19.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 365/89


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1357/2014

tat-18 ta' Diċembru 2014

li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE jelenka karatteristiċi tal-iskart li jagħmluh perikoluż.

(2)

Id-Direttiva 2008/98/KE tistipula li l-klassifikazzjoni tal-iskart bħala skart perikoluż għandha tistrieħ, fost l-oħrajn, fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi, b'mod partikolari dik dwar il-klassifikazzjoni ta' preparazzjonijiet bħala perikolużi, inklużi l-valuri limitu ta' konċentrazzjoni li jintużaw għal dak l-iskop. Barra minn hekk, hemm bżonn li s-sistema li tintuża biex jiġu klassifikati l-iskart u l-iskart perikoluż tinżamm skont il-lista tat-tipi ta' skart kif stabbilita l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (2), ħalli titrawwem klassifikazzjoni armonizzata tal-iskart u tkun żgurata d-determinazzjoni armonizzata tal-iskart perikoluż fl-Unjoni.

(3)

L-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE jistipula li l-karatteristiċi perikolużi H4 (“irritanti”), H5 (“noċiv”), H6 (“tossiku” u “tossiku ħafna”), H7 (“karċinoġeniku”), H8 (“korrużiv”), H10 (“tossiku għar-riproduzzjoni”), H11 (“mutaġeniku”) u H14 (“ekotossiku”) għandhom jiġu attribwiti skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3).

(4)

L-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE jistipula li meta jkun relevanti għandhom japplikaw il-valuri limitu mniżżla fl-Annessi II u III tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(5)

Id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE għandhom jitħassru b'seħħ mill-1 ta' Ġunju 2015, u jinbidlu bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, (5), li jirrifletti l-progress tekniku u xjentifiku. B'deroga, iż-żewġ Direttivi jistgħu japplikaw għal uħud mit-taħlitiet sal-1 ta' Ġunju 2017, jekk ikunu ġew klassifikati, tikkettati u imballati skont id-Direttiva 1999/45/KE u jkunu diġà tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2015.

(6)

Hemm bżonn li jiġi emendat l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE ħalli d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi perikolużi jiġu adattati b'tali mod li jkunu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, meta jkun xieraq, u jissostitwixxu r-referenzi għad-Direttiva 67/548/KEE u għad-Direttiva 1999/45/KE b'referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(7)

Hemm bżonn studju ieħor sabiex tkun żgurata l-kompletezza u rappreżentanza biżżejjed anki fejn tidħol l-informazzjoni dwar l-impatti possibbli ta' allinjament tal-HP14 “ekotossiku” mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(8)

Il-proprjetajiet perikolużi H1 sa H15 definiti fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom jerġgħu jissemmew HP1 sa HP15, sabiex tiġi evitata l-possibbiltà li dawn jiġu konfużi mal-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu definiti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(9)

L-ismijiet antiki tal-proprjetajiet perikolużi H5 (“noċiv”) u H6 (“tossiku”) għandhom jiġu emendati biex jiġu allinjati mal-bidliet fil-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi u, b'mod partikolari, il-kodiċijiet il-ġodda tal-klassijiet u l-kategoriji ta' periklu definiti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(10)

Għall-proprjetajiet perikolużi H12 u H15 li kienu jintużaw qabel, għandhom jiddaħħlu l-ismijiet il-ġodda ħalli tkun żgurata konsistenza mal-isem tal-bqija tal-karatteristiċi perikolużi.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat previst fl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Dan jibda japplika mill-1 ta' Ġunju 2015.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

“ANNESS III

KARATTERISTIĊI TAL-ISKART LI JAGĦMLUH PERIKOLUŻ

‘Splussiv’: skart li b'reazzjoni kimika kapaċi jipproduċi gass b'temperatura u pressjoni u b'veloċità li jagħmlu ħsara lill-inħawi tal-madwar. Inklużi wkoll skart pirotekniku, skart ta' perossidu organiku splussiv u skart awtoreattiv splussiv.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed mill-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 1, l-iskart għandu jiġi verifikat għal HP1, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun splussiv, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP1.

It-Tabella 1: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għal kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP1:

‘Ossidanti’: skart li ġeneralment, meta jkun hemm provvista ta' ossiġnu, jista' jikkawża jew iwassal għall-kombustjoni ta' materjali oħra.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed mill-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 2, l-iskart għandu jiġi verifikat għal HP2, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun splussiv, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP2.

It-Tabella 2: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP2:

‘Jieħu n-nar’:

skart likwidu li jieħu n-nar: skart likwidu li jkollu punt ta' fjammabilità ta' < 60 °C jew żejt tal-gass ta' skart, diżil ta' skart u żjut ta' skart ħfief għat-tisħin li jkollhom punt ta' fjammabilità ta' > 55 °C u ≤ 75 °C;

skart solidu u likwidu piroforiku li jieħu n-nar tfisser skart solidu jew likwidi li anki fi kwantitajiet żgħar għandhom tendenza li jieħdu n-nar f'ħames minuti minn meta jmissu mal-arja;

skart solidu li jieħu n-nar tfisser skart solidu li hu kombustibbli malajr jew li jista' jikkawża n-nar jew iwassal għal nar permezz ta' frizzjoni;

skart gassuż li jieħu n-nar: skart gassuż li jieħu n-nar fl-arja f'temperatura ta' 20 °C u fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa;

skart reattiv bl-ilma: skart li malli jmiss mal-ilma jerħi ammont perikoluż ta' gassijiet li jieħdu n-nar;

skart ieħor li jieħu n-nar: ajrusols li jieħdu n-nar, skart li jisħon waħdu u jieħu n-nar, perossidi organiċi li jieħdu n-nar, skart awtoreattiv li jieħu n-nar.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 3, l-iskart għandu jiġi verifikat, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun jieħu n-nar, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP3.

It-Tabella 3: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għal kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP3:

Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Jaqbad Gass 1

H220

Jaqbad Gass 2

H221

Ajrusol 1

H222

Ajrusol 2

H223

Jaqbad Lik. 1

H224

Jaqbad Lik. 2

H225

Jaqbad Lik. 3

H226

Jaqbad Sol. 1

H228

Jaqbad Sol. 2

Awtoreat. CD

H242

Awtoreat. EF

Org. Peross. CD

Org. Peross. EF

Pir. Lik. 1

H250

Pir. Sol. 1

Jisħon waħdu 1

H251

Jisħon waħdu 2

H252

Reat. bl-ilma 1

H260

Reat. bl-ilma 2

Reat. bl-ilma 3

H261

‘Irritanti — irritazzjoni tal-ġilda u ħsara fl-għajnejn’: skart li meta jiġi applikat jista' jirrita l-ġilda jew jikkawża ħsara fl-għajnejn.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar f'konċentrazzjonijiet ogħla mill-valur ta' limitu, li huma klassifikati minn waħda minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jintlaħaq jew jinqabeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.

Il-valur ta' limitu li għandhom jitqiesu f'valutazzjoni għall-Korr. tal-ġilda 1A (H314), Irrit. tal-ġilda 2 (H315), Ħsara fl-għ. 1 (H318) u Irrit. tal-għ. 2 (H319) hu 1 %.

Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala Korr. tal-ġilda 1A (H314) ikun daqs jew jaqbeż il-1 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.

Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala H318 ikun daqs jew jaqbeż l-10 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.

Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala H315 u H319 ikun daqs jew jaqbeż l-20 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.

Innota li skart li jkun fih sustanzi klassifikati bħala H314 (Korr. tal-ġilda 1A, 1B jew 1C) f'ammonti daqs jew aktar minn 5 % se jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP8. HP4 ma tapplikax meta l-iskart ikun ġie klassifikat bħala HP8.

‘Tossiċità Speċifika għal Organu ta' Mira (STOT)/Tossiċità mill-Aspirazzjoni’: skart li jista' jikkawża tossiċità speċifika għal organu ta' mira minn esponiment wieħed jew minn esponiment imtenni, jew li jista' jikkawża effetti tossiċi akuti wara li jiġi aspirat.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 4, u jintlaħaq jew jinqabeż wieħed jew aktar mil-limiti ta' konċentrazzjoni fit-Tabella 4, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala STOT u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5.

Meta skart ikun fih sustanza jew aktar klassifikati bħala Asp. Toss. 1 u t-total ta' dawk is-sustanzi jkun daqs jew jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5 fil-każ biss li l-viskożità kinematika ġenerali (f'40 °C) ma tkunx taqbeż l-20,5 mm2/s. (1)

It-Tabella 4: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP5:

‘Tossiċità Akuta’: Skart li jista' jikkawża dawn l-effetti tossiċi akuti meta jiġi applikat b'mod orali jew fuq il-ġilda, jew wara esponiment għan-nifs.

Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza fl-iskart klassifikat minn kodiċi ta' klassi u kategorija tat-tossiċità akuta u kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu li turi t-Tabella 5, ikun daqs jew jaqbeż il-limitu mogħti f'dik it-tabella, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP6. Meta skart ikun fih aktar minn sustanza waħda klassifikata bħala tossika akuta, it-total tal-konċentrazzjonijiet hemm bżonnu biss għal sustanzi fl-istess kategorija tal-periklu.

Dawn il-valuri tal-limitu għandhom japplikaw biex jitqiesu f'valutazzjoni:

Għal Toss. Akuta 1, 2 jew 3 (H300, H310, H330, H301, H311, H331): 0,1 %;

Għal Toss. Akuta 4 (H302, H312, H332): 1 %.

It-Tabella 5: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP6:

‘Karċinoġeniku’: skart li jikkaġuna l-kanċer jew iżid l-inċidenza tiegħu.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 6, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP7. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala karċionġeniċi u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP7.

It-Tabella 6: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP7:

‘Korrużiv’: skart li meta jiġi applikat jista' jikkawża korrużjoni tal-ġilda.

Meta skart ikun fih sustanza jew aktar klassifikati bħala Korr. tal-ġilda 1A, 1B jew 1C (H314) u t-total tal-konċentrazzjonijiet tagħhom ikun daqs jew jaqbeż il-5 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP8.

Il-valur ta' limitu li għandu jitqies f'valutazzjoni għall-Korr. tal-ġilda 1A, 1B, 1C (H314) hu 1,0 %.

‘Infettuż’: skart li jkun fih mikroorganiżmi vijabbli jew it-tossini tagħhom li huma magħrufin jew meqjusin b'mod ċert li jikkaġunaw mard fil-bniedem jew f'organiżmi ħajjin oħra.

HP9 għandha tiġi attribwita skont valutazzjoni tar-regoli stabbiliti f'dokumenti ta' referenza jew fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri.

‘Tossiku għar-riproduzzjoni’: skart li jħalli effetti ħżiena fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità fl-irġiel u n-nisa adulti, u li jikkawża tossiċità fl-iżvilupp tal-ulied.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 7, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP10. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP10.

It-Tabella 7: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP10:

‘Mutaġeniku’: skart li jista' jikkawża mutazzjoni, jiġifieri bidla permanenti fl-ammont jew fl-istruttura tal-materjal ġenetiku f'ċellola.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 8, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP11. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala mutaġeniċi u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP11.

It-Tabella 8: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP11:

‘Jerħi gass tossiku akut’: skart li jerħi gassijiet tossiċi akuti (Toss. Akuta 1, 2 jew 3) meta jmiss mal-ilma jew mal-aċidu.

Meta skart ikun fih sustanza attribwita b'wieħed minn dawn il-perikli supplimentari EUH029, EUH031 u EUH032, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP12, skont il-metodi tal-ittestjar jew il-linji gwida.

‘Sensitizzanti’: skart li jkun fih sustanza waħda jew aktar li huma magħrufin li jikkawżaw effetti sensitizzanti lill-ġilda jew lill-organi respiratorji.

Meta skart ikun fih sustanza klassifikata bħala sensitizzanti u attribwita b'wieħed mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu H317 jew H334 u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 10 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP13.

‘Ekotossiku’: skart li jippreżenta jew jista' jippreżenta riskji immedjati jew li jimmanifestaw ruħhom maż-żmien għal settur wieħed jew aktar tal-ambjent.

‘Skart li kapaċi juri xi waħda mill-proprjetajiet tal-periklu li tniżżlu hawn fuq u li l-iskart oriġinali ma jkunx juri b'mod dirett’. Meta skart ikun fih sustanza waħda jew jew aktar attribwita b'xi waħda mid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew il-perikli supplimentari li turi t-Tabella 9, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP15, sakemm l-iskart ma jkunx f'għamla partikolari li fl-ebda ċirkustanza ma juri proprjetajiet splussivi jew potenzjalment splussivi.

It-Tabella 9: Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-perikli supplimentari għall-kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP15

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu iqisu tip ta' skart bħala skart perikoluż skont HP15 skont kriterji applikabbli oħra, bħal valutazzjoni tal-lissija.

Nota

Il-proprjetà perikoluża HP14 għandha tiġi attribwita skont kriterji stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.

Metodi tal-ittestjar

Il-metodi li għandhom jintużaw huma dawk deskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 (2) u f'noti CEN oħra rilevanti, jew metodi tal-ittestjar u linji gwida oħra rikonoxxuti internazzjonalment.”


(1)  Il-viskożità kinematika għandha tiġi stabbilita biss għall-fluwidi.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi tal-ittestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).