18.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1225/2014

tas-17 ta' Novembru 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-informazzjoni għal persuna waħda elenkata taħt ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandha tiġi emendata.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

L-entrata għall-persuna li ġejja stipulata fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt.

 

“Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

 

Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

Владимир Вольфович Жириновский

Imwieled fil-25.4.1946 f'Almaty (qabel magħruf ukoll bħala Alma-Ata), il-Kazakistan.

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; mexxej tal-partit LDPR. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv li tinqasam l-Ukraina. Iffirma, f'isem il-partit LDPR li huwa jippresiedi, ftehim mal-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Donetsk’.

12.9.2014”