawn jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà teknika u protezzjoni tad-data, inkluż għas-software u s-sistemi tal-IT użati mill-applikant jew l-impriżi li lilhom jiġu esternalizzati l-operazzjonijiet kollha tagħha jew parti minnhom. Dawk il-miżuri jinkludu wkoll il-miżuri ta’ sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 95(1). Dawk il-miżuri jqisu l-linji gwida tal-EBA dwar miżuri ta’ sigurtà tal- kif imsemmija fl-Artikolu 95(3) meta fis-seħħ.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu l-impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I, bħala kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni tagħhom, li jkollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali, li tkopri t-territorji li fihom joffru servizzi, jew xi garanzija komparabbli oħra kontra kull obbligu biex jiżguraw li jkunu jistgħu jagħmlu tajjeb għar-responsabbiltajiet tagħhom kif speċifikati fl-Artikoli 73, 89, 90 u 92.

3.   L-Istati Membri għandhom jesiġu l-impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni biex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (8) tal-Anness I, bħala kundizzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom, li jkollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali, li tkopri t-territorji li fihom joffru servizzi, jew xi garanzija komparabbli oħra kontra l-obbligi tagħhom vis-à-vis il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jew l-utent ta’ servizz ta’ pagament li jirriżultaw minn aċċess mhux awtorizzat jew frodulenti għal, jew użu mhux awtorizzat jew frodulenti ta’, informazzjoni dwar il-kont ta’ pagament.

4.   Sat-13 ta’ Jannar 2017, l-EBA għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament li jirriflettu l-interessi kollha involuti, toħroġ linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji ta’ kif jiġi stipulat l-ammont minimu monetarju tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija komparabbli oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Fl-iżvilupp tal-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-EBA għandha tieħu kont ta’ dan li ġej:

(a)

il-profil tar-riskju tal-impriża;

(b)

jekk l-impriża tipprovdix servizzi oħra ta’ pagament kif imsemmijin fl-Anness I jew jekk hijiex impenjata f’negozju ieħor;

(c)

id-daqs tal-attività:

(i)

għal impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I, il-valur tat-tranżazzjonijiet mibdija;

(ii)

għal impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni sabiex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (8) tal-Anness I, in-numru ta’ klijenti li jużaw is-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

(d)

il-karatteristiċi speċifiċi ta’ garanziji komparabbli u l-kriterji għall-implimentazzjoni tagħhom.

L-EBA għandha teżamina mill-ġdid dawk il-linji gwida fuq bażi regolari.

5.   Sat-13 ta’ Lulju 2017, l-EBA għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament li jirriflettu l-interessi kollha involuti, tiżviluppa linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b), (c), (e) u (g) sa (j) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tirrevedi dawk il-linji gwida fuq bażi regolari u fi kwalunkwe avveniment mill-inqas darba kull tliet snin.

6.   B’kont meħud, fejn adatt, tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 5, l-EBA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b), (c), (e)) u (g) sa (j) tal-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformita mal-paragrafu 1.

Artikolu 6

Kontroll tal-parteċipazzjoni azzjonarja

1.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li takkwista jew iżżid aktar, b’mod dirett jew indirett, parteċipazzjoni kwalifikata skont it-tifsira tal-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’istituzzjoni ta’ pagament, li minħabba f’hekk il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew li minħabba f’hekk l-istituzzjoni ta’ pagament issir is-sussidjarja tagħha, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ta’ pagament bil-miktub u minn qabel, bl-intenzjoni tagħha. L-istess japplika għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikata, jew li tnaqqas il-parteċipazzjoni kwalifikata tagħha sabiex il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma jaqgħu taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew biex minħabba f’hekk l-istituzzjoni ta’ pagament ma tibqax aktar sussidjarja tagħha.

2.   L-akkwirent propost ta’ parteċipazzjoni kwalifikata għandu jforni lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba kif ukoll l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2013/36/UE.

3.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li fejn l-influwenza eżerċitata minn akkwirent propost, kif imsemmi fil-paragrafu 2 x’aktarx li taħdem għad-detriment ta’ ġestjoni prudenti u soda tal-istituzzjoni ta’ pagament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom jew jieħdu miżuri xierqa oħra sabiex tintemm dik is-sitwazzjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu inġunzjonijiet, penalitajiet kontra diretturi jew il-persuni responsabbli għall-maniġment jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri tal-istituzzjoni ta’ pagament konċernata.

Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu informazzjoni minn qabel, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

4.   Jekk tiġi akkwistata parteċipazzjoni minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri, irrispettivament minn kwalunkwe penali oħra li ser tkun adottata, għandhom jipprevedu li jkun sospiż l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni korrispondenti, li l-voti mitfugħa jitqiesu nulli jew il-possibbiltà li dawk il-voti jitqiesu nulli.

Artikolu 7

Kapital inizjali

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikollhom, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, kapital inizjali, li jkun magħmul minn element wieħed biss jew iktar minn dawk msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ġej:

(a)

meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi biss is-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (6) tal-Anness I, il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 20 000;

(b)

meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi s-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I, il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 50 000;

(c)

meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punti (1) sa (5) tal-Anness I, il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 125 000.

Artikolu 8

Fondi proprji

1.   Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament, ma għandhomx ikunu inqas mill-kapital ininzjali msemmi fl-Artikoli 7 jew l-ammont ta’ fondi proprji kif ikkalkulat skont l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu l-użu multiplu ta’ elementi eliġibbli għall-fondi proprji meta l-istituzzjoni ta’ pagament tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra ta’ pagament, istituzzjoni tal-kreditu, ditta tal-investiment, kumpannija għall-immaniġġar tal-assi jew impriża tal-assigurazzjoni. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll meta l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha karattru ibridu u twettaq attivitajiet oħra barra milli tipprovdi s-servizzi ta’ pagament.

3.   Jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu sodisfatti, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva għal istituzzjonijiet ta’ pagament li huma inklużi fis-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 9

Kalkolu ta’ Fondi proprji

1.   Minkejja r-rekwiżiti ta’ kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament, ħlief dawk li joffru biss is-servizzi kif imsemmija fil-punti (7) jew (8), jew it-tnejn li huma, tal-Anness I, ikollhom, fi kwalunkwe ħin, fondi proprji kkalkolati skont wieħed mit-tliet metodi li ġejjin, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali:

 

Metodu A

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħha tas-sena preċedenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dik il-ħtieġa fil-każ ta’ bidla materjali fin-negozju tal-istituzzjoni ta’ pagament mis-sena preċedenti ‘l hawn. Fejn istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx ikkompletat sena sħiħa ta’ negozju fid-data tal-kalkolu, ir-rekwiżit għandu jkun li l-fondi proprji jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi korrispondenti kif previst fil-pjan tan-negozju tagħha, sakemm ma jkunx rikjest mill-awtoritajiet kompetenti aġġustament għal dak il-pjan.

 

Metodu B

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas is-somma tal-elementi li ġejjin multiplikata bil-fattur ta’ skalar k iddefinit fil-paragrafu 2, fejn il-volum ta’ pagament (PV) jirrappreżenta parti waħda minn tnax tal-ammont totali tat-tranżazzjonjiet ta’ pagament imwettqa mill-istituzzjoni ta’ pagament fis-sena preċedenti:

(a)

4,0 % tal-porzjon ta’ PV sa EUR 5 miljun,

magħdud ma’

(b)

2,5 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 5 miljun sa EUR 10 miljun,

magħdud ma’

(c)

1 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 10 miljun sa EUR 100 miljun,

magħdud ma’

(d)

0,5 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 100 miljun sa EUR 250 miljun,

magħdud ma’

(e)

0,25 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 250 miljun.

 

Metodu C

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas l-indikatur rilevanti definit fil-punt (a), immultiplikat bil-fattur multiplikatur iddefinit fil-punt (b) u bil-fattur ta’ skalar k iddefinit fil-paragrafu 2.

(a)

L-indikatur rilevanti huwa s-somma ta’ dan li ġej:

(i)

introjtu minn imgħax;

(ii)

spejjeż fuq imgħax;

(iii)

kummissjonijiet u tariffi riċevuti; u

(iv)

introjtu operattiv ieħor.

Kull element għandu jiġi inkluż fis-somma bis-sinjal pożittiv jew negattiv tiegħu. Introjtu minn elementi straordinarji jew irregolari ma għandux jintuża fil-kalkolu tal-indikatur rilevanti. In-nefqa tal-esternalizzazzjoni ta’ servizzi li jingħataw minn partijiet terzi tista’ tnaqqas l-indikatur rilevanti jekk in-nefqa tiġġarrab minn impriża soġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva. L-indikatur rilevanti huwa kkalkolat abbażi tal-aħħar 12-il osservazzjoni mensili fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti. L-indikatur rilevanti jiġi kkalkolat fuq is-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu fondi proprji kkalkolati skont il-Metodu C ma għandhomx jaqgħu taħt it-80 % tal-medja tat-tliet snin finanzjarji preċedenti għall-indikatur rilevanti. Meta ċ-ċifri awditjati ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw stimi tan-negozju.

(b)

Il-fattur ta’ multiplikatur għandu jkun:

(i)

10 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti sa EUR 2,5 miljun;

(ii)

8 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 2,5 miljun sa EUR 5 miljun;

(iii)

6 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 5 miljun sa EUR 25 miljun;

(iv)

3 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 25 miljun sa EUR 50 miljun;

(v)

1,5 % ‘il fuq minn EUR 50 miljun.

2.   Il-fattur ta’ skalar k li għandu jintuża fil-Metodi B u C għandu jkun:

(a)

0,5 meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi biss is-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (6) tal-Anness I;

(b)

1 meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punti (1) sa (5) tal-Anness I.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta’ evalwazzjoni tal-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju, tal-bażi tad-data dwar ir-riskji ta’ telf u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni ta’ pagament, jesiġu li l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skont il-paragrafu 1, jew jippermettu li l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skont il-paragrafu 1.

Artikolu 10

Salvagwardja tar-rekwiżiti

1.   L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li istituzzjoni ta’ pagament li tipprovdi s-servizzi ta’ pagament kif imsemmija fil-punti (1) sa (6) tal-Anness I tissalvagwardja l-fondi kollha li jkunu ġew riċevuti mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jew permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, f’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

fl-ebda ħin il-fondi ma għandhom jitħalltu mal-fondi ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li f’isimhom ikunu miżmuma l-fondi u, meta jkunu għadhom miżmuma mill-istituzzjoni ta’ pagament u jkunu għadhom ma ngħatawx lil benefiċjarju jew trasferiti lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor sa tmiem il-jum ta’ negozju wara l-jum meta l-fondi jkun ġew riċevuti, jiġu depożitati f’kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu jew investiti f’assi likwidi siguri u b’riskju baxx kif definit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju; u għandhom jiġu protetti f’konformità mal-liġi nazzjonali fl-interess tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra pretensjonijiet ta’ kredituri oħra tal-istituzzjoni ta’ pagament, b’mod partikolari f’każ ta’ insolvenza;

(b)

il-fondi għandhom ikunu koperti minn polza ta’ assigurazzjoni jew minn xi garanzija komparabbli oħra minn kumpannija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni tal-kreditu, li ma tagħmilx parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni ta’ pagament innifisha, għal ammont ekwivalenti għal dak li jkun ġie segregat fin-nuqqas ta’ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli oħra, pagabbli fil-każ li l-istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha.

2.   Fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun meħtieġa tissalvagwardja fondi taħt il-paragrafu 1 u porzjon ta’ dawk il-fondi ser jintuża għal tranżazzjonjiet ta’ ħlas futuri fejn l-ammont li jifdal ser jintuża għal servizzi mhux ta’ pagament, dik il-parti tal-fondi li ser tintuża għal tranżazzjonjiet ta’ pagament futuri għandha tkun soġġetta wkoll għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1. Meta dak il-porzjon ikun varjabbli jew mhux magħruf minn qabel, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament japplikaw dan il-paragrafu abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv li hu preżunt li jintuża għal servizzi ta’ pagament dment li tali porzjon rappreżentattiv jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli abbażi tad-data storika b’mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 11

Għoti ta’ awtorizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-impriżi għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 1(1) u għajr persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33, li biħsiebhom jipprovdu servizzi ta’ pagament, jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament qabel jibdew jipprovdu servizzi ta’ pagament. Awtorizzazzjoni għandha tingħata biss lil persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni jekk l-informazzjoni u l-evidenza li jakkumpanjaw l-applikazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 5 u jekk il-valutazzjoni ġenerali tal-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu skrutinizzaw l-applikazzjoni, tkun favorevoli. Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta rilevanti, jikkonsultaw lill-bank ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi rilevanti oħra.

3.   Istituzzjoni ta’ pagament li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha hija rikjesta li jkollha uffiċċju reġistrat, għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikun l-uffiċċju reġistrat tagħha u għandha twettaq tal-inqas parti min-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament hemmhekk.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk, b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament, l-istituzzjoni ta’ pagament għandha arranġamenti ta’ governanza robusti għan-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament, li jinkludi struttura organizzattiva ċara b’linji definiti sew, trasparenti u konsistenti ta’ responsabbiltà, proċeduri effettivi għall-identifikazzjoni, il-maniġġar, l-osservazzjoni u r-rappurtar tar-riskji li hi jew li tista’ tkun esposta għalihom, u mekkaniżmi interni ta’ kontroll adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u ta’ kontabbiltà sodi; dawk l-arranġamenti, il-proċeduri u l-mekkaniżmi għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta’ pagament ipprovduti mill-istituzzjoni ta’ pagament.

5.   Meta istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punti (1) sa (7) tal-Anness I u, fl-istess ħin, hija involuta f’attivitajiet oħrajn ta’ negozju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu l-istabbiliment ta’ entità separata għan-negozju ta’ servizzi ta’ pagament, meta l-attivitajiet ta’ servizzi mhux ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament jagħmlu ħsara jew x’aktarx jagħmlu ħsara jew lis-solidità finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ pagament jew lill-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw il-konformità tal-istituzzjoni ta’ pagament mal-obbligi kollha stabbiliti minn din id-Direttiva.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni jekk, b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament, huma ma jkunux sodisfatti dwar l-adegwatezza tal-azzjonisti jew ta’ membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikata.

7.   Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-istituzzjoni ta’ pagament u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra kif definiti fil-punt (38) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jimpedixxux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregola persuna waħda jew aktar, fiżika jew ġuridika, li magħhom l-istituzzjoni ta’ pagament għandha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

9.   L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha u għandha tippermetti li l-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata tipprovdi s-servizzi ta’ pagament li huma koperti mill-awtorizzazzjoni fl-Unjoni kollha, skont il-libertà li jingħataw servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment.

Artikolu 12

Komunikazzjoni tad-deċiżjoni

Fi żmien tliet xhur mir-riċevuta ta’ applikazzjoni jew, fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, tal-informazzjoni kollha meħtieġa għad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-applikant dwar jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġiet rifjutata. L-awtorità kompetenti għandha tagħti raġunijiet fejn tirrifjuta awtorizzazzjoni.

Artikolu 13

Irtirar ta’ awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni ta’ pagament biss jekk l-istituzzjoni:

(a)

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew tkun waqfet milli twettaq negozju għal aktar minn sitt xhur, jekk l-Istat Membru ikkonċernat ma jkunx għamel provvediment għal skadenza tal-awtorizzazzjoni f’każijiet bħal dawn;

(b)

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezzi irregolari oħra;

(c)

ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni jew tonqos milli tinforma l-awtorità kompetenti dwar żviluppi ewlenin f’dan ir-rigward;

(d)

tikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà jew għall-fiduċja fis-sistema ta’ pagament bit-tkomplija tan-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament; jew

(e)

taqa’ f’wieħed mill-każijiet l-oħra fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti raġunijiet għal kwalunkwe irtirar ta’ awtorizzazzjoni u għandha tinforma lil dawk ikkonċernati b’dan.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel pubbliku l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15.

Artikolu 14

Reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ domiċilju

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru pubbliku li fih jiddaħħlu dawn li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati u l-aġenti tagħhom;

(b)

persuni fiżiċi u ġuridiċi, li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33, u, l-aġenti tagħhom, u

(c)

l-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) li huma intitolati skont il-liġi nazzjonali li jipprovdu servizzi ta’ pagament.

Il-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jiddaħħlu fir-reġistru tal-Istat Membru ta’ domiċilju jekk dawk il-fergħat jipprovdu servizzi fi Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom.

2.   Ir-reġistru pubbliku għandu jidentifika s-servizzi ta’ pagament li għalihom l-istituzzjoni ta’ pagament tkun awtorizzata jew li għalihom l-persuna fiżika jew ġuridika tkun ġiet irreġistrata. L-istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati għandhom jiġu elenkati fir-reġistru separatament minn persuni fiżiċi u ġuridiċi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament aċċessibbli għal konsultazzjoni, aċċessibbli online, u aġġornat mingħajr dewmien.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu fir-reġistru pubbliku kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni u kull irtirar ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA dwar ir-raġunijiet għall-irtirar ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni u ta’ kwalunkwe eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33.

Artikolu 15

Reġistru tal-EBA

1.   L-EBA għandha tiżviluppa, topera u żżomm reġistru ċentrali elettroniku li jkun fih l-informazzjoni kif notifikata mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2. L-EBA għandha tkun responsabbli għal preżentazzjoni preċiża ta’ dik l-informazzjoni.

L-EBA għandha tagħmel ir-reġistru disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-Internet tagħha, u għandha tippermetti aċċess faċli u tfittxija faċli għall-informazzjoni elenkata, mingħajr ħlas.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-EBA bl-informazzjoni mdaħħla fir-reġistri pubbliċi tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 14 b’lingwa li tintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli għall-eżattezza tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 u biex iżommu dik l-informazzjoni aġġornata.

4.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi dwar l-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tar-reġistru elettroniku ċentrali u dwar l-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fih. Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jiżguraw li l-modifika tal-informazzjoni tkun possibbli biss mill-awtorità kompetenti u l-EBA.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar id-dettalji u l-istruttura tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata skont il-paragrafu 1, inklużi l-format komuni u l-mudell li bih din l-informazzjoni tiġi pprovduta.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Lulju 2017.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 16

Żamma tal-awtorizzazzjoni

Fejn kwalunkwe bidla taffettwa l-eżattezza tal-informazzjoni u tal-evidenza ipprovduta skont l-Artikolu 5, l-istituzzjoni ta’ pagament għandha mingħajr dewmien żejjed tinforma b’dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

Artikolu 17

Kontabilità u awditjar statutorju

1.   Id-Direttivi 86/635/KEE u 2013/34/UE, u r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet ta’ pagament.

2.   Sakemm ma jiġux eżentati skont id-Direttiva 2013/34/UE u, fejn applikabbli, id-Direttiva 86/635/KEE, il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu awditjati minn awdituri statutorji jew kumpaniji tal-awditjar fit-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE.

3.   Għal finijiet superviżorji, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jipprovdu informazzjoni ta’ kontabilità separata għas-servizzi u l-attivitajiet ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 18(1), li għandhom ikunu soġġetti għar-rapport tal-awditur. Dak ir-rapport għandu jitħejja, meta applikabbli, mill-awdituri statutorji jew kumpanija tal-awditjar.

4.   L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 63 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-awdituri statutorji jew kumpaniji tal-awditjar tal-istituzzjonijiet ta’ pagament fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 18

Attivitajiet

1.   Minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ pagament għandu jkollhom id-dritt li jkunu involuti fl-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-forniment ta’ servizzi operattivi u servizzi anċillari relatati mill-qrib bħall-iżgurar tal-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, servizzi tal-kambju ta’ valuta, attivitajiet ta’ salvagwardja, u l-ħażna u l-ipproċessar ta’ data;

(b)

it-tħaddim ta’ sistemi ta’ pagament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35;

(c)

attivitajiet ta’ negozju minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, b’kont meħud tal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali.

2.   Fejn l-istituzzjonijiet ta’ pagament jinvolvu ruħhom fil-forniment ta’ servizz wieħed jew aktar ta’ pagament, jistgħu jżommu biss kontijiet ta’ pagament li jintużaw esklużivament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament.

3.   Kwalunkwe fond riċevut minn istituzzjonijiet ta’ pagament mingħand utenti ta’ servizzi ta’ pagament, bil-ħsieb ta’ forniment ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jikkostitwixxi depożitu jew fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew flus elettroniċi kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE.

4.   L-istituzzjonijiet ta’ pagament jistgħu jagħtu kreditu relatat ma’ servizzi ta’ pagament kif imsemmija fil-punt (4) jew (5) tal-Anness I biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

il-kreditu għandu jkun anċillari u jingħata esklużivament b’konnessjoni mal-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

(b)

minkejja r-regoli nazzjonali dwar il-forniment ta’ kreditu permezz ta’ kards tal-kreditu, il-kreditu mogħti b’konnessjoni ma’ pagament u mwettaq skont l-Artikolu 11(9) u l-Artikolu 28 għandu jitħallas lura f’perijodu qasir li fl-ebda każ ma għandu jaqbeż it-12-il xahar;

(c)

tali kreditu ma għandux jingħata minn fondi riċevuti jew miżmuma għall-fini tal-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

(d)

il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom f’kull ħin u għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet superviżorji jkunu adatti fir-rigward tal-ammont ġenerali ta’ kreditu mogħti.

5.   L-istituzzjonijiet ta’ pagament ma għandhomx iwettqu n-negozju li jieħdu depożiti jew fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE.

6.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE jew liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew miżuri nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi li mhumiex armonizzati minn din id-Direttiva li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

Taqsima 2

Rekwiżiti oħra

Artikolu 19

Użu ta’ aġenti, fergħat jew entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati attivitajiet

1.   Fejn istituzzjoni ta’ pagament jkollha l-ħsieb li tipprovdi servizzi ta’ pagament permezz ta’ aġent, hi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-aġent;

(b)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern li ser jintużaw mill-aġent sabiex jikkonforma mal-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849, li għandhom jiġu aġġornati mingħajr dewmien fl-eventwalità ta’ bidliet materjali fid-dettalji kkomunikati fin-notifika inizjali;

(c)

l-identità tad-diretturi u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent li ser tintuża fil-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u, għal aġenti minbarra fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, evidenza li huma persuni kompetenti u idonei;

(d)

is-servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament li għalihom jingħata mandat l-aġent u

(e)

jekk applikabbli, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni jew in-numru tal-aġent.

2.   Fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tikkomunika lill- istituzzjoni ta’ pagament dwar jekk l-aġent ikunx iddaħħal jew le fir-reġistru previst fl-Artikolu 14. Mad-dħul fir-reġistru, l-aġent jista’ jibda servizzi ta’ pagament.

3.   Qabel ma jelenkaw l-aġent fir-reġistru, jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-informazzjoni li tingħatalhom mhix korretta, huma għandhom jieħdu azzjoni ulterjuri biex jivverifikaw l-informazzjoni.

4.   Jekk, wara li tkun ittieħdet l-azzjoni biex tiġi vverifikata l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux sodisfatti li l-informazzjoni li tingħatalhom skont il-paragrafu 1 hi korretta, huma għandhom jirrifjutaw li jelenkaw l-aġent fir-reġistru previst fl-Artikolu 14 u għandhom jinformaw lill-istituzzjoni ta’ pagament mingħajr dewmien żejjed.

5.   Jekk l-istituzzjoni ta’ pagament tixtieq tipprovdi servizzi ta’ pagament fi Stat Membru ieħor billi tingaġġa aġent jew tistabbilixxi fergħa hija għandha ssegwi l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 28.

6.   Meta istituzzjoni ta’ pagament ikollha l-intenzjoni li testernalizza funzjonijiet operattivi ta’ servizzi ta’ pagament, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, kif meħtieġ.

L-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operattivi importanti, inklużi sistemi tal-IT, ma għandhiex titwettaq b’tali mod li tagħmel ħsara materjali lill-kwalità tal-kontroll intern tal-istituzzjoni ta’ pagament u l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu monitoraġġ ta’ u jirrintraċċaw il-konformità tal-istituzzjoni ta’ pagament mal-obbligi kollha stabbiliti f’din id-Direttiva.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, funzjoni operattiva għandha tiġi kkunsidrata bħala importanti jekk difett jew nuqqas fit-twettiq tagħha jostakola materjalment il-possibbiltà li istituzzjoni ta’ pagament tkompli tosserva l-konformità ta’ istituzzjoni ta’ pagament mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha mitluba skont dan it-Titolu jew l-obbligi l-oħra tagħha skont din id-Direttiva, il-prestazzjoni finanzjarja tagħha, is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi ta’ pagament tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta istituzzjonijiet ta’ pagament jesternalizzaw funzjonijiet operattivi importanti, l-istituzzjonijiet ta’ pagament jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-esternalizzazzjoni ma għandhiex tirriżulta fid-delega minn amministrazzjoni għolja tar-responsabbiltajiet tagħha;

(b)

ir-relazzjoni u l-obbligi tal-istituzzjoni ta’ pagament lejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħha skont din id-Direttiva ma għandhomx jinbidlu;

(c)

il-kundizzjonijiet li magħhom l-istituzzjoni ta’ pagament għandha tikkonforma sabiex tkun awtorizzata u biex tibqa’ awtorizzata skont dan it-Titolu ma għandhomx jiġu mminati;

(d)

l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra li għalihom tkun soġġetta l-awtorizzazzjoni li tkun ingħatat lill-istituzzjoni ta’ pagament ma għandha titneħħa jew tiġi modifikata.

7.   L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jiżguraw li aġenti jew fergħat li jkunu qed jaġixxu f’isimhom jinformaw lill-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas b’dan.

8.   L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom mingħajr dewmien bla bżonn kwalunkwe tibdil fir-rigward tal-użu ta’ entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati attivitajiet u f’konformità mal-proċedura provduta fil-paragrafi 2, 3 u 4 aġenti, inkluż aġenti addizzjonali.

Artikolu 20

Responsabbiltà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikunu jiddependu fuq partijiet terzi għall-prestazzjoni ta’ funzjonijiet operattivi, dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jibqgħu għalkollox responsabbli għal kwalunkwe azzjoni tal-impjegati tagħhom, jew ta’ kwalunkwe aġent, fergħa jew entità li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet.

Artikolu 21

Żamma ta’ reġistri

L-Istati Membri għandom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament iżommu r-reġistri adatti kollha għall-fini ta’ dan it-Titolu għal mill-inqas ħames snin, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2015/849 jew għal xi liġi rilevanti oħra tal-Unjoni.

Taqsima 3

Awtoritajiet kompetenti u superviżjoni

Artikolu 22

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru bħala l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu ser iwettqu d-dmirijiet previsti taħt dan it-Titolu jew awtoritajiet pubbliċi, jew korpi rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom espressament is-setgħa għal dak il-għan mil-liġi nazzjonali, inklużi banek ċentrali nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiggarantixxu l-indipendenza minn korpi ekonomiċi u jevitaw kunflitti ta’ interess. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, jew istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro (post office giro institutions) ma għandhomx jinħatru bħala awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, kif meħtieġ.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 ikollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

3.   L-Istati Membri li fit-territorji tagħhom hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda għall-kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mill-qrib biex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effettiv. L-istess japplika f’każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti għal kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu mhumiex l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

4.   Il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti maħtura taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

5.   Il-paragrafu 1 ma għandux jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jissorveljaw l-attivitajiet tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ pagament għajr il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1).

Artikolu 23

Superviżjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolli li jeżerċitaw l-awtoritajiet kompetenti biex jikkontrollaw il-konformità kontinwa ma’ dan it-Titolu jkunu proporzjonati, adegwati u responsivi għar-riskji li għalihom ikunu esposti l-istituzzjonijiet ta’ pagament.

Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, ikunu intitolati jieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

jesiġu li l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tkun monitorjata l-konformità filwaqt li tispeċifika l-iskop tat-talba, kif adatt, u l-limitu taż-żmien sa meta għandha tingħata l-informazzjoni;

(b)

iwettqu spezzjonijiet fil-post tal-istituzzjoni ta’ pagament, ta’ kwalunkwe aġent jew fergħa li tforni servizzi ta’ pagament taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni ta’ pagament, jew ta’ kwalunkwe entità li lilha jiġu esternalizzati l-attivitajiet;

(c)

joħorġu rakkomandazzjonijiet, linji gwida u, jekk applikabbli, dispożizzjonijiet amministrattivi vinkolanti;

(d)

jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 13.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, jistgħu, bħal kontra l-istituzzjonijiet ta’ pagament jew dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament li jiksru liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw is-superviżjoni jew is-segwitu tan-negozju tagħhom ta’ servizzi ta’ pagament, jadottaw jew jimponu fir-rigward tagħhom penali jew miżuri mmirati b’mod speċifiku biex itemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur.

3.   Minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1) u (2) u l-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu intitolati jieħdu l-passi deskritti taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiżguraw kapital suffiċjenti għas-servizzi ta’ pagament, b’mod partikolari fejn l-attivitajiet ta’ servizzi mhux ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament jagħmlu ħsara jew x’aktarx li jagħmlu ħsara lis-solidità finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ pagament.

Artikolu 24

Segretezza professjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-esperti li jkunu qed jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, ikunu marbutin bl-obbligu tas-segretezza professjonali, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali.

2.   Fl-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 26, għandu jkun applikat bis-sħiħ is-segretezza professjonali biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet individwali u tan-negozji.

3.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan l-Artikolu billi jittieħed kont, mutatis mutandis, tal-Artikoli 53 sa 61 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 25

Dritt ta’ rikors fil-qrati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rigward istituzzjoni ta’ pagament skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu kkontestati fil-qrati.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll meta jkun hemm nuqqas ta’ azzjoni.

Artikolu 26

Skambju ta’ informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u, meta xieraq, mal-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, l-EBA u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra maħtura skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

2.   Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jippermettu skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament;

(b)

il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Stati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji u ta’ superviżjoni, u, meta xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli biex jissorveljaw is-sistemi ta’ pagament u ta’ saldu;

(c)

awtoritajiet rilevanti oħra deżinjati skont din id-Direttiva, id-Direttiva (UE) 2015/849 u liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, bħal-liġijiet applikabbli għall-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu;

(d)

l-EBA, fil-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 27

Riżoluzzjoni ta’ kunflitti bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti

1.   Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tqis li, fir-rigward ta’ kwistjoni partikolari, il-kooperazzjoni transkonfinali mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor imsemmija fl-Artikolu 26, 28, 29, 30 jew 31 ta’ din id-Direttiva, ma jikkonformax ma’ dawk id-dispożizzjonijiet hi tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-EBA u titlob l-assistenza tagħha f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2.   Fejn l-EBA tkun ġiet mitluba li tassisti b’segwitu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolanent (UE) Nru 1093/2010 mingħajr dewmien żejjed. L-EBA tista’ wkoll tassisti lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil fuq l-inizjattiva tagħha stess f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti involuti għandhom jiddifferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm ikun hemm riżoluzzjoni skont l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 28

Applikazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi

1.   Kwalunkwe istituzzjoni ta’ pagament awtorizzata li tixtieq tipprovdi servizzi ta’ pagament għall-ewwel darba fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:

(a)

l-isem, l-indirizz u fejn applikabbli, in-numru ta’ awtorizzazzjoni, tal-istituzzjoni ta’ pagament;

(b)

l-Istat(i) Membru/i fejn biħsiebha topera;

(c)

is-servizzi(i) ta’ pagament li għandhom jiġu pprovduti;

(d)

fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha tagħmel użu minn aġent, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1);

(e)

fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha tagħmel użu minn fergħa, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 5(1) fir-rigward tan-negozju ta’ servizzi ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, deskrizzjoni tal-istruttura organizzativa tal-fergħa u l-identità ta’ dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa.

Fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun biħsiebha testernalizza funzjonijiet operattivi ta’ servizzi ta’ pagament lil entitajiet oħra tal-Istat Membru ospitanti, hi għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, skont il-ħtieġa.

2.   Fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jivvalutaw dik l-informazzjoni u jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju l-informazzjoni rilevanti b’rabta mal-forniment maħsub ta’ servizzi ta’ pagament mill-istituzzjoni ta’ pagament rilevanti fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju partikolarment bi kwalunkwe bażi raġonevoli ta’ tħassib, b’rabta mal-intenzjoni ta’ ingaġġ ta’ aġent jew istabbiliment fir-rigward ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjament ta’ terroriżmu skont it-tifsira tad-Direttiva(UE) 2015/849.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ma jsegwux l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jipprovdu lil dawn tal-aħħar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom.

Jekk l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, partikolarment fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, ma tkunx favorevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tirrifjuta li tirreġistra l-aġent jew il-fergħa jew għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni, jekk din tkun diġà saret.

3.   Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u lill-istituzzjoni ta’ pagament.

Malli jiddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14, l-aġent jew il-fergħa jistgħu jibdew bl-attivitajiet tagħhom fl-IstatMembru ospitanti rilevanti.

L-istituzzjoni ta’ pagament għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju bid-data ta’ meta jkunu ser jinbdew l-attivitajiet tagħha permezz tal-aġent jew il-fergħa fl-Istat Membru ospitanti rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif meħtieġ.

4.   L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju mingħajr dewmien bla bżonn kwalunkwe bidla rilevanti b’rabta mal-informzzjoni kkomunikata f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi aġenti, fergħat jew entitajiet addizzjonali li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet fl-Istati Membri ospitanti fejn joperaw. Għandha tapplika l-proċedura provduta fil-paragrafi 2 u 3.

5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-ospitanti f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika l-metodu, il-mezzi u d-dettalji ta’ kooperazzjoni fin-notifika ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fuq bażi transkonfinali u partikolarment l-ambitu u t-trattament ta’ informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluża terminoloġija komuni u mudelli standard għan-notifika biex jiġi żgurat proċess ta’ notifika konsistenti u effiċjenti.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2018.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 29

Superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi

1.   Sabiex jitwettqu l-kontrolli u jittieħdu l-passi meħtieġa previsti f’dan it-Titolu u fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV, f’konformità mal-Artikolu 100(4), fir-rigward ta’ aġent jew fergħa ta’ istituzzjoni ta’ pagament li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

Permezz ta’ kooperazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fejn ikunu biħsiebhom iwettqu xi spezzjoni fuq il-post fit-territorju ta’ dan tal-aħħar.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jistgħu jiddelegaw il-kompitu tat-twettiq ta’ spezzjonijiet fuq il-post tal-istituzzjoni kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkollhom aġenti jew fergħat fit-territorji tagħhom ikollhom jirrapportaw lilhom perjodikament dwar l-attivitajiet li jitwettqu fit-territorji tagħhom.

Dawn ir-rapporti għandhom ikunu meħtieġa għal finijiet ta’ informazzjoni jew statistika u, sakemm l-aġenti u l-fergħat iwettqu n-negozju ta’ servizzi ta’ pagament taħt id-dritt ta’ stabbiliment, biex jitwettaq monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV. Tali aġenti u fergħat għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmijin fl-Artikolu 24.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni essenzjali u/jew rilevanti kollha, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur jew ksur suspettat minn aġent jew fergħa, u meta tali ksur ikun sar fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-libertà ta’ forniment ta’ servizzi. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, fuq talba, l-informazzjoni rilevanti kollha u, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, l-informazzjoni essenzjali kollha, inkluż dwar il-konformità tal-istituzzjoni ta’ pagament mal-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 11(3).

4.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fuq it-territorju tagħhom permezz ta’ aġenti taħt id-dritt ta’ stabbiliment, li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab fi Stat Membru ieħor, jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom biex jiżgura li jkun hemm komunikazzjoni u rapportar ta’ informazzjoni adegwati f’konformità mat-Titoli III u IV, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kwalunkwe dispożizzjoni dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u biex jiffaċilita s-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-Istati Membri ospitanti, inkluż billi l-awtoritajiet kompetenti jingħataw dokumenti u informazzjoni fuq talba.

5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom jiġu applikati biex jiġu ddeterminati, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, iċ-ċirkostanzi meta l-ħatra ta’ punt ċentrali ta’ kuntatt tkun xierqa, u l-funzjonijiet ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt, skont il-paragrafu 4.

Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu, b’mod partikolari, iqis:

(a)

il-volum u l-valur totali tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjoni ta’ pagament fi Stati Membri ospitanti;

(b)

it-tip ta’ servizzi ta’ pagament ipprovduti; u

(c)

in-numru totali ta’ aġenti stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti.

L-EBA għandha tibgħat dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2017.

6.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u mal-Istat Membru ospitanti skont dan it-Titolu u biex jitwettaq monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV. L-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika l-metodu, il-mezzi u d-dettalji ta’ kooperazzjoni fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fuq bażi transkonfinali u, b’mod partikolari l-ambitu u t-trattament ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata, biex tiġi żgurata superviżjoni konsistenti u effiċjenti tal-istituzzjonijiet ta’ pagament li jeżerċitaw il-forniment transkonfinali ta’ servizzi ta’ pagament.

Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika wkoll il-mezzi u d-dettalji ta’ kwalunkwe rapportar mitlub minn Stati Membri ospitanti mingħand l-istituzzjonijiet ta’ pagament fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ negozju ta’ pagament imwettqa fit-territorji tagħhom skont il-paragrafu 2, inkluża l-frekwenza ta’ dan ir-rapportar.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2018.

7.   Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafi 5 u 6 skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 30

Miżuri f’każ ta’ nonkonformità, inklużi miżuri prekawzjonarji

1.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti taċċerta li istituzzjoni ta’ pagament b’aġenti jew fergħat fit-territorju tiegħu ma tikkonformax ma’ dan it-Titolu jew mal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titolu III jew IV, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju mingħajr dewmien.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, wara li tkun evalwat l-informazzjoni li tkun irċeviet f’konformità mal-ewwel subparagrafu, għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu l-miżuri adegwati kollha biex tiżgura li l-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata ttemm is-sitwazzjoni irregolari tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tikkomunika dawk il-miżuri mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat.

2.   F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta tkun neċessarja azzjoni immedjata biex tiġi indirizzata theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizz ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, b’mod parallel għall-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet kompetenti u sakemm jittieħdu miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju kif stabbilit fl-Artikolu 29, jieħdu miżuri prekawzjonarji.

3.   Kwalunkwe miżura prekawzjonarja taħt il-paragrafu 2 għandha tkun xierqa u proporzjonata għall-fini tagħha li tipproteġi kontra theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizz ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti. Dawn ma għandhomx jirriżultaw fi preferenza għal utenti ta’ servizz ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti fuq utenti ta’ servizz ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament fi Stati Membri oħrajn.

Il-miżuri prekawzjonarji għandhom ikunu temporanji u għandhom jintemmu meta jiġi indirizzat it-theddid serju identifikat, inkluż bl-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta’ domiċilju jew tal-EBA, jew f’kooperazzjoni magħhom, kif previst fl-Artikolu 27(1).

4.   Fejn ikun kompatibbli mas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitant għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta’ domiċilju u dawk ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, il-Kummissjoni u l-EBA u fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien żejjed, bil-miżuri prekawzjonarji meħudin taħt il-paragrafu 2 u bil-ġustifikazzjoni tagħhom.

Artikolu 31

Raġunijiet u komunikazzjoni

1.   Kwalunkwe miżura li tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 23, 28, 29 jew 30 li tinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-libertà ta’ forniment ta’ servizzi jew tal-libertà ta’ stabbiliment għandha tiġi ġġustifikata b’mod adegwat u kkomunikata lill-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata.

2.   L-Artikoli 28, 29 u 30 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 u r-Regolament (UE) 2015/847, b’mod partikolari skont l-Artikolu 48(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2015/847 li jissorveljaw jew jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dawk l-istrumenti.

Taqsima 4

Eżenzjoni

Artikolu 32

Kundizzjonijiet

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżentaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta’ pagament imsemmijin fil-punti (1) sa (6) tal-Anness I mill-applikazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet kollha jew parti minnhom stipulati fit-Taqsimiet 1, 2 u 3, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 14, 15, 22, 24, 25 u 26, meta:

(a)

il-medja menswali tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa mill-persuna kkonċernata fit-12-il xahar preċedenti, inkluż kwalunkwe aġent li għalih hija tassumi responsabbiltà sħiħa, ma jeċċedix limitu stabbilit mill-Istat Membru iżda li, fi kwalunkwe każ, ma jammontax għal aktar minn EUR 3 miljun. Dak ir-rekwiżit għandu jiġi vvalutat fuq l-ammont totali proġettat ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-pjan ta’ negozju tagħha, għajr jekk l-awtoritajiet kompetenti jesiġu aġġustament għal dak il-pjan; u

(b)

l-ebda persuna fiżika responsabbli mill-ġestjoni jew mit-tħaddim tan-negozju ma tkun ġiet ikkundannata b’reati relatati mal-ħasil ta’ flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu jew reati finanzjarji oħra.

2.   Kwalunke persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata skont il-paragrafu 1 għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew il-post ta’ residenza tagħha fl-Istat Membru li fih fil-prattika twettaq in-negozju tagħha.

3.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu trattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament, għajr li l-Artikolu 11(9) u l-Artikoli 28, 29 u 30 ma japplikawx għalihom.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tinvolvi ruħha biss f’ċerti attivitajiet elenkati fl-Artikolu 18.

5.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tagħhom li hija rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifikati f’dak il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, 2 jew 4 ta’ dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti, il-persuni konċernati għandhom ifittxu l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum tal-kalendarju skont l-Artikolu 11.

6.   Il-paragrafi minn 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2015/849 jew tal-liġi nazzjonali kontra l-ħasil tal-flus.

Artikolu 33

Fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

1.   Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu biss is-servizz ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (8) tal-Anness I għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 bl-eċċezzjoni tal-punti (a), (b), (e) sa (h), (j), (l), (n), (p) u (q) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5(3) u l-Artikoli 14 u 15. It-Taqsima 3 għandha tapplika, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 23(3).

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu trattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament, għajr li t-Titoli III u IV ma għandhomx japplikaw għalihom, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 41, 45 u 52 meta applikabbli, u l-Artikoli 67, 69 u 95 sa 98.

Artikolu 34

Notifika u informazzjoni

Jekk Stat Membru japplika l-eżenzjoni skont l-Artikolu 32, dan għandu sat-13 ta’ Jannar 2018 jgħarraf lill-Kummissjoni kif meħtieġ bid-deċiżjoni tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Barra minn dan, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar in-numru ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati u, fuq bażi annwali, dwar il-valur totali ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1).

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 35

Aċċess għas-sistemi ta’ pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli dwar l-aċċess ta’ fornituri ta’ servizz ta’ pagament awtorizzati jew reġistrati li huma persuni ġuridiċi għal sistemi ta’ pagament huma oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati u li huma ma jxekklux l-aċċess aktar milli jkun meħtieġ għas-salvagwardja kontra riskji speċifiċi bħar-riskju ta’ saldu, ir-riskju operazzjonali u r-riskju tan-negozju u għall-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u operazzjonali tas-sistema ta’ pagament.

Is-sistemi ta’ pagament ma għandhom jimponu l-ebda waħda mir-rekwiżiti li ġejjin fuq fornituri tas-servizzi ta’ pagament, fuq utenti tas-servizzi ta’ pagament jew fuq sistemi oħra ta’ pagament:

(a)

regola restrittiva dwar parteċipazzjoni effettiva f’sistemi oħra ta’ pagament;

(b)

regola li tiddiskrimina bejn fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ pagament jew bejn fornituri reġistrati ta’ servizzi ta’ pagament f’relazzjoni mad-drittijiet, l-obbligi u dak li jkunu intitolati għalih il-parteċipanti;

(c)

restrizzjoni abbażi tal-istatus istituzzjonali.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

sistemi ta’ pagament imsemmija fid-Direttiva 98/26/KE;

(b)

sistemi ta’ pagament magħmulin esklużivament minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jappartjenu lil grupp.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta parteċipant f’sistema deżinjata jippermetti li fornitur awtorizzat jew reġistrat ta’ servizzi ta’ pagament li mhux parteċipant fis-sistema jgħaddi ordnijiet ta’ trasferiment permezz tas-sistema dak il-parteċipant għandu, meta jintalab, jagħti l-istess opportunità b’mod oġġettiv, proporzjonat u nondiskriminatorju lil fornituri awtorizzati jew reġistrati oħrajn ta’ servizzi ta’ pagament skont il-paragrafu 1.

Il-parteċipant għandu jagħti r-raġunijiet sħaħ għal kwalunkwe ċaħda lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jkun qed jagħmel talba.

Artikolu 36

Aċċess għal kontijiet miżmuma għand istituzzjoni ta’ kreditu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikollhom aċċess għas-servizzi ta’ kontijiet ta’ pagament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, fuq bażi oġġettiva, nondiskriminatorja u proporzjonata. Tali aċċess għandu jkun estensiv biżżejjed biex jippermetti lill-istituzzjonijiet ta’ pagament jipprovdu servizzi ta’ pagament bla xkiel u b’mod effiċjenti.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bir-raġunijiet motivati kif mistħoqq għal kwalunkwe ċaħda.

Artikolu 37

Projbizzjoni ta’ persuni għajr fornituri ta’ servizzi ta’ pagament milli jipprovdu servizzi ta’ pagament u d-dmir ta’ notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la huma fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u lanqas ma huma esklużi espliċitament mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva milli jipprovdu servizzi ta’ pagament.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li fornituri ta’ servizz li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) tal-punt (k) tal-Artikolu 3 jew li jwettqu ż-żewġ attivitajiet li għalihom il-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa fuq it-12-il xahar preċedenti jeċċedi l-ammont ta’ EUR 1 miljun, jibagħtu notifika lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fiha deskrizzjoni tas-servizzi offruti, u li tispeċifika taħt liema eżenzjoni msemmija fil-punt (k)(i) u (ii) tal-Artikolu 3 l-attività tkun meqjusa li twettqet.

Fuq il-bażi ta’ dik in-notifika, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni motivata kif dovut fuq il-bażi ta’ kriterji msemmijin fil-punt (k) tal-Artikolu 3 fejn l-attività ma tikkwalifikax bħala netwerk limitat, u tgħarraf lill-fornitur tas-servizz dwar dan.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li fornituri ta’ servizz li jwettqu attività msemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 3 jibagħtu notifika lill-awtoritajiet kompetenti u jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti opinjoni tal-awditjar annwali, li turi li l-attività tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-punt (l) tal-Artikolu 3.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA dwar is-servizzi notifikati skont il-paragrafi 2 u 3, waqt li jispeċifikaw taħt liema esklużjoni qed titwettaq l-attività.

5.   Id-deskrizzjoni tal-attività nnotifikata taħt il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli pubblikament fir- reġistri previsti fl-Artikoli 14 u 15.

TITOLU III

TRASPARENZA TAL-KUNDIZZJONIJIET U R-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA’ PAGAMENT

KAPITOLU 1

Regoli ġenerali

Artikolu 38

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan it-Titolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi, kuntratti qafas u tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minnhom. Il-partijiet jistgħu jiftiehmu li t-Titolu ma għandux japplika b’mod sħiħ jew parzjali meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur.

2.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet f’dan it-Titolu għal mikrointrapriżi bl-istess mod bħal ma jiġu applikati għall-konsumaturi.

3.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE, liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew miżuri nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lil konsumaturi li mhumiex armonizzati minn din id-Direttiva li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 39

Dispożizzjonijiet oħra fil-liġi tal-Unjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe liġi tal-Unjoni li fiha rekwiżiti addizzjonali dwar informazzjoni minn qabel.

Madankollu, fejn id-Direttiva 2002/65/KE hija wkoll applikabbli, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-punti (2)(c) sa (g), 3(a), (d) u (e), u (4)(b) ta’ dak il-paragrafu, għandhom jiġu sostitwiti bl-Artikoli 44, 45, 51 u 52 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 40

Imposti għal informazzjoni

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jitlob imposta lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament talli jipprovdi informazzjoni skont dan it-Titolu.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiftiehmu dwar imposti għal informazzjoni addizzjonali jew aktar frekwenti, jew dwar trażmissjoni permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni għajr dawk speċifikati fil-kuntratt qafas, fornuta fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

3.   Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jimponi imposti għal informazzjoni skont il-paragrafu 2, dawn għandhom ikunu raġonevoli u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 41

Oneru tal-provi dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-oneru tal-provi jkun fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament biex jagħti prova li kkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dan it-Titolu.

Artikolu 42

Deroga minn rekwiżiti ta’ informazzjoni għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi

1.   Fil-każijiet ta’ strumenti ta’ pagament li, skont il-kuntratt qafas rilevanti, jikkonċernaw biss tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150 jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150:

(a)

b’deroga mill-Artikoli 51, 52 u 56, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lil min iħallas biss b’informazzjoni dwar il-karatteristiċi prinċipali tas-servizz ta’ pagament, inkluż il-mod kif l-istrument ta’ pagament jista’ jintuża, ir-responsabbiltà, l-imposti mitluba u informazzjoni materjali oħra meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni informata kif ukoll indikazzjoni ta’ fejn isiru disponibbli b’mod faċilment aċċessibbli kwalunkwe informazzjoni u kundizzjonijiet oħrajn speċifikati fl-Artikolu 52;

(b)

jista’ jiġi maqbul li, b’deroga mill-Artikolu 54, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhuwiex rikjest li jipproponi tibdil għall-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1);

(c)

jista’ jiġi maqbul li, b’deroga mill-Artikoli 57 u 58, wara l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament:

(i)

il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi jew jagħmel disponibbli biss referenza li tippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament, l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament, kwalunkwe imposta u/jew, fil-każ ta’ bosta tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-istess tip magħmula lill-istess benefiċjarju, informazzjoni dwar l-ammont totali u l-imposti għal dawk it-tranżazzjonijiet ta’ pagament;

(ii)

il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhuwiex rikjest li jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) jekk l-istrument ta’ pagament jintuża b’mod anonimu jew jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament altrimenti ma jkunx teknikament f’pożizzjoni li jipprovdiha. Madankollu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-pagatur bil-possibbiltà li jivverifika l-ammont tal-fondi maħżuna.

2.   Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jżidu dawk l-ammonti sa EUR 500 fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament imħallsa minn qabel.

KAPITOLU 2

Tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi

Artikolu 43

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi li ma jkunux koperti minn kuntratt qafas.

2.   Fejn ordni ta’ pagament għal tranżazzjoni ta’ pagament unika tiġi trażmessa minn strument ta’ pagament kopert b’kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux ikun obbligat jipprovdi jew jagħmel disponibbli informazzjoni li diġà tkun ingħatat lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament abbażi ta’ kuntratt qafas ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor jew li tkun ser tingħata lilu skont dak il-kuntratt qafas.

Artikolu 44

Informazzjoni ġenerali minn qabel

1.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li qabel ma l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jintrabat b’kuntratt jew offerta ta’ servizz ta’ pagament uniku, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament jagħmel disponibbli lill-utent tas-servizzi ta’ pagament b’mod li jkun aċċessibbli faċilment l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45 fir-rigward tas-servizzi tiegħu. Fuq it-talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet bil-miktub jew fuq mezz durevoli ieħor. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet għandhom jingħataw fi kliem li jinftiehem faċilment u f’forma ċara u li tista’ tiftiehem, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizz ta’ pagament jew fi kwalunkwe lingwa oħra maqbula mill-partijiet.

2.   Jekk il-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament uniku jkun ġie konkluż fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament bl-użu ta’ xi mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jikkonforma mal-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dak il-paragrafu immedjatament wara l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

3.   L-obbligi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu wkoll jiġu rispettati bil-forniment ta’ kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta’ servizz ta’ pagament uniku jew l-abbozz tal-ordni ta’ pagament inkluż l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45.

Artikolu 45

Informazzjoni u kundizzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu pprovduti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, jew isiru disponibbli għalih, mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament:

(a)

speċifikazzjoni tal-informazzjoni jew tal-identifikatur uniku tingħata mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament sabiex ordni ta’ pagament tinbeda jew titwettaq b’mod xieraq;

(b)

iż-żmien massimu għall-esekuzzjoni ta’ servizz ta’ pagament li għandu jingħata;

(c)

l-imposti kollha li għandhom jitħallsu mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u, meta applikabbli, analiżi dettaljata ta’ dawk l-imposti;

(d)

meta applikabbli, ir-rata tal-kambju attwali jew ta’ referenza li għandha tiġi applikata fit-tranżazzjoni ta’ pagament.

2.   Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, qabel il-bidu, jipprovdu lill-pagatur bi, jew jagħmlu disponibbli lill-pagatur, l-informazzjoni ċara u komprensiva li ġejja:

(a)

l-isem tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament; l-indirizz ġeografiku tal-uffiċċju prinċipali tiegħu;meta applikabbli, l-indirizz ġeografiku tal-aġent jew tal-fergħa tiegħu stabbilita fl-Istat Membru fejn is-servizz ta’ pagament jiġi offrut; u kwalunkwe dettalji oħra ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, rilevanti għall-komunikazzjoni mal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament; u

(b)

u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti.

3.   Fejn applikabbli, kwalunkwe informazzjoni rilevanti u kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52 għandha ssir disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’mod li jkun aċċessibbli faċilment.

Artikolu 46

Informazzjoni għall-pagatur u għall-benefiċjarju wara l-bidu ta’ ordni ta’ pagament

Minbarra l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45, meta ordni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu, immedjatament wara l-bidu, jipprovdi d-data kollha li ġejja lill-pagatur u, fejn applikabbli, lill-benefiċjarju, jew jagħmel disponibbli għalihom:

(a)

konferma tal-bidu b’suċċess tal-ordni ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur;

(b)

referenza li tippermetti lill-pagatur u lill-benefiċjarju jidentifikaw it-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn xieraq, lill-benefiċjarju jidentifika l-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

(c)

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament;

(d)

meta applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposta pagabbli lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għat-tranżazzjoni, u meta applikabbli analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti.

Artikolu 47

Informazzjoni għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur fl-eventwalità ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament

Meta ordni ta’ pagament tinbeda permezz tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, dan għandu jagħmel ir-referenza tat-tranżazzjoni ta’ pagament disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jġestixxi l-kont.

Artikolu 48

Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament

Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizzi tal-pagament tal-pagatur għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli lill-pagatur, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:

(a)

referenza li tippermetti lill-pagatur jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, meta jkun xieraq, informazzjoni dwar il-benefiċjarju;

(b)

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta użata fl-ordni ta’ pagament;

(c)

l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-pagatur u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti;

(d)

fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew referenza għal din, meta tkun differenti mir-rata prevista skont il-punt (d) tal-Artikolu 45(1), u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament wara l-kambju f’dik il-valuta;

(e)

id-data tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament.

Artikolu 49

Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni

Immedjatament wara l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju, jew jagħmel disponibbli lill-benefiċjarju, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:

(a)

referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn ikun xieraq, il-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

(b)

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha l-fondi jkunu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju;

(c)

l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-benefiċjarju u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammont ta’ tali imposti;

(d)

meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-valuta;

(e)

id-data tal-valur tal-kreditu.

KAPITOLU 3

Kuntratti qafas

Artikolu 50

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minn kuntratt qafas.

Artikolu 51

Informazzjoni ġenerali minn qabel

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li, fi żmien biżżejjed qabel l-utent ta’ servizz ta’ pagament jintrabat b’xi kuntratt qafas jew offerta, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament bil-miktub jew fuq mezz durevoli ieħor, l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet għandhom jingħataw fi kliem li jinftiehem faċilment u f’forma ċara u li tista’ tiftiehem, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizz ta’ pagament jew fi kwalunkwe lingwa oħra maqbula mill-partijiet.

2.   Jekk il-kuntratt qafas ġie konkluż fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament bl-użu ta’ xi mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jikkonforma mal-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont dak il-paragrafu immedjatament wara konklużjoni tal-kuntratt qafas.

3.   L-obbligi taħt il-paragrafu 1 jistgħu wkoll jitħarsu billi tiġi provduta kopja tal-abbozz tal-kuntratt qafas li jinkludi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52.

Artikolu 52

Informazzjoni u kundizzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li ġejjin jingħataw lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament:

(1)

dwar il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament:

(a)

l-isem tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, l-indirizz ġeografiku tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u, meta applikabbli, l-indirizz ġeografiku tal-aġent jew tal-fergħa tiegħu stabbilita fl-Istat Membru fejn is-servizz ta’ pagament jiġi offrut, u kwalunkwe indirizz ieħor, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, rilevanti għal komunikazzjoni mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

(b)

id-dettalji tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti u tar-reġistru li jipprevedi l-Artikolu 14 jew ta’ kwalunkwe reġistru pubbliku rilevanti ieħor ta’ awtorizzazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u n-numru ta’ reġistrazzjoni jew il-mezzi ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru;

(2)

dwar l-użu tas-servizz ta’ pagament:

(а)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz ta’ pagament li jkun ser jingħata;

(b)

speċifikazzjoni tal-informazzjoni jew tal-identifikatur uniku li għandha tingħata mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament sabiex ordni ta’ pagament tinbeda jew titwettaq b’mod xieraq;

(c)

il-forma ta’ u l-proċedura biex jingħata l-kunsens biex tinbeda ordni ta’ pagament jew titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament u rtirar ta’ tali kunsens skont l-Artikoli 64 u 80;

(d)

referenza għall-mument ta’ riċevuta ta’ ordni ta’ pagament skont l-Artikolu 78 u ż-żmien limitu, jekk jeżisti, stabbilit mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;

(e)

iż-żmien massimu għall-esekuzzjoni tas-servizzi ta’ pagament;

(f)

jekk hemmx possibbiltà ta’ ftehim dwar limiti ta’ nfiq għall-użu tal-istrument ta’ pagament skont l-Artikolu 68(1);

(g)

fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament b’kard li jkunu co-badged, id-drittijiet tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/751.

(3)

dwar imposti, rati tal-imgħax u rati tal-kambju:

(a)

l-imposti kollha li għandhom jitħallsu mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament inklużi dawk marbutin mal-mod u l-frekwenza li bihom tingħata jew issir disponibbli l-informazzjoni skont din id-Direttiva, u, meta applikabbli, l-analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti;

(b)

meta applikabbli, ir-rati tal-imgħax u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati jew, jekk jintużaw ir-rati tal-imgħax u tal-kambju ta’ referenza, il-metodu ta’ kalkolu tal-imgħax attwali u d-data jew l-indiċi rilevanti jew il-bażi għad-determinazzjoni ta’ tali rata tal-imgħax jew tal-kambju ta’ referenza;

(c)

jekk ikun hemm qbil, l-applikazzjoni immedjata ta’ tibdil fir-rata ta’ imgħax jew ta’ kambju u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni relatata ma’ tibdil skont l-Artikolu 54(2);

(4)

dwar il-komunikazzjoni:

(a)

meta applikabbli, il-mezzi ta’ komunikazzjoni, inkluż rekwiżiti tekniċi għat-tagħmir u software tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, maqbula mill-partijiet għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni jew notifiki skont din id-Direttiva;

(b)

il-mod, u l-frekwenza li bihom, tingħata jew issir disponibbli l-informazzjoni skont din id-Direttiva;

(c)

il-lingwa jew lingwi li biha/bihom ser jiġi konkluż il-kuntratt qafas u l-komunikazzjoni involuta matul din ir-relazzjoni kuntrattwali;

(d)

id-dritt tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jirċievi t-termini kuntrattwali tal-kuntratt qafas u informazzjoni u kundizzjonijiet skont l-Artikolu 53;

(5)

dwar salvagwardji u miżuri korrettivi:

(a)

meta applikabbli, deskrizzjoni tal-passi li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jieħu sabiex iżomm sikur strument ta’ pagament u dwar kif jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 69(1);

(b)

il-proċedura sikura għan-notifika tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fl-eventwalità ta’ frodi jew theddid għas-sigurtà kemm jekk suspettat kif ukoll jekk veru;

(c)

jekk ikun hemm qbil, il-kundizzjonijiet li bihom il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirriżerva d-dritt li jimblokka strument ta’ pagament skont l-Artikolu 68;

(d)

ir-responsabbiltà tal-pagatur skont l-Artikolu 74, inkluża informazzjoni dwar l-ammont rilevanti;

(e)

kif u f’liema perijodu ta’ żmien l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew mibdija jew esegwita b’mod inkorrett skont l-Artikolu 71 kif ukoll ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati skont l-Artikolu 73;

(f)

ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-bidu jew l-esekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament skont l-Artikolu 89;

(g)

il-kundizzjonijiet għar-rimborż skont l-Artikoli 76 u 77;

(6)

dwar it-tibdil, u t-terminazzjoni tal-kuntratt qafas:

(a)

jekk ikun hemm qbil, informazzjoni li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jitqies li jkun aċċetta bidliet fil-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 54 sakemm l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jinnotifikax lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul tagħhom fis-seħħ li mhumiex aċċettati;

(b)

it-tul ta’ żmien tal-kuntratt qafas;

(c)

id-dritt tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament biex jittermina l-kuntratt qafas u kwalunkwe ftehim relatat mat-terminazzjoni skont l-Artikoli 54(1) u l-Artikolu 55;

(7)

dwar rimedju:

(a)

kwalunkwe klawżola kuntrattwali dwar il-liġi applikabbli għall-kuntratt qafas u/jew il-qrati kompetenti;

(b)

il-proċeduri tal-ADR disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament skont l-Artikoli 99 sa 102.

Artikolu 53

Aċċessibbiltà ta’ informazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas

Fi kwalunkwe żmien waqt ir-relazzjoni kuntrattwali l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkollu d-dritt, fuq talba tiegħu, li jirċievi t-termini kuntrattwali ta’ kuntratt qafas kif ukoll l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52 bil-miktub jew fuq mezz durevoli ieħor.

Artikolu 54

Bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas

1.   Kwalunkwe bidla fil-kuntratt qafas jew fl-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52 għandhom ikunu proposti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1) u mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data ta’ applikazzjoni proposta tagħhom. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jaċċetta jew jirrifjuta l-bidliet qabel id-data proposta għad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Fejn applikabbli skont il-punt (6)(a) tal-Artikolu 52, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li huwa ser jitqies li aċċetta dawk il-bidliet jekk ma jgħarrafx lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom li mhumiex aċċettati. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu wkoll jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li, fl-eventwalità li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta dawk il-bidliet, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu d-dritt jittermina l-kuntratt qafas mingħajr ħlas u b’effett fi kwalunkwe mument sad-data li fiha l-bidla kienet tapplika.

2.   Bidliet fir-rati ta’ imgħax jew tal-kambju jistgħu jiġu applikati immedjatament u mingħajr avviż, sakemm tali dritt ikun miftiehem fil-kuntratt qafas u sakemm il-bidliet fir-rati tal-imgħax jew tal-kambju jkunu bbażati fuq ir-rati ta’ imgħax jew ta’ kambju ta’ referenza miftehma skont il-punti (3)(b) u (c) tal-Artikolu 52. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun infurmat bi kwalunkwe bidla fir-rata tal-imgħax mal-ewwel opportunità bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1), sakemm il-partijiet ma jkunux ftehmu dwar frekwenza jew mod speċifiku li bih l-informazzjoni għandha tkun fornuta jew issir disponibbli. Madankollu, bidliet fir-rati tal-imgħax jew tal-kambju li huma aktar favorevoli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, jistgħu jiġu applikati mingħajr avviż.

3.   Bidliet fir-rata tal-imgħax jew tal-kambju użata fi tranżazzjonijiet ta’ pagament għandhom jiġu implimentati u kkalkulati b’mod newtrali li ma jiddiskriminax kontra l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 55

Terminazzjoni

1.   L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jtemm il-kuntratt qafas fi kwalunkwe ħin, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu fuq perijodu ta’ avviż. Tali perijodu ma għandux ikun itwal minn xahar.

2.   It-terminazzjoni tal-kuntratt qafas għandha tkun mingħajr ħlas għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament għajr fejn il-kuntratt ikun ilu fis-seħħ anqas minn sitt xhur. L-imposti, jekk ikun hemm, għat- terminazzjoni tal-kuntratt qafas għandhom ikunu xierqa u konsistenti mal-ispejjeż.

3.   Jekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jittermina l-kuntratt qafas konkluż għal perijodu indefinit billi jagħti avviż mill-inqas xahrejn qabel bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1).

4.   Imposti għas-servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom ikunu pagabbli mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament biss proporzjonalment sat-terminazzjoni tal-kuntratt. Jekk tali imposti jitħallsu bil-quddiem, huma għandhom jitħallsu lura proporzjonalment.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri li jirregolaw id-drittijiet tal-partijiet li jiddikjaraw li l-kuntratt qafas ma jistax jiġi infUrzat jew huwa null.

6.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 56

Informazzjoni qabel l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali

Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali taħt kuntratt qafas mibdi mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, fuq it-talba tal-pagatur għal din it-tranżazzjoni ta’ pagament speċifika, għandu jipprovdi informazzjoni speċifika dwar dawn kollha li ġejjin:

(a)

iż-żmien massimu għall-esekuzzjoni;

(b)

u l-imposti pagabbli mill-pagatur; u,

(c)

meta applikabbli, l-analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ kwalunkwe imposta.

Artikolu 57

Informazzjoni għall-pagatur dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali

1.   Wara li l-ammont ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali jiġi debitat mill-kont tal-pagatur jew, fejn il-pagatur ma jużax kont ta’ pagament, wara li tiġi riċevuta l-ordni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jforni lill-pagatur, mingħajr dewmien bla bżonn u bl-istess mod kif imniżżel fl-Artikolu 51(1), l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

referenza li tippermetti lill-pagatur jidentifika kull tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn xieraq, informazzjoni dwar il-benefiċjarju;

(b)

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha l-kont ta’ pagament tal-pagatur jiġi debitat jew fil-valuta użata għall-ordni ta’ pagament;

(c)

l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament, u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti, jew l-imgħax pagabbli mill-pagatur;

(d)

meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament wara dak il-kambju tal-valuta;

(e)

id-data tal-valur tad-debitu jew id-data tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament.

2.   Kuntratt qafas għandu jinkludi kundizzjoni li l-pagatur jista’ jitlob li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi fornuta jew issir disponibbli perijodikament, mill-inqas darba fix-xahar, mingħajr ħlas u b’mod miftiehem li jippermetti lill-pagatur jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil.

3.   Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu informazzjoni fuq il-karta jew fuq mezz durevoli ieħor mhux inqas minn darba fix-xahar, mingħajr ħlas.

Artikolu 58

Informazzjoni għall-benefiċjarju dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali

1.   Wara l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju mingħajr dewmien bla bżonn bl-istess mod kif stabbilit fl-Artikolu 51(1) l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u l-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

(b)

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha jiġi kkreditat il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju;

(c)

l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament, u meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammont ta’ tali imposti, jew l-imgħax pagabbli mill-benefiċjarju;

(d)

meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-valuta;

(e)

id-data tal-valur tal-kreditu.

2.   Kuntratt qafas jista’ jinkludi kundizzjoni li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi pprovduta jew issir disponibbli perijodikament, mill-inqas darba fix-xahar u b’mod miftiehem li jippermetti lill-benefiċjarju jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil.

3.   Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu informazzjoni fuq il-karta jew fuq mezz durevoli ieħor mhux inqas minn darba fix-xahar, mingħajr ħlas.

KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 59

Valuta u kambju tal-valuta

1.   Il-pagamenti għandhom isiru fil-valuta maqbula mill-partijiet.

2.   Meta servizz ta’ kambju tal-valuta jkun offrut qabel il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ pagament u meta dak is-servizz ta’ kambju tal-valuta jkun offrut f’magna ATM, fil-post tal-bejgħ jew mill-benefiċjarju, il-parti li toffri s-servizz ta’ kambju tal-valuta lill-pagatur għandha tgħarraf lill-pagatur bl-imposti kollha kif ukoll bir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-kambju tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

Il-pagatur għandu jaċċetta s-servizz tal-kambju tal-valuta fuq dik il-bażi.

Artikolu 60

Informazzjoni dwar imposti jew tnaqqis addizzjonali

1.   Meta, għall-użu ta’ xi strument ta’ pagament partikolari, il-benefiċjarju jitlob imposta jew joffri tnaqqis, il-benefiċjarju għandu jinforma lill-pagatur dwar dan qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.

2.   Meta, għall-użu ta’ strument ta’ pagament partikolari, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew parti oħra involuta fit-tranżazzjoni titlob imposta, din għandha tinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament dwar dan qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.

3.   Il-pagatur għandu jkun obbligat li jħallas biss għall-imposti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 jekk l-ammont sħiħ tagħhom ikun sar magħruf qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.

TITOLU IV

DRITTIJIET U OBBLIGI FIR-RIGWARD TAL-FORNIMENT U L-UŻU TA’ SERVIZZI TA’ PAGAMENT

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 61

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jaqblu li l-Artikoli 62(1), l-Artikolu 64(3), u l-Artikoli 72, 74, 76, 77, 80 u 89 ma japplikawx b’mod sħiħ jew parzjali. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jaqblu wkoll dwar limiti ta’ żmien li huma differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 71.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-Artikolu 102 ma japplikax meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dispożizzjonijiet f’dan it-Titolu jiġu applikati għal mikrointrapriżi bl-istess mod kif jiġu applikati għall-konsumaturi.

4.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE, liġi tal-Unjoni rilevanti oħra jew miżuri nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi, li mhumiex armonizzati minn din id-Direttiva u li jkunu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 62

Imposti applikabbli

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jitlob imposta lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament għat-twettiq tal-obbligi tiegħu ta’ informazzjoni jew miżuri korrettivi u preventivi taħt dan it-Titolu, għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 79(1), l-Artikolu 80(5) u l-Artikolu 88(2). Dawk l-imposti għandhom jiġu maqbula mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u għandhom ikunu xierqa u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fornuti fl-Unjoni, meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kemm tal-pagatur kif ukoll tal-benefiċjarju, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament ikun jinsab fiha, il-benefiċjarju jħallas l-imposti mitluba mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, u l-pagatur iħallas l-imposti mitluba mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu.

3.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux iżomm lill-benefiċjarju milli jitlob imposta lill-pagatur, joffrilu tnaqqis jew b’mod ieħor jidderiġih lejn l-użu ta’ strument ta’ pagament partikolari. Kwalunkwe imposta applikata ma għandhiex teċċedi l-ispejjeż diretti mġarrba mill-benefiċjarju għall-użu tal-istrument ta’ pagament speċifiku.

4.   Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarju ma jitlobx imposti għall-użu ta’ strumenti ta’ pagament li għalihom it-tariffi tal-interkambju huma regolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 u għal dawk is-servizzi ta’ pagament li għalihom japplika r-Regolament (UE) Nru 260/2012.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jillimitaw id-dritt tal-benefiċjarju li jitlob imposti b’kont meħud tal-ħtieġa li titħeġġeġ il-kompetizzjoni u jiġi promoss l-użu ta’ strumenti ta’ pagament effiċjenti.

Artikolu 63

Deroga għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi

1.   Fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament li skont il-kuntratt qafas, jikkonċernaw biss tranżazzjonjiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150, jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiftiehmu mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom li:

(a)

il-punt (b) tal-Artikolu 69(1), il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 70(1), u l-Artikolu 74(3) ma japplikawx jekk l-istrument ta’ pagament ma jippermettix l-imblokkar tiegħu jew il-prevenzjoni tal-użu ulterjuri tiegħu;

(b)

l-Artikoli 72 u 73, u l-Artikolu 74(1) u (3) ma japplikawx jekk l-istrument ta’ pagament jintuża anonimament jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx f’pożizzjoni għal raġunijiet oħrajn li huma intrinsiċi għall-istrument ta’ pagament biex jagħti prova li tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata;

(c)

b’deroga mill-Artikolu 79(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux għalfejn jinnotifika lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament dwar ir-rifjut ta’ ordni ta’ pagament, jekk in-nuqqas ta’ esekuzzjoni jkun jidher mill-kuntest;

(d)

b’deroga mill-Artikolu 80, il-pagatur ma jistax jirrevoka l-ordni ta’ pagament wara li jittrażmetti l-ordni ta’ pagament jew jagħti l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-benefiċjarju;

(e)

b’deroga mill-Artikoli 83 u 84, japplikaw perijodi oħra ta’ esekuzzjoni.

2.   Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. Fir-rigward ta’ strumenti ta’ pagament imħallsa minn qabel huma jistgħu jżidu l-ammonti sa EUR 500.

3.   L-Artikoli 73 u 74 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-flus elettroniċi kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, għajr meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ma jkunx jista’ jiffriża l-kont ta’ pagament li fih ikunu maħżuna l-flus elettroniċi jew jimblokka l-istrument ta’ pagament. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw din id-deroga għal kontijiet ta’ pagament li fihom ikunu maħżuna l-flus elettroniċi jew għal strumenti ta’ pagament ta’ ċertu valur.

KAPITOLU 2

Awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

Artikolu 64

Kunsens u rtirar tal-kunsens

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tranżazzjoni ta’ pagament tiġi kkunsidrata bħala awtorizzata biss jekk il-pagatur ikun ta l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament. Tranżazzjoni ta’ pagament tista’ tiġi awtorizzata mill-pagatur qabel jew, jekk maqbul bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, wara l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

2.   Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament jew serje ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament għandu jingħata fil-forma maqbula bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament jista’ jingħata wkoll permezz tal-benefiċjarju jew tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

Fin-nuqqas ta’ kunsens, tranżazzjoni ta’ pagament għandha titqies mhux awtorizzata.

3.   Il-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin mill-pagatur, iżda mhux aktar tard mill-mument ta’ irrevokabbiltà skont l-Artiklu 80. Il-kunsens għal esekuzzjoni ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament jista’ wkoll jiġi rtirat, f’dak il-każ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament futura għandha titqies li mhijiex awtorizzata.

4.   Il-proċedura biex jingħata l-kunsens għandha tiġi maqbula bejn il-pagatur u l-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 65

Konferma dwar id-disponibbiltà tal-fondi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu, fuq it-talba ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li joħroġ strumenti ta’ pagament permezz ta’ kard, jikkonferma minnufih jekk l-ammont meħtieġ biex isir pagament permezz ta’ kard ikunx disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-pagatur, sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet kollha mniżżla hawn taħt:

(a)

il-kont ta’ pagament tal-pagatur ikun aċċessibbli online fil-ħin tat-talba;

(b)

il-pagatur ikun ta kunsens espliċitu biex il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont iwieġeb għal talbiet minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament speċifiku biex jikkonferma li l-ammont korrispondenti għal ċerta tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard ikun disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-pagatur;

(c)

il-kunsens imsemmi fil-punt (b) jeħtieġ li jingħata qabel issir l-ewwel talba għal konferma.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob il-konferma msemmija fil-paragrafu 1 meta jitħarsu l-kundizzjonijiet kollha mniżżla hawn taħt:

(a)

il-pagatur ikun ta kunsens espliċitu lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament biex dan jitlob il-konferma msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-pagatur ikun beda t-tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard għall-ammont inkwistjoni bl-użu ta’ strument ta’ pagament permezz ta’ kard maħruġ mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

(c)

il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jawtentika lilu nnifsu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont qabel kull talba għal konferma, u jikkomunika b’mod sikur mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);

3.   Bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE il-konferma msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti biss fi tweġiba sempliċi ta’ “iva” jew “le” u mhux f’dikjarazzjoni tal-bilanċ fil-kont. Dik it-tweġiba ma għandhiex tinħażen jew tintuża għal finijiet għajr biex issir it-tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard.

4.   Il-konferma msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jimblokka fondi fil-kont ta’ pagament tal-pagatur.

5.   Il-pagatur jista’ jitlob lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jikkomunika lill-pagatur l-identifikazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u t-tweġiba mogħtija.

6.   Dan l-Artikolu ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdijin permezz ta’ strumenti ta’ pagament permezz ta’ kard li fuqhom hemm maħżuna flus elettroniċi kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE.

Artikolu 66

Regoli dwar l-aċċess għall-kont ta’ pagament fil-każ ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagatur ikollu dritt juża fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jikseb servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I. Id-dritt li jintuża fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ma għandux japplika meta l-kont tal-pagament ma jkunx aċċessibbli online.

2.   Meta l-pagatur jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu biex jiġi esegwit pagament skont l-Artikolu 64, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jwettaq l-azzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-pagatur li juża s-servizz ta’ bidu ta’ pagament.

3.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu:

(a)

fl-ebda ħin ma jżomm il-fondi tal-pagatur b’rabta mal-għoti ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament;

(b)

jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux, bl-eċċezzjoni tal-utent u min joħroġ il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, aċċessibbli għal partijiet oħrajn u li jintbagħtu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament b’mezzi sikuri u effiċjenti;

(c)

jiżgura li kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-utent ta’ servizzi ta’ pagament, miksuba waqt l-għoti ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, tingħata biss lill-benefiċjarju u biss bil-kunsens espliċitu tal-utent tas-servizz ta’ pagament;

(d)

kull darba li jinbeda pagament, jidentifika lilu nnifsu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur u jikkomunika mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, mal-pagatur u mal-benefiċjarju b’mod sikur, skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);

(e)

ma jaħżinx data sensittiva dwar il-pagament tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

(f)

ma jitlob l-ebda data mingħand l-utent ta’ servizz ta’ pagament ħlief dik meħtieġa biex jingħata s-servizz ta’ bidu ta’ pagament;

(g)

ma juża, jaċċedi jew jaħżen l-ebda data għal finijiet oħra għajr għall-għoti tas-servizz ta’ bidu ta’ pagament kif mitlub b’mod espliċitu mill-pagatur;

(h)

ma jimmodifikax l-ammont, il-benefiċjarju jew xi karatteristika oħra tat-tranżazzjoni.

4.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu:

(a)

jikkomunika b’mod sikur mal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);

(b)

minnufih wara r-riċevuta tal-ordni tal-pagament mingħand fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jagħti jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha dwar il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-informazzjoni kollha aċċessibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li tirrigwarda t-twettiq tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament;

(c)

jittratta l-ordnijiet ta’ pagament trażmessi permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament mingħajr ebda diskriminazzjoni ħlief għal raġunijiet oġġettivi, b’mod partikolari f’termini ta’ żmien, ta’ prijorità jew imposti fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ pagament trażmessi direttament mill-pagatur.

5.   L-għoti ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ma għandux jiddependi mill-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għal dak il-għan.

Artikolu 67

Regoli dwar l-aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ta’ pagament fil-każ ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li utent ta’ servizz ta’ pagament ikollu d-dritt juża servizzi li jippermettu l-aċċess għal servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kont kif imsemmi fil-punt (8) tal-Anness I. Dak id-dritt ma għandux japplika meta l-kont ta’ pagament ma jkunx aċċessibbli online.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għandu:

(a)

jipprovdi servizzi unikament meta jkunu bbażati fuq il-kunsens espliċitu tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;

(b)

jiżgura li l-kredenzjali ta’ sigurtà personalizzati tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux, bl-eċċezzjoni tal-utent u min joħroġ il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, aċċessibbli għal partijiet oħrajn u li meta jintbagħtu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, dan isir b’mezzi sikuri u effiċjenti;

(c)

għal kull sessjoni ta’ komunikazzjoni, jidentifika lilu nnifsu mal-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi(u) l-kont tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament u jikkomunika b’mod sikur mal-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi(u) l-kont u mal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);

(d)

jaċċedi biss l-informazzjoni mill-kontijiet ta’ pagament imsemmija u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament assoċjati;

(e)

ma jitlobx data sensittiva dwar il-pagament marbuta mal-kontijiet ta’ pagament;

(f)

ma juża, jaċċedi jew jaħżen ebda data għal finijiet oħra għajr biex iwettaq is-servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet mitlub b’mod espliċitu mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

3.   Fir-rigward tal-kontijiet ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu:

(a)

jikkomunika b’mod sikur mal-fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1); u

(b)

jittratta talbiet għal data trażmessi permezz ta’ servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, ħlief għal raġunijiet oġġettivi.

4.   L-għoti ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ma għandux jiddependi mill-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għal dak il-għan.

Artikolu 68

Limiti tal-użu tal-istrument ta’ pagament u tal-aċċess għall-kontijiet ta’ pagament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament

1.   F’każijiet meta strument ta’ pagament speċifiku jintuża għall-finijiet tal-għoti ta’ kunsens, il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jistgħu jaqblu fuq limiti ta’ nfiq għal tranżazzjonijiet ta’ pagament esegwiti permezz ta’ dak l-istrument ta’ pagament.

2.   Jekk maqbul fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jirriżerva d-dritt li jimblokka l-użu tal-istrument ta’ pagament għal raġunijiet oġġettivament ġustifikabbli relatati mas-sigurtà tal-istrument ta’ pagament, is-suspett ta’ użu mhux awtorizzat jew frodulenti tal-istrument ta’ pagament jew, fil-każ ta’ strument ta’ pagament b’linja ta’ kreditu, riskju sinifikattivament akbar li l-pagatur jista’ ma jkunx kapaċi jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu li jħallas.

3.   F’tali każijiet il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-pagatur dwar l-imblokkar tal-istrument ta’ pagament u r-raġunijiet għal dan b’mod miftiehem, meta possibbli, qabel ma l-istrument ta’ pagament jiġi imblokkat u mhux aktar tard minn immedjatament wara li jiġi imblokkat, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jikkompromettix raġunijiet ta’ sigurtà oġġettivament ġustifikati u ma jkunx projbit permezz ta’ liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

4.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jiżblokka l-istrument ta’ pagament jew jissostitwixxih bi strument ġdid ta’ pagament ladarba r-raġunijiet għall-imblokkar ma jibqgħux jeżistu.

5.   Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jista’ jiċħad fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament milli jaċċessa kont ta’ pagament għal raġunijiet ġustifikati b’mod oġġettiv u evidenzjati kif mistħoqq relatati mal-aċċess frodulenti jew mhux awtorizzat għall-kont ta’ pagament minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, inkluż il-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament b’mod frodulenti jew mhux awtorizzat. F’tali każijiet il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jinforma li l-aċċess għall-kont ta’ pagament hu miċħud u r-raġunijiet għal dan fil-forma miftiehma. Dik l-informazzjoni għandha, fejn possibbli, tingħata lill-pagatur qabel l-aċċess jiġi miċħud u mhux aktar tard minn immedjatament wara, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jikkompromettix raġunijiet ta’ sigurtà oġġettivament ġustifikati u ma jkunx projbit permezz ta’ liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jippermetti aċċess għall-kont ta’ pagament ladarba r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-aċċess ma jibqgħux jeżistu.

6.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 5, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu minnufih jirrapporta l-inċident marbut mal-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew mal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament lill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji rilevanti tal-każ u r-raġunijiet għat-teħid ta’ azzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-każ u għandha, jekk ikun neċessarju, tieħu miżuri xierqa.

Artikolu 69

Obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tal-istrumenti ta’ pagament u tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà

1.   L-utent ta’ servizzi ta’ pagament intitolat juża strument ta’ pagament għandu:

(a)

juża l-istrument ta’ pagament skont it-termini li jirregolaw il-ħruġ u l-użu tal-istrument ta’ pagament, li jridu jkunu oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati;

(b)

jgħarraf lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew lill-entità speċifikata minn dan tal-aħħar, mingħajr dewmien żejjed wara li jinduna bit-telf, serq, miżapproprjazzjoni jew użu mhux awtorizzat tal-istrument ta’ pagament.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-utent tas-servizz ta’ pagament, b’mod partikolari, hekk kif jirċievi strument ta’ pagament, għandu jieħu l-passi raġonevoli kollha biex iżomm il-kredenzjali personalizzati sikuri.

Artikolu 70

Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ strumenti ta’ pagament

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jkun qed joħroġ strument ta’ pagament għandu:

(a)

jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà ma jkunux aċċessibbli minn partijiet oħra għajr l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jkun intitolat juża l-istrument ta’ pagament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 69;

(b)

joqgħod lura milli jibgħat strument ta’ pagament mhux mitlub, għajr meta strument ta’ pagament li diġà jkun ingħata lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu jiġi sostitwit;

(c)

jiżgura li l-mezzi xierqa jkunu disponibbli l-ħin kollu biex jippermettu li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun jista’ jinnotifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1) jew li jitlob żblokkar tal-istrument ta’ pagament skont l-Artikolu 68(4); fuq talba, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament il-mezzi biex jagħti prova, għal 18-il xahar min-notifika, li l-utent tas-servizz tal-pagament għamel tali notifika;

(d)

jipprovdi lill-utent tas-servizzi ta’ pagament b’għażla li jagħmel notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1) mingħajr ħlas u li jista’ jimponi, jekk ikun il-każ, biss l-ispejjeż tas-sostituzzjoni li jkunu direttament attribwiti għall-istrument ta’ pagament;

(e)

jipprevjeni kull użu tal-istrument ta’ pagament ladarba tkun saret in-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1).

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jġorr ir-riskju li jibgħat strument ta’ pagament jew kwalunkwe kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà lill-utent tas-servizzi ta’ pagament.

Artikolu 71

Notifika u rettifika ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati jew esegwiti skorrettament

1.   L-utent ta’ sevizzi ta’ pagament għandu jikseb rettifika ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew esegwita skorrettament mingħand il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament biss jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mingħajr dewmien bla bżonn malli jsir konxju ta’ tali tranżazzjoni li tirriżulta fi pretensjoni, inkluża dik taħt l-Artikolu 89, u mhux aktar tard minn 13-il xahar wara d-data tad-debitu.

Il-limiti ta’ żmien għan-notifika stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fil-każ illi l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun naqas milli jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament skont it-Titolu III.

2.   Meta jkun involut fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, l-utent ta’ servizz ta’ pagament għandu jikseb rettifika mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73(2) u l-Artikolu 89(1).

Artikolu 72

Evidenza tal-awtentiċità u l-esekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament li tkun ġiet esegwita jew jiddikjara li t-tranżazzjoni ta’ pagament tkun twettqet skorrettament, huwa l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li għandu jagħti prova li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u li ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew xi difett ieħor tas-servizz provdut mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Jekk tinbeda tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jġorr il-piż li jagħti prova li fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta mas-servizz ta’ pagament li tiegħu huwa inkarigat.

2.   Meta utent ta’ servizzi ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament li tkun ġiet esegwita, l-użu ta’ strument ta’ pagament irreġistrat mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif xieraq, ma għandux fih innifsu jkun neċessarjament biżżejjed bħala prova li t-tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata mill-pagatur jew li l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti jew naqas b’intenzjoni jew negliġenza serja milli jissodisfa wieħed jew aktar mill-obbligi skont l-Artikolu 69. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż, fejn xieraq, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, għandu jipprovdi evidenza ta’ sostenn biex jagħti prova ta’ frodi jew negliġenza kbira min-naħa tal-utent ta’ servizz ta’ pagament.

Artikolu 73

Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss, wara li jkun ħa nota jew ġie notifikat tat-tranżazzjoni, minbarra meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikollu raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta frodi u jikkomunika dawk ir-raġunijiet bil-miktub lill-awtorità nazzjonali rilevanti. Fejn applikabbli, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament tal-pagatur għandu jerġa’ jġib il-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku ma seħħitx it-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. Dan għandu jiżgura wkoll li d-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat.

2.   Meta t-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jħallas lura minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata u, meta applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih dan kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata ma seħħitx.

Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun responsabbli għat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, huwa għandu jikkumpensa minnufih lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, fuq talba tiegħu, għat-telf li dan ġarrab jew ammont li ħallas bħala riżultat tar-rimborż lill-pagatur, inkluż l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. F’konformità mal-Artikolu 72(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jġorr il-piż li jagħti prova li fl-isfera tal-kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta mas-servizz ta’ pagament li huwa tiegħu huwa inkarigat.

3.   Jista’ jiġi stabbilit kumpens finanzjarju ulterjuri skont il-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew il-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jekk applikabbli.

Artikolu 74

Responsabbiltà tal-pagatur għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati

1.   B’deroga mill-Artikolu 73, il-pagatur jista’ jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, sa massimu ta’ EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf jew misruq jew mill-miżapproprjazzjoni ta’ strument ta’ pagament.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk:

(a)

it-telf, is-serq jew il-miżapproprijazzjoni ta’ strument ta’ pagament ma setgħux jiġu identifikati mill-pagatur qabel pagament, għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti; jew

(b)

it-telf kien ikkawżat minn atti jew nuqqas ta’ azzjoni ta’ impjegat, aġent jew fergħa ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ xi entità li liha jkunu ġew esternalizzati l-attivitajiet.

Il-pagatur għandu jbati t-telf kollu marbut ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jekk huma jkunu ġġarrbu mill-pagatur billi aġixxa b’mod frodulenti jew ikun naqas milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi fl-Artikolu 69 b’intenzjoni jew b’negliġenza serja.

F’tali każijiet, l-ammont massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika.

Fejn il-pagatur la jkun aġixxa b’mod frodulenti u lanqas ma jkun naqas intenzjonalment milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 69, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu r-responsabbiltà msemmija f’dan il-paragrafu, billi jqisu, b’mod partikolari, in-natura tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun intilef, insteraq jew ġie miżapproprjat l-istrument ta’ pagament.

2.   Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ma jeħtieġx awtentikazzjoni serja tal-klijent, il-pagatur ma għandux ibati telf finanzjarju sakemm il-pagatur ma jkunx aġixxa b’mod frodulenti. Meta l-benefiċjarju jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jonqos milli jaċċetta awtentikazzjoni serja tal-klijent, huwa għandu jħallas lura d-dannu finanzjarju kkawżat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

3.   Il-pagatur ma għandu jbati l-ebda konsegwenza finanzjarja li tirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat wara n-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1), għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti.

Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jipprovdix mezzi xierqa għan-notifika fi kwalunkwe ħin ta’ strument ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat, kif meħtieġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 70(1), il-pagatur ma għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-użu ta’ dak l-istrument ta’ pagament, għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti.

Artikolu 75

Tranżazzjonijiet ta’ pagament fejn l-ammont tat-tranżazzjoni ma jkunx magħruf minn qabel

1.   Meta tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ pagament b’kard u l-ammont eżatt tagħha ma jkunx magħruf fil-mument meta l-pagatur jagħti l-kunsens biex it-tranżazzjoni ta’ pagament tiġi esegwita, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jista’ jimblokka l-fondi fuq il-kont ta’ pagament tal-pagatur biss jekk il-pagatur ikun ta l-kunsens biex jiġi mblokkat l-ammont eżatt tal-fondi.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jirrilaxxa l-fondi mblokkati fuq il-kont ta’ pagament tal-pagatur skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed wara r-riċevuta tal-informazzjoni dwar l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament u, l-aktar tard, immedjatament wara riċevuta tal-ordni ta’ pagament.

Artikolu 76

Rimborż għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagatur ikun intitolat għal rimborż mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ta’ tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata li kienet mibdija mill-benefiċjarju u li permezz tiegħu tkun diġà ġiet esegwita, jekk ikunu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorizzazzjoni ma speċifikatx l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament meta saret l-awtorizzazzjoni;

(b)

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament jeċċedi l-ammont li l-pagatur seta’ raġonevolment jistenna b’kont meħud tal-mudell ta’ nfiq preċedenti, il-kundizzjonijiet fil-kuntratt qafas u ċ-ċirkostanzi rilevanti tal-każ.

Fuq it-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-pagatur għandu jġorr il-piż biex jagħti prova li tali kundizzjonijiet huma sodisfatti.

Ir-rimborż għandu jikkonsisti fl-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament esegwita. Id-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha kien ġie debitat l-ammont.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, għal debiti diretti kif imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-pagatur ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rimborż fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 77 ta’ din id-Direttiva.

2.   Madankollu, għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-pagatur ma għandux jistrieħ fuq raġunijiet tal-kambju ta’ valuta jekk tkun ġiet applikata r-rata tal-kambju ta’ referenza miftehma mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu skont il-punt (d) tal-Artikolu 45(1) u l-punt (3)(b) tal-Artikolu 52.

3.   Fil-kuntratt qafas bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jiġi maqbul li l-pagatur ma għandu l-ebda dritt għal rimborż fil-każ meta:

(a)

il-pagatur ikun ta l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament direttament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament; u

(b)

meta applikabbli, l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament futura kienet ipprovduta lill-pagatur jew saret disponibbli għalih b’mod maqbul tal-inqas erba’ ġimgħat qabel id-data ta’ skadenza mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-benefiċjarju.

4.   Għal debiti diretti f’valuti għajr l-euro, l-Istati Membri jistgħu jesiġu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom joffru drittijiet ta’ rimborż aktar favorevoli f’konformità mal-iskemi ta’ debitu dirett tagħhom dment li jkunu aktar vantaġġjużi għall-pagatur.

Artikolu 77

Talbiet ta’ rimborż għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagatur jista’ jitlob ir-rimborż imsemmi fl-Artikolu 76 ta’ tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata mibdija minn benefiċjarju jew permezz tiegħu, matul perijodu ta’ tmien ġimgħat mid-data li fiha jkunu ġew iddebitati l-fondi.

2.   Fi żmien għaxart ijiem ta’ negozju minn meta jirċievi talba għal rimborż, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jħallas lura l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament jew jagħti ġustifikazzjoni għaċ-ċaħda tar-rimborż u jindika l-entitajiet li lilhom il-pagatur jista’ jirreferi l-kwistjoni skont l-Artikoli 99 sa 102 jekk ma jaċċettax ir-raġunijiet mogħtija.

Id-dritt taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jirrifjuta r-rimborż ma għandux japplika fil-każ tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 76(1).

KAPITOLU 3

Esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima 1

Ordnijiet ta’ pagament u ammonti trasferiti

Artikolu 78

Riċevuti tal-ordnijiet ta’ pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mument tar-riċevuta huwa meta l-ordni ta’ pagament tiġi riċevuta mill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

Il-kont tal-pagatur ma għandux jiġi debitat qabel tiġi riċevuta l-ordni ta’ pagament. Jekk il-ħin tar-riċevuta ma jkunx f’jum ta’ negozju għall-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur, l-ordni ta’ pagament għandha titqies bħala li ġiet irċevuta fil-jum ta’ negozju li jmiss. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jistabbilixxi ħin limitu qrib it-tmiem tal-jum ta’ negozju li warajh kull ordni ta’ pagament li tiġi rċevuta għandha titqies bħala li ġiet riċevuta fil-jum ta’ negozju li jkun imiss.

2.   Jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jibda ordni ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu jiftiehmu li l-esekuzzjoni tal-ordni ta’ pagament għandha tibda f’jum speċifiku jew fi tmiem perijodu speċifiku jew fil-jum li fih il-pagatur ikun poġġa fondi għad-dispożizzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-ħin tar-riċevuta għall-finijiet tal-Artikolu 83 għandu jitqies li huwa l-jum miftiehem. Jekk il-jum miftiehem mhuwiex jum ta’ negozju għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, l-ordni ta’ pagament riċevuta għandha titqies bħala li ġiet riċevuta fil-jum ta’ negozju li jmiss.

Artikolu 79

Rifjut tal-ordnijiet ta’ pagament

1.   Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta li jeżegwixxi ordni ta’ pagament jew li jibda tranżazzjoni ta’ pagament, ir-rifjut u, jekk possibbli, ir-raġunijiet għalih u l-proċedura biex jiġi korrett kwalunkwe żball fattwali li wassal għar-rifjut, għandhom jiġu nnotifikati lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, ħlief jekk projbit minn liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jagħti jew jagħmel disponibbli n-notifika b’mod miftiehem mal-ewwel opportunità, u fi kwalunkwe każ fil-perijodi speċifikati fl-Artikolu 83.

Il-kuntratt qafas jista’ jinkludi kundizzjoni li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob tariffa raġonevoli għal tali rifjut jekk ir-rifjut ikun iġġustifikat oġġettivament.

2.   Meta l-kundizzjonijiet kollha mniżżla fil-kuntratt qafas tal-pagatur ikunu sodisfatti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ma għandux jirrifjuta li jwettaq ordni ta’ pagament awtorizzata irrispettivament minn jekk l-ordni ta’ pagament tkunx mibdija minn pagatur, inkluż minn fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jew minn benefiċjarju jew permezz tiegħu, ħlief jekk ipprojbit minn liġi tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra.

3.   Għall-finijiet tal-Artikoli 83 u 89, ordni ta’ pagament li l-esekuzzjoni tagħha ġiet rifjutata għandha titqies li ma kinitx riċevuta.

Artikolu 80

Irrevokabbiltà ta’ ordni ta’ pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jistax jirrevoka ordni ta’ pagament ladarba tkun ġiet irċevuta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, ħlief jekk speċifikat mod ieħor f’dan l-Artikolu.

2.   Meta t-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda minn fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-pagatur ma għandux jirrevoka l-ordni ta’ pagament wara li jkun ta l-kunsens lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jibda t-tranżazzjoni ta’ pagament jew wara li jkun ta l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-benefiċjarju.

3.   Madankollu, fil-każ ta’ debitu dirett u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ rimborż, il-pagatur jista’ jirrevoka l-ordni ta’ pagament sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-jum ta’ negozju li jippreċedi l-jum miftiehem għall-iddebitar tal-fondi.

4.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 78(2) l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jirrevoka ordni ta’ pagament sa mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jippreċedi l-jum miftiehem.

5.   Wara l-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, l-ordni ta’ pagament tista’ tiġi revokata biss jekk ikun miftiehem bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament rilevanti. Fil-każ imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, il-qbil tal-benefiċjarju għandu wkoll ikun meħtieġ. Jekk hekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob imposta għar-revoka.

Artikolu 81

Ammonti trasferiti u ammonti riċevuti

1.   L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, lill-fornitur/i tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju u lil kwalunkwe intermedjarju tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament biex jittrasferixxu l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni tal-pagament u jżommu lura milli jnaqqsu imposti mill-ammont trasferit.

2.   Madankollu, il-benefiċjarju u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiftiehmu li l-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ pagament inaqqas l-imposti tiegħu mill-ammont trasferit qabel ma jikkreditah lill-benefiċjarju. F’dak il-każ, l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-imposti għandhom ikunu separati fl-informazzjoni mogħtija lill-benefiċjarju.

3.   Jekk kwalunkwe imposti minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 jitnaqqsu mill-ammont trasferit, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li l-benefiċjarju jirċievi l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament mibdija mill-pagatur. Meta t-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura li l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun riċevut mill-benefiċjarju.

Taqsima 2

Ħin ta’ esekuzzjoni u d-data tal-valur

Artikolu 82

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-Taqsima tapplika għal:

(a)

tranżazzjonijiet ta’ pagament f’euro;

(b)

tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali fil-valuta tal-Istat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro;

(c)

tranżazzjonijiet ta’ pagament li jinvolvu biss kambju wieħed ta’ valuta bejn l-euro u l-valuta uffiċjali ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro, bil-kundizzjoni li l-kambju meħtieġ tal-valuta jsir fl-Istat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro u, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament transkonfinali, it-trasferiment transkonfinali jseħħ f’euro.

2.   Din t-Taqsima tapplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux imsemmija fil-paragrafu 1, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 87, li mhuwiex għad-dispożizzjoni tal-partijiet. Madankollu, meta l-utent tas-servizz ta’ pagament u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament jiftiehmu fuq perijodu itwal minn dak stabbilit fl-Artikolu 83, għal tranżazzjonijiet ta’ pagament intra-Unjoni dak il-perijodu itwal ma għandux jaqbeż l-erbat ijiem ta’ negozju wara l-mument tal-irċevuta msemmija fl-Artikolu 78.

Artikolu 83

Tranżazzjonijiet ta’ pagament għal kont ta’ pagament

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jiżgura li, wara l-mument tar-riċevuta kif imsemmija fl-Artikolu 78, l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament se jiġi kkreditat fil-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju sa tmiem il-jum ta’ negozju segwenti. Dak il-limitu tal-perijodu jista’ jiġi estiż b’jum ta’ negozju ieħor għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija fuq karta.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjaru jagħti data ta’ valur u jagħmel disponibbli l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-kont ta’ pagament tal-benefiċjaru wara li l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament ikun irċieva l-fondi skont l-Artikolu 87.

3.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jittrażmetti ordni ta’ pagament mibdija mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur fil-limiti ta’ żmien miftehma bejn il-benefiċjarju u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament, b’hekk jippermetti saldu, sa fejn id-debitu dirett ikun ikkonċernat, fid-data debitament maqbula.

Artikolu 84

Fin-nuqqas ta’ kont ta’ pagament tal-benefiċjarju mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament

Fejn il-benefiċjarju ma jkollux kont ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-fondi għandhom isiru disponibbli lill-benefiċjarju mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jirċievi l-fondi għall-benefiċjarju fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 83.

Artikolu 85

Flus imqiegħda f’kont ta’ pagament

Meta konsumatur iqiegħed flus kontanti f’kont ta’ pagament ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fil-valuta ta’ dak il-kont ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jiżgura li l-ammont ikun disponibbli u jkun mogħti data ta’ valur immedjatament wara r-riċevuta tal-fondi. Meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur, l-ammont għandu jkun disponibbli u jkun mogħti data ta’ valur sa mhux aktar tard mill-jum ta’ negozju segwenti wara riċevuta tal-fondi.

Artikolu 86

Tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali

Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu perijodi massimi ta’ esekuzzjoni iqsar minn dawk previsti f’din it-Taqsima.

Artikolu 87

Data ta’ valur u disponibbiltà ta’ fondi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju mhijiex aktar tard mill-jum ta’ negozju li fih l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament huwa kkreditat lill-kont tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju.

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun għad-disposizzjoni tal-benefiċjarju minnufih wara li dak l-ammont jiġi kkreditat għall-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju fejn, min-naħa tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, ikun hemm:

(a)

l-ebda kambju tal-valuta; jew

(b)

kambju tal-valuta bejn l-euro u valuta ta’ Stat Membru jew bejn żewġ valuti ta’ Stati Membri.

L-obbligu stipulat f’dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal pagamenti fi ħdan fornitur ta’ servizzi ta’ pagament wieħed.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data ta’ valur tad-debitu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur mhijiex aktar kmieni mill-mument li fih l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun iddebitat lil dak il-kont ta’ pagament.

Taqsima 3

Responsabbiltà

Artikolu 88

Identifikaturi uniċi skorretti

1.   Jekk ordni ta’ pagament tkun imwettqa skont l-identifikatur uniku, l-ordni ta’ pagament għandha titqies li twettqet b’mod korrett fir-rigward tal-benefiċjarju speċifikat mill-identifikatur uniku.

2.   Jekk l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx korrett, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux ikun responsabbli skont l-Artikolu 89 għan-nuqqas ta’ esekuzzjoni jew għal esekuzzjoni difettuża tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

3.   Madankollu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jirkupra l-fondi involuti fit-tranżazzjoni ta’ pagament. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jikkoopera f’dawn l-isforzi wkoll billi jikkomunika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur l-informazzjoni rilevanti kollha għall-ġbir ta’ fondi.

Fil-każ illi l-ġbir ta’ fondi skont l-ewwel subparagrafu preċedenti ma jkunx possibbli, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jagħti lill-pagatur, fuq talba bil-miktub, l-informazzjoni kollha disponibbli għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur u li tkun rilevanti għall-pagatur biex il-pagatur jagħmel talba legali biex jirkupra l-fondi.

4.   Jekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob ħlas għall-irkupru mill-utent tas-servizzi ta’ pagament.

5.   Jekk l-utent tas-servizzi ta’ pagament jipprovdi informazzjoni addizzjonali ma’ dik speċifikata fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) jew fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 52, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun responsabbli biss għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament skont l-identifikatur uniku provdut mill-utent tas-servizzi ta’ pagament.

Artikolu 89

Responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għal nuqqas ta’ esekuzzjoni, esekuzzjoni difettuża jew tardiva ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

1.   Meta ordni ta’ pagament tinbeda direttament mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3) u l-Artikolu 93, ikun responsabbli lejn il-pagatur għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament, sakemm ikun jista’ jagħti prova lill-pagatur u, meta rilevanti, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju rċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament skont l-Artikolu 83(1). F’dak il-każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun responsabbli taħt l-ewwel subparagrafu, hu għandu mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagamnt mhux esegwita jew difettuża u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża ma saritx.

Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien iddebitat.

Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont l-ewwel subparagrafu, hu għandu minnufih iqiegħed l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u, fejn applikabbli, jikkredita l-ammont korrispondenti fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju.

Id-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju ma għandhiex tkun mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament skont l-Artikolu 87.

Fejn tranżazzjoni ta’ pagament tiġi esegwita tard, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura, fuq it-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jkun qed jaġixxi f’isem il-pagatur, li d-data ta’ valur tal-kreditu ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.

Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux esegwita jew esegwita b’mod difettuż meta l-ordni ta’ pagament tinbeda mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, meta ssirlu talba, għandu jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-pagatur bl-eżitu. Dan għandu jkun mingħajr ħlas għall-pagatur.

2.   Meta ordni ta’ pagament tinbeda minn jew permezz tal-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3) u l-Artikolu 93, għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għat-trażmissjoni korretta tal-ordni ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur skont l-Artikolu 83(3). Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jerġa’ jibgħat immedjatament l-ordni ta’ pagament inkwistjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

F’każ li l-ordni ta’ pagament tintbagħat tard, l-ammont għandu jingħata data ta’ valur fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li tkun mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.

Barra minn hekk, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3), u l-Artikolu 93, ikun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-ġestjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament skont l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 87. Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun immedjatament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju wara li l-ammont ikun ikkreditat lill-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju. L-ammont għandu jingħata data ta’ valur fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.

Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b’mod difettuż li għaliha l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju mhuwiex responsabbli skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jkun responsabbli lejn il-pagatur. Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun hekk responsabbli, hu għandu, kif ikun xieraq u mingħajr dewmien żejjed, iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux esegwita jew difettuża u jreġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie ddebitat.

L-obbligu taħt ir-raba’ subparagrafu ma għandux japplika għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jagħti prova li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun irċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament, anke jekk l-esekuzzjoni tal-pagament hija sempliċiment tard. F’tali każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jagħti data ta’ valur lill-ammont fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.

Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b’mod difettuż meta l-ordni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, għandu meta mitlub, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-benefiċjarju bl-eżitu. Dan għandu jkun mingħajr ħlas għall-benefiċjarju.

3.   Barra minn hekk, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom ikunu responsabbli lejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom għal kwalunkwe imposta li għaliha huma responsabbli, u għal kwalunkwe imgħax li għalih ikun soġġett l-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’konsegwenza ta’ nuqqas ta’ esekuzzjoni jew esekuzzjoni difettuża, inkluża esekuzzjoni tardiva tat-tranżazzjoni ta’ pagament.

Artikolu 90

Responsabbiltà fil-każ ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għal nuqqas ta’ esekuzzjoni, esekuzzjoni difettuża jew tard ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

1.   Meta ordni ta’ pagament tinbeda mill-pagatur permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71 u l-Artikolu 88(2) u (3), iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux esegwita jew difettuża u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża ma saritx.

Il-piż għandu jkun fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jagħti prova li l-ordni ta’ pagament ġiet riċevuta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur skont l-Artikolu 78 u li fl-isfera ta’ kompetenza tiegħu t-tranżazzjoni ta’ pagament ġiet awtentikata, rreġistrata b’mod preċiż u ma ġietx affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta man-nuqqas ta’esekuzzjoni, esekuzzjoni tat-tranżazzjoni difettuża jew tard.

2.   Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun responsabbli għan-nuqqas ta’ esekuzzjoni, esekuzzjoni difettuża jew tard tat-tranżazzjoni ta’ pagament, dan għandu jikkumpensa minnufih lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont fuq talba tiegħu għat-telf imġarrab jew somom imħallsa b’riżultat tar-rimborż lill-pagatur.

Artikolu 91

Kumpens finanzjarju addizzjonali

Kwalunkwe kumpens finanzjarju addizzjonali għal dak previst f’din it-Taqsima jista’ jiġi ddeterminat skont il-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn l-utent tas-servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 92

Dritt għal rikors

1.   Meta r-responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament skont l-Artikoli 73 u 89 tkun attribwibbli għal fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament jew għal intermedjarju, dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew intermedjarju għandu jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom imħallsa skont l-Artikoli 73 u 89. Dak għandu jinkludi kumpens meta kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jonqos milli juża awtentikazzjoni serja tal-klijent.

2.   Kumpens finanzjarju ulterjuri jista’ jiġi ddeterminat skont il-ftehim bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u/jew l-intermedjarji u l-liġi applikabbli għall-ftehim konkluż bejniethom.

Artikolu 93

Ċirkustanzi anormali u mhux previsti

Ma għandha tapplika l-ebda responsabbiltà taħt il-Kapitoli 2 jew 3 fil-każijiet ta’ ċirkostanzi anormali u imprevedibbli barra mill-kontroll tal-parti li tkun qed titlob l-applikazzjoni ta’ dawk iċ-ċirkostanzi, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi kollha biex dan ma jiġrix, jew fejn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun marbut b’obbligi legali oħra koperti minn liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

KAPITOLU 4

Protezzjoni tad-data

Artikolu 94

Protezzjoni tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu pproċessar ta’ data personali minn sistemi ta’ pagament u minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament meta meħtieġ biex jitħarsu l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u s-sejba ta’ frodi fil-pagamenti. L-għoti ta’ informazzjoni lil individwi dwar l-ipproċessar ta’ data personali u l-ipproċessar ta’ data personali bħal din u kwalunkwe pproċessar ieħor ta’ data personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jitwettqu f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE, ir-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE, u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jaċċessaw, jipproċessaw u jżommu biss id-data personali meħtieġa għall-għoti tas-servizzi ta’ pagament tagħhom, bil-kunsens espliċitu tal-utent tas-servizzi ta’ pagament.

KAPITOLU 5

Riskji operattivi u ta’ sigurtà u awtentikazzjoni

Artikolu 95

Ġestjoni ta’ riskji operattivi u ta’ sigurtà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistabbilixxu qafas b’miżuri ta’ mitigazzjoni u mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa għall-ġestjoni tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà, marbutin mas-servizzi ta’ pagament li huma jipprovdu. Bħala parti minn dak il-qafas, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi għall-ġestjoni ta’ inċidenti, inkluż għas-sejbien u l-klassifikazzjoni ta’ inċidenti maġġuri operattivi u ta’ sigurtà.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu lill-awtorità kompetenti fuq bażi annwali, jew f’intervalli iqsar kif determinati mill-awtorità kompetenti, valutazzjoni aġġornata u komprensiva tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà marbutin mas-servizzi ta’ pagament li huma jipprovdu u dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kontroll implimentati bħala reazzjoni għal dawn ir-riskji.

3.   Sat-13 ta’ Lulju 2017 l-EBA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament filwaqt li tirrifletti l-interessi kollha involuti, għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri ta’ sigurtà, inklużi l-proċessi ta’ ċertifikazzjoni fejn rilevanti.

L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tirrevedi l-linji gwida msemmijin fl-ewwel subparagrafu regolarment u fi kwalunkiwe każ mill-inqas darba kull sentejn.

4.   Filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmijin fil-paragrafu 3, l-EBA, meta tintalab mill-Kummissjoni tagħmel dan kif xieraq, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji u dwar il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment, u l-monitoraġġ, ta’ miżuri ta’ sigurtà.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   L-EBA għandha tippromwovi l-kooperazzjoni, inkluż il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, fil-qasam tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà assoċjati mas-servizzi ta’ pagament fost l-awtoritajiet kompetenti, u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-BĊE u, fejn rilevanti, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.

Artikolu 96

Rappurtar ta’ inċidenti

1.   F’każ ta’ inċident maġġuri operazzjonali jew ta’ sigurtà, inċidenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Fejn l-inċident ikollu jew jista’ jkollu impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-utenti tas-servizzi ta’ pagament tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-utenti tas-servizzi ta’ pagament tiegħu bl-inċident u bil-miżuri disponibbli kollha li jistgħu jieħdu biex jittaffew l-effetti negattivi tal-inċident.

2.   Malli tkun riċevuta n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tipprovdi d-dettalji rilevanti dwar l-inċident lill-EBA u lill-BĊE. Dik l-awtorità kompetenti, wara li tivvaluta r-rilevanza tal-inċident għall-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru, għandha tinnotifikahom kif meħtieġ.

L-EBA u l-BĊE, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju, għandhom jivvalutaw ir-rilevanza tal-inċident għal awtoritajiet tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti oħrajn u għandhom jinnotifikawhom kif meħtieġ. Il-BĊE għandu jinnotifika lill-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali dwar kwistjonijiet rilevanti għas-sistema ta’ pagament.

Fuq il-bażi ta’ dik in-notifika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn xieraq, jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex titħares is-sikurezza immedjata tas-sistema finanzjarja.

3.   Sat-13 ta’ Jannar 2018 l-EBA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament filwaqt li ssir riflessjoni tal-interessi kollha involuti, toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 indirizzati lil kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, dwar il-klassifikazzjoni ta’ inċidenti maġġuri msemmija fil-paragrafu 1, u dwar il-kontenut, il-format, inklużi mudelli standard ta’ notifiki, u l-proċeduri biex jiġu nnotifikati inċidenti bħal dawn; u

(b)

l-awtoritajiet kompetenti, fuq il-kriterji dwar kif tiġi vvalutata r-rilevanza tal-inċident u d-dettalji tar-rapporti tal-inċident li għandhom jiġu kondiviżi ma’ awtoritajiet domestiċi oħrajn.

4.   L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tirrevedi l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 3 regolarment u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba kull sentejn.

5.   Meta toħroġ u tirrevedi l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 3, l-EBA għandha tieħu kont tal-istandards u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet żviluppati u ppubblikati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-setturi li jwettqu attivitajiet oħra minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu, mill-inqas fuq bażi annwali, data statistika dwar il-frodi marbuta ma’ mezzi differenti ta’ pagament lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu data bħal din f’forma aggregata lill-EBA u l-BĊE.

Artikolu 97

Awtentikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament japplika awtentikazzjoni serja tal-klijent meta l-pagatur:

(a)

jaċċessal-kont ta’ pagament tiegħu online;

(b)

jibda tranżazzjoni ta’ pagament elettroniku;

(c)

iwettaq kwalunkwe azzjoni permezz ta’ kanali remoti li tista’ timplika riskju ta’ frodi tal-pagament jew abbużi oħrajn.

2.   Fir-rigward tal-bidu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament elettroniku kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal tranżazzjonijiet ta’ pagament elettroniku mill-bogħod, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament japplikaw awtentikazzjoni serja tal-klijent li tinkludi elementi li jorbtu b’mod dinamiku t-tranżazzjoni ma’ ammont speċifiku u ma’ benefiċjarju speċifiku.

3.   Fir-rigward tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom fis-seħħ miżuri ta’ sigurtà adegwati biex iħarsu l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà ta’ utenti tas-servizzi ta’ pagament.

4.   Il-paragrafi 2u 3 għandhom japplikaw ukoll meta l-pagamenti jinbdew permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll meta l-informazzjoni tintalab permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u lill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet joqogħdu fuq il-proċeduri tal-awtentikazzjoni pprovduta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont lill-utent tas-servizzi ta’ pagament f’konformità mal-paragrafu 1 u 3 u, fejn ikun involut il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3.

Artikolu 98

Standards tekniċi regolatorji dwar l-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni

1.   L-EBA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament, li jirriflettu l-interessi kollha involuti, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji indirizzati lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif stipulat fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jispeċifika:

(a)

ir-rekwiżiti tal-awtentikazzjoni serja tal-klijent imsemmija fl-Artikolu 97(1) u (2);

(b)

l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-Artikolu 97(1), (2) u (3), abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

ir-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom il-miżuri ta’ sigurtà skont l-Artikolu 97(3), sabiex jiġu protetti l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utenti tas-servizzi ta’ pagament; u

(d)

ir-rekwiżiti għal standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri għall-iskop ta’ identifikazzjoni, awtentikazzjoni, notifika, u informazzjoni, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà, bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont, fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, pagaturi, benefiċjarji u fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament.

2.   L-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi żviluppat mill-EBA sabiex:

(a)

jiġi żgurat livell adatt ta’ sigurtà għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, permezz tal-adozzjoni ta’ rekwiżiti effettivi u bbażati fuq ir-riskju;

(b)

tiġi żgurata s-sikurezza tal-fondi u d-data personali tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament;

(c)

tiġi żgurata u tinżamm kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament;

(d)

tiġi żgurata n-newtralità mil-lat tat-teknoloġija u tal-mudell tan-negozju;

(e)

biex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ mezzi ta’ pagament favorevoli għall-utent, aċċessibbli u innovattivi.

3.   L-eżenzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-livell ta’ riskju involut fis-servizz provdut;

(b)

l-ammont, ir-rikorrenza tat-tranżazzjoni, jew it-tnejn li huma;

(c)

il-mezz ta’ pagament użat għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni.

4.   L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2017.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   Fkonformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha tirrevedi u, jekk ikun xieraq, taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fuq bażi regolari sabiex, fost affarijiet oħra tqis l-innovazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi.

KAPITOLU 6

Proċeduri ta’ ADR għas-soluzzjoni tat-tilwim

Taqsima 1

Proċeduri ta’ lmenti

Artikolu 99

Ilmenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-utenti tas-servizzi ta’ pagament u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ ksur allegat ta’ din id-Direttiva mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament.

2.   Meta jkun il-każ u mingħajr preġudizzju għad-dritt li jinfetħu proċedimenti fil-qorti skont il-liġi proċedurali nazzjonali, it-tweġiba mill-awtoritajiet kompetenti għandha tinforma lil min jilmenta bl-eżistenza tal-proċeduri tal-ADR stabbiliti skont l-Artikolu 102.

Artikolu 100

Awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva ma’ din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw din il-konformità.

Huma għandhom ikunu jew:

(a)

awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010; jew

(b)

korpi rikonoxxuti mid-dritt nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li espressament ingħataw is-setgħa għal dak il-għan mid-dritt nazzjonali.

Dawn ma għandhomx ikunu fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, bl-eċċezzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali.

2.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom is-setgħat u r-riżorsi adegwati kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta iktar minn awtortià kompetenti waħda tkun ingħatat is-setgħa biex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv id-dmirijiet rispettivi tagħhom.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom f’konformità mal-liġi nazzjonali jew:

(a)

b’mod dirett taħt l-awtorità tagħhom stess jew taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet ġudizjarji; jew

(b)

b’applikazzjoni lill-qrati li huma kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b’appell, jekk l-applikazzjoni biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma tirnexxix.

4.   Fil-każ ta’ ksur jew ksur suspettat tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titoli III u IV, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, ħlief għall-aġenti u l-fergħat li jwettqu xogħolhom skont id-dritt ta’ stabbiliment meta l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru ospitanti.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti maħtura msemmija fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ sat-13 ta’ Jannar 2018. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diviżjoni ta’ dmirijiet ta’ dawk l-awtoritajiet. Huma għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tikkonċerna l-ħatra u l-kompetenzi rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet.

6.   L-EBA, wara li tikkonsulta lill-BĊE, għandha toħroġ linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-proċeduri ta’ lment li għandhom jitqiesu biex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu sat-13 ta’ Jannar 2018 u għandhom jiġu aġġornati fuq bażi regolari, kif ikun xieraq.

Taqsima 2

Proċeduri ta’ ADR u penalitajiet

Artikolu 101

Riżoluzzjoni ta’ tilwim

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistabbilixxu u japplikaw proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li huma effettivi u adegwati għar-riżoluzzjoni ta’ lmenti mill-utenti tas-servizzi ta’ pagament li jirrigwardaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw taħt it-Titoli III u IV ta’ din id-Direttiva u għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom f’dak ir-rigward.

Dawn il-proċeduri għandhom jiġu applikati f’kull Stat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament joffri s-servizzi ta’ pagament u għandhom ikunu disponibbli f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti jew f’lingwa oħra jekk ikun hemm qbil dwar dan bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, fuq il-karta jew, jekk ikun hemm qbil dwar dan bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament, fuq mezz durevoli ieħor, għall-ilmenti tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Tweġiba bħal din għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, fi żmien perijodu adegwat u mhux aktar tard minn fi żmien 15-il jum ta’ negozju minn meta jkun ġie riċevut l-ilment. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum ta’ negozju għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, huwa jkun obbligat li jibgħat tweġiba proviżorja, li tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ser jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż 35 jum ta’ negozju.

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu regoli dwar proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim li jkunu aktar vantaġġużi għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament minn dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta jagħmlu hekk, dawk ir-regoli għandhom japplikaw.

3.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent tas-servizzi ta’ pagament dwar mill-inqas entità ta’ ADR li hija kompetenti biex tittratta tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw taħt it-Titoli III u IV.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tingħata b’mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli fuq is-sit tal-Internet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jekk din tkun teżisti, fil-fergħa, u fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent tas-servizzi ta’ pagament. Din għandha tispeċifika kif tista’ tiġi aċċessata informazzjoni ulterjuri dwar l-entità kkonċernata tal-ADRu dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha.

Artikolu 102

Proċeduri ta’ ADR

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri ta’ ADR adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi għar-riżoluzzjoni ta’ lmenti bejn l-utenti tas-servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw taħt it-Titoli III u IV ta’ din id-Direttiva, skont il-liġi rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), bl-użu ta’ korpi kompetenti eżistenti fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ta’ ADR ikunu applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u li jkopru wkoll l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jikkooperaw b’mod effettiv fir-riżoluzzjoni ta’ tilwim transkonfinali dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw taħt it-Titoli III u IV.

Artikolu 103

Penalitajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Tali penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-awtorità kompetenti tista’ tiżvela lill-pubbliku kwalunkwe penalità amministrattiva imposta għal ksur tal-miżuri adottati fit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm tali żvelar ma jippreġudikax serjament is-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

TITOLU V

ATTI DELEGATI U STANDARDS TEKNIĊI REGOLATORJI

Artikolu 104

Atti Delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105 dwar:

(a)

l-adattament tar-referenza għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-punt (36) tal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva meta dik ir-rakkomandazzjoni tiġi emendata;

(b)

l-aġġornament tal-ammonti speċifikati fl-Artikolu 32(1) u fl-Artikolu 74(1) sabiex titqies l-inflazzjoni.

Artikolu 105

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall- kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 104 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-12 ta’ Jannar 2016.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 104 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   L-att delegat adottat skont l-Artikolu 104 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 106

Obbligu li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom

1.   Sat-13 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tipproduċi fuljett elettroniku li jkun faċli biex jintuża mill-utent, li jelenka b’mod ċar u li jinftiehem faċilment id-drittijiet u l-obbligi tal-konsumaturi skont din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni relatata.

2.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri, lill-assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi dwar il-pubblikazzjoni tal-fuljett imsemmi fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni, l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-fuljett isir aċċessibbli faċilment fuq is-siti tal-Internet rispettivi tagħhom.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-fuljett isir disponibbli b’mod li jkun aċċessibbli faċilment fuq is-siti tal-Internet tagħhom, jekk dawn jeżistu, u fuq il-karta fil-fergħat tagħhom, għand l-aġenti tagħhom u l-entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet tagħhom.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx jimponu imposti fuq il-klijenti tagħhom talli jagħmlulhom l-informazzjoni disponibbli skont dan l-Artikolu.

5.   Fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati bl-użu ta’ mezzi alternattivi xierqa, li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f’format aċċessibbli.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 107

Armonizzazzjoni sħiħa

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 32, l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(3), l-Artikolu 61(2) u (3), l-Artikolu 62(5), l-Artikolu 63(2) u (3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 86, sa fejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonjiet minbarra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.   Fejn Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-possibbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan kif ukoll dwar kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni pubblika fuq sit tal-Internet jew permezz ta’ mezz ieħor li jkun aċċessibbli faċilment.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma jidderogawx, għad-detriment tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, mid-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva ħlief meta jkun previst b’mod espliċitu.

Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiddeċiedu li jagħtu termini aktar favorevoli lill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 108

Klawżola ta’ reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha, sat-13 ta’ Jannar 2021, tippreżenta lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BĊE u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari dwar:

(a)

l-adegwatezza u l-impatt tar-regoli dwar l-imposti kif stabbilit fl-Artikolu 62(3), (4) u (5);

(b)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(3) u (4),inkluża valutazzjoni ta’ jekk it-Titolu III u IV jistgħux, fejn ikun teknikament fattibbli, jiġu applikati b’mod sħiħ għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imsemmijin f’dawk il-paragrafi;

(c)

l-aċċess għas-sistemi ta’ pagament, partikolarment f’rabta mal-livell ta’ kompetizzjoni;

(d)

l-adegwatezza u l-impatt tal-limiti massimi għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imsemmijin fil-punt (l) tal-Artikolu 3;

(e)

l-adegwatezza u l-impatt tal-limiti massimi għall-eżenzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1);

(f)

jekk, meta wieħed iqis l-iżviluppi, ikun aħjar, biex jiġu kkumplementati d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 75 dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament fejn l-ammont ma jkunx magħruf minn qabel u l-fondi jkunu mblukkati, li jiġu introdotti limiti massimi għall-ammonti li għandhom jiġu mblukkati għall-pagament tal-pagatur f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva flimkien mar-rapport tagħha.

Artikolu 109

Dispożizzjoni transitorja

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu bdew attivitajiet skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2007/64/KE sat-13 ta’ Jannar 2018, ikomplu b’dawk l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva 2007/64/KE mingħajr ma jkunu meħtieġa li jiksbu awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva jew li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stipulati jew imsemmijin fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li tali istituzzjonijiet ta’ pagament jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikunux konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tiġi żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.

L-istituzzjonijiet ta’ pagament li f’verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u għandhom jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 37.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu istituzzjonijiet ta’ pagament msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biex awtomatikament jingħataw awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15 jekk l-awtoritajiet kompetenti diġà jkollhom evidenza li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 11 jkunu qed jitħarsu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-istitutzzjoni ta’ pagament konċernati qabel tingħata l-awtorizzazzjoni.

3.   Dan il-paragrafu japplika għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu bbenefikaw mill-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE qabel it-13 ta’ Jannar 2018, u jkunu wettqu attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE.

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil dawk il-persuni ikomplu b’dawk l-attivitajiet fl-Istat Membru kkonċernat skont id-Direttiva 2007/64/KE, sat-13 ta’ Jannar 2019 mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva jew, biex jiksbu eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ din id-Direttiva, jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stipulati jew imsemmijin fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva.

Kwalunkwe persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu li sat-13 ta’ Jannar 2019 ma tkunx irċeviet awtorizzazzjoni jew ma ġiet eżentata skont din id-Direttiva, għandha tiġi pprojbita milli tipprovdi servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi jgawdu minn eżenzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jkunu meqjusa bħala li huma eżentati u mdaħħla awtomatikament fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15 jekk l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32 jkunu qed jitħarsu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-istituzzjonijiet ta’ pagament ikkonċernati.

5.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni biex jipprovdu s-servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punt (7) tal-Anness għad-Direttiva 2007/64/KE għandhom iżommu dik l-awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ dawk is-servizzi ta’ pagament li jitqiesu bħala servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punt (3) tal-Anness I għal din id-Direttiva fejn sat-13 ta’ Jannar 2020, l-awtoritajiet kompetenti ikollhom evidenza li r-rekwiżiti stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 7 u fl-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva jkunu qed jitħarsu.

Artikolu 110

Emendi għad-Direttiva 2002/65/KE

Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/65/KE, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Meta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) tkun applikabbli wkoll, id-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-punti (2)(c) sa (g), (3)(a), (d) u (e) u 4(b), għandhom jiġu sostitwiti bl-Artikoli 44, 45, 51 u 52 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Artikolu 111

Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE

Id-Direttiva 2009/110/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Artikolu 5, l-Artikoli 11 sa 17, l-Artikolu 19(5) u (6) u l-Artikoli 20 sa 31 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), inlużi l-atti delegati adottati taħt l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mutatis mutandis.

(**)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35)”;"

(b)

il-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jqassmu u jifdu flus elettroniċi permezz ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’isimhom. Jekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tqassam flus elettroniċi fi Stat Membru ieħor billi tqabbad lil tali persuna fiżika jew ġuridika, l-Artikoli 27 sa 31, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 29(4) u (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, inklużi l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw mutatis mutandis għal tali istituzzjoni ta’ flus elettroniċi.

5.   Minkejja l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx joħorġu flus elettroniċi permezz ta’ aġenti. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jitħallew jipprovdu s-servizzi ta’ pagament imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva permezz ta’ aġenti, soġġetti għal kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.”;

(2)

fl-Artikolu 18, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li, jkunu bdew iwettqu attivitajiet skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2007/64/KE fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom qabel it-13 ta’ Jannar 2018, biex ikomplu b’dawk l-attivitajiet f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra stipulati jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw, sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.

Istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu projbiti milli joħorġu flus elettroniċi.”.

Artikolu 112

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Awtorità għandha taġixxi fi ħdan is-setgħat mogħtija minn dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2009/110/KE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****), id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****), ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******), id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******) u sal-punt li dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fi ħdan il-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE u tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********), inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (*********).

(***)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)."

(****)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)."

(*****)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)."

(******)  Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)."

(*******)  Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35)."

(********)  Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)."

(*********)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).”;"

(2)

L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(1)   ‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ditti ta’ investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, konglomerati finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE, fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fil-punt (11) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, ħlief li, fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2015/849, istituzzjonijiet finanzjarji tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849;”.

Artikolu 113

Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

Fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, il-punt 4 hu sostitwit b’li ġej:

“(4)

Servizzi tal-pagament kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********).

Artikolu 114

Tħassir

Id-Direttiva 2007/64/KE hija mħassra b’effett mit-13 ta’ Jannar 2018.

Kwalunkwe referenza għad-Direttiva mħassra għandha tinftiehem bħala referenza għal din id-Direttiva u għandha tinqara skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 115

Traspożizzjoni

1.   Sat-13 ta’ Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, miżuri neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

2.   Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Jannar 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà msemmijin fl-Artikoli 65, 66, 67 u 97 minn 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikolu 98.

5.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu persuni ġuridiċi li jkunu wettqu fit-territorju tagħhom, qabel it-12 ta’ Jannar 2016, attivitajiet ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, milli jkomplu jwettqu l-istess attivitajiet fit-territorji tagħhom matul il-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafi 2 u 4 f’konformità mal-qafas regolatorju applikabbli bħalissa.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sakemm il-fornituri individwali ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont ikunu konformi mal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont ma jabbużawx min-nuqqas ta’ konformità tagħhom biex jimblokkaw jew ifixklu l-użu ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għall-kontijiet li jkunu qed jiġġestixxu.

Artikolu 116

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 117

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Novembru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 224, 15.7.2014, p. 1.

(2)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 78.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2015.

(4)  Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-pagament transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).

(6)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

(8)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(13)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(14)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(15)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(16)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(17)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-Suq Intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(18)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(19)  Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d- Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(20)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(21)  Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

(22)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(23)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali (RUMA I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(26)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(27)  ĠU C 38, 8.2.2014, p. 14.

(28)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(29)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8).

(30)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(31)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

(33)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

(34)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(35)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).


ANNESS I

SERVIZZI TA’ PAGAMENT

(kif imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 4)

1.

Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f’kont ta’ pagament kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim ta’ kont ta’ pagament.

2.

Servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti minn kont ta’ pagament kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim ta’ kont ta’ pagament.

3.

Esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, inkluż trasferimenti ta’ fondi fuq kont ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor:

(a)

esekuzzjoni ta’ debiti diretti, inkluż debiti diretti ta’ darba,

(b)

esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew strument ta’ pagament simili jew apparat simili;

(c)

esekuzzjoni ta’ trasferimenti ta’ kreditu, fosthom ordnijiet permanenti.

4.

Esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-fondi huma koperti minn linja ta’ kreditu għal utent ta’ servizzi ta’ pagament:

(a)

esekuzzjoni ta’ debiti diretti, inkluż debiti diretti ta’ darba,

(b)

esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew apparat simili,

(c)

esekuzzjoni ta’ trasferimenti ta’ kreditu, fosthom ordnijiet permanenti;

5.

Ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament u/jew il-kisba ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament.

6.

Rimessa ta’ flus.

7.

Servizzi ta’ bidu ta’ pagament.

8.

Servizzi ta’ informazzjoni dwar kontijiet.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva

Id-Direttiva 2007/64/KE

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 2(3)

 

Artikolu 2(4)

 

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(3)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4:

Artikolu 4:

punti 1, 2, 3, 4, 5 u 10

punti 1, 2, 3, 4, 5 u 10

punt 7

punt 6

punt 8

punt 7

punt 9

punt 8

punt 11

punt 9

punt 12

punt 14

punt 13

punt 16

punt 14

punt 23

punti 20, 21, 22

punti 11, 12, 13

punt 23

punt 28

punt 25

punt 15

punti 26, 27

punti 17, 18

punt 28

punt 20

punt 29

punt 19

punt 33

punt 21

punti 34, 35, 36, 37

punti 24, 25, 26, 27

punt 38

punt 22

punti 39, 40

punti 29, 30

punti 6, 15-19, 24, 30-32, 41-48

Artikolu 5(1)

Artikolu 5

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 5(7)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 9(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 10(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3) u (4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 10(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 10(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 10(5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 10(6)

Artikolu 11(7)

Artikolu 10(7)

Artikolu 11(8)

Artikolu 10(8)

Artikolu 11(9)

Artikolu 10(9)

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 12(3)

Artikolu 14(1)

Artikolu 13

Artikolu 14(2)

Artikolu 13

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 15(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 16

Artikolu 14

Artikolu 17(1)

Artikolu 15(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 17(3)

Artikolu 15(3)

Artikolu 17(4)

Artikolu 15(4)

Artikolu 18(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 18(3)

Artikolu 16(2)

Artikolu 18(4)

Artikolu 16(3)

Artikolu 18(5)

Artikolu 16(4)

Artikolu 18(6)

Artikolu 16(5)

Artikolu 19(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 17(3)

Artikolu 19(4)

Artikolu 17(4)

Artikolu 19(5)

Artikolu 17(5)

Artikolu 19(6)

Artikolu 17(7)

Artikolu 19(7)

Artikolu 17(8)

Artikolu 19(8)

Artikolu 20(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 20(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 20(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 20(4)

Artikolu 22(5)

Artikolu 20(5)

Artikolu 23(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 23(3)

Artikolu 21(3)

Artikolu 24(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 24(3)

Artikolu 22(3)

Artikolu 25(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 26(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 26(2)

Artikolu 24(2)

Artikolu 27(1)

Artikolu 27(2)

Artikolu 28(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 28(2)

Artikolu 28(3)

Artikolu 28(4)

Artikolu 28(5)

Artikolu 29(1)

Artikolu 25(2) u (3)

Artikolu 29(2)

Artikolu 29(3)

Artikolu 25(4)

Artikolu 29(4)

Artikolu 29(5)

Artikolu 29(6)

Artikolu 30(1)

Artikolu 30(2)

Artikolu 30(3)

Artikolu 30(4)

Artikolu 31(1)

Artikolu 31(2)

Artikolu 25(4)

Artikolu 32(1)

Artikolu 26(1)

Artikolu 32(2)

Artikolu 26(2)

Artikolu 32(3)

Artikolu 26(3)

Artikolu 32(4)

Artikolu 26(4)

Artikolu 32(5)

Artikolu 26(5)

Artikolu 32(6)

Artikolu 26(6)

Artikolu 33(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 34

Artikolu 27

Artikolu 35(1)

Artikolu 28(1)

Artikolu 35(2)

Artikolu 28(2)

Artikolu 36

Artikolu 37(1)

Artikolu 29

Artikolu 37(2)

Artikolu 37(3)

Artikolu 37(4)

Artikolu 37(5)

Artikolu 38(1)

Artikolu 30(1)

Artikolu 38(2)

Artikolu 30(2)

Artikolu 38(3)

Artikolu 30(3)

Artikolu 39

Artikolu 31

Artikolu 40(1)

Artikolu 32(1)

Artikolu 40(2)

Artikolu 32(2)

Artikolu 40(3)

Artikolu 32(3)

Artikolu 41

Artikolu 33

Artikolu 42(1)

Artikolu 34(1)

Artikolu 42(2)

Artikolu 34(2)

Artikolu 43(1)

Artikolu 35(1)

Artikolu 43(2)

Artikolu 35(2)

Artikolu 44(1)

Artikolu 36(1)

Artikolu 44(2)

Artikolu 36(2)

Artikolu 44(3)

Artikolu 36(3)

Artikolu 45(1)

Artikolu 37(1)

Artikolu 45(2)

Artikolu 45(3)

Artikolu 37(2)

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 48

Artikolu 38

Artikolu 49

Artikolu 39

Artikolu 50

Artikolu 40

Artikolu 51(1)

Artikolu 41(1)

Artikolu 51(2)

Artikolu 41(2)

Artikolu 51(3)

Artikolu 41(3)

Artikolu 52 il-punt (1)

Artikolu 42(1)

Artikolu 52 il-punt (2)

Artikolu 42(2)

Artikolu 52 il-punt (3)

Artikolu 42(3)

Artikolu 52 il-punt (4)

Artikolu 42(4)

Artikolu 52 il-punt (5)

Artikolu 42(5)

Artikolu 52 il-punt (6)

Artikolu 42(6)

Artikolu 52 il-punt (7)

Artikolu 42(7)

Artikolu 53

Artikolu 43

Artikolu 54(1)

Artikolu 44(1)

Artikolu 54(2)

Artikolu 44(2)

Artikolu 54(3)

Artikolu 44(3)

Artikolu 55(1)

Artikolu 45(1)

Artikolu 55(2)

Artikolu 45(2)

Artikolu 55(3)

Artikolu 45(3)

Artikolu 55(4)

Artikolu 45(4)

Artikolu 55(5)

Artikolu 45(5)

Artikolu 55(6)

Artikolu 45(6)

Artikolu 56

Artikolu 46

Artikolu 57(1)

Artikolu 47(1)

Artikolu 57(2)

Artikolu 47(2)

Artikolu 57(3)

Artikolu 47(3)

Artikolu 58(1)

Artikolu 48(1)

Artikolu 58(2)

Artikolu 48(2)

Artikolu 58(3)

Artikolu 48(3)

Artikolu 59(1)

Artikolu 49(1)

Artikolu 59(2)

Artikolu 49(2)

Artikolu 60(1)

Artikolu 50(1)

Artikolu 60(2)

Artikolu 50(2)

Artikolu 60(3)

Artikolu 61(1)

Artikolu 51(1)

Artikolu 61(2)

Artikolu 51(2)

Artikolu 61(3)

Artikolu 51(3)

Artikolu 61(4)

Artikolu 51(4)

Artikolu 62(1)

Artikolu 52(1)

Artikolu 62(2)

Artikolu 52(2)

Artikolu 62(3)

Artikolu 52(3)

Artikolu 62(4)

Artikolu 62(5)

Artikolu 63(1)

Artikolu 53(1)

Artikolu 63(2)

Artikolu 53(2)

Artikolu 63(3)

Artikolu 53(3)

Artikolu 64(1)

Artikolu 54(1)

Artikolu 64(2)

Artikolu 54(2)

Artikolu 64(3)

Artikolu 54(3)

Artikolu 64(4)

Artikolu 54(4)

Artikolu 65(1)

Artikolu 65(2)

Artikolu 65(3)

Artikolu 65(4)

Artikolu 65(5)

Artikolu 65(6)

Artikolu 66(1)

Artikolu 66(2)

Artikolu 66(3)

Artikolu 66(4)

Artikolu 66(5)

Artikolu 67(1)

Artikolu 67(2)

Artikolu 67(3)

Artikolu 67(4)

Artikolu 68(1)

Artikolu 55(1)

Artikolu 68(2)

Artikolu 55(2)

Artikolu 68(3)

Artikolu 55(3)

Artikolu 68(4)

Artikolu 55(4)

Artikolu 69(1)

Artikolu 56(1)

Artikolu 69(2)

Artikolu 56(2)

Artikolu 70(1)

Artikolu 57(1)

Artikolu 70(2)

Artikolu 57(2)

Artikolu 71(1)

Artikolu 58

Artikolu 71(2)

Artikolu 72(1)

Artikolu 59(1)

Artikolu 72(2)

Artikolu 59(2)

Artikolu 73(1)

Artikolu 60(1)

Artikolu 73(2)

Artikolu 73(3)

Artikolu 60(2)

Artikolu 74(1)

Artikolu 61(1), 61(2) u 61(3)

Artikolu 74(2)

Artikolu 74(3)

Artikolu 61(4) u (5)

Artikolu 75(1)

Artikolu 75(2)

Artikolu 76(1)

Artikolu 62(1)

Artikolu 76(2)

Artikolu 62(2)

Artikolu 76(3)

Artikolu 62(3)

Artikolu 76(4)

Artikolu 77(1)

Artikolu 63(1)

Artikolu 77(2)

Artikolu 63(2)

Artikolu 78(1)

Artikolu 64(1)

Artikolu 78(2)

Artikolu 64(2)

Artikolu 79(1)

Artikolu 65(1)

Artikolu 79(2)

Artikolu 65(2)

Artikolu 79(3)

Artikolu 65(3)

Artikolu 80(1)

Artikolu 66(1)

Artikolu 80(2)

Artikolu 66(2)

Artikolu 80(3)

Artikolu 66(3)

Artikolu 80(4)

Artikolu 66(4)

Artikolu 80(5)

Artikolu 66(5)

Artikolu 81(1)

Artikolu 67(1)

Artikolu 81(2)

Artikolu 67(2)

Artikolu 81(3)

Artikolu 67(3)

Artikolu 82(1)

Artikolu 68(1)

Artikolu 82(2)

Artikolu 68(2)

Artikolu 83(1)

Artikolu 69(1)

Artikolu 83(2)

Artikolu 69(2)

Artikolu 83(3)

Artikolu 69(3)

Artikolu 84

Artikolu 70

Artikolu 85

Artikolu 71

Artikolu 86

Artikolu 72

Artikolu 87(1)

Artikolu 73(1)

Artikolu 87(2)

Artikolu 73(1)

Artikolu 87(3)

Artikolu 73(2)

Artikolu 88(1)

Artikolu 74(1)

Artikolu 88(2)

Artikolu 74(2)

Artikolu 88(3)

Artikolu 74(2)

Artikolu 88(4)

Artikolu 74(2)

Artikolu 88(5)

Artikolu 74(3)

Artikolu 89(1)

Artikolu 75(1)

Artikolu 89(2)

Artikolu 75(2)

Artikolu 89(3)

Artikolu 75(3)

Artikolu 90(1)

Artikolu 90(2)

Artikolu 91

Artikolu 76

Artikolu 92(1)

Artikolu 77(1)

Artikolu 92(2)

Artikolu 77(2)

Artikolu 93

Artikolu 78

Artikolu 94(1)

Artikolu 79(1)

Artikolu 94(2)

Artikolu 95(1)

Artikolu 95(2)

Artikolu 95(3)

Artikolu 95(4)

Artikolu 95(5)

Artikolu 96(1)

Artikolu 96(2)

Artikolu 96(3)

Artikolu 96(4)

Artikolu 96(5)

Artikolu 96(6)

Artikolu 97(1)

Artikolu 97(2)

Artikolu 97(3)

Artikolu 97(4)

Artikolu 97(5)

Artikolu 98(1)

Artikolu 98(2)

Artikolu 98(3)

Artikolu 98(4)

Artikolu 98(5)

Artikolu 99(1)

Artikolu 80(1)

Artikolu 99(2)

Artikolu 80(2)

Artikolu 100(1)

Artikolu 100(2)

Artikolu 100(3)

Artikolu 100(4)

Artikolu 82(2)

Artikolu 100(5)

Artikolu 100(6)

Artikolu 101(1)

Artikolu 101(2)

Artikolu 101(3)

Artikolu 101(4)

Artikolu 102(1)

Artikolu 83(1)

Artikolu 102(2)

Artikolu 83(2)

Artikolu 103(1)

Artikolu 81(1)

Artikolu 103(2)

Artikolu 104

Artikolu 105(1)

Artikolu 105(2)

Artikolu 105(3)

Artikolu 105(4)

Artikolu 105(5)

Artikolu 106(1)

Artikolu 106(2)

Artikolu 106(3)

Artikolu 106(4)

Artikolu 106(5)

Artikolu 107(1)

Artikolu 86(1)

Artikolu 107(2)

Artikolu 86(2)

Artikolu 107(3)

Artikolu 86(3)

Artikolu 108

Artikolu 87

Artikolu 109(1)

Artikolu 88(1)

Artikolu 109(2)

Artikolu 88(3)

Artikolu 109(3)

Artikolu 88(2) u (4)

Artikolu 109(4)

Artikolu 109(5)

Artikolu 110

Artikolu 90

Artikolu 111(1)

Artikolu 111(2)

Artikolu 112(1)

Artikolu 112(2)

Artikolu 113

Artikolu 92

Artikolu 114

Artikolu 93

Artikolu 115(1)

Artikolu 94(1)

Artikolu 115(2)

Artikolu 94(2)

Artikolu 115(3)

Artikolu 115(4)

Artikolu 115(5)

Artikolu 116

Artikolu 95

Artikolu 117

Artikolu 96

Anness I

Anness