19.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1232/2014
tat-18 ta' Novembru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 sabiex jiġu adattati r-referenzi li hemm fiha mar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex ikun ikkoreġut ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8 u l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni meħtieġa għall-ipprogrammar tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (“fondi tal-ESIF”) tkun fis-seħħ u biex tkun tista' ssir l-adozzjoni f'waqtha tal-programmi operattivi rilevanti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 (2) kien adottat qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(2) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ċerti referenzi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 għall-att ġuridiku futur tal-Unjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”) għandhom jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament (UE) Nru 508/2014. |
(3) |
Sa fejn għandu x'jaqsam il-FEMS, ponderazzjonijiet għal miżuri stabbiliti fl-att ġuridiku futur tal-Unjoni dwar il-FEMS fir-rigward tal-livell ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima għal kull wieħed mill-ħames fondi tal-ESIF kif adottati mir-Regolament (UE) Nru 215/2014 kienu marbuta b'mod provviżorju. Ir-referenzi fl-Anness III mar-Regolament (UE) Nru 215/2014 għandhom għalhekk jiġu allinjati mal-aħħar numerazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 508/2014. |
(4) |
Sabiex jiżguraw li fil-kuntest tal-qafas ta' prestazzjoni l-kisba tal-istadju importanti u l-mira għall-indikatur finanzjarju jistgħu jkunu ivvalutati fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-pagamenti ppreżentati lill-Kummissjoni, ir-referenza inkorretta fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 għall-punt (c) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandha tiġi kkoreġuta f'referenza għal punt (a) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, |
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 215/2014 għandu jiġi emendat u kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punti (c) u (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jinbidlu b'dan li ġej:
; |
(2) |
L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 huwa emendat kif ġej:
|
Fil-paġna 68, fl-Artikolu 5(2),
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
ANNESS
“ANNESS III
Il-koeffiċjenti biex jiġu kkalkolati l-ammonti ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil- klima fil-każ tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd skont l-Artikolu 3
L-Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 |
Titolu tal-Miżura |
Koeffiċjent |
KAPITOLU I |
||
Żvilupp sostenibbli tas-Sajd |
||
Artikolu 26 |
Innovazzjoni (+ l-Art. 44(3) Sajd intern) |
0 %* (1) |
Artikolu 27 |
Servizzi konsultattivi (+ l-Art. 44(3) Sajd intern) |
0 % |
Artikolu 28 |
Sħubiji bejn xjentisti u sajjieda (+ l-Art. 44(3) Sajd intern) |
0 %* |
Artikolu 29(1) + (2) |
Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ lil konjuġi u lis-sieħeb/sieħba għall-ħajja (+ l-Art. 44(1)(a) Sajd intern) |
0 %* |
Artikolu 29(3) |
Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord il-biċċiet tal-baħar SSCF/djalogu soċjali |
0 %* |
Artikolu 30 |
Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul (+ l-Art. 44(4) Sajd intern) |
0 %* |
Artikolu 31 |
Appoġġ fil-bidu għal sajjieda żgħażagħ (+ l-Art. 44(2) Sajd intern) |
0 % |
Artikolu 32 |
Saħħa u sikurezza (+ l-Art. 44(1)(b) Sajd intern) |
0 % |
Artikolu 33 |
Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd |
40 % |
Artikolu 34 |
Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd |
100 % |
Artikolu 35 |
Fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi avversi u inċidenti ambjentali |
40 % |
Artikolu 36 |
Appoġġ għal sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd |
40 % |
Artikolu 37 |
Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali |
0 % |
Artikolu 38 |
Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament ta' sajd għall-protezzjoni tal-ispeċi (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern) |
40 % |
Artikolu 39 |
Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern) |
40 % |
Artikolu 40(1)(a) |
Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità marittima — ġbir ta' rkaptu tas-sajd li jintilef u skart marittimu |
0 % |
Artikolu 40(1)(b)-(g) u (i) |
Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità marittima — kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni protetti tal-baħar, inklużi siti ta' NATURA 2000, għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi (+ l-Art. 44(6) Il-fawna u l-flora akkwatika interna) |
40 % |
Artikolu 40(1)(h) |
Protezzjoni u r-restawrazzjoni tal-bijodiversità marittima — skemi ta' kumpens għall-ħsara fil-qbid minn mammiferi u għasafar |
0 % |
Artikolu 41(1)(a), (b) u (c) |
Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima — dwar investimenti abbord; awditi u skemi għall-effiċjenza enerġetika; studji li jivvalutaw il-kontribut ta' sistemi ta' propulsjoni alternattiva u disinji tal-bastimenti (+ Art. 44(1)(d) Sajd intern) |
100 % |
Artikolu 41(2) |
Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni prinċipali jew anċillari |
100 % |
Artikolu 42 |
Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa (+ Art. 44(1)(e) Sajd Intern) |
0 % |
Artikolu 43(1) + (3) |
Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant jew is-siti ta' żbark u l-postijiet ta' kenn, il-bini ta' postijit ta' kenn sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda (+ Art. 44(1)(f) Sajd intern) |
40 % |
Artikolu 43(2) |
Il-portijiet tas-sajd, is-siti ta' żbark, is-swali tal-irkant u l-postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha |
0 % |
KAPITOLU II |
||
Żvilupp sostenibbli fl-Akkwakultura |
||
Artikolu 47 |
Innovazzjoni |
0 %* |
Artikolu 48(1)(a)-(d), (f), (g) u (h) |
Investimenti produttivi fl-akkwakultura |
0 %* |
Artikolu 48(1)(e), (i) u (j) |
Investimenti produttivi fl-akkwakultura — l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis fl-użu tal-ilma u l-kimiċi, sistemi ta' riċirkulazzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-użu tal-ilma |
0 %* |
Artikolu 48(1)(k) |
Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli |
40 % |
Artikolu 49 |
Servizzi ta' ġestjoni, ta' għajnuna u konsulenza għall-farms tal-akkwakultura |
0 %* |
Artikolu 50 |
Il-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking |
0 %* |
Artikolu 51 |
Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura |
40 % |
Artikolu 52 |
Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli |
0 % |
Artikolu 53 |
Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika |
0 %* |
Artikolu 54 |
Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali |
0 %* |
Artikolu 55 |
Miżuri tas-saħħa pubblika |
0 % |
Artikolu 56 |
Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali |
0 % |
Artikolu 57 |
Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura |
40 % |
KAPITOLU III |
||
Żvilupp sostenibbli taż-Żoni tas-Sajd |
||
Artikolu 62(1)(a) |
Appoġġ preparatorju |
0 % |
Artikolu 63 |
Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali (inklużi spejjeż operattivi u animazzjoni) |
40 % |
Artikolu 64 |
Attivitajiet ta' kooperazzjoni |
0 %* |
KAPITOLU IV |
||
Miżuri relatati mal-Kummerċjalizzazzjoni u l-Ipproċessar |
||
Artikolu 66 |
Pjanijiet dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni |
0 %* |
Artikolu 67 |
Għajnuna għall-ħażna |
0 % |
Artikolu 68 |
Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni |
0 %* |
Artikolu 69 |
L-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
0 %* |
KAPITOLU V |
||
Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
||
Artikolu 70 |
Reġim ta' kumpens |
0 % |
KAPITOLU VI |
||
Miżuri ta' akkumpanjament għall-Politika Komuni tas-Sajd b'ġestjoni konġunta |
||
Artikolu 76 |
Kontroll u infurzar |
0 % |
Artikolu 77 |
Ġbir ta' dejta |
0 %* |
KAPITOLU VII |
||
Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri |
||
Artikolu 78 |
Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri |
0 % |
KAPITOLU VIII |
||
Miżuri dwar politika marittima integrata ffinanzjata b'ġestjoni konġunta |
||
Artikolu 80(1)(a) |
Is-Sorveljanza Marittima Integrata |
0*% |
Artikolu 80(1)(b) |
Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali |
40 % |
Artikolu 80(1)(c) |
Jittejjeb l-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar |
40 % |
(1) Jista' jiġi assenjat piż sa 40 % tal-miżuri mmarkati bl-* fit-Tabella, skont l-Artikolu 3(2).”