21.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/486

tal-20 ta' Marzu 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-22 ta' Marzu 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2016.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).