1.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 702/2014

tal-25 ta' Ġunju 2014

li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) u (b) tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 994/98,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Il-finanzjament mill-Istat li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jeħtieġ li jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madankollu, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, il-Kunsill jista' jiddetermina l-kategoriji ta' għajnuna li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit ta' notifika. B'konformità mal-Artikolu 108(4) tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tadotta regolamenti rigward dawk il-kategoriji ta' għajnuna. Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tiddikjara, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, li ċertu kategoriji ta' għajnuna jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Abbażi ta' dak ir-Regolament il-Kummissjoni adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 (2) li japplika sat-30 ta' Ġunju 2014.

(2)

Fit-22 ta' Lulju 2013 ir-Regolament (KE) Nru 994/98 ġie emendat bir-Regolament tal-Kusill (UE) Nru 733/2013 (3) biex jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex testendi l-eżenzjoni ġenerali għal kategoriji ġodda ta' għajnuna fir-rigward ta' liema jistgħu jiġu ddefiniti kundizzjonijiet ċari ta' kumpatibbiltà. Kategoriji ġodda bħal dawn ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija għandhom jinkludu: għajnuna favur il-konservazzjoni tal-patrimonju, għajnuna favur l-għemil tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastru naturali u għajnuna favur il-forestrija li taħt ċertu kundizzjonijiet, tista' tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(3)

L-Artikolu 42 tat-Trattat jistipola li r-regoli dwar il-kompetizzjoni japplikaw għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta' prodotti agrikoli biss safejn jista' jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-Artikolu 211(1) tar-Regolament tal-(UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistipola li r-regoli tal-għajnuna mill-Istat japplikaw għal għajnuna għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta' prodotti agrikoli, soġġetti għal derogi speċifiċi. L-Artikolu 211(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipola li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għal pagamenti li jsiru mill-Istati Membri għal miżuri previsti f'dak ir-Regolament li huma parzjalment jew kompletament iffinanzjati mill-Unjoni u għal miżuri inklużi fl-Artikoli 213 sa 218 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għal pagamenti li jsiru mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u lanqas għal finanzjament nazzjonali addizzjonali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat. Pagamenti bħal dawn maħsuba biex jipprovdu finanzjament nazzjonali addizzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat għandhom jikkonformaw mal-kriterji tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sabiex jiġu approvati mill-Kummissjoni bħala parti mill-programm tal-iżvilupp rurali ta' Stat Membru partikolari. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw kemm għall-parti kofinanzjata taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif ukoll għall-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

(4)

Minħabba li l-effetti ekonomiċi tal-għajnuna ma jinbidlux skont jekk din hijiex parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni jew le, jew jekk hijiex iffinanzjata minn Stat Membru waħdu, għandu jkun hemm konsistenza u koerenza bejn il-politika tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, u l-appoġġ li jingħata skont il-politika komuni ta' żvilupp rurali u agrikolu tal-Unjoni stess.

(5)

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi allinjat ma' dak tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, b'mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna favur is-settur tal-forestrija u għajnuna favur impriżi ta' daqs żgħir u medju attivi (SMEs) f'żoni rurali. Dan ir-Regolament għandu japplika għal miżuri ta' għajnuna favur il-forestrija u favur l-SMEs attivi fiż-żoni rurali li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat li huma koperti bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 biss u safejn dawk il-miżuri huma inklużi fil-programmi tal-iżvilupp rurali u huma kofinanzjati mill-FAEŻR. Min-naħa l-oħra, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal għajnuna lil impriżi f'żoni rurali għal attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat jew għas-settur tal-forestrija jekk m'hemm ebda rabta diretta mal-programmi għall-iżvilupp rurali u ebda kofinanzjar mill-FAEŻR. Madankollu, għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni fis-settur tal-forestrija u għajnuna għal servizzi konsultattivi fis-settur tal-forestrija għandu jkun possibbli li tingħata 'l barra mill-programmi tal-iżvilupp rurali ffinanzjati kompletament mill-Istati Membri, sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(6)

Proċedura simplifikata għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri meta dawn ikunu meħtieġa jiksbu l-approvazzjoni għall-għajnuna mill-Istat kemm għall-parti kofinanzjata kif ukoll għall-finanzjament addizzjonali fil-programmi nazzjonali tal-iżvilupp rurali tagħhom, skont l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. F'dak ir-rigward din l-għajnuna għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm din tikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà rispettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(7)

Bil-komunikazzjoni tat-8 ta' Mejju 2012 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM) (6), il-Kummissjoni nediet reviżjoni aktar wiesgħa tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. L-għanijiet prinċipali ta' din il-modernizzazzjoni huma: (i) li jinkiseb tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv f'suq intern kompetittiv, filwaqt li jkun hemm kontribuzzjoni għall-isforzi tal-Istati Membri biex ikun hemm użu aktar effiċjenti tal-fondi pubbliċi; (ii) li l-iskrutinju ex-ante tal-Kummissjoni jkun iffokat fuq il-każijiet bl-ikbar impatt fuq is-suq intern, waqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-infurzar tal-għajnuna mill-Istat; u (iii) li r-regoli jiġu ssimplifikati u li jkun hemm proviżjoni għal deċiżjonijiet aktar veloċi, infurmati aħjar u aktar b'saħħithom imsejsa fuq ġustifikazzjoni ekonomika ċara, approċċ komuni u obbligi ċari.

(8)

Dan ir-Regolament għandu jippermetti prijoritizzazzjoni aħjar tal-attivitajiet ta' infurzar kif ukoll semplifikazzjoni akbar u għandu jiġi kkumbinat ma' trasparenza akbar, evalwazzjoni effettiva u l-kontroll ta' konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, waqt li jirrispetta l-proporzjonalità u jippreserva l-kompetenzi istituzzjonali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(9)

Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat għal SMEs attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli f'diversi każijiet, b'mod partikolari fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (7) u l-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija 2007 sa 2013 (8). Għaldaqstant kisbet esperjenza konsiderevoli f'dan il-qasam. L-esperjenza tal-Kummissjoni minn naħa, ippermettitilha tiddefinixxi aħjar il-kundizzjonijiet li taħthom ċerti kategoriji ta' għajnuna jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern u tifrex il-kamp ta' applikazzjoni ta' eżenzjonijiet ġenerali u, min-naħa l-oħra, intweriet biċ-ċar il-ħtieġa li jissaħħu t-trasparenza kif ukoll il-monitoraġġ, u li jkun hemm lok għal evalwazzjoni xierqa ta' skemi kbar fid-dawl tal-effett tagħhom fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(10)

Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu definiti abbażi ta' sett ta' prinċipji komuni li jiżguraw li l-għajnuna sservi skop ta' interess komuni, għandha effett ta' inċentiv ċar, hija xierqa u proporzjonata, tingħata bi trasparenza sħiħa u hija soġġetta għal mekkaniżmu ta' kontroll u evalwazzjoni regolari, u ma taffettwax b'mod avvers il-kundizzjonijiet tan-negozju b'tali mod li dan ikun kontra l-interess komuni.

(11)

Għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f'dan ir-Regolament, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi għall-kategoriji rilevanti ta' għajnuna għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Bil-għan li tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u s-simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni imma mingħajr ma tiddgħajjef is-sorveljanza tal-Kummissjoni, għajnuna eżentata (skemi u għajnuniet individwali) għandu jkollha referenza diretta għal dan ir-Regolament.

(12)

Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat li mhix koperta b'dan ir-Regolament tibqa' suġġetta għar-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għall-possibilità li l-Istati Membri jinnotifikaw għajnuna li l-għanijiet tagħha jikkorrispondu mal-għanijiet koperti minn dan ir-Regolament.

(13)

Minħabba l-impatt potenzjalment akbar ta' skemi kbar fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni, skemi ta' għajnuna b'baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat li jeċċedi limitu bbażat fuq valur assolut, għandhom bi prinċipju jiġu soġġetti għal evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. L-evalwazzjoni għandha timmira li jiġi vverifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kumpatibbiltà tal-iskema nkisbux, kif ukoll l-effettività tal-miżura ta' għajnuna fid-dawl tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi u għandha tipprovdi indikazzjonijiet dwar l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Sabiex ikun żgurat trattament ugwali, evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għandha ssir abbażi ta' pjan ta' evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni. Filwaqt li tali pjan għandu normalment jitfassal fil-mument tat-tfassil tal-iskema u jiġi approvat fil-ħin biex l-iskema tidħol fis-seħħ, dan jista' ma jkunx possibbli f'kull każ. Għalhekk, sabiex ma jkunx hemm dewmien fid-dħul fis-seħħ tagħhom, dan ir-Regolament ser japplika għal dawn l-iskemi għal perjodu massimu ta' sitt xhur. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi dan il-perjodu, mal-approvazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni. Għal dan il-għan, il-pjan ta' evalwazzjoni għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tal-iskema. Il-Kummissjoni tista' wkoll b'mod eċċezzjonali tiddeċiedi li evalwazzjoni mhix neċessarja meta wieħed iqis l-ispeċifiċitajiet tal-każ. Il-Kummissjoni għandha tirċievi mingħand l-Istat Membru l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista' twettaq il-valutazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni u titlob informazzjoni addizzjonali mingħajr dewmien żejjed u b'hekk l-Istat Membru jkun jista' jiffinalizza l-elementi nieqsa biex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu deċiżjoni. Minħabba n-novità ta' dan il-proċess, il-Kummissjoni se tipprovdi, f'dokument separat, gwida dettaljata dwar il-proċedura applikabbli matul il-perjodu tas-6 xhur għall-approvazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni u l-mudelli relevanti li permezz tagħhom iridu jiġu ppreżentati l-pjanijiet ta' evalwazzjoni. Tibdiliet ta' skemi li huma soġġetti għal evalwazzjoni oħra għajr il-modifiki li ma jistgħux jaffettwaw il-kompatibilità tal-iskema ta' għajnuna skont dan ir-Regolament jew ma jistgħux jaffettwaw b'mod sinifikanti l-kontenut tal-pjan ta' evalwazzjoni approvat għandhom jiġu vvalutati billi jitqies ir-riżultat ta' evalwazzjoni bħal din u għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Tibdiliet bħal ma huma modifiki purament formali, modifiki amministrattivi jew tibdiliet imwettqa fi ħdan il-qafas tal-miżuri kofinanzjati tal-UE m'għandhomx, bħala prinċipju, ikunu kkunsidrati bħala li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-kontenut tal-pjan ta' evalwazzjoni approvat.

(14)

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal għajnuna li tiffavorixxi l-użu ta' prodotti domestiċi aktar milli dawk importati jew għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni. B'mod partikolari, m'għandux japplika għal għajnuna li tiffinanzja l-istabbiliment u t-tħaddim ta' netwerk tad-distribuzzjoni fi Stat Membru ieħor jew pajjiż terz. L-għajnuna għall-ispiża tal-parteċipazzjoni f'fieri kummerċjali jew għal studji jew servizzi ta' konsultazzjoni meħtieġa għat-tnedija ta' prodott ġdid jew li diġà jeżisti f'suq ġdid fi Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, normalment m'għandhiex tikkostitwixxi għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni.

(15)

Il-Kummissjoni trid tieħu ħsieb li l-għajnuna awtorizzata ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali b'tali mod li tmur kontra l-interess ġenerali. Għalhekk, għajnuna favur benefiċjarju li huwa soġġett għal ordni ta' rkupru pendenti segwenti għal deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna partikolari illegali u inkompatibbli mas-suq intern għandha tkun eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni ta' għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkaġunat minn ċertu diżastri naturali.

(16)

Għajnuna mogħtija lill-impriżi f'diffikultà għandha tiġi eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, minħabba li għajnuna bħal din għandha tiġi evalwata skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (9) jew il-Linji Gwida suċċessuri tagħhom sabiex tiġi evitata ċ-cirkumvenzjoni tagħhom, bl-eċċezzjoni, taħt ċertu kundizzjonijiet, ta' għajnuna mogħtija bħala kumpens għad-danni kkaġunati minn diżastri naturali, minn avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali, minn mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti u għajnuna għar-restawr ta' danni lil foresti minn nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, pesti, mard, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima, kif stipulat minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika u b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza m'għandiex issir distinzjoni, taħt ċertu kundizzjonijiet, fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika ta' impriża għal għajnuna minħabba l-ispejjeż tal-qerda tal-mard tal-annimali u għajnuna minħabba għall-qerda u t-tneħħija ta' bhejjem mejta. Biex ikun hemm ċertezza legali, ikun xieraq li jkunu stabbiliti kriterji ċari li ma jeħtiġux valutazzjoni tal-partikularitajiet kollha tas-sitwazzjoni ta' impriża biex ikun determinat jekk impriża hijiex ikkunsidrata li tinsab f'diffikultà għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(17)

Jekk miżura għall-għajnuna mill-Istat jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha inkluż il-metodu ta' finanzjament tagħha meta tkun tifforma parti integrali minnha, tinvolvi vjolazzjoni indiviżibbli tal-liġi tal-Unjoni, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. Dan ir-Regolament m'għandux għalhekk japplika għal għajnuna li tinvolvi vjolazzjoni indiviżibbli tal-liġi tal-Unjoni.

(18)

L-infurzar tal-għajnuna mill-Istat jiddependi ħafna fuq il-kooperazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament, inkluża l-konformità ta' għotjiet individwali ta' għajnuna skont skemi ta' eżenzjonijiet ġenerali sħaħ.

(19)

Minħabba r-riskju għoli li l-kundizzjonijiet tan-negożju jiġu affettwati b'mod avvers, ammonti kbar ta' għajnuna mogħtija jew b'mod individwali jew b'mod kumulattiv għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni man-notifika. Il-limiti skont l-ammont massimu ta' għajnuna għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għal ċertu kategoriji ta' għajnuna għall-investiment li taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'livell li jikkunsidra l-kategorija ta' għajnuna kkonċernata u l-effett probabbli tagħha fuq il-kundizzjonijiet tan-negozju. Kwalunkwe għajnuna mogħtija 'l fuq minn dawk il-limiti għandha tibqa' suġġetta għar-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament m'għandhomx jiġu ċirkumventati mill-qsim artifiċjali tal-iskemi ta' għajnuna jew proġetti ta' għajnuna, pereżempju f'diversi skemi ta' għajnuna jew proġetti b'karatteristiċi, għanijiet jew benefiċjarji simili. Kategoriji oħra ta' għajnuna, sakemm il-kundizzjonijiet tal-kumpatibilità u l-intensitajiet massimi ta' għajnuna jew l-ammonti massimi ta' għajnuna stipulati f'dan ir-Regolament jiġu rrispettati, m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li għandhom riskju għoli li b'mod negattiv jaffettwaw il-kundizzjonijiet tan-negozju.

(20)

Għal skopijiet ta' trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li fir-rigward tagħha huwa possibbli li jiġi kkalkolat b'mod preċiż l-ekwivalenti tal-għotja gross ex ante mingħajr il-bżonn li ssir valutazzjoni tar-riskju (għajnuna trasparenti).

(21)

Għal ċerti strumenti speċifiċi ta' għajnuna, bħal self, garanziji, miżuri fiskali, b'mod partikolari, self bil-quddiem li jitħallas lura, dan ir-Regolament għandu jiddefinixxi f'liema kundizzjonijiet dawn jistgħu jitqiesu trasparenti. Għajnuna inkluża fil-garanziji għandha tiġi kkunsidrata bħala trasparenti jekk l-ekwivalenti tal-għotja gross jkun ġie kkalkulat abbażi ta' primjums ta' rifuġju stabbiliti għat-tip ta' impriża rispettivament. Pereżempju, għall-SMEs, in-Notifika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (10) tindika livelli ta' primjum annwali fejn 'il fuq minnu, garanzija mill-Istat ma titqiesx li hija għajnuna. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll bħala trasparenti jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija użata biex tiġi kkalkolata l-intensità tal-għajnuna tal-garanzija tal-istat tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni u approvata minnha f'konformità mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għajnuna inkluża f'miżuri ta' finanzjament ta' riskju u injezzjonijiet ta' kapital m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala għajnuna trasparenti.

(22)

Għajnuna li normalment taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imma mhijiex trasparenti għandha dejjem tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. Notifika ta' għajnuna mhux trasparenti għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni b'mod partikolari fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali 2014 sa 2020 (11) jew l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti l-oħra.

(23)

Sabiex ikun żgurat li l-għajnuna hija meħtieġa u li taġixxi bħala inċentiv biex jiġu żviluppati aktar attivitajiet jew proġetti, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal għajnuna għal attivitajiet jew proġetti li l-benefiċjarju kieku xorta waħda jieħu sehem fihom anke jekk ma jingħatax l-għajnuna. Ma għandha tingħata ebda għajnuna b'mod retroattiv fir-rigward ta' attivitajiet jew proġetti li diġà twettqu mill-benefiċjarju. L-għajnuna għandha tkun eżentata biss mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament jekk l-attività jew ix-xogħol fuq il-proġett megħjun jinbdew wara li l-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna.

(24)

Fir-rigward ta' kull għajnuna ad hoc koperta minn dan ir-Regolament, mogħtija lil benefiċjarju li huwa impriża kbira, minbarra l-kundizzjonijiet dwar l-effet ta' inċentiv applikabbli għall-SMEs, l-Istat Membru għandu jiżgura wkoll li l-benefiċjarju jkun analizza, f'dokument intern, il-vijabbiltà tal-proġett jew attività megħjuna kemm bl-għajnuna kif ukoll mingħajrha. L-Istat Membru għandu jivverifika li dan id-dokument intern jikkonferma żieda materjali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett jew attività, żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-benefiċjarju fuq il-proġett mgħejun jew attività jew żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernat/a. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġi stabbilit l-effett ta' inċentiv abbażi tal-fatt li fin-nuqqas tal-għajnuna l-proġett ta' investiment jew l-attività ma kinux isiru bħala tali fiż-żona rurali kkonċernata u fin-nuqqas tal-għajnuna.

(25)

Skemi ta' għajnuna awtomatiċi fil-forma ta' vantaġġi fiskali għandhom jibqgħu soġġetti għal kundizzjoni speċifika fir-rigward tal-effett ta' inċentiv, peress li l-għajnuna li tirriżulta minn skemi bħal dawn tingħata fi ħdan il-qafas ta' proċeduri differenti minn kategoriji oħra ta' għajnuna. Dik il-kundizzjoni speċifika tfisser li dawk l-iskemi kellhom jiġu adottati qabel ma l-attività jew ix-xogħol fuq il-proġett/attività megħjuna jkun inbeda. Madankollu, din il-kundizzjoni m'għandhiex tapplika fil-każ ta' skemi fiskali suċċessivi sakemm l-attività ma kinitx diġà koperta minn skemi fiskali preċedenti fil-forma ta' vantaġġi fiskali. Għall-valutazzjoni tal-effett ta' inċentiv ta' skemi ta' għajnuna bħal dawn, il-mument kruċjali huwa l-mument meta l-miżura fiskali tkun ġiet stabbilita għall-ewwel darba fl-iskema oriġinali, li mbagħad tiġi sostitwita bl-iskema suċċessiva.

(26)

Fir-rigward ta' għajnuna għal konsolidazzjoni ta' art, miżuri promozzjonali fil-forma ta' pubblikazzjonijiet immirati lejn is-sensibilizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fost il-pubbliku inġenerali, għajnuna ta' kumpens għal telf ikkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali, għajnuna ta' kumpens għall-ispejjeż ta' eradikazzjoni ta' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti u għal telf ikkawżat minn dak il-mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, għajnuna biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tneħħija jew il-qirda ta' bhejjem mejta, għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastru naturali u għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali fuq azjenda agrikola, l-eżistenza ta' effett ta' inċentiv ma tapplikax jew għandha tiġi preżunta li diġà teżisti jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dawk il-kategoriji ta' għajnuna f'dan ir-Regolament huma ssodisfati.

(27)

Bil-għan li jiġi żgurat li l-għajnuna tkun proporzjonata u limitata għall-ammont meħtieġ, l-ammonti massimi tal-għajnuna għandhom, kull meta jkun possibbli, jiġu espressi f'termini ta' intensitajiet ta' għajnuna b'relazzjoni ma' sensiela ta' spejjeż eliġibbli. Fejn l-intensità massima tal-għajnuna ma tistax tiġi stabbilita, minħabba li l-ispejjeż eliġibbli ma jistgħux jiġu identifikati jew inkella biex ikunu pprovduti strumenti iktar sempliċi għal ammonti iżgħar, ammonti massimi ta' għajnuna definiti f'termini nominali għandhom ikunu stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-għajnuna. L-intensità tal-għajnuna u l-ammonti massimi ta' għajnuna għandhom jiġu ffissati, fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni, f'livell li jimminimizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur megħjun filwaqt li jindirizza b'mod xieraq l-għan ta' ffaċilitar tal-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi tal-benefiċjajri fis-settur tal-agrikoltura, fiż-żoni rurali, jew fis-settur tal-forestrija. Fl-interessi tal-koerenza ma' miżuri ta' żvilupp rurali ffinanzjati mill-Unjoni, il-limiti massimi għandhom jiġu armonizzati ma' dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 safejn dan huwa konformi mal-prinċipji tal-għajnuna mill-Istat.

(28)

Għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna, l-ispejjeż eliġibbli biss għandhom jiġu inklużi. Ir-Regolament m'għandux jeżenta għajnuna li teċċedi l-intensità relevanti ta' għajnuna bħala riżultat tal-inklużjoni ta' spejjeż li mhumiex eliġibbli. L-identifikazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli għandha tkun appoġġjata b'evidenza dokumentarja ċara, speċifika u kontemporanja. Iċ-ċifri użati kollha għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta' taxxa jew imposti oħra. L-għajnuna li titħallas f'diversi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ukoll jiġu skontati sal-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għal skopijiet ta' skontar u għall-kalkolu tal-ammont ta' għajnuna fil-każ ta' għajnuna li ma tiħux il-forma ta' għotja, għandha tkun rispettivament ir-rata ta' skont u r-rata ta' referenza applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna, kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (12). Fejn l-għajnuna tingħata f'forma oħra għajr għotja, l-ammont ta' għajnuna għandu jiġi espress fl-ekwivalenti tal-għotja gross. Meta tingħata għajnuna permezz ta' vantaġġi fiskali, il-porzjonijiet ta' għajnuna għandhom ikunu skontati abbażi tar-rati ta' skont applikabbli fid-diversi dati li fihom il-vantaġġi fiskali jsiru effettivi. L-użu ta' għajnuna f'għamla ta' self bil-quddiem li jrid jitħallas lura għandu jiġi promoss, peress li dawn l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju jwasslu għal effett ta' inċentiv imsaħħaħ tal-għajnuna. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit li meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta' self bil-quddiem li jitħallas lura, l-intensitajiet tal-għajnuna applikabbli stabbiliti f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu miżjuda.

(29)

Fil-każ tal-vantaġġi fit-taxxa fuq taxxi fil-ġejjieni, ir-rata ta' referenza applikabbli u l-ammont eżatt tal-porzjonijiet tal-għajnuna ma jistgħux ikunu magħrufa minn qabel. F'każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel limitu massimu fuq il-valur skontat tal-għajnuna li jirrispetta l-intensità applikabbli tal-għajnuna. Imbagħad, meta jsir magħruf l-ammont tal-porzjon tal-għajnuna f'data partikolari, l-iskontar jista' jsir fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli f'dak iż-żmien. Il-valur skontat ta' kull porzjon ta' għajnuna għandu jitnaqqas mill-ammont globali tal-limitu massimu (l-ammont limitat).

(30)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limiti minimi ta' notifika individwali u l-intensitajiet massimi ta' għajnuna jew l-ammonti massimi ta' għajnuna stabbiliti f'dan ir-Regolament humiex rispettati, għandu jiġi kkunsidrat l-ammont totali ta' għajnuna mill-Istat għall-attività jew il-proġett megħjuna. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu kumulati kategoriji differenti ta' għajnuna. Għajnuna eżentata min-notifika b'dan ir-Regolament u kwalunkwe għajnuna oħra kompatibbli eżentata skont Regolamenti oħra jew approvata mill-Kummissjoni tista' tiġi kumulata sakemm dawk il-miżuri jikkonċernaw spejjeż eliġibbli identifikabbli differenti. Meta sorsi differenti ta' għajnuna jkunu relatati mal-istess spejjeż eliġibbli identifikabbli — li jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox, — għandha tkun permessa kumulazzjoni sal-ogħla intensità ta' għajnuna jew ammont ta' għajnuna applikabbli għal dik l-għajnuna skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll regoli speċjali għall-kumulazzjoni ta' għajnuna bi spejjeż eliġibbli identifikabbli u mingħajrhom, u għall-kumulazzjoni ma' għajnuna de minimis. Għajnuna de minimis ħafna drabi ma tingħatax jew mhijiex attribwibbli għal spejjeż eliġibbli identifikabbli. F'każ bħal dan għandu jkun possibbli li l-għajnuna de minimis tiġi kumulata b'mod liberu ma' għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament. Fejn, madankollu, l-għajnuna de minimis tingħata għall-istess spejjeż eliġibbli identifikabbli bħala għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament, il-kumulazzjoni għandha tiġi awtorizzata biss sal-livell tal-intensità massima tal-għajnuna kif stipulat fil-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.

(31)

Il-finanzjament tal-Unjoni amministrat b'mod ċentrali mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji, impriżi konġunti jew korpi oħra tal-Unjoni, li mhuwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru, ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat. Fejn finanzjament tal-Unjoni bħal dan huwa kkombinat ma' għajnuna mill-Istat, dan tal-aħħar biss għandu jitqies meta jiġi stabbilit jekk il-livelli limitu ta' notifika u l-intensitajiet massimi ta' għajnuna jew l-ammonti massimi ta' għajnuna humiex rispettati, sakemm l-ammont totali ta' fondi pubbliċi mogħtija fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli ma jaqbiżx ir-rata l-aktar favorevoli ta' finanzjament stabbilita fir-regolamenti applikabbli tal-liġi tal-Unjoni.

(32)

Ladarba l-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat hija, fil-prinċipju, ipprojbita, huwa importanti li l-partijiet kollha jkollhom possibilità li jikkontrollaw jekk għajnuna partikulari tingħatax b'konformità mar-regoli applikabbli. Għalhekk, it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat hija essenzjali biex ir-regoli tat-Trattat ikunu applikati b'mod korrett u twassal għal konformità aħjar, responsabbiltà akbar, evalwazzjoni mill-pari u, fl-aħħar nett, infiq pubbliku aktar effettiv. Biex tkun żgurata t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jistabbilixxu websajts komprensivi tal-għajnuna mill-Istat, fil-livell reġjonali jew nazzjonali, fejn jistabbilixxu informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta' għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament. Dan l-obbligu għandu jkun kundizzjoni għall-kompatibilità tal-għajnuna individwali mas-suq intern. Skont il-prattika standard dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni fid-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), għandu jintuża format standard li jippermetti li l-informazzjoni tiġi mfittxa, imniżżla u ppublikata faċilment fuq l-Internet. Il-links għall-websajts tal-għajnuna mill-Istat tal-Istati Membri kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 994/98, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 733/2013, informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta' għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tiġi ppublikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

(33)

F'dak li jirrigwarda l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar l-għotjiet individwali ta' għajnuna huwa xieraq li jiġu stabbiliti limiti li 'l fuq minnhom dik il-pubblikazzjoni tista' tiġi kkunsidrata bħala proporzjonata meta titqies l-importanza tal-għajnuna. Abbażi tal-valutazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna għall-investiment fis-settur primarju tal-agrikoltura bl-għola nefqa annwali rrappurtata fil-qafas tal-eżerċizzju tar-Rapport Annwali 2013 li tista' tiġi kkunsidrata li tikkawża distorsjoni akbar minn kategoriji oħra tal-għajnuna il-Kummissjoni stabbiliet ammont medju ta' għajnuna għal kull benefiċjarju ta' EUR 59 596. Sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit is-soll għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar għotjiet ta' għajnuna individwali lill-produtturi agrikoli primarji fil-livell ta' EUR 60 000. Meta wieħed jikkunsidra li l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli huma simili għal dawk ta' prodotti industrijali, huwa xieraq li jiġi allinjat il-limitu għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar l-għotjiet ta' għajnuna individwali lil benefiċjarji f'dawk is-subsetturi, kif ukoll fis-settur tal-forestrija u għal attivitajiet li jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, ma' dak stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (14).

(34)

Biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv, huwa xieraq skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 994/98, li jiġi stabbilit format standard li bih l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni miġbura fil-qosor kull meta, b'konformità ma' dan ir-Regolament, tiġi implimentata skema ta' għajnuna jew tingħata għajnuna individwali 'l barra minn kwalunkwe skema ta' għajnuna. Barra minn hekk, huwa xieraq skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (15) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw ir-rappurtar annwali dwar l-għajnuna eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, inklużi rekwiżiti speċifiċi għal ċerti kategoriji ta' għajnuna, li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

(35)

Minħabba d-disponibbilità wiesgħa tat-teknoloġija meħtieġa, l-informazzjoni miġbura fil-qosor u r-rapport annwali għandhom ikunu f'format kompjuterizzat u trażmessi lill-Kummissjoni permezz tas-sistemi elettroniċi tal-Kummissjoni.

(36)

Barra minn hekk, huwa xieraq, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw ir-rekords li l-Istati Membri għandhom iżommu fir-rigward tal-għajnuna eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat b'dan ir-Regolament, fid-dawl tal-perjodu ta' limitazzjoni stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (16).

(37)

Biex tiġi rinforzata l-effettività tal-kundizzjonijiet tal-kumpatibbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni li tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni ġenerali għall-miżuri ta' għajnuna fil-futur u fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dawn ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tirrestrinġi l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni sħiħa għal ċertu tipi ta' għajnuna, ċertu benefiċjarji jew miżuri ta' għajnuna adottati minn ċertu awtoritajiet, fejn nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament taffettwa biss grupp limitat ta' miżuri jew ċertu awtoritajiet. Irtirar immirat bħal dan għandu jipprovdi rimedju proporzjonat marbut direttament man-nuqqas ta' konformità identifikata ma' dan ir-Regolament. F'każ li l-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà stabbiliti fil-Kapitolu I u III ma jintlaħqux, l-għajnuna mogħtija mhijiex koperta minn dan ir-Regolament u, konsegwentement, tikkostitwixxi għajnuna illegali, li l-Kummissjoni għandha teżamina fil-qafas tal-proċedura rilevanti kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 659/1999. Jekk ir-rekwiżiti tal-Kapitolu II ma jintlaħqux, l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ġenerali fir-rigward ta' miżuri ta' għajnuna futuri ma jaffettwax il-fatt li l-miżuri tal-passat konformi ma' dan ir-Regolament kienu soġġetti għal eżenzjoni ġenerali.

(38)

Fir-rigward tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, l-għajnuna ma għandux ikollha l-effett ewlieni ta' tnaqqis kontinwu jew perjodiku tal-ispejjeż operazzjonali li normalment jiġġarrbu mill-benefiċjarju, u għandha tkun proporzjonata għall-iżvantaġġi li jridu jingħelbu biex jiġu żgurati l-benefiċċji soċjoekonomiċi meqjusin li huma fl-interess tal-Unjoni. Għajnuna unilaterali mill-Istat li sempliċement tfittex li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi iżda li bl-ebda mod ma tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur, u partikolarment għajnuna li tingħata biss fuq il-bażi ta' prezz, kwantità, unità tal-produzzjoni jew unità tal-mezzi tal-produzzjoni hija kkunsidrata li tikkostitwixxi għajnuna operazzjonali li hija inkompatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, jekk tingħata fis-settur agrikolu, għajnuna bħal din x'aktarx li tinterferixxi wkoll mal-mekkaniżmi tal-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq. Għaldaqstant ikun xieraq li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi limitat għal ċerti tipi ta' għajnuna.

(39)

L-SMEs għandhom rwol deċiżiv fil-ħolqien tal-impjiegi u, b'mod aktar ġenerali, jaġixxu bħala fattur ta' stabbiltà soċjali u ta' spinta ekonomika. Madankollu, l-iżvilupp tagħhom jista' jkun limitat minn fallimenti tas-suq, li jwasslu biex dawn l-SMEs isofru minn żvantaġġi tipiċi. L-SMEs ta' spiss ikollhom diffikultajiet biex jiksbu kapital jew self, minħabba n-natura avversa għar-riskju ta' ċerti swieq finanzjarji u l-garanzija limitata li jkunu kapaċi joffru. Ir-riżorsi limitati tagħhom jistgħu jirrestrinġu wkoll l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' teknoloġija ġdida u swieq potenzjali. Biex jiffaċilita l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi tal-SMEs, dan ir-Regolament għandu għalhekk jeżenta ċertu kategoriji ta' għajnuna favur l-SMEs mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(40)

Sabiex ikunu eliminati d-differenzi li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn inizjattivi differenti tal-Unjoni u nazzjonali li jikkonċernaw l-SMEs, kif ukoll għal raġunijiet ta' ċarezza amministrattiva u ċertezza legali, id-definizzjoni ta' SME użata għall-fini ta' dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq id-definizzjonijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (17).

(41)

Biex tiġi żgurata l-koerenza mal-politika ta' żvilupp rurali u biex tinkiseb is-simplifikazzjoni tar-regoli bbażati fuq esperjenza diġà miksuba mill-Kummissjoni fid-dawl tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1857/2006 u r-Regolament (UE) Nru 800/2008, huwa xieraq li jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, kategoriji differenti ta' għajnuna favur SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli.

(42)

Dawk il-kategoriji ta' għajnuna għandhom b'mod partikolari jinkludu għajnuna għall-investiment bħal investimenti f'assi tanġibbli jew intanġibbli jew għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' bini ta' azjendi agrikoli, għajnuna inizjali ta' negozju u opportunitajiet ta' negozju bħal għajnuna għal bdiewa żgħażagħ u azjendi agrikoli żgħar, għajnuna għal gruppi ta' produtturi kif ukoll għajnuna għal parteċipazzjoni fi skemi tal-kwalità, għajnuna għall-iffaċilitar tal-iżvilupp tan-negozju bħal għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni, għajnuna għal servizzi konsultattivi, għajnuna għal attivitajiet ta' promozzjoni, għajnuna għal servizzi ta' sostituzzjoni fuq l-azjendi agrikoli, għajnuna għall-ġestjoni tar-riskju u tal-kriżijiet bħal għajnuna li tikkumpensa għal telf ikkawżat minn kundizzjonijiet klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma' diżastru naturali, għajnuna għall-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u għajnuna għall-primjums tal-assigurazzjoni, kif ukoll għajnuna għas-settur tal-bhejjem li jkun qed isegwi għanijiet pubbliċi komuni bħall-preservazzjoni tal-kwalità ġenetika u l-protezzjoni tal-annimali u tas-saħħa pubblika. Dawn il-miżuri għandhom b'mod partikolari jkunu mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u l-vijabbiltà tas-settur agrikolu sħiħ.

(43)

Barra minn hekk, għajnuniet mogħtija favur SMEs attivi f'żoni rurali għandhom ukoll ikunu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward u sabiex tkun żgurata koerenza bejn il-miżuri tal-iżvilupp rurali kofinanzjati skont il-FAEŻR u l-miżuri ffinanzjati minn riżorsi nazzjonali addizzjonali, ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti safejn huwa possibbli mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fl-atti delegati u implimentattivi adottati skont dak ir-Regolament.

(44)

Kategoriji oħra ta' għajnuna bħal għajnuna għal riċerka u żvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija, għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastru naturali fis-settur tal-agrikoltura, għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jinsab fuq azjendi agrikoli u għajnuna favur il-forestrija mogħtija kemm lill-SMEs kif ukoll lill-impriżi kbar għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. B'mod partikolari, fir-rigward ta' għajnuna favur il-forestrija u sabiex tkun żgurata koerenza bejn miżuri ta' żvilupp rurali kofinanzjati skont il-FAEŻR u l-miżuri ffinanzjati minn riżorsi nazzjonali addizzjonali jew il-miżuri ta' żvilupp rurali ffinanzjati purament permezz ta' għajnuna mill-Istat, ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti safejn huwa possibbli mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fl-atti delegati u implimentattivi.

(45)

Għajnuna mogħtija lill-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, fl-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, għajnuna għal riċerka u żvilupp, għajnuna favur is-settur tal-forestrija jew għajnuna favur l-SMEs fiż-żoni rurali għal attivitajiet li jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat tista' wkoll tkun eżentata mir-rekwiżiti ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 651/2014. Fejn l-Istati Membri jqisu li huwa aktar xieraq, huma jistgħu alternattivament jagħżlu li jagħtu għajnuna li taqa' taħt il-kategoriji msemmija hawn fuq skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 651/2014. B'mod partikolari, l-Istat Membru jista' jagħżel li jagħti lill-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja għajnuna operazzjonali reġjonali bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għajr l-ispejjeż tat-trasport fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, għajnuna għall-konsultazzjoni favur l-għajnuna għall-finanzjament tar-riskju tal-SMEs, għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs, għajnuna ambjentali, għajnuna għat-taħriġ, u għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 651/2014. F'dak il-kuntest u sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 651/2014, ta' min jinnota li l-għanijiet, il-kategoriji ta' għajnuna u l-kundizzjonijiet ta' għajnuna stabbiliti f'dawn iż-żewġ Regolamenti huma differenti għalkemm jistgħu jimmiraw lejn l-istess tip ta' benefiċjarji.

(46)

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali u l-effiċjenza tal-SMEs attivi fis-settur agrikolu u biex tiġi provduta l-infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp tal-agrikoltura u biex jiġu appoġġjati l-investimenti mhux remunerattivi meħtieġa għall-ilħuq tal-għanijiet ambjentali, l-għajnuna għandha tingħata għal investimenti f'assi tanġibbli jew intanġibbli li jikkontribwixxu għal dawk l-għanijiet. Dawk l-investimenti għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali dwar il-ħarsien tal-ambjent tal-Istati Membri kkonċernati. Barra minn hekk, għal investimenti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

(47)

Minħabba r-riskju ta' distorsjonijiet fil-kompetizzjoni li jirriżulta minn għajnuna għall-investiment immirata fis-settur agrikolu, għajnuna għall-investiment eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament ma għandhiex tkun limitata għal prodott agrikolu speċifiku. Din il-kundizzjoni m'għandhiex timpedixxi lil Stat Membru milli jeskludi ċerti prodotti agrikoli mill-ambitu ta' għajnuna partikolari, notevolment fejn l-ebda opportunitajiet normali ta' suq ma jkunu jistgħu jinstabu. Barra minn hekk, għajnuna lil ċerti tipi ta' investiment per se m'għandhiex tikkwalifika għal eżenzjoni mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament.

(48)

Biex ikun żgurat il-bilanċ xieraq bejn l-imminimizzar tad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u r-riżorsi, fil-każ ta' investimenti fuq azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja, dan ir-Regolament għandu jistipola li l-għajnuna għandha tingħata biss għal investiment marbut mal-produzzjoni fil-livell tal-azjendi agrikoli ta' bijokarburanti jew enerġija minn sorsi rinnovabbli u biss fejn dik il-produzzjoni ma taqbiżx il-konsum annwali medju ta' karburant jew enerġija tal-azjenda agrikola. F'każ bħal dan għajnuna għal bijokarburanti għandha tkun koperta biss sakemm tingħata għall-bijokarburanti sostenibbli skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (19).

(49)

Sabiex tiġi inċentivata x-xaqliba lejn il-produzzjoni ta' forom aktar avvanzati ta' bijokarburanti, kif previst mir-regoli orizzontali dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija, għajnuna għal bijokarburanti magħmula mill-ikel għandha tiġi eskluża minn dan ir-Regolament f'każ ta' għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli.

(50)

Biex jiġi mħeġġeġ u ffaċilitat l-istabbiliment inizjali ta' bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta' azjendi żgħar li huma potenzjalment ekonomikament vijabbli jkun xieraq li l-għajnuna inizjali tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta' attivitajiet agrikoli li għadhom kif ġew stabbiliti, l-għajnuna għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju. L-għajnuna inizjali għandha tkopri biss il-perjodu inizjali tal-eżistenza ta' negozju u ma għandhiex ssir għajnuna operatorja.

(51)

Biex is-settur agrikolu jirċievi għajnuna biex jaffronta l-isfidi imposti minn kompetizzjoni akbar u l-konsolidazzjoni ta' swieq downstream b'rabta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli inkluż fis-swieq lokali, l-istabbiliment ta' gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet għandu jiġi mħeġġeġ. Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat għajnuna inizjali mogħtija lil gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet. Huma biss il-gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet li huma kwalifikati bħala SMEs li għandhom jibbenefikaw mill-għajnuna. Sabiex ikun żgurat li l-grupp ta' produtturi u l-organizzazzjoni jsiru entità vijabbli, għandu jiġi ppreżentat pjan ta' direzzjoni tan-negozju lill-awtorità kompetenti bħala kundizzjoni għar-rikonoxximent uffiċjali ta' grupp ta' produtturi minn Stati Membri. Sabiex tiġi evitata l-provvista ta' għajnuna operattiva u jinżamm l-effett tal-inċentiv, it-tul massimu tal-għajnuna għandu jkun limitat għal ħames snin.

(52)

Biex jittejbu l-opportunitajiet tas-suq u biex jinkiseb valur miżjud għall-prodotti agrikoli konċernati, huwa xieraq li l-SMEs jiġu mħeġġa jipparteċipaw fi skemi ta' kwalità tal-Unjoni jew nazzjonali u għaldaqstant, għajnuna għal parteċipazzjoni fi skemi tal-kwalità għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Minħabba li huwa fil-mument li wieħed jidħol f'dawn l-iskemi tal-kwalità u fl-ewwel snin tal-parteċipazzjoni tiegħu fejn l-ispejjeż u l-obbligi addizzjonali imposti fuq l-SMEs minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom ma jiġux remunerati kompletament mis-suq, l-għajnuna diretta lil benefiċjarju għandha tkun limitata għall-parteċipazzjoni ġdida u għandha tkopri perjodu ta' mhux iżjed minn ħames snin. Barra minn hekk, għajnuna fil-forma ta' servizzi sussidjati għandha tingħata lejn l-ispejjeż għal miżuri ta' kontroll obbligatorji fir-rigward tal-iskemi tal-kwalità jew lejn l-ispejjeż għal attivitajiet ta' riċerka dwar is-suq jew għal preparazzjoni ta' applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-iskema tal-kwalità tal-Unjoni.

(53)

Biex tittejjeb il-kompetittività u l-effiċjenza tar-riżorsi u biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali, il-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni kumplessiva tal-SMEs, ikun xieraq li jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat l-għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien, l-azzjonijiet ta' informazzjoni u servizzi konsultattivi tal-azjenda agrikola kif ukoll miżuri promozzjonali.

(54)

Ġestjoni tajba tar-riskju u tal-kriżi hija għodda prinċipali għal settur tal-agrikoltura sostenibbli u kompetittiv. Produzzjoni agrikola primarja hija esposta għal riskji u kriżijiet partikolari naturali, klimatiċi u tas-saħħa. Għalhekk għajnuna għall-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet u l-għajnuna għas-settur tal-bhejjem għandha tkun limitata għal SMEs li huma attivi fi produzzjoni agrikola primarja. Għajnuna mill-Istat biex tagħmel tajjeb għal telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, għajnuna għall-ġlieda kontra l-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u għajnuna biex jitħallsu l-primjums tal-assigurazzjoni għandha tkun limitata għal għajnuna mogħtija lill-benefiċjarji li jaffaċċjaw diffikultajiet partikolari minkejja li jkunu wettqu sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw dawn ir-riskji. Għajnuna mill-Istat ma għandux ikollha bħala l-effett tagħha li tħajjar lil benefiċjarji jieħdu riskji bla bżonn. L-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja għandhom huma stess iġarrbu l-konsegwenzi ta' għażliet mhux prudenti ta' metodi ta' produzzjoni jew prodotti.

(55)

Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat għal għajnuna favur il-konservazzjoni tal-patrimonju naturali u kulturali f'għadd ta' każijiet, b'mod partikolari fil-qafas tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija mill-2007 sa 2013 u r-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Fil-perjodu mill-2007 sal-2013 għajnuna ta' investiment għall-konservazzjoni ta' pajsaġġi tradizzjonali u bini favur l-SMEs kienet qed tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006, filwaqt li għajnuna ta' investiment għall-konservazzjoni ta' pajsaġġi tradizzjonali u bini favur impriżi kbar kienet qed tiġi soġġetta għar-rekwiżit ta' notifika u kellha tiġi approvata mill-Kummissjoni skont il-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija mill-2007 sal-2013. Matul dak il-perjodu l-Kummissjoni evalwat aktar minn 87 għajnuniet għall-investiment rigward il-konservazzjoni ta' pajsaġġi tradizzjonali u bini li jinsab fuq l-azjendi agrikoli. Proġetti ta' konservazzjoni tal-patrimonju, anke dawk imwettqa minn intrapriżi kbar, tipikament ma joħolqu ebda distorsjoni sinifikanti għall-kompetizzjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tagħmel użu mill-poteri mogħtija lilha bir-Regolament (KE) Nru 994/98, fir-rigward ta' għajnuniet favur il-konservazzjoni tal-patrimonju naturali u kulturali.

(56)

Biex l-għajnuna li tingħata favur il-konservazzjoni ta' patrimonju kulturali u naturali tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika skont dan ir-Regolament, din għandha tingħata għal investimenti f'assi tanġibbli jew xogħlijiet kapitali mmirati lejn il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali. Il-patrimonju kulturali u naturali għandu jkun lokalizzat fuq l-azjenda agrikola tal-benefiċjarju u għandu jkun rikonoxxut uffiċjalment bħala tali mill-awtorità pubblika kompetenti fl-Istat Membru. Minħabba l-limitu ta' notifika għal din l-għajnuna ta' EUR 500 000 għal kull proġett ta' investiment previst b'dan ir-Regolament li huwa kkunsidrat bħala infrastruttura fuq skala żgħira skont il-Linji Gwida tal-Unjoni għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u fiż-żoni rurali 2014 sa 2020, huwa xieraq li skont dan ir-Regolament, l-intesità tal-għajnuna tiġi stabbilita sa mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

(57)

Sitwazzjonijiet ta' emerġenza kkawżati minn diżastri naturali jkunu jeħtieġu azzjoni urġenti min-naħa tal-awtoritajiet awtorizzanti. Huwa għalhekk importanti li tkun żgurata implimentazzjoni bil-ħeffa tal-għajnuna prevista. Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE f'għadd konsiderevoli ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-kumpens għad-danni kkawżati lis-settur tal-agrikoltura minn diżastri naturali. Il-Linji Gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u l-forestrija 2007 sa 2013 kienu diġà jkopru l-possibbiltà ta' awtorizzazzjoni ta' skemi ta' għajnuna għall-kumpens ta' danni kkawżati minn diżastri naturali. Fil-perjodu mill-2007 sa 2012 u b'applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija 2007 sa 2013, il-Kummissjoni approvat aktar minn 25 għajnuna rigward kumpens għal danni kkawżati minn diżastri naturali lis-settur tal-agrikoltura. L-esperjenza tal-Kummissjoni wriet li dawn il-miżuri għandhom bżonn jiġu implimentati bil-ħeffa sabiex ikunu effettivi. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi simplifikata l-proċedura ta' notifika għal għajnuniet bħal dawn. Barra minn hekk dawn ma jirriżultawx f'xi distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni fis-suq intern minħabba n-natura kompensatorja tagħhom u l-eżistenza ta' kriterji ċari ta' kumpatibbiltà mas-suq intern. Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel użu mill-poteri mogħtija lilha bir-Regolament (KE) Nru 994/98 fir-rigward ta' għajnuniet għall-kumpens ta' dannu kkawżat minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura.

(58)

Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali għandha għalhekk tkun disponibbli għal azjendi fis-settur agrikolu kollu u għandha tingħata kemm lill-SMEs kif ukoll lill-impriżi l-kbar. Il-kundizzjonijiet biex tiġi eżentata l-għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jsegwu l-prattika diġà stabbilita u jirrelataw mar-rikonoxximent formali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tat-tip ta' avveniment bħala diżastru naturali, sar-rabta ta' kawżalità bejn id-dannu kkawżat bid-diżastru naturali u d-danni mġarrba mill-benefiċjarju u għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jevitaw il-kumpens żejjed bħala riżultat tal-kumbinazzjoni ta' din l-għajnuna ma kumpens ieħor imħallas lill-benefiċjarji inklużi pagamenti mħallsa skont skema tal-assigurazzjoni.

(59)

L-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp tista' tikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u ssaħħaħ il-kompetittività. Abbażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija 2007 sa 2013, il-Qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (20) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 dwar għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur agrikolu u dak tal-forestrija, ikun xieraq li tiġi eżentata minn rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Billi l-promozzjoni ta' riċerka u żvilupp huwa għan importanti fl-interess komuni, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li proġett ta' riċerka huwa ta' interess għall-impriżi kollha attivi f'settur jew subsettur agrikolu partikolari. L-informazzjoni dwar il-proġett ta' riċerka u r-riżultat tiegħu għandhom ikunu disponibbli b'mod pubbliku fuq l-Internet. Barra minn hekk, ir-riżultati tar-riċerka għandhom ikunu disponibbli għall-impriżi interessati mingħajr spejjeż.

(60)

Il-foresterija hija parti integrali mill-iżvilupp rurali. Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat lill-impriżi attivi fis-settur tal-forestrija f'għadd ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari fil-qafas tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija 2007 sa 2013. Fil-perjodu 2007 sa 2012, il-Kummissjoni approvat 140 għajnuniet favur is-settur tal-forestrija skont dawk il-Linji Gwida. Fid-dawl tal-esperjenza konsiderevoli miksuba mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dawk il-Linji Gwida għal impriżi attivi fis-settur tal-forestrija, bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri filwaqt li fl-istess ħin jiġu żgurati superviżjoni u monitoraġġ tal-Kummissjoni effiċjenti, huwa xieraq li l-Kummissjoni tuża wkoll is-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 994/98 fir-rigward ta' għajnuna favur is-settur tal-forestrija. Skont l-esperjenza tal-Kummissjoni għajnuna mogħtija lis-settur tal-forestrija għal miżuri li huma parti mill-programmi ta' żvilupp rurali u li tkun jew kofinanzjata mill-FAEŻR jew inkella mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali miżuri kofinanzjati ma toħloqx xi distorsjonijiet sinifikanti għall-kompetizzjoni fis-suq intern. Barra minn hekk, għajnuna għat-trasferiment ta' għarfien fis-settur tal-forestrija u għajnuna għal servizzi konsultattivi fis-settur tal-forestrija ma joħolqux xi distorsjonijiet sinifikanti għall-kompetizzjoni fis-suq intern anke jekk jiġu mogħtija 'l barra mill-programmi tal-iżvilupp rurali. Kundizzjonijiet ċari għall-kumpatibilità ta' miżuri bħal dawn mas-suq intern għandhom jiġu definiti f'dan ir-Regolament. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti sa fejn huwa possibbli mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont dak ir-Regolament.

(61)

Dawk il-kategoriji ta' għajnuna b'mod partikolari għandhom jinkludu għajnuna għall-afforestazzjoni u l-ħolqien ta' masġar, għajnuna għal sistemi ta' agro foresterija, għajnuna għall-prevenzjoni u r-restawr tal-foresti li tkun saritilhom ħsara min-nirien, diżastri naturali, avveniment klimatiċi avversi, pesti tal-pjanti jew avvenimenti katastrofiċi, għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti, għajnuna għall-iżvantaġġi relatati ma' żoni tal-foresta ta' Natura 2000 kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (21) u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), għajnuna għas-servizzi forestali-ambjentali u tal-klima u għal konservazzjoni tal-foresti, għajnuna għat-trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni, għajnuna għal servizzi konsultattivi, għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura u għajnuna għal investimenti f'teknoloġiji ġodda tal-forestrija u fl-ipproċessar, l-immobilizzar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-forestrija. L-għajnuna lis-settur tal-forestrija għandha tevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u tkun newtrali fir-rigward tas-suq.

(62)

Sabiex tkun żgurata koerenza mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u sabiex tinkiseb simplifikazzjoni tar-regoli biex tinkiseb awtorizzazzjoni għall-għajnuna mill-Istat għall-parti kofinanzjata u l-finanzjament addizzjonali tal-programmi tal-iżvilupp rurali nazzjonali, l-għajnuna favur is-settur tal-forestrija eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament għanda tkun identika għall-miżuri sottostanti tal-iżvilupp rurali u l-għajnuna eżentata għandha tingħata biss skont u f'konformità mal-programm tal-iżvilupp rurali tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, l-intensitajiet tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli wkoll għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni u mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur tal-agrikoltura. Għalhekk, spejjeż bħal ma huwa kapital operatorju li huwa anċillari għal investiment ġdid u marbut miegħu m'għandux ikun eliġibbli għal għajnuna skont dan ir-Regolament. B'konformità mal-programmi rispettivi dwar l-iżvilupp rurali kif approvati mill-Kummissjoni, l-operazzjonijiet ta' investiment inklużi fil-miżuri tal-forestrija setgħu jinkludu wkoll trattamenti waħdiena tal-forestrija meħtieġa sabiex jiġi ppreparat l-investiment fejn l-għan tal-dispożizzjoni relevanti dwar l-iżvilupp rurali jippermetti dan. Għandu jkun possibbli li tingħata għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien, għajnuna għas-servizzi ta' konsulenza u għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art għall-forestrija irrispettivament minn jekk din l-għajnuna tkunx integrata fil-programm nazzjonali tal-iżvilupp rurali.

(63)

Diversifikazzjoni ekonomika u l-ħolqien ta' attivitajiet ekonomiċi ġodda huma essenzjali għall-iżvilupp u l-kompetittività ta' żoni rurali u b'mod partikolari għall-SMEs li huma s-sinsla tal-ekonomija rurali tal-Unjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jipprovdi għal miżuri għas-sostenn ta' żvilupp ta' negozju li mhux agrikolu f'żoni rurali li huma mmirati lejn il-promozzjoni tal-impjiegi, l-istabbiliment ta' xogħlijiet ta' kwalità fiż-żoni rurali, iż-żamma tax-xogħlijiet li diġà jeżistu, tnaqqis taċ-ċaqliq staġjonali b'rabta mal-impjiegi, l-iżvilupp ta' setturi mhux agrikoli 'l barra mill-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel filwaqt li fl-istess ħin jitrawmu l-integrazzjoni tan-negozju u r-rabtiet intersettorjali lokali.

(64)

Biex tkun żgurata l-koerenza mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u biex tinkiseb is-simplifikazzjoni tar-regoli biex l-Istat japprova l-għajnuna għall-parti kofinanzjata u għall-finanzjament addizzjonali nazzjonali tal-programmi għall-iżvilupp rurali, dan ir-Regolament għandu jeżenta mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat bosta kategoriji differenti ta' għajnuna favur l-SMEs attivi f'żoni rurali. Dawn il-kategoriji ta' għajnuna għandhom b'mod partikolari jħaddnu għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli jew il-produzzjoni tal-qoton, l-għajnuna inizjali ta' negozji għal attivitajiet mhux agrikoli, għajnuna għal servizzi ta' konsulenza, għajnuna għal trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni u għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida tal-bdiewa fi skemi tal-kwalità għal qoton u oġġetti tal-ikel u miżuri promozzjonali favur l-oġġetti tal-ikel. L-għajnuna li trid tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament għandha tkun identika għall-miżuri ta' żvilupp rurali sottostanti u l-għajnuna eżentata għandha tingħata biss skont il-programm tal-iżvilupp rurali tal-Istat Membru kkonċernat u f'konformità miegħu. Madankollu, l-intensitajiet tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli wkoll għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni u mar-regoli orizzontali tal-għajnuna mill-Istat. Għalhekk, spejjeż bħal ma huwa kapital operatorju li huwa anċillari għal investiment ġdid u marbut miegħu m'għandux ikun eliġibbli għal għajnuna skont dan ir-Regolament.

(65)

Fir-rigward ta' għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli, għandu jiġi speċifikat li l-investimenti marbuta mal-produzzjoni ta' bijokarburant jew enerġija minn sorsi rinnovabbli m'għandiex tkun eliġibbli għal għajnuna skont dan ir-Regolament. Fil-prinċipju, ir-regoli orizzontali dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija għandhom japplikaw għal investimenti bħal dawn.

(66)

Fil-każ ta' diversi kategoriji ta' għajnuna bħal: (a) għajnuna għall-ispejjeż ta' attivitajiet ta' riċerka dwar is-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodott u għat-tħejjija ta' applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' skemi ta' kwalità; (b) għajnuna għall-ispejjeż għal miżuri obbligatorji ta' kontroll fir-rigward tal-iskemi ta' kwalità; (c) għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni; (d) għajnuna għal servizzi ta' konsulenza; (e) għajnuna għal servizzi ta' sostituzzjoni fuq l-azjendi agrikoli; (f) għajnuna għall-miżuri ta' promozzjoni; (g) għajnuna ta' kumpens għall-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali u tal-pesti tal-pjanti u (h) għajnuna għas-settur tal-bhejjem jingħataw lill-benefiċjarji finali tal-għajnuna indirettament, in natura, permezz ta' servizzi sussidjati. F'każijiet bħal dawn l-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tas-servizz jew tal-attività kkonċernata. Meta jkun qed jintgħażel il-fornitur għandha tingħata attenzjoni xierqa għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku rispettivi u għall-prinċipji tat-trasparenza, dispożizzjoni miftuħa u nuqqas ta' diskriminazzjoni fil-proċedura tal-għażla.

(67)

Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni f'dan il-qasam, fil-prinċipju huwa meħtieġ li l-politika dwar l-għajnuna mill-Istat tiġi riveduta perjodikament. Għalhekk il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun limitat. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji, inkluż ir-regoli dwar perjodu ta' aġġustament fl-aħħar tal-validità ta' dan ir-Regolament għal skemi ta' għajnuna eżentati. Regoli ta' dan it-tip għandhom jagħtu żmien lill-Istati Membri biex jadattaw għall-possibbiltà ta' reġim ġdid.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

WERREJ

KAPITOLU I:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 13

KAPITOLU II:

REKWIŻITI PROĊEDURALI 25

KAPITOLU III:

KATEGORIJI TA' GĦAJNUNA 26

Taqsima 1:

Għajnuna favur l-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli 26

Taqsima 2:

Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjendi agrikoli 43

Taqsima 3:

Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura 44

Taqsima 4:

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija 45

Taqsima 5:

Għajnuna favur il-forestrija 46

Taqsima 6:

Għajnuniet favur l-SMEs fiż-Żoni Rurali, kofinanzjati mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal dawn il-miżuri kofinanzjati 59

KAPITOLU IV:

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI 65

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin:

(a)

għajnuna favur l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs):

(i)

attivi fis-settur agrikolu, jiġifieri fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 14, 15, 16, 18 u 23 u l-Artikoli 25 sa 28 li se japplikaw biss għall-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja;

(ii)

għal attivitajiet li jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat sakemm din l-għajnuna tingħata skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u hija jew kofinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jew inkella mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri kofinanzjati bħal dawn.

(b)

għajnuna għal investimenti għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jinsab fuq l-azjendi agrikoli;

(c)

għajnuna favur l-għemil tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali fis-settur agrikolu;

(d)

għajnuna għar-riċerkja u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura;

(e)

għajnuna favur il-forestrija.

2.   Meta l-Istati Membri jqisu li huwa xieraq, huma jistgħu jagħżlu li jagħtu għajnuna msemmija fil-paragrafi 1(a), 1(d) u 1(e) ta' dan l-Artikolu skont il-kundizzjonijiet u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 651/2014.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna favur:

(a)

is-settur tal-forestrija li mhuwiex kofinanzjat mill-FAEŻR jew għajnuna mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal dawn it-tip ta' miżuri kofinanzjati, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 31, 38, 39 u 43;

(b)

l-SMEs għal attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat li mhumiex kofinanzjati mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali miżura kofinanzjata.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

skemi ta' għajnuna li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikoli 17, 32 u 33, fl-Artikoli 34(5)(a) sa (c), u l-Artikoli 35, 40, 41, u 44 ta' dan ir-Regolament, jekk il-baġit medju annwali tal-għajnuna mill-Istat jeċċedi EUR 150 miljun, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal perjodu itwal għal kull waħda minn dawn l-iskemi ta' għajnuna wara li tkun ivvalutat il-pjan ta' evalwazzjoni relevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema;

(b)

kull tibdil fl-iskemi msemmija fil-Paragrafu 4(a) ta' dan l-Artikolu, għajr modifiki li ma jaffettwawx il-kompatibilità tal-iskema tal-għajnuna skont dan ir-Regolament jew li ma jaffettwawx b'mod sinifikanti l-kontenut tal-pjan ta' evalwazzjoni approvat;

(c)

għajnuna għall-attivitajiet marbuta mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna direttament marbuta mal-kwantitajiet esportati, mal-istabbiliment u t-tħaddim ta' network ta' distribuzzjoni jew ma' spejjeż oħra kurrenti marbuta ma' attività tal-esportazzjoni;

(d)

għajnuna dipendenti fuq l-użu ta' oġġetti domestiċi minflok dawk importati;

5.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 30, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

l-iskemi ta' għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-ħlas ta' għajnuna individwali favur impriża li hija soġġetta għal ordni ta' rkupru pendenti wara Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern;

(b)

għajnuna ad hoc favur impriża li hija suġġetta għal ordni ta' rkupru pendenti wara Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tkun iddikjarat għajnuna bħala waħda illegali u inkompatibbli mas-suq intern;

6.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal għajnuna lil impriżi f'diffikultà, bl-eċċezzjoni ta':

(a)

għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali skont l-Artikolu 30, għajnuna għall-ispejjeż tal-qerda tal-mard tal-annimali skont l-Artikolu 26(8) u l-għajnuna għat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta skont l-Artikolu 27(1)(c), (d) u (e);

(b)

għajnuna għall-avvenimenti li ġejjin sakemm l-impriża sfat impriża f'diffikultà minħabba telf jew danni kkawżati mill-avveniment inkwistjoni:

(i)

għajnuna bħala kumpensa għat-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali b'konformità mal-Artikolu 25;

(ii)

għajnuna għall-ispejjeż tal-qerda tal-pesti tal-pjanti u bħala kumpens għad-dannu kkawżat minn dak il-mard tal-annimali jew dawk il-pesti tal-pjanti b'konformità mal-Artikolu 26(8) u (9);

(iii)

għajnuna għar-restawr ta' danni lil foresti minħabba nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima skont l-Artikolu 34(5)(d).

7.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuniet, li minnhom nfushom, bil-kundizzjonijiet marbuta magħhom jew bil-metodu ta' finanzjament tagħhom jinvolvu vjolazzjoni indiviżibbli tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari għal:

(a)

għajnuna fejn l-għoti ta' għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li jkun stabbilit b'mod predominanti f'dak l-Istat Membru;

(b)

għajnuna fejn l-għoti ta' għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża oġġetti prodotti nazzjonalment jew servizzi nazzjonali;

(c)

għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“għajnuna” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat;

(2)

“SME” jew “impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

(3)

“is-settur agrikolu” tfisser azjendi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli;

(4)

“prodott agrikolu” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, minbarra l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(5)

“produzzjoni agrikola primarja” tfisser il-produzzjoni ta' prodotti tal-ħamrija u tat-trobbija tal-bhejjem, elenkati fl-Anness I mat-Trattat, mingħajr it-twettiq ta' kwalunkwe operazzjoni ulterjuri li tbiddel in-natura ta' dawn il-prodotti;

(6)

“ipproċessar ta' prodotti agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, minbarra attivitajiet fuq l-azjenda meħtieġa għat-tħejjija ta' prodott mill-annimali jew mill-pjanti għall-ewwel bejgħ;

(7)

“kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli” tfisser iż-żamma jew il-wiri bil-għan ta' bejgħ, offerta ta' bejgħ, kunsinna jew kwalunkwe mod ieħor ta' tqegħid fis-suq, minbarra l-ewwel bejgħ minn produttur primarju lil min jerġa' jbigħ jew lil proċessuri u kwalunkwe attività li tħejji prodott għal dan it-tip tal-ewwel bejgħ; bejgħ minn produttur primarju lill-konsumaturi finali jitqies bħala kummerċjalizzazzjoni jekk iseħħ f'bini separat riżervat għal dak l-iskop;

(8)

“azjenda agrikola” tfisser unità li tinkludi art, bini u faċilitajiet użati għal produzzjoni primarja agrikola;

(9)

“diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art u għargħar, uragani, trombi tal-arja, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti ta' oriġini naturali;

(10)

“skema ta' għajnuna” tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta' implimentazzjoni, għotjiet ta' għajnuna individwali jistgħu jingħataw lil impriżi ddefiniti fl-att b'mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li abbażi tiegħu tista' tingħata għajnuna li mhijiex marbuta ma' proġett speċifiku lil impriża waħda jew aktar għal perjodu ta' żmien indefinit u għal ammont indefinit;

(11)

“pjan ta' evlawazzjoni” tfisser dokument li fih mill-inqas l-elementi minimi li ġejjin: l-għanijiet tal-iskema ta' għajnuna li jridu jiġu evalwati; il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni; l-indikaturi tar-riżultati; il-metodoloġija li se tintuża biex titwettaq l-evalwazzjoni; ir-rekwiżiti tal-ġbir tad-dejta; it-twaqqit propost tal-evalwazzjoni inkluż id-data ta' preżentazzjoni tar-rapport finali ta' evalwazzjoni; id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jkun qed iwettaq l-evalwazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u tal-modalitajiet biex tkun żgurata l-pubbliċità tal-evalwazzjoni;

(12)

“għajnuna individwali” tfisser:

(a)

għajnuna ad hoc; u

(b)

għotjiet ta' għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta' skema ta' għajnuna;

(13)

“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija fuq il-bażi ta' skema ta' għajnuna;

(14)

“impriża f'diffikultà” tfisser impriza li fir-rigward tagħha tinqala' mill-inqas waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata (għajr SME li ilha teżisti għal anqas minn tliet snin), fejn aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt ikun għeb b'riżultat ta' telf akkumulat. Dan huwa l-każ meta t-tnaqqis tat-telf akkumulat mir-riżervi (u l-elementi l-oħra kollha ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) jwassal għal ammont kumulat negattiv li jeċċedi nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt. Għall finijiet ta' din id-dispożizzjoni “kumpanija b'responsabbiltà limitata” tirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u “kapital azzjonarju” jinkludi, fejn relevanti, kwalunkwe primjum fuq l-azzjonijiet;

(b)

fil-każ ta' kumpanija fejn mill-inqas xi membri għadhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija (għajr SME li ilha teżisti għal anqas minn tliet snin), fejn aktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija jkun għeb bħala riżultat ta' telf akkumulat. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni “kumpanija fejn mill-inqas xi membri għandhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija” tirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpanija msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE;

(c)

meta l-intrapriża tkun suġġetta għal proċedimenti ta' insolvenza kollettivi jew tissodisfa l-kriterji skont il-liġi domestika tagħha biex titqiegħed fi proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha.

(d)

meta l-intrapriża tkun irċeviet għajnuna għas-salvataġġ u tkun għadha ma rrimborżatx is-self jew ma temmitx il-garanzija, jew tkun irċeviet għajnuna għar-ristrutturar u għadha soġġetta għal pjan ta' ristrutturar;

(e)

fil-każ ta' intrapriża li mhijiex SME, fejn fl-aħħar sentejn:

(i)

id-dejn kontabilistiku għall-proporzjon ta' ekwità tal-intrapriża kien akbar minn 7,5; u

(ii)

il-proporzjon ta' imgħax kopert tal-EBITDA tal-intrapriża kien taħt il-1,0;

(15)

“bhejjem mejta” tfisser annimali li nqatlu permezz tal-ewtanażja b'dijanjożi definita jew mingħajrha jew li mietu, inklużi annimali li twieldu mejta u li ma twildux, fuq azjenda jew kwalunkwe bini jew matul it-trasport, iżda li ma nqatlux għall-konsum tal-bniedem;

(16)

“avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali” tfisser kundizzjonijiet ħżiena tat-temp bħal ġlata, tempesti u silġ, borra, xita bil-qliel jew nixfa severa li jeqirdu aktar minn 30 % tal-medja tal-produzzjoni annwali ta' bidwi partikolari:

(a)

matul il-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew jew

(b)

medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa;

(17)

“avvenimenti klimatiċi avversi oħra” tfisser kundizzjonijiet mhux favorevoli li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(16) ta' dan ir-Regolament;

(18)

“pesti tal-pjanti” tfisser organiżmi li jagħmlu ħsara kif definit fl-Artikolu 2(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (25);

(19)

“avveniment katastrofiku” tfisser avveniment mhux previst ta' natura bijotika jew mhux bijotika kkawżat minn azzjoni umana li twassal għal disturbi kbar fl-istrutturi forestali, u li eventwalment jikkawża dannu ekonomiku kbir lis-setturi forestali;

(20)

“l-ekwivalenti tal-għotja gross” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku ġie pprovdut fil-forma ta' għotja lill-benefiċjarju, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra;

(21)

“assi tanġibbli” tfisser assi li jikkonsistu f'art, bini u impjanti, makkinarju u tagħmir;

(22)

“assi intanġibbli” tfisser assi li m'għandhomx forma fiżika jew finanzjarja bħal privattivi, liċenzji, know-how jew proprjetà intellettwali oħra;

(23)

“sistemi agroforestali” tfisser sistemi tal-użu tal-art li fihom is-siġar jitkabbru flimkien ma' agrikoltura fuq l-istess art;

(24)

“self bil-quddiem li jitħallas lura” tfisser self għal proġett li jitħallas fi ħlas parzjali wieħed jew aktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu fuq ir-riżultat tal-proġett;

(25)

“bidu ta' xogħlijiet fuq il-proġett jew attività” tfisser jew il-bidu tal-attivitajiet jew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni marbuta mal-investiment, liema minnhom jinbdew l-ewwel, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti biex jiġi ordnat apparat jew jiġu impjegati servizzi jew kull impenn ieħor li permezz tiegħu l-proġett jew l-attività jsiru irriversibbli; ix-xiri ta' art u xogħlijiet preparatorji bħalma huma l-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji ta' fattibiltà mhumiex ikkunsidrati bħala l-bidu ta' xogħlijiet jew attività;

(26)

“impriżi kbar” tfisser impriżi li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

(27)

“skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta' skema li qabel kienet teżisti fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, u li tissostitwiha;

(28)

“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont tal-għajnuna gross espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta' taxxa jew imposti oħra;

(29)

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt legali li jirċievi l-għajnuna skont l-iskema legali nazzjonali applikabbli;

(30)

“Standard tal-Unjoni” tfisser standard obbligatorju prevvist fil-liġi tal-Unjoni li jistabbilixxi l-livell li impriżi individwali għandhom jiksbu, b'mod partikolari fir-rigward tal-ambjent, l-iġjene u t-trattament xieraq tal-annimali; madankollu standards jew miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni li huma vinkolanti għall-Istati Membri iżda mhux għal impriżi individwali ma jitqisux bħala standards tal-Unjoni;

(31)

“programm ta' żvilupp rurali” tfisser programm ta' żvilupp rurali kif previst fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(32)

“investiment mhux produttiv” tfisser investiment li ma jwassalx għal żieda sinifikanti fil-valur jew fil-profittabbiltà tal-azjenda agrikola;

(33)

“investimenti biex ikun hemm konformità ma' standard tal-Unjoni” tfisser investimenti li jsiru biex ikun hemm konformità ma' standard tal-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu tranżitorju previst fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(34)

“bidwi żagħżugħ” tfisser persuna li ma għandiex aktar minn 40 sena fid-data meta tippreżenta l-applikazzjoni għall-għajnuna, li għandha ħiliet u kompetenzi okkupazzjonali xierqa u qiegħda tistabbilixxi ruħha għall-ewwel darba f'azjenda agrikola bħala kap ta' dik l-azjenda;

(35)

“reġjuni l-aktar imbiegħda” tfisser ir-reġjuni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat;

(36)

“il-gżejjer minuri tal-Eġew” tfisser il-gżejjer minuri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) ;

(37)

“reġjuni inqas żviluppati” tfisser reġjuni fejn il-prodott domestiku gross (PDG) per capita huwa anqas minn 75 % tal-PDG medju tal-EU-27;

(38)

“UE-25” tfisser il-25 Stat Membru tal-Unjoni li kienu Stati Membri fl-Unjoni f'Mejju 2005;

(39)

“EU-27” tfisser is-27 Stat Membru tal-Unjoni li kienu Stati Membri fl-Unjoni f'Jannar 2007;

(40)

“xogħlijiet kapitali” tfisser xogħlijiet li jitwettqu mill-bidwi nnifsu jew mill-ħaddiema tiegħu, li permezz tagħhom jinħoloq attiv;

(41)

“bijokarburant magħmul mill-ikel” tfisser bijokarburant prodott minn ċereali u minn għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu, bi pjanti taz-zokkor u bi pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt kif definit fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (27);

(42)

“bidwi attiv” tfisser bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (28) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(43)

“grupp ta' produtturi u organizzazzjoni” tfisser grupp jew organizzazzjoni stabbiliti għall-fini:

(a)

tal-adattament tal-produzzjoni u l-output tal-produtturi li huma membri ta' tali gruppi jew organizzazzjonijiet ta' produtturi skont ir-rekwiżiti tas-suq, jew

(b)

tat-tqegħid b'mod konġunt ta' prodotti fis-suq, inklużi l-preparazzjoni għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-provvista lix-xerrejja bl-ingrossa; jew

(c)

tal-istabbiliment ta' regoli komuni fuq l-informazzjoni dwar il-produzzjoni, b'mod partikolari dwar il-ħsad u d-disponibbiltà, jew jew

(d)

tal-attivitajiet l-oħra li jistgħu jitwettqu minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet, bħall-iżvilupp ta' ħiliet tan-negozju u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-organizzazzjoni u l-iffaċilitar ta' proċessi ta' innovazzjoni;

(44)

“spejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi skema tal-kwalità” tfisser l-ispejjeż imġarrba biex wieħed jidħol fi skema tal-kwalità appoġġjata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f'dik l-iskema, inkluża, fejn ikun hemm bżonn, in-nefqa fuq il-verifiki meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema tal-kwalità;

(45)

“konsulenza” tfisser konsulenza kompleta mogħtija fil-qafas tal-istess kuntratt;

(46)

“membru ta' familja li tgħix fuq azjenda agrikola” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali jew grupp ta' persuni fiżiċi jew legali, ikun xi jkun l-istatus legali li jingħata lill-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema tal-azjenda agrikola;

(47)

“Spejjeż tat-testijiet tal-Enċefalopatija Sponġiformi Kontaġġjuża (Transmissible Spongiform Encephalopathy TSE) u Enċefalopatija Sponġiformi Bovina (Bovine Spongiform Encephalopathy BSE)” tfisser l-ispejjeż kollha, inklużi dawk għall-kits tat-testijiet u għat-teħid, it-trasport, l-ittestjar, il-ħażna u l-qerda ta' kampjuni meħtieġa għat-teħid ta' kampjuni u ttestjar fil-laboratorju skont il-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29);

(48)

“ktieb tal-merħla” tfisser kull ktieb, reġistru, fajl jew mezz ta' dejta:

(a)

li hu miżmum minn organizzazzjoni ta' dawk li jrabbu l-bhejjem jew assoċjazzjoni uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru fejn l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni ta' dawk li jrabbu l-bhejjem kienet ikkostitwita; u

(b)

li fih annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' nisel speċifikat jiddaħħlu jew ikunu rreġistrati b'referenza għall-antenati tagħhom.

(49)

“annimal protett” tfisser kull annimal protett jew mill-Unjoni jew inkella mil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(50)

“organizzazzjoni ta' riċerka u tixrid tal-għarfien” tfisser entità (bħal universitajiet jew istituti ta' riċerka, aġenziji tat-trasferiment tat-teknoloġija, intermedjarji ta' innovazzjoni, entitajiet kollaborattivi fiżiċi u/jew virtwali orjentati lejn ir-riċerka), ikun xi jkun l-istat legali tagħha (organizzata skont il-liġi pubblika jew privata) jew il-mod ta' finanzjament, li l-iskop ewlieni tagħha jkun li twettaq riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp sperimentali, jew li xxerred b'mod wiesa' r-riżultati ta' attivitajiet bħal dawn permezz tat-tagħlim, il-pubblikazzjoni jew it-trasferiment tal-għarfien. Fejn entità bħal din twettaq ukoll attivitajiet ekonomiċi, il-finanzjament, l-ispejjeż u d-dħul ta' dawk l-attivitajiet ekonomiċi għandhom jitqiesu b'mod separat. L-impriżi li jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq entità bħal din, pereżempju fil-kapacità tagħhom bħala azzjonisti jew membri, ma għandhom igawdu l-ebda aċċess preferenzjali għall-kapaċitajiet ta' riċerka tagħha jew għar-riżultati ġġenerati minnha;

(51)

“distakkament” tfisser li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet kontraenti ma jvarjawx minn dawk li jsiru bejn impriżi indipendenti u ma fihom ebda element ta' kollużjoni. Kull tranżazzjoni li tirriżulta minn proċedura miftuħa, trasparenti u bla ebda kundizzjoni titqies li tilħaq il-prinċipju tad-distakkament;

(52)

“siġar li jikbru malajr” tfisser foresta b'rotazzjoni qasira, fejn iż-żmien minimu qabel il-ħsad ma jistax ikun inqas minn 8 snin u ż-żmien massimu qabel il-ħsad ma jistax jeċċedi l-20 sena;

(53)

“siġar għat-tkabbir ta' msaġar b'newba qasira” tfisser speċijiet ta' siġar tal-kodiċi NM 06 02 9041 li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri, li jikkonsistu minn uċuħ perenni tal-injam, fejn ir-riżomi jew iz-zkuk tagħhom jibqgħu fl-art wara l-ħsad, bi friegħi ġodda li jikbru fl-istaġun ta' wara u b'ċiklu massimu tal-ħsad li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri;

(54)

“kost tat-transazzjoni” tfisser spiża addizzjonali konnessa mat-twettiq ta' impenn, iżda mhux direttament attribwibbli għall-implimentazzjoni tiegħu jew mhux inkluża fl-ispejjeż jew id-dħul mitlufa li għalihom jingħata kumpens b'mod dirett. u li tista' tiġi kkalkulata fuq bażi ta' spiża standard;

(55)

“maniġer ieħor ta' art” tfisser impriża li timmaniġġa art għajr impriża li hija attiva fis-settur agrikolu;

(56)

“ipproċessar ta' prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirrizulta fi prodott li mhuwiex kopert bl-Anness I tat-Trattat;

(57)

“żoni ‘a’” tfisser dawk iż-żoni identifikati fuq mappa ta' għajnuna reġjonali approvata għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat;

(58)

“żoni ‘c’” tfisser dawk iż-żoni identifikati fuq mappa approvata ta' għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat;

(59)

“żoni b'popolazzjoni skarsa” tfisser dawk iż-żoni aċċettati mill-Kummissjoni bħala tali fid-deċiżjonijiet individwali fuq il-mappep tal-għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020;

(60)

“żona NUTS 3” tfisser reġjun speċifikat fil-livell 3 ta' klassifika komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

(61)

“żoni ‘c’ mhux predefiniti” tfisser żoni li Stat Membru skont id-diskrezzjonijiet tiegħu stess jagħżel bħala żoni “c” dment li l-Istat Membru juri li żoni bħal dawn jissodisfaw ċertu kriterji soċjoekonomiċi u li dawn iż-żoni huma identifikati fuq mappa ta' għajnuna reġjonali approvata għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat;

(62)

“dawk li kienu żoni ‘a’” tfisser dawk iż-żoni identifikati bħala żoni “a” fuq mappa approvata ta' għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-30 ta' Ġunju 2014;

(63)

“oġġetti tal-ikel” tfisser oġġetti tal-ikel li mhumiex prodotti agrikoli u li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31).

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għal eżenzjoni

Skemi ta' għajnuna, għajnuna individwali mogħtija skont skemi ta' għajnuna u għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(2) jew (3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm din l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategoriji rilevanti tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Livelli limitu għan-notifika

1.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal kwalunkwe għajnuna individwali, fejn l-ekwivalenti tal-għotja gross tagħha jeċċedi l-limiti li ġejjin:

(a)

għajnuna għal investimenti f'assi tanġibbli jew assi intanġibbli fuq azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja hekk kif imsemmi fl-Artikolu 14: EUR 500 000 għal kull impriża għal kull proġett ta' investiment;

(b)

għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta' bini ta' azjenda li tirriżulta fil-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet jew f'żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni hekk kif imsemmi fl-Artikolu 16(4): EUR 500 000 għal kull impriża għal kull proġett ta' investiment;

(c)

għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli hekk kif imsemmi fl-Artikolu 17: EUR 7,5 miljun kull impriża għal kull proġett ta' investiment;

(d)

għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jinsab fuq l-azjenda agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 29: EUR 500 000 għal kull impriża għal kull proġett ta' investiment;

(e)

għajnuna għal riċerka u żvilupp fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 31: EUR 7,5 miljun għal kull proġett;

(f)

għajnuna għal afforestazzjoni u l-ħolqien ta' msaġar kif imsemmi fl-Artikolu 32: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment ta' stabbiliment ta' msaġar;

(g)

għajnuna għal sistemi ta' agroforestrija kif imsemmi fl-Artikolu 33: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' stabbiliment ta' sistema tal-agroforestrija;

(h)

għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali hekk kif imsemmi fl-Artikolu 35: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment;

(i)

għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija hekk kif imsemmi fl-Artikolu 40: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment;

(j)

għajnuna għal investimenti f'teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, l-immobilizzar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija hekk kif imsemmi fl-Artikolu 41: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment;

(k)

għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli jew il-produzzjoni ta' qoton hekk kif imsemmi fl-Artikolu 44: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta' investiment;

2.   Il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 m'għandhomx jiġu evitati bil-qsim artifiċjali tal-iskemi tal-għajnuna jew tal-proġetti tal-għajnuna.

Artikolu 5

It-trasparenza tal-għajnuna

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li għaliha hu possibbli li jiġi kkalkolat bi preċiżjoni l-ekwivalenti tal-għotja gross ex ante mingħajr ma jkun hemm bżonn li ssir valutazzjoni tar-riskju (‘għajnuna trasparenti’).

2.   Il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin għandhom jitqiesu li huma għajnuna trasparenti:

(a)

għajnuna li tikkonsisti f'għotjiet u sussidji fuq ir-rata tal-imgħax;

(b)

għajnuna li tikkonsisti f'self, fejn l-ekwivalenti tal-għotja gross ġie kkalkolat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza prevalenti fi żmien l-għotja;

(c)

għajnuna li tinvolvi garanziji:

(i)

fejn l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat abbażi ta' primjums ta' rifuġju stipluati fin-Notifika tal-Kummissjoni; jew

(ii)

meta, qabel l-implimentazzjoni tal-għajnuna, il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija tkun ġiet aċċettata abbażi tan-Notifika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE fl-għajnuna mill-Istat fl-għamla ta' garanziji, jew kull notifika suċċessiva wara n-notifika ta' dik il-metodoloġija lill-Kummissjoni skont xi regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak il-mument, u l-metodoloġija approvata tkun tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti involuti fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(d)

għajnuna fil-forma ta' vantaġġi fiskali, fejn il-miżura tipprevedi limitu li jiżgura li l-livell limitu applikabbli ma jinqabiżx;

(e)

għajnuna fil-forma ta' self bil-quddiem li jrid jitħallas lura, jekk l-ammont nominali totali tas-self bil-quddiem li jrid jitħallas lura ma jaqbiżx il-livelli limitu applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti tal-għotja gross tas-self bil-quddiem li jrid jitħallas lura tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni.

3.   Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

(a)

għajnuna li tikkonsisti f'injezzjonijiet ta' kapital;

(b)

għajnuna inkluża f'miżuri ta' finanzjament ta' riskju.

Artikolu 6

Effett ta' inċentiv

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li għandha effett ta' inċentiv.

2.   Għajnuna għandha tiġi kkunsidrata li għandha effett ta' inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni bil-miktub għal għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jkun inbeda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

isem u daqs l-impriża;

(b)

deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u t-tmiem tagħhom;

(c)

il-post tal-proġett jew tal-attività;

(d)

lista ta' spejjeż eliġibbli;

(e)

tip (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura jew oħrajn) u ammont ta' finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett/attività.

3.   Għajnuna ad hoc mogħtija lil impriżi kbar titqies li għandha effett ta' inċentiv jekk flimkien mat-twettiq tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel jagħti l-għajnuna ad hoc ikkonċernata, li d-dokumentazzjoni ppreparata mill-benefiċjarju tistabbilixxi wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)

żieda materjali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett jew l-attività minħabba l-għajnuna;

(b)

żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-benefiċjarju fuq il-proġett jew attività minħabba l-għajnuna;

(c)

żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernati;

(d)

fil-każ ta' għajnuna ad hoc għall-investiment, li l-proġett jew l-attività ma kinux jitwettqu bħala tali fiż-żona rurali kkonċernata jew ma kinux ikunu profitabbli b'mod suffiċjenti għall-benefiċjarju fiż-żona rurali kkonċernata fin-nuqqas tal-għajnuna.

4.   B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, miżuri fil-forma ta' vantaġġi fiskali jistgħu jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżura tistabbilixxi dritt għal għajnuna skont il-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru; u

(b)

il-miżura ġiet adottata u hija fis-seħħ qabel ma jinbeda x-xogħol fuq il-proġett jew attività megħjuna, ħlief fil-każ ta' skemi fiskali suċċessuri fejn l-attività kienet diġà koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta' vantaġġi fiskali.

5.   B'deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4 il-kategoriji li ġejjin ta' għajnuna mhumiex meħtieġa li jkollhom jew huma meqjusa li għandhom effett ta' inċentiv:

(a)

skemi ta' għajnuna għal konsolidazzjoni ta' art fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15 jew l-Artikolu 43 huma ssodisfati u fejn:

(i)

l-għajnuna fil-forma ta' vantaġġi fiskali tistabbilixxi dritt għal għajnuna skont il-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru; u

(ii)

l-iskema ta' għajnuna ġiet adottata u hija fis-seħħ qabel ma jkunu ġġarrbu l-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 43 mill-benefiċjarju;

(b)

għajnuna għal miżuri promozzjonali fil-forma ta' pubblikazzjonijiet mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fost il-pubbliku ġenerali b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24(2)(b);

(c)

għajnuna biex tikkumpensa t-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25;

(d)

għajnuna biex tikkumpensa għall-ispejjeż tal-qerda tal-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u għal telf ikkawżat mill-istess mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26(9) u (10);

(e)

għajnuna biex tkopri l-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 27(1)(c), (d) u (e) huma ssodisfati;

(f)

għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jinsab fuq azjendi agrikoli skont l-Artikolu 29;

(g)

għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati minn diżastri naturali meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30;

(h)

għajnuna għal riċerka u żvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31 huma ssodisfati;

(i)

għajnuna għar-restawr tad-danni lill-foresti min-nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, pesti tal-pjanti, mard tal-annimali, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima skont l-Artikolu 34(5)(d) fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 huma ssodisfati.

Artikolu 7

Intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli

1.   Għall-fini tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-ispejjeż eliġibbli, iċ-ċifri użati kollha għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis fit-taxxa jew imposta oħra. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu appoġġjati b'evidenza dokumentata, li għandha tkun ċara, speċifika u kontemporanja.

2.   Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) m'għandhiex tkun eliġibbli għall-għajnuna, ħlief fejn ma tistax tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali.

3.   Meta tingħata l-għajnuna f'forma għajr għotja, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għotja gross għall-għajnuna.

4.   Għajnuna pagabbli f'diversi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. L-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata ta' imgħax li għandha tintuża għall-finijiet ta' skontar għandha tkun ir-rata tal-iskont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna.

5.   Meta l-għajnuna tingħata permezz ta' vantaġġi fiskali, l-iskontar tal-porzjonijiet tal-għajnuna għandu jsir abbażi tar-rati ta' skont applikabbli fid-diversi drabi meta jidħol fis-seħħ il-benefiċċju fiskali.

6.   Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta' self bil-quddiem li jitħallas lura li, fin-nuqqas ta' metodoloġija aċċettata biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti gross tal-għotja tagħhom, jiġi espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli u l-miżura tipprovdi li fil-każ ta' eżitu ta' suċċess tal-proġett, kif iddefinit fuq il-bażi ta' ipoteżi raġonevoli u prudenti, is-self għandu jitħallas lura b'rata tal-imgħax mill-anqas daqs ir-rata ta' skont applikabbli fi żmien l-għotja, l-intensitajiet massimi ta' għajnuna stipulati fil-Kapitolu III jistgħu jiżdiedu b'10 punti perċentwali.

Artikolu 8

Kumulazzjoni

1.   Biex jiġi stabbilit jekk il-limiti ta' notifika individwali previsti fl-Artikolu 4 u l-intensitajiet massimi ta' għajnuna u l-ammonti massimi ta' għajnuna stabbiliti fil-Kapitolu III humiex irrispettati, l-ammont totali ta' għajnuna mill-Istat għall-attività jew il-proġett jew l-impriża megħjuna għandu jiġi kkunsidrat.

2.   Meta l-finanzjament tal-Unjoni ġestit b'mod ċentrali mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-impriżi konġunti jew korpi oħra tal-Unjoni li mhuwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru huwa kkombinat ma' għajnuna mill-Istat, dan tal-aħħar biss għandu jitqies meta jiġi stabbilit jekk il-livelli limitu ta' notifika u l-intensitajiet massimi u livelli massimi ta' għajnuna humiex rispettati, sakemm l-ammont totali ta' finanzjament pubbliku mogħti fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli ma jaqbiżx ir-rati l-aktar favorevoli ta' finanzjament stabbiliti fir-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni.

3.   Għajnuna bi spejjeż eliġibbli identifikabbli, eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament, tista' tiġi kumulata ma':

(a)

kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, ladarba dawk il-miżuri jikkonċernaw spejjeż eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati,

(b)

kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli, li jikkoinċidu b'mod parzjali jew sħiħ, biss jekk tali kumulazzjoni ma tirriżultax f'ammont li jeċċedi l-ogħla intensità ta' għajnuna jew ammont ta' għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.

4.   Għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentata skont l-Artikoli 18 u 45 ta' dan ir-Regolament tista' tiġi kumulata ma' kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat bi spejjeż eliġibbli identifikabbli.

Għajnuna mingħajr spejjeż identifikabbli eliġibbli tista' tiġi kumulata ma' għajnuna oħra mill-Istat mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli, sal-għola limitu rilevanti tal-iffinanzjar totali ffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ minn dan ir-regolament jew regolament ieħor għal eżenzjoni sħiħa jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

5.   Għajnuna mill-Istat eżentata skont it-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament m'għandiex tiġi kumulata mal-pagamenti msemmija fl-Artikoli 81(2) u 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli jekk kumulu bħal dan jirriżulta f'intensità ta' għajnuna jew ammont ta' għajnuna li jeċċedi dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

6.   Għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament ma għandiex tiġi kumulata ma' ebda għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli jekk tali kumulu jirriżulta f'intensità ta' għajnuna jew ammont ta' għajnuna li jeċċedu dawk li hemm stabbiliti fil-Kapitolu III.

7.   Għajnuna għal investimenti mmirati lejn ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 14(3)(e) m'għandhiex tiġi kumulata ma' għajnuna għal kumpens ta' dannu materjali msemmi fl-Artikoli 25, 26 u 30 ta' dan ir-Regolament.

8.   Għajnuna inizjali għal gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament m'għandiex tiġi kumulata ma għajnuna għall-istabbiliment ta' gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Għajnuna tal-bidu għal bdiewa żgħażagħ u għajnuna tal-bidu għall-iżvilupp ta' azjendi żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament m'għandiex tiġi kumulata ma' għajnuna biex jiġi stabbilit negozju għal bdiewa żgħar jew l-iżvilupp ta' azjendi żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 19(1)(a)(i) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/20013 jekk kumulu bħal dan jirriżulta f'ammont ta' għajnuna li jeċċedi dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Pubblikazzjoni u informazzjoni

1.   Mhux aktar tard minn 10 ijiem ta' xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' skema ta' għajnuna eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament, jew l-għoti ta' għajnuna ad hoc eżentata skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, permezz tal-applikazzjoni ta' notifika tal-web skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, informazzjoni fil-qosor dwar għajnuna ta' dan it-tip fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Fi żmien 10 ijiem xogħol mill-wasla ta' dak is-sommarju, il-Kummissjoni għandha tibgħat avviż tal-wasla b'numru ta' identifikazzjoni tal-għajnuna.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika fuq websajt komprensiv ta' għajnuna mill-Istat fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

(a)

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fil-Paragrafu 1 jew link għaliha;

(b)

it-test sħiħ ta' kull għajnuna msemmija fil-Paragrafu 1, inklużi l-emendi tagħha, jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;

(c)

l-informazzjoni msemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament dwar kull għotja ta' għajnuna individwali li teċċedi dan li ġej:

(i)

EUR 60 000 għal benefiċjarji attivi fil-produzzjoni agrikola primarja;

(ii)

EUR 500 000 għal benefiċjarji attivi fis-setturi tal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli, il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, is-settur tal-forestrija jew attivitajiet li jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

3.   Għal skemi ta' għajnuna fil-forma ta' vantaġġi tat-taxxa, il-kundizzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati jekk l-Istati Membri jippublikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar ammonti individwali ta' għajnuna fil-firxiet ta' EUR miljuni li ġejja:

(a)

0,06–0,5 għall-produzzjoni agrikola primarja biss;

(b)

0,5-1;

(c)

1 sa 2;

(d)

2 sa 5;

(e)

5 sa 10;

(f)

10 sa 30; u

(g)

30 u iktar.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(c) hawn fuq għandha tkun organizzata u aċċessibbli b'mod standardizzat, kif deskritt fl-Anness III u għandha tippermetti li jkun hemm funzjonijiet effettivi ta' tiftix u tniżżil. L-informazzjoni msemmija fil-Paragrafu 2 għandha tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data tal-għoti tal-għajnuna jew, għal għajnuna fil-forma ta' vantaġġ fiskali, fi żmien sena mid-data meta għandha tintbagħat id-dikjarazzjoni fiskali, u għandha tkun disponibbli mill-inqas 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna.

5.   It-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna jew tal-għajnuna ad hoc imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, b'mod partikolari, referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi jikkwota t-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu III ikkonċernati minn dak l-att, jew fejn applikabbli, għal-liġi nazzjonali li tiżgura li tinżamm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun akkumpanjat mid-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu u l-emendi tiegħu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha:

(a)

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fil-punt (a) il-paragrafu 1.

(b)

il-links għall-websajts tal-għajnuna mill-Istat, tal-Istati Membri kollha, imsemmija fil-paragrafu 2.

7.   L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4 sa mhux aktar tard minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Evitar ta' pubblikazzjoni doppja

Jekk l-għotja ta' għajnuna individwali taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u hija jew kofinanzjata mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri kofinanzjati bħal dawn, l-Istat Membru jista' jagħżel li ma jippubblikahiex fuq il-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament, sakemm l-għotja ta' għajnuna individwali tkun diġà ġiet ippubblikata skont l-Artikoli 111, 112 u 113 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32). F'dak il-każ, l-Istat Membru għandu jagħmel referenza għall-websajt imsemmija fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fuq il-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

REKWIŻITI PROĊEDURALI

Artikolu 11

Irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ġenerali

Meta l-Istat Membru kkonċernat jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I sa III, il-Kummissjoni tista', wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jispjega fehemtu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta' għajnuna kollha jew xi wħud minnhom adottati fil-ġejjieni mill-Istat Membru kkonċernat li diversament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżuri li għandhom jiġu notifikati jistgħu jkunu limitati għal ċertu tipi ta' għajnuna, għal għajnuna mogħtija favur ċerti benefiċjarji jew għal għajnuna adottata minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 12

Rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni rapport annwali f'forma elettronika, kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull sena sħiħa jew kull parti tas-sena li matula japplika dan ir-Regolament.

2.   Ir-rapport annwali għandu jkun fih ukoll l-informazzjoni li tikkonċerna dan li ġej:

(a)

mard tal-annimali u pesti tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 26;

(b)

informazzjoni metereoloġika dwar it-tip, it-twaqqit, il-kobor relattiv u l-lokalizzazzjoni ta' avvenimenti klimatiċi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastru naturali kif imsemmi fl-Artikolu 25 jew diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 30.

Artikolu 13

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f'dan ir-Regolament huma ssodisfati. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew tkun ingħatat l-aħħar għajnuna skont skema ta' għajnuna. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni f'perjodu ta' 20 jum tax-xogħol jew perjodu itwal skont kif jiġi stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta' sostenn li l-Kummissjoni tqis neċessarja biex tissorvelja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

KATEGORIJI TA' GĦAJNUNA

TAQSIMA 1

Għajnuna favur l-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli

Artikolu 14

Għajnuna għal investimenti f'assi tanġibbli jew intanġibbli fuq impriżi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja

1.   Għajnuna għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli f'azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 14 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-investimenti għandhom jitwettqu minn wieħed jew aktar benefiċjarji jew ikollhom x'jaqsmu ma' assi tanġibbli jew assi intanġibbli użati minn wieħed jew aktar benefiċjarji.

3.   L-investiment għandu jsegwi notevolment l-għanijiet li ġejjin:

(a)

it-titjib tal-prestazzjoni globali u s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola, b'mod partikolari permezz ta' tnaqqis tal-ispejjeż ta' produzzjoni jew it-titjib u t-tqassim mill-ġdid ta' produzzjoni;

(b)

it-titjib tal-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet tal-iġjene jew l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, sakemm l-investiment ikkonċernat imur lil hinn mill-istandards tal-UE fis-seħħ;

(c)

il-ħolqien u t-titjib ta' infrastruttura relatata mal-iżvilupp, l-adattazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-agrikoltura, inkluż aċċess għal art tar-razzett, konsolidazzjoni u titjib tal-art, il-forniment u l-ekonomija tal-enerġija u tal-ilma;

(d)

il-kisba tal-għanijiet klimatiċi agro ambjentali, inkluż l-istatus tal-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-ispeċijiet u l-habitat kif ukoll it-titjib tal-valur tal-kumditajiet pubbliċi ta' żona tan-Natura 2000 jew sistemi oħra ta' valur naturali għoli, definiti fil-programmi nazzjonali jew reġjonali tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri, sakemm l-investimenti jkunu investimenti mhux produttivi;

(e)

ir-restawr tal-potenzjal ta' produzzjoni li jkun ġarrab ħsara minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u l-prevenzjoni tad-danni kkawżati minn dawk l-avvenimenti.

4.   L-investiment jista' jkun marbut mal-produzzjoni fil-livell tar-razzett ta' bijokarburanti jew ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, sakemm produzzjoni ta' dan it-tip ma teċċedix il-medja annwali tal-konsum ta' karburanti jew enerġija tar-razzett inkwistjoni.

Meta l-investiment isir għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni m'għandiex tkun aktar mill-ekwivalenti għall-medja tal-konsum annwali ta' karburant għat-trasport tal-azjenda agrikola u l-bijokarburant prodott m'għandux jinbiegħ fis-suq.

Meta l-investiment isir għall-produzzjoni ta' enerġija termali u elettriku minn sorsi rinnovabbli fuq azjendi agrikoli, il-faċilitajiet tal-produzzjoni għandhom jaqdu l-bżonnijiet tal-enerġija tal-benefiċjarji biss u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom m'għandiex tkun akbar mill-ekwivalenti tal-medja kkumbinata tal-konsum annwali tal-enerġija ta' enerġija termali u ta' elettriku fuq l-azjenda agrikola, inkluż l-unità domestika agrikola. Il-bejgħ ta' elettriku fil-grilja għandu jkun permess biss safejn il-limitu annwali ta' konsum proprju huwa rrispettat.

Meta l-investiment isir minn aktar benefiċjarji bl-iskop li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom stess tal-bijokarburant u tal-enerġija, il-medja tal-konsum annwali għandha tiġi akkumulata mal-ammont ekwivalenti għall-medja tal-konsum annwali tal-benefiċjarji kollha.

L-investimenti fl-infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli li jikkunsmaw jew jipproduċu l-enerġija għandhom jikkonformaw mal-istandards minimi għall-effiċjenza fl-enerġija fejn standards bħal dawn jeżistu fil-livell nazzjonali.

Investimenti f'installazzjonijiet, li l-iskop primarju tagħhom huwa l-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa, m'għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna sakemm ma jintużax perċentwal minimu ta' enerġija termali li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sollijiet għall-proporzjonijiet massimi ta' ċereali u pjanti oħra b'kontenut rikk ta' lamtu, għelejjel taz-zokkor u taż-żejt użati għall-produzzjoni tal-bijokarburant, inklużi l-bijokarburanti, għal tipi differenti ta' installazzjonijiet. Għajnuna għal proġetti ta' investiment fil-bijoenerġija għandhom jiġu limitati għal bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji tas-sostenibbiltà applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi fl-Artikolu 17(2) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE.

5.   L-investiment għandu jkun b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħarsien tal-ambjent. Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

6.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti u, bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(d)

l-akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwist ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

(e)

spejjeż għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-għanijiet msemmija fil-paragrafu 3(d);

(f)

fil-każ ta' irrigazzjoni, l-ispejjeż għall-investimenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin biss:

(i)

pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara, kif meħtieġ bl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33), għandu jkun innotifikat lill-Kummissjoni għaż-żona sħiħa fejn ikun se jsir l-investiment, kif ukoll fi kwalunkwe żona oħra li l-ambjent tagħha jista' jiġi milqut mill-investiment. Il-miżuri li jkollhom effett taħt il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara skont l-Artikolu 11 tal-istess Direttiva u li huma ta' relevanza għas-settur agrikolu għandhom ikunu ġew speċifikati fil-programm tal-miżuri rilevanti; Il-miters tal-ilma li jippermettu l-kejl tal-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat għandhom ikunu diġà installati jew għandhom jiġu installati bħala parti mill-investiment;

(ii)

l-investiment għandu jwassal għal tnaqqis fl-użu preċedenti tal-ilma ta' mill-inqas 25 %;

Madankollu, fir-rigward tal-punt (f) investimenti li jaffettwaw korpi ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ġie identifikat bħala mhux daqshekk tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni rilevanti tal-baċir tax-xmara għal raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma kif ukoll investimenti li jirriżultaw f'żieda netta taż-żona irrigata li taffettwa korp partikolari ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ m'għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna skont dan l-Artikolu.

Il-kundizzjonijiet tal-punt (f)(i) u (ii) hawn fuq m'għandhomx japplikaw għal investiment f'installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza fl-enerġija jew għal investiment fil-ħolqien ta' ġiebja jew għal investiment fl-użu ta' ilma rriċiklat li ma jaffettwax massa ta' ilma ta' taħt l-art jew ta' ilma tal-wiċċ;

(g)

fil-każ ta' investimenti mmirati għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li tkun saritlu ħsara bid-diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż imġarrba għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola sal-livell li kien qabel l-okkorrenza ta' dawk l-avvenimenti;

(h)

fil-każ ta' investimenti mmirati lejn il-prevenzjoni ta' danni kkawżati minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż ta' azzjonijiet preventivi speċifiċi.

7.   Spejjeż, għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 6(a) u (b) marbuta ma' kuntratti ta' kiri, bħal marġni tal-lokatur, spejjeż ta' finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, spejjeż ġenerali u tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma spejjeż eliġibbli.

Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.

8.   Mill- 1 ta' Jannar 2017, fil-każ tat-tisqija, l-għajnuna jistgħu jħallsuha l-Istati Membri li jistgħu jiżguraw li fir-rigward tad-distrett tal-baċin tax-xmara fejn isir l-investiment, tingħata kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma mis-settur agrikolu, f'konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE filwaqt li meta jixraq, jitqiesu l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru u l-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjuni jew reġjuni milquta.

9.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)

ix-xiri tad-drittijiet ta' produzzjoni, intitolamenti ta' pagament u pjanti annwali;

(b)

it-tħawwil ta' pjanti annwali;

(c)

xogħlijiet ta' drenaġġ;

(d)

investimenti biex ikun hemm konformità mal-istandards tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta' għajnuna mogħtija lil bdiewa żgħażagħ fi żmien 24 xahar mid-data ta' meta dawn jistabbilixxu ruħhom;

(e)

ix-xiri ta' annimali, bl-eċċezzjoni ta' għajnuna mogħtija għal investimenti skont il-paragrafu 3(e).

10.   L-għajnuna ma għandhiex tkun limitata għal prodotti agrikoli speċifiċi u għandha għalhekk tkun disponibbli jew għas-setturi kollha ta' produzzjoni primarja agrikola jew inkella għas-settur tal-produzzjoni tal-pjanti kollu jew għas-settur tal-produzzjoni tal-annimali kollu. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu ċerti prodotti minħabba raġunijiet ta' kapaċità eċċessiva fis-suq intern jew nuqqas ta' opportunitajiet ta' bejgħ fis-suq.

11.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tingħata b'kontravenzjoni ta' xi projbizzjoni jew restrizzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, anke fejn dawn il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet jirreferu biss għall-appoġġ tal-Unjoni previst f'dak ir-Regolament.

12.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal:

(a)

75 % tal-ammont tal-investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(b)

75 % tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(c)

50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta' referenza imma li l-PDG per capita tagħhom huwa 'l fuq minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-EU-27;

(d)

40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni oħrajn.

13.   Ir-rati previsti fil-paragrafu 12 jistgħu jiżdiedu b'20 punti perċentwali, sakemm l-intensità massima tal-għajnuna ma taqbiżx id-90 % għal:

(a)

bdiewa żgħażagħ, jew bdiewa li diġà stabbilixxew ruħhom matul il-ħames snin qabel id-data ta' applikazzjoni għall-għajnuna;

(b)

investimenti kollettivi, bħalma huma faċilitajiet ta' ħżin li jintużaw minn grupp ta' bdiewa jew faċilitajiet biex jiġu ppreparati l-prodotti agrikoli qabel il-kumerċjalizzazzjoni, u proġetti integrati li jkopru diversi miżuri li hemm stipulazzjoni dwarhom fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inklużi dawk marbuta ma' fużjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi;

(c)

identifikazzjoni ta' żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra

(d)

operazzjonijiet appoġġati fil-qafas tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP), bħalma huwa investiment fuq stalla ġdida, li jippermettu l-ittestjar ta' prattika ġdid ta' akkomodazzjoni tal-annimali, li ġiet żviluppata fi grupp operazzjonali kompost minn bdiewa, xjentisti, u organizzazzjoni mhux governattiva dwar it-trattament xieraq tal-annimali;

(e)

investimenti għat-titjib tal-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet ta' iġjene jew l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, kif imsemmi fil-paragrafu 3(b); f'dan il-każ ir-rata miżjuda kif prevista f'dan il-paragrafu għandha tapplika biss għall-ispejjeż addizzjonali li hemm bżonn biex jinkiseb livell li jeċċedi l-istandards tal-UE fis-seħħ u li ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni.

14.   Fir-rigward ta' investimenti mhux produttivi msemmija fil-paragrafu 3(d) uinvestimenti għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni, imsemmi fil-paragrafu 3(e), l-intesità massima tal-għajnuna m'għandhiex teċċedi 100 %.

Għal investimenti fir-rigward ta' miżuri preventivi, imsemmija fil-paragrafu 3(e), l-intensità massima tal-għajnuna m'għandhiex teċċedi t-80 %. Madankollu, tista' tiġi miżjuda sa 100 % jekk l-investiment isir b'mod kollettiv minn aktar minn benefiċjarju wieħed.

Artikolu 15

Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art

L-għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art agrikola għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I u tingħata għall-ispejjeż legali u amministrattivi u tkun limitata għalihom, inklużi spejjeż għal stħarriġ, sa mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba.

Artikolu 16

Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta' bini ta' azjenda agrikola

1.   Għajnuna għal investimenti li jirrigwardaw ir-rilokazzjoni ta' bini ta' azjenda agrikola għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Ir-rilokazzjoni tal-bini tal-azjenda agrikola għandha jkollha għan ta' interess pubbliku.

L-interess pubbliku invokat biex ikun ġustifikat l-għoti ta' għajnuna skont dan l-Artikolu għandu jkun speċifikat fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Meta r-rilokazzjoni ta' bini ta' azjenda agrikola tkun sempliċiment tikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid ta' faċilitajiet eżistenti, l-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż reali għal attivitajiet bħal dawn.

4.   Fejn, barra ż-żarmar, it-tneħħja u l-bini mill-ġdid ta' faċilitajiet eżistenti hekk kif imsemmija fil-Paragrafu 3, ir-rilokazzjoni tirriżulta f'modernizzazzjoni ta' dawn il-faċilitajiet jew f'żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, l-intensitajiet tal-għajnuna għal investimenti msemmija fl-Artikolu 14(12) u (13) għandhom japplikaw fir-rigward tal-ispejjeż relatati mal-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet jew iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni.

Għall-iskop ta' dan il-paragrafu, is-sempliċi sostituzzjoni ta' bini eżistenti jew faċilitajiet, b'bini jew faċilitajiet ġodda u moderni mingħajr ma jinbidlu b'mod fundamentali l-produzzjoni jew it-teknoloġija involuta m'għandhiex titqies li hija relatata mal-modernizzazzjoni.

5.   L-intensità massima tal-għajnuna tista' tilħaq sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli jekk ir-rilokazzjoni tikkonċerna attivitajiet qrib insedjamenti rurali, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja jew tiżdied il-prestazzjoni ambjentali tal-insedjament rurali.

Artikolu 17

Għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli

1.   Għajnuna għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli b'rabta mal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fit-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 2 sa 10 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-investiment għandu jikkonċerna l-ipproċessar tal-prodotti agrikolu jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli.

3.   Investimenti b'konnessjoni mal-produzzjoni ta' bijokarburanti magħmula mill-ikel m'għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna skont dan l-Artikolu.

4.   L-investiment għandu jkun b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħarsien tal-ambjent. Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

5.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(d)

akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;

6.   Spejjeż, għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 marbuta ma' kuntratti ta' kiri, bħal marġni tal-lokatur, spejjeż ta' finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, spejjeż ġenerali u tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma spejjeż eliġibbli.

Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.

7.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata fir-rigward ta' investimenti għal konformità mal-istandards tal-UE fis-seħħ.

8.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata b'kontravenzjoni ta' xi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, anki fejn tali projbizzjonijiet u restrizzjonijiet jirreferu biss għall-appoġġ tal-Unjoni previst f'dak ir-Regolament.

9.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a)

75 % tal-ammont tal-investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(b)

75 % tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(c)

50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu ta' 2007-2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta' referenza imma li l-PDG per capita tagħhom huwa 'l fuq minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-EU-27;

(d)

40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni oħrajn.

10.   Ir-rati msemmija fil-paragrafu 9 jistgħu jiżdiedu b'20 punt perċentwali, sakemm l-intensità massima tal-għajnuna ma taqbiżx id-90 % għal operazzjonijiet:

(a)

marbuta ma' fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi; jew

(b)

operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tal-EIP.

Artikolu 18

Għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar

1.   Għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u għajnuna inizjali għall-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha tingħata lil bdiewa żgħażagħ kif definit fl-Artikolu 2(34) ta' dan ir-Regolament jew lill-azjendi żgħar kif iddefinit mill-Istati Membri.

Id-definizzjoni ta' azjendi agrikoli żgħar mill-Istati Membri għandha tkun dik inkluża u approvata mill-Kummissjoni fil-programmi ta' żvilupp rurali rispettivi.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu limiti superjuri u inferjuri għal aċċess ta' għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar fir-rigward ta' potenzjal tal-produzzjoni tal-impriża agrikola, imkejla b'output standard, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 (34), jew ekwivalenti. Il-limitu inferjuri għal aċċess ta' għajnuna inizjali għal bdiewa li għadhom żgħar għandu jkun ogħla b'mod sinifikanti mil-limitu superjuri għal aċċess għal għajnuna għall-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar.

Għajnuna għandha tkun limitata għal intrapriżi mikro u żgħar.

3.   Fejn l-għajnuna tingħata lill-bidwi żagħżugħ li qed jistabbilixxi azjenda fil-forma ta' persuna legali, il-bidwi żagħżugħ għandu jeżerċita kontroll effettiv u fuq żmien twil fuq il-persuna legali fir-rigward ta' deċiżjonijiet relatati mat-tmexxija, il-benefiċċji u r-riskji finanzjarji. Fejn diversi persuni fiżiċi, inkluż persuni li mhumiex bdiewa żgħażagħ, għandhom sehem fil-kapital jew fit-tmexxija tal-persuna legali, il-bidwi żagħżugħ għandu jkun kapaċi li jeżerċita kontroll effettiv u fuq żmien twil bħal dan jew waħdu jew b'mod konġunt flimkien ma' persuni oħra. Fejn persuna legali hija kkontrollata b'mod uniku jew konġunt minn persuna legali oħra, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għal kull persuna fiżika li għandha l-kontroll fuq dik il-persuna legali l-oħra.

4.   L-għajnuna għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li l-implimentazzjoni tiegħu għandha tibda fi żmien disa' xhur mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna.

Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu mill-inqas jiddeskrivi dan li ġej:

(a)

fil-każ ta' għajnuna inizjali lil bdiewa żgħażagħ:

(i)

is-sitwazzjoni inizjali tal-azjenda agrikola;

(ii)

għanijiet ewlenin u miri għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola;

(iii)

id-dettalji tal-azzjonijiet meħtieġa, inklużi dawk relatati mas-sostenibbiltà ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi, meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola, bħal investimenti, taħriġ, pariri;

(b)

fil-każ ta' għajnuna inizjali għall-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar:

(i)

is-sitwazzjoni inizjali tal-azjenda agrikola;

(ii)

dettalji ta' azzjonijiet, inklużi dawk relatati ma' sostenibbiltà ambjentali u effiċjenza fir-riżorsi, li jistgħu jappoġġjaw il-kisba ta' vijabbiltà ekonomika, bħalma huma investimenti, taħriġ, kooperazzjoni.

5.   Għal bdiewa żgħażagħ il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fil-Paragrafu 4(a) ta' dan l-Artikolu għandu jistipola li l-benefiċjarju huwa meħtieġ jaqa' fi ħdan id-definizzjoni ta' bidwi attiv prevista fl-Artikolu 2(42) fi żmien 18-il xahar mid-data ta' stabbiliment. Madankollu, fejn il-benefiċjarju ma jkollux ħiliet okkupazzjonali adegwati u kompetenzi skont dik id-definizzjoni, il-benefiċjarju għandu jkun intitolat li jirċievi għajnuna, sakemm il-benefiċjarju jimpenja ruħu li jikseb dawk il-ħiliet u kompetenzi okkupazzjonali fi żmien 36 xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni biex tingħata l-għajnuna. Dak l-impenn għandu jiġi inkluż fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju.

6.   L-għajnuna għandha titħallas f'mill-inqas żewġ pagamenti jew bin-nofs fuq perjodu massimu ta' ħames snin.

Għal bdiewa żgħażagħ, l-aħħar ħlas parzjali ta' għajnuna jew il-ħlas bin-nifs tal-għajnuna għandu jkun kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fil-Paragrafu 4(a).

7.   L-ammont ta' għajnuna għal kull bidwi żagħżugħ għandu jkun ibbażat fuq is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-Istat Membru kkonċernat u għandu jkun limitat għal EUR 70 000.

L-ammont ta' għajnuna għal kull azjenda żgħira għandu jkun limitat għal EUR 15 000.

Artikolu 19

Għajnuna tal-bidu għal gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura

1.   Għajnuna inizjali għal gruppi u organizzazzjonijiet ta' produtturi għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Huma biss il-gruppi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju li għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna.

3.   L-għajnuna għandha tingħata soġġetta għall-obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li jivverifika li l-għanijiet tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fil-Paragrafu 2 intlaħqu fi żmien il-perjodu ta' ħames snin mid-data ta' rikonoxximent tal-grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi.

4.   Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma konklużi fil-qafas tal-grupp jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 210 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

5.   Ma għandhiex tingħata għajnuna lil:

(a)

organizzazzjonijiet tal-produzzjoni, entitajiet jew korpi bħalma huma kumpaniji jew kooperattivi, li l-għan tagħhom huwa l-ġestjoni ta' azjenda agrikola waħda jew aktar u li huma għalhekk effettivament produtturi uniċi;

(b)

assoċjazzjonijiet agrikoli oħra, li jwettqu kompiti, bħalma huma appoġġ reċiproku u għajnuna lir-razzett u servizzi ta' ġestjoni tar-razzett, fl-azjendi tal-membri mingħajr ma jkunu involuti fl-adattazzjoni konġunta tal-provvista lis-suq;

(c)

gruppi ta' produtturi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li l-għanijiet tagħhom m'humiex kompatibbli mal-Artikoli 152(1)(c) u (3) u l-Artikolu 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

6.   l-ispejjeż tal-kera ta' bini adattat, l-akkwist ta' tagħmir tal-uffiċċju, inklużi l-hardware u s-software tal-kompjuter, l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal, spejjeż ġenerali u tariffi legali u amministrattivi.

Fejn jinxtara bini, l-ispejjeż eliġibbli għal bini għandhom ikunu limitati għal spejjeż ta' kera b'rati tas-suq.

7.   L-għajnuna għandha titħallas bħala għajnuna b'rata fissa f'pagamenti annwali għall-ewwel ħames snin mid-data li fiha l-grupp ta' produtturi jkun ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fil-Paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom iħallsu biss l-aħħar parti wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta ta' dak il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju.

L-għajnuna għandha tkun digressiva:

8.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

9.   L-ammont ta' għajnuna għandu jkun limitat għal EUR 500 000.

Artikolu 20

Għajnuna għall-parteċipazzjoni ta' produtturi ta' prodotti agrikoli fl-iskemi ta' kwalità

1.   Il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin lil produtturi ta' prodotti agrikoli għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu:

(a)

għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta' kwalità fejn din tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I;

(b)

għajnuna għall-ispejjeż għal miżuri obbligatorji ta' kontroll b'relazzjoni mal-iskemi ta' kwalità imwettqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali minn jew f'isem l-awtorità kompetenti, meta din tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Paragrafi 2, 4, 6, 7 u 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I;

(c)

għajnuna għal spejjeż ta' attivitajiet ta' riċerka dwar is-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodott u għat-tħejjija ta' applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' skemi ta' kwalità fejn din tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 6, 7 u 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna msemmija fil-Paragrafu 1 għandha tingħata fir-rigward tal-iskemi ta' kwalità li ġejjin:

(a)

skemi ta' kwalità stabbiliti skont ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Il-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 meta jkun ikkonċernat l-inbid;

(ii)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012;

(iii)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (35);

(iv)

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36);

(v)

Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(b)

skemi tal-kwalità, inklużi skemi ta' ċertifikazzjoni ta' azjendi agrikoli, għal prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(i)

l-ispeċifiċità tal-prodott finali prodott skont skemi ta' kwalità bħal dawn għandha tinħoloq minn obbligi ċari li jiggarantixxu:

karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti, jew

metodi speċifiċi ta' biedja jew ta' produzzjoni, jew

il-kwalità tal-prodott finali li teċċedi b'mod sinifikanti l-istandards tal-komoditajiet kummerċjali fir-rigward tas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew il-protezzjoni ambjentali;

(ii)

l-iskema ta' kwalità għandha tkun miftuħa għall-produtturi kollha;

(iii)

l-iskema tal-kwalità għandha tinkludi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott finali u l-konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi verifikata mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn korp indipendenti ta' spezzjoni;

(iv)

l-iskema ta' kwalità għandha tkun trasparenti u tiggarantixxi traċċabbiltà kompluta ta' prodotti agrikoli.

(c)

skemi ta' ċertifikazzjoni volontarja ta' prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta' skemi ta' ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (38).

3.   L-għajnuna msemmija fil-Paragrafu 1(a) għandha tingħata lil produtturi ta' prodotti agrikoli fil-forma ta' ħlas ta' inċentiv annwali, li l-livell tiegħu għandu jiġi ddeterminat skont il-livell tal-ispejjeż fissi li jinħolqu minn parteċipazzjoni fl-iskemi tal-kwalità.

4.   L-għajnuna msemmija fil-Paragrafu 1(a) u (b) ma għandhiex tingħata għal spiża ta' kontrolli mwettqa mill-benefiċjarju nnifsu, jew fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi li l-ispiża għall-kontrolli għandha tiġġarrab mill-produtturi tal-prodotti agrikolu u l-gruppi tagħhom, mingħajr ma jiġi speċifikat il-livell reali tal-imposti.

5.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(a), għandha tingħata għal perjodu massimu ta' ħames snin u għandha tkun limitata għal EUR 3 000 għal kull benefiċjarju għal kull sena.

6.   L-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv.

7.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) m'għandhiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji.

L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) għandha titħallas lill-organiżmu responsabbli għal miżuri ta' kontroll, il-fornitur tar-riċerka jew il-fornitur tal-konsulutazzjoni.

8.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) għandha tiġi limitata għal 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba.

Artikolu 21

Għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni

1.   Għajnuna għat-trasferiment ta' għarfien u ta' azzjonijiet ta' informazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha tkopri taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet ta' kisba ta' ħiliet, inklużi korsijiet ta' taħriġ, workshops u kkowċjar, attivitajiet ta' dimostrazzjoni u azzjonijiet ta' informazzjoni.

Għajnuna tista' tkopri wkoll l-iskambju ta' ġestjoni tal-farms fuq perjodu ta' żmien qasir u żjarat fl-azjendi.

Għajnuna għal attivitajiet ta' dimostrazzjoni tista' tkopri spejjeż ta' investiment rilevanti.

3.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż ta' organizzazzjoni ta' taħriġ vokazzjonali, azzjonijiet ta' kisba ta' ħiliet, workshops u kkowċjar, attivitajiet ta' wiri u azzjonijiet ta' informazzjoni.

(b)

spejjeż għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u għal kuljum tal-parteċipanti;

(c)

l-ispiża tal-provvista ta' servizzi ta' sostituzzjoni matul l-assenza tal-bidwi;

(d)

fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni b'relazzjoni ma investimenti:

(i)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(ii)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(iii)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; studji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(iv)

l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

4.   L-ispejjeż imsemmija fil-Paragrafu 3(d) għandhom ikunu eliġibbli biss safejn jintużaw għal proġett ta' dimostrazzjoni u għat-tul ta' żmien tal-proġett ta' dimostrazzjoni.

Huma biss l-ispejjeż tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett ta' dimostrazzjoni, kif ikkalkolati abbażi ta' prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli.

5.   Għajnuna msemmija fil-paragrafu 3(a) u (c) m'għandhiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji.

L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3(a) u (c) għandha titħallas lill-fornitur tat-trasferiment tal-għarfien u tal-azzjonijiet ta' informazzjoni.

6.   Korpi li jipprovdu trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta' kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dawn il-kompiti.

Il-provvista ta' attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tista' titwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

7.   L-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv.

Fejn il-provvista tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 titwettaq mill-gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet, is-sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet bħal dawn ma għandiex tkun kundizzjoni għal aċċess għal dawk l-attivitajiet.

Kwalunkwe kontribuzzjoni ta' dawk li mhumiex membri lejn l-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati għandha tkun limitata għall-ispejjeż tal-provvista tal-attivitajiet imsemmija fil-Paragrafu 2.

8.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(d), l-ammont massimu ta' għajnuna għandu jiġi limitat għal EUR 100 000 fuq 3 snin fiskali.

Artikolu 22

Għajnuna għal servizzi ta' konsulenza

1.   Għajnuna għal servizzi konsultattivi għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha tkun imfassla biex tgħin lill-intrapriżi attivi fis-settur agrikolu u lill-bdiewa żgħażagħ jibbenefikaw mill-użu tas-servizzi konsultattivi għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll il-kundizzjonijiet favorevoli klimatiċi u r-reżiljenza tal-azjenda jew l-investiment tagħhom.

3.   Il-parir għandu jkun marbut ma' mill-anqas prijorità waħda tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u għandu jkopri mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

obligazzjonijiet li ġejjin mir-rekwiżiti jew standards statutorji tal-ġestjoni għall-kundizzjonjiet agrikoli u ambjentali tajba previsti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(b)

fejn applikabbli, il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-manutenzjoni taż-żona agrikola msemmija fl-Artikolu 4(1)(c) ta' dak ir-Regolament;

(c)

miżuri li jimmiraw lejn il-modernizzazzjoni, il-bini tal-kompetittività, integrazzjoni settorjali, innovazzjoni, orjentazzjoni tas-suq kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija;

(d)

rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(e)

rekwiżiti kif inhuma definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), u b'mod partikolari l-konformità mal-prinċipji ġenerali ta' ġestjoni integrata tal-pesti kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40);

(f)

fejn rilevanti, standards tas-sigurtà okkupazzjonali jew standards tas-sigurtà marbuta mar-razzett;

(g)

parir speċifiku għal bdiewa li qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba, inkluż parir dwar sostenibbiltà ekonomika u ambjentali.

4.   Il-parir jista' jkopri wkoll kwistjonijiet, għajr dawk imsemmija fil-Paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, relatati mal-mitigazzjoni u l-adattazzjoni għat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilma kif prevvist fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew kwistjonijiet marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda agrikola inklużi aspetti tal-kompetittività. Dan jista' jinkludi parir għall-iżvilupp ta' ktajjen tal-provvista qosra, biedja organika u aspetti tas-saħħa tal-kura tal-annimali.

5.   L-għajnuna ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji. L-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tas-servizzi konsultattivi.

6.   Il-korpi magħżula biex jipprovdu s-servizz ta' konsulenza għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa fil-forma ta' persunal imħarreġ b'mod regolari u kkwalifikat u esperjenza fil-konsulenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li huma joffru l-konsulenza dwarhom.

L-għoti tas-servizzi konsultattivi jista' jitwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, ikun xi jkun id-daqs tagħhom.

Meta jagħti l-pariri, il-fornitur tas-servizz konsultattiv għandu jirrispetta l-obbligi ta' nuqqas ta' divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

7.   L-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv.

Fejn il-provvista tas-servizzi konsultattivi titwettaq mill-gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet, is-sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet bħal dawn ma għandiex tkun kundizzjoni għal aċċess għas-servizz.

Kwalunkwe kontribuzzjoni ta' dawk li mhumiex membri lejn l-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew organizzazzjoni kkonċernati għandha tkun limitata għall-ispejjeż tal-provvista tas-servizz ta' konsulenza.

8.   L-ammont ta' għajnuna għandu jkun limitat għal EUR 1 500 għal kull parir.

Artikolu 23

Għajnuna għal servizzi ta' sostituzzjoni fuq l-azjendi agrikoli

1.   Għajnuna għal sostituzzjoni tal-farms għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż reali mġarrba għas-sostituzzjoni ta' bidwi, ta' persuna fiżika li hija membru ta' familja li tgħix fuq azjenda agrikola, jew ħaddiem fuq l-azjenda, matul in-nuqqas tagħhom mix-xogħol minħabba mard, inkluż mard ta' uliedhom, vaganzi, liv tal-maternità u tal-ġenituri jew f'każ ta' mewt.

3.   It-tul ta' żmien totali tas-sostituzzjoni għandu jkun limitat għal 3 xhur kull sena għal kull benefiċjarju, bl-eċċezzjoni ta' sostituzzjoni għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri li għandu jkun limitat għal 6 xhur f'kull każ.

4.   L-għajnuna ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji.

L-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tas-servizzi ta' sostituzzjoni fuq l-azjendi.

L-għoti tas-servizz ta' sostituzzjoni fuq l-azjenda jista' jitwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, ikun xi jkun id-daqs tagħhom. F'każijiet bħal dawn, is-sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet ta' dan it-tip m'għandiex tkun kundizzjoni għall-aċċess għas-servizz.

5.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba.

Artikolu 24

Għajnuna għal miżuri ta' promozzjoni favur prodotti agrikoli

1.   Għajnuna għall-miżuri ta' promozzjoni favur il-prodotti agrikoli għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż għal:

(a)

l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, f'fieri kummerċjali jew f'esibizzjonijiet;

(b)

pubblikazzjonijiet immirati għas-sensibilizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fost il-pubbliku ġenerali.

3.   Il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(b) ma għandhomx jirreferu għal ebda impriża, isem tad-ditta jew oriġini partikolari.

Madankollu din ir-restrizzjoni m'għandhiex tapplika għal referenza għall-oriġini ta' prodotti agrikoli koperti minn:

(a)

skemi tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 20(2)(a), sakemm din ir-referenza tikkorrispondi eżattament għal dik protetta mill-Unjoni;

(b)

skemi tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 20(2)(b) u (c), sakemm din ir-referenza hija sekondarja fil-messaġġ.

4.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin għall-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, fieri kummerċjali jew esibizzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2(a):

(a)

miżati tal-parteċipazzjoni;

(b)

spejjeż tal-ivjaġġar u spejjeż għat-trasport tal-annimali;

(c)

spejjeż ta' pubblikazzjonijiet u websajts li jħabbru l-avveniment;

(d)

il-kera ta' bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-ispejjeż għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom;

(e)

premijiet simboliċi sa valur ta' EUR 1000 għal kull premju u għal kull rebbieħ ta' kompetizzjoni;

5.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispiża eliġibbli li ġejja għal pubblikazzjonijiet immirati għas-sensibilizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fost il-pubbliku inġenerali msemmija fil-paragrafu 2(b):

(a)

spejjeż ta' pubblikazzjonijiet fl-istampa u midja elettronika, siti tal-Internet, u xandiriet fuq il-midja elettronika, fuq ir-radju jew it-televiżjoni, immirati li jippreżentaw tagħrif fattwali dwar benefiċjarji minn reġjun partikolari jew li jipproduċu prodott agrikolu partikolari, sakemm l-informazzjoni hija newtrali u l-benefiċjarji kollha kkonċernati jkollhom l-istess opportunità biex jiġu rappreżentati fil-pubblikazzjoni;

(b)

spejjeż għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali dwar:

(i)

skemi tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 20(2)miftuħa għal prodotti agrikoli minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi;

(ii)

prodotti agrikoli ġeneriċi u l-benefiċċji nutrizzjonali tagħhom u l-użi ssuġġeriti għalihom.

6.   L-għajnuna għandha tingħata:

(a)

in natura; jew

(b)

abbażi tar-rimborż tal-ispejjeż reali mġarrba mill-benefiċjarju.

Fejn l-għajnuna tingħata in natura l-għajnuna għandha tingħata lill-fornitur tal-miżuri ta' promozzjoni.

Il-provvista ta' miżuri ta' promozzjonali tista' titwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, ikun xi jkun id-daqs tagħhom.

L-għajnuna għal premji simboliċi msemmija fil-paragrafu 4(e) għandha titħallas biss lill-fornitur ta' miżura promozzjonali jekk il-premju ġie attwalment mogħti u mal-preżentazzjoni ta' prova tal-għotja.

7.   L-għajnuna għal miżuri ta' promozzjoni għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet iddefiniti b'mod oġġettiv.

Fejn il-miżura ta' promozzjoni titwettaq minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet, il-parteċipazzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għal sħubija ta' dawn il-gruppi jew organizzazzjonijiet u kwalunkwe kontribuzzjoni fir-rigward tat-tariffi amministrattivi għall-grupp jew organizzazzjoni għandha tkun limitata għall-ispiża tal-provvista ta' miżuri ta' promozzjoni.

8.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 25

Għajnuna ta' kumpens għat-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali

1.   Għajnuna li tikkumpensa lill-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja għal dannu kkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment it-tip ta' avveniment bħala avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali; u

(b)

li hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-danni sofferti mill-impriża.

3.   L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp ta' produtturi jew organizzazzjoni li l-impriża hija membru tagħha.

Jekk l-għajnuna titħallas lil grupp ta' produtturi jew lil organizzazzjoni, l-ammont ta' għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta' għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.

4.   L-iskemi tal-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin wara d-data tal-okkorrenza tal-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali.

L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba' snin minn dik id-data.

5.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu d-danni mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif stmati mill-awtorità pubblika indipendentement mill-awtorità awtorizzanti, espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni.

Dawn id-danni jistgħu jinkludu li ġej:

(a)

it-telf ta' dħul mill-qerda totali jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u l-mezzi ta' produzzjoni hekk kif imsemmi fil-Paragrafu 6;

(b)

id-dannu materjali kif imsemmi fil-Paragrafu 7.

6.   It-telf ta' dħul għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

(a)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tal-avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali, jew kull sena sussegwenti milquta mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, skont il-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena;

mir-

(b)

riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta' prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta' tliet snin qabel ma jkun seħħ l-avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali, jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu tal-ħames snin qabel ma jkun seħħ l-avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali, eskluża l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa bil-prezz medju tal-bejgħ miksub.

It-tnaqqis jista' jiġi kkalkolat jew fil-livell tal-produzzjoni annwali tal-azjenda jew fil-livell tal-uċuħ tar-raba' jew tal-bhejjem.

Dak l-ammont jista' jiżdied bi spejjeż oħra mġarrba mill-benefiċjarju minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali.

Dak l-ammont għandu jitnaqqas bi kwalunkwe spiża mhux imġarrba minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali.

Jistgħu jintużaw indiċijiet sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju sakemm il-metodu ta' kalkolu użat jippermetti d-determinazzjoni ta' telf reali tal-benefiċjarju f'sena partikolari.

7.   Id-dannu materjali mġarrab minn assi bħalma huma bini tal-azjenda, tagħmir u makkinarju, stokkijiet u mezzi ta' produzzjoni kkawżat mill-avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-ispejjeż tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali.

M'għandux jeċċedi l-ispiża tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ekwu kkawżat mid-diżastru, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara l-avveniment avvers klimatiku li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali.

Meta t-tnaqqis tad-dħul tal-benefiċjarju msemmi fil-Paragrafu 6 jiġi kkalkolat abbażi tal-livell tal-uċuħ tar-raba' jew tal-bhejjem, id-dannu materjali biss li huwa relatat ma' dak il-wiċċ tar-raba' jew ma' dawk il-bhejjem għandu jitqies.

8.   Il-kalkolu ta' telf imġarrab minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali għandu jsir fil-livell tal-benefiċjarju individwali.

9.   Għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu għandha titnaqqas b'50 % sakemm ma tingħatax lill-benefiċjarji li għandhom assigurazzjoni li tkopri mill-anqas 50 % tal-produzzjoni annwali medja tagħhom jew tad-dħul relatat mal-produzzjoni tagħhom u l-aktar riskji klimatiċi statistikament spissi fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat li għalihom hemm kopertura tal-assigurazzjoni.

10.   L-għajnuna u kwalunkwe pagamenti oħra mħallsa biex jikkumpensaw għat-telf, inklużi pagamenti taħt miżuri oħra nazzjonali jew tal-Unjoni jew poloz tal-assigurazzjoni għad-danni li qed jirċievu l-għajnuna, għandhom ikunu limitati għal 80 % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-intensità tal-għajnuna tista' tiġi miżjuda għal 90 % f'żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali.

Artikolu 26

Għajnuna għall-ispejjeż tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u għajnuna biex tikkumpensa għal telf ikkawżat minn mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti

1.   Għajnuna lill-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja għall-ispejjeż tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali jew tal-pesti tal-pjanti u għajnuna bħala kumpens għal dawn l-impriżi għal telf ikkawżat minn dak il-mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 13 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha titħallas biss:

(a)

b'relazzjoni ma' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti li għalihom jeżistu regoli tal-Unjoni jew nazzjonali, kemm jekk stabbiliti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva; u

(b)

bħala parti minn:

(i)

programm pubbliku f'livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni, il-kontroll jew il-qerda tal-marda tal-annimali jew pesta tal-pjanti, ikkonċernati, jew jew

(ii)

miżuri ta' emerġenza imposti mill-awtorità kompetenti; jew

(iii)

miżuri biex tinqered jew tiġi kkontrollata l-pesta tal-pjanti implimentati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE.

Il-programm u l-miżuri msemmija fil-punt (b) għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-prevenzjoni, il-kontroll jew il-qerda tal-miżuri konċernati.

3.   L-għajnuna ma għandhiex tkun relatata ma' miżuri li fir-rigward tagħhom il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula li l-ispejjeż ta' miżuri bħal dawn għandhom jitħallsu mill-benefiċjarju, sakemm l-ispiża ta' miżuri bħal dawn ma tiġix paċuta kompletament minn imposti obbligatorji fuq il-benefiċjarji.

4.   Fir-rigward ta' mard tal-annimali, l-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta' mard tal-annimali msemmi fil-lista ta' mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali jew għall-mard tal-annimali u żoonożi elenkati fl-fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41).

5.   L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp tal-produtturi jew lil organizzazzjoni li l-impriża hija membru tagħhom.

Jekk l-għajnuna titħallas lil grupp ta' produtturi jew lil organizzazzjoni, l-ammont ta' għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta' għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.

6.   Skemi ta' għajnuna għandhom jiġu introdotti fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-ispiża jew telf ikkawżat mill-marda tal-annimali jew mill-pesta tal-pjanti.

Għajnuna għandha titħallas fi żmien erba' snin minn dik id-data.

7.   Fil-każ ta' miżuri ta' prevenzjoni, l-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

verifiki tas-saħħa;

(b)

analiżijiet, inklużi dijanjostiċi in-vitro;

(c)

testijiet u miżuri oħra ta' skrinjar, inklużi testijiet tat-TSE u tal-BSE;

(d)

ix-xiri, il-ħażna, l-amministrazzjoni u t-tqassim ta' tilqim, mediċini, sustanzi għat-trattamenti ta' annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

(e)

it-tbiċċir jew il-qtil preventiv ta' annimali jew il-qerda ta' prodotti ta' annimali u pjanti u t-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u tat-tagħmir.

8.   Fil-każ ta' miżuri ta' kontroll u qerda, l-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

testijiet u miżuri oħra ta' skrinjar fil-każ ta' mard ta' annimali, inklużi testijiet tat-TSE u tal-BSE;

(b)

ix-xiri, il-ħażna, l-amministrazzjoni u t-tqassim ta' tilqim, mediċini, sustanzi għat-trattamenti ta' annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

(c)

it-tbiċċir jew il-qtil u l-qerda ta' annimali u l-qerda ta' prodotti marbuta magħhom jew il-qerda ta' pjanti, inklużi dawk li jmutu jew jiġu meqruda permezz ta' vaċċinazzjonijiet jew miżuri oħra maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u t-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u t-tagħmir.

9.   Fil-każ ta' għajnuna bħala kumpens għal telf ikkawżat minn mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti l-kumpens għandu jiġi kkalkolat biss fir-rigward ta':

(a)

il-valur tas-suq tal-annimali maqtula jew imbiċċra jew li jkunu mietu jew il-prodotti marbuta magħhom jew il-pjanti meqruda:

(i)

bħala riżultat tal-marda tal-annimal jew il-pesta tal-pjanti;

(ii)

bħala parti minn programm pubbliku jew miżura kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

Dak il-valur tas-suq għandu jiġi stabbilit abbażi tal-valur tal-annimali, tal-prodotti u tal-pjanti immedjatament qabel ma jkun hemm suspett jew konferma ta' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti.

(b)

it-telf ta' dħul minħabba obbligi ta' kwarantina, diffikultajiet fl-istokkjar mill-ġdid jew it-tħawwil mill-ġdid u rotazzjoni tal-uċuħ obbligatorja imposti bħala parti minn xi programm pubbliku jew xi miżura msemmija fil-Paragrafu 2(b).

L-ammont għandu jitnaqqas bi kwalunkwe spiża mhux imġarrba direttament minħabba l-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti u li kieku xorta kienu jiġġarbu mill-benefiċjarju.

10.   L-għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat mill-mard tal-annimali jew mill-pesti tal-pjanti għandha tkun limitata għall-ispejjeż u d-danni kkawżati mill-mard tal-annimali u mill-pesti tal-pjanti li għalihom l-awtorità kompetenti:

(a)

b'mod formali tkun irrikonoxxiet tifqigħa, fil-każ ta' marda tal-annimali, jew jew

(b)

b'mod formali tkun irrikonoxxiet il-preżenza tagħhom, fil-każ ta' pesti tal-pjanti.

11.   Għajnuna relatata mal-ispejjeż eliġibbli msemmija fil-paragrafu 7 u 8 għandha tingħata in natura u għandha titħallas lill-fornitur tal-miżuri ta' prevenzjoni u qerda.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għajnuna relatata mal-ispejjeż eliġibbli msemmija fil-paragrafi li ġejjin tista' tingħata direttament lill-benefiċjarju abbażi tar-radd lura tal-ispejjeż reali mġarrba mill-benefiċjarju:

(a)

il-paragrafi 7(d) u 8(b) fil-każ ta' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti; u

(b)

il-Paragrafi 7(e) u 8(c) fil-każ tal-pesti tal-pjanti u għat-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u t-tagħmir.

12.   L-ebda għajnuna individwali ma għandha tingħata fejn jiġi stabbilit li l-marda tal-annimali jew il-pesta tal-pjanti kienu kkawżati deliberatament jew minħabba n-negliġenza tal-benefiċjarju.

13.   L-għajnuna u kwalunkwe pagamenti oħrajn imħallsa lill--benefiċjarju, inklużi pagamenti skont miżuri oħra nazzjonali jew tal-Unjoni jew mill-poloz tal-assigurazzjoni għall-istess spejjeż eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafi 7, 8 u 9 għandhom ikunu limitati għal-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 27

Għajnuniet lis-settur tal-bhejjem u għajnuna għal bhejjem mejta

1.   L-għajnuna li ġejja għal SMEs attivi fis-settur tat-trobbija tal-annimali tar-razzett għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 3 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I:

(a)

għajnuna bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ħolqien u ż-żamma tal-kotba tal-merħla;

(b)

għajnuna b'rata sa 70 % tal-ispejjeż għal testijiet imwettqa minn jew f'isem partijiet terzi, biex jiġu stabbiliti l-kwalità ġenetika jew ir-riżultati tal-annimali mrobbija, bl-eċċezzjoni ta kontrolli mwettqa minn sid l-annimali mrobbija u kontrolli ta' rutina tal-kwalità tal-ħalib;

(c)

għajnuna b'rata li tasal sa 100 % tal-ispejjeż għat-tneħħija tal-bhejjem mejta u 75 % tal-ispejjeż tal-qerda ta' dawn il-bhejjem mejta, jew għajnuna ekwivalenti għall-intensità tal-għajnuna għall-ispejjeż tal-primjums imħallsa mill-bdiewa għall-assigurazzjoni li tkopri l-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejta;

(d)

għajnuna b'rata li tasal sa 100 % għall-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejta meta l-għajnuna hija ffinanzjata permezz ta' tariffi jew permezz ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji maħsuba għall-finanzjament tal-qerda ta' dawn il-bhejjem mejta, sakemm dawn it-tariffi jew kontribuzzjonijiet ikunu limitati għas-settur tal-laħam u imposti direttament fuqu;

(e)

għajnuna bir-rata ta' 100 % għall-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta fejn hemm obbligu ta' twettiq ta' testijiet għat-TSE fuq il-bhejjem mejta kkonċernati jew fil-każ ta' tfaqqigħa ta' marda tal-annimali msemmija fl-Artikolu 26(4).

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(c), (d) u (e) għandha tkun kundizzjonali fuq l-eżistenza ta' programm konsistenti ta' monitoraġġ li jiżgura r-rimi sikur tal-bhejjem mejta kollha fl-Istat Membru.

L-għajnuna għall-ispejjeż tal-primjums imħallsa mill-bdiewa għal assigurazzjoni li tkopri l-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta msemmija fil-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28(2).

3.   L-għajnuna għandha tingħata in natura u m'għandiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(c), (d) u (e) l-għajnuna għandha titħallas lil operaturi jew korpi ekonomiċi li:

(a)

huma attivi downstream mill-impriżi attivi fis-settur tal-bhejjem, u u

(b)

jipprovdu servizzi marbuta mat-tneħħija u l-qerda tal-karkassi ta' bhejjem mejta.

Artikolu 28

Għajnuna għall-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni

1.   Għajnuna mogħtija lill-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja għall-ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu fejn tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna ma tistax:

(a)

tikkostitwixxi ostaklu għat-tħaddim tas-suq intern għas-servizzi tal-assigurazzjoni;

(b)

tkun limitata għall-assigurazzjoni pprovvduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni unika jew grupp ta' kumpaniji;

(c)

tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jsir ma' kumpanija stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-assigurazzjoni għandha tkun maħsuba biex tkopri telf ikkawżat minn:

(a)

diżastri naturali;

(b)

avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastri naturali u avvenimenti klimatiċi avversi oħrajn;

(c)

mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti.

(d)

annimali protetti.

4.   L-assigurazzjoni għandha:

(a)

tikkumpensa biss l-ispiża tal-għemil tajjeb għat-telf imsemmi fil-Paragarafu 3;

(b)

ma tridx tkun teħtieġ jew tispeċifika t-tip jew kwantità ta' produzzjoni agrikola futura.

5.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjum tal-assigurazzjoni li huwa eliġibbli għal għajnuna billi japplikaw limiti massimi xierqa.

6.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 65 % tal-ispejjeż tal-primjum tal-assigurazzjoni.

TAQSIMA 2

Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjendi agrikoli

Artikolu 29

Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq azjendi agrikoli

1.   Għajnuna għal investimenti mmirati lejn il-konservazzjoni ta' patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjenda agrikola għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta din tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-investiment għandu jkun f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-għajnuna għandha tingħata għal patrimonju kulturali u naturali fil-forma ta' pajżaġġi naturali u bini li huwa formalment rikonoxxut bħala patrimonju kulturali jew naturali mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin intenzjonati għall-konservazzjoni ta' patrimonju kulturali u naturali:

(a)

spejjeż ta' investiment f'assi tanġibbli;

(b)

xogħlijiet kapitali.

5.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

6.   Għajnuna għal xogħlijiet kapitali għandha tkun limitata għal EUR 10 000 kull sena.

TAQSIMA 3

Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura

Artikolu 30

Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura

1.   Skemi ta' għajnuna li jagħmlu tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(2)(b) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment it-tip ta' avveniment bħala diżastru naturali; u

(b)

li hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-danni sofferti mill-impriża.

3.   L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp tal-produtturi jew lil organizzazzjoni li l-impriża hija membru tagħhom.

Jekk l-għajnuna titħallas lil grupp ta' produtturi jew lil organizzazzjoni, l-ammont ta' għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta' għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.

4.   Skemi ta' għajnuna relatati ma' diżastru naturali għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tad-diżastru naturali.

L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba' snin minn dik id-data.

5.   L-ispiża eliġibbli għandha tkun id-dannu mġarrab bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif stmat jew minn awtorità pubblika, jew minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni.

Dawn id-danni jistgħu jinkludu li ġej:

(a)

danni materjali lill-assi, bħalma huma l-bini, t-tagħmir, il-makkinarju, l-istokk u l-mezzi tal-produzzjoni;

(b)

telf fid-dħul li jirriżulta mill-qerda totali jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u l-mezzi tal-produzzjoni agrikola.

Id-danni għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-benefiċjarju individwali.

6.   Il-kalkolu tad-dannu materjali għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel id-diżastru. M'għandiex teċċedi l-ispiża tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ekwu kkawżat mid-diżastru, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-proprjetà immedjatament qabel u immedjatament wara d-diżastru.

7.   It-telf ta' dħul għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

(a)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tad-diżastru naturali, jew kull sena sussegwenti milquta mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, skont il-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena;

mir-

(b)

riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta' prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta' tliet snin preċedenti jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu tal-ħames snin preċedenti, eskluża l-ogħla u l-anqas entrata bil-prezz medju tal-bejgħ miksub;

Dak l-ammont jista' jiżdied bi spejjeż oħra mġarrba mill-benefiċjarju minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali.

Dak l-ammont għandu jitnaqqas bi kwalunkwe spejjeż li ma ġġarbux minħabba d-diżastru naturali.

Jistgħu jintużaw indiċijiet biex tiġi kkalkulata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju sakemm il-metodu ta' kalkolu użat jippermetti d-determinazzjoni ta' telf attwali tal-benefiċjarju f'sena partikolari.

8.   L-għajnuna u kwalunkwe pagamenti oħra mħallsa għall-kumpens tad-danni, inklużi pagamenti taħt poloz tal-assigurazzjoni għandhom jiġu limitati għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

TAQSIMA 4

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura

Artikolu 31

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura

1.   Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija għandha tkun kumpatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta din tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Il-proġett megħjun għandu jkun ta' interess għall-impriżi kollha attivi fis-settur partikolari tal-agrikoltura jew tal-forestrija jew fis-subsettur ikkonċernat.

3.   Qabel id-data tal-bidu tal-proġett megħjun l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fuq l-Internet:

(a)

li l-proġett megħjun se jsir;

(b)

l-għanijiet tal-proġett megħjun;

(c)

data approssimattiva għall-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun;

(d)

il-post tal-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun fuq l-Internet;

(e)

referenza li r-riżultati tal-proġett megħjun huma disponibbli għall-impriżi kollha attivi fis-setturi partikolari tal-agrikoltura u tal-forestrija jew is-subsettur ikkonċernat mingħajr ebda ħlas.

4.   Ir-riżultat tal-proġett mgħejun għandu jkun disponibbli fuq l-Internet mid-data tat-tmiem tal-proġett mgħejun jew mid-data, li fiha tingħata kwalunkwe informazzjoni dwar dawk ir-riżultati, lill-membri ta' xi organizzazzjoni partikolari, liema data tiġi l-ewwel. Ir-riżultati għandhom jibqgħu disponibbli fuq l-Internet, għal perjodu ta' mill-inqas 5 snin li jibda mid-data tat-tmiem il-proġett megħjun;

5.   Għandha tingħata għajnuna direttament lill-organizzazzjoni tar-riċerka u tad-disseminazzjoni tal-għarfien.

L-għajnuna m'għandiex tinvolvi pagamenti lil impriżi attivi fis-settur agrikolu abbażi tal-prezz ta' prodotti agrikoli.

6.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

spejjeż tal-persunal relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u persunal ieħor ta' sostenn safejn dawn huma impjegati fuq il-proġett;

(b)

spejjeż tal-istrumenti u t-tagħmir safejn huma użati għall-proġett u għall-perjodu użati għall-proġett. Jekk dawn l-istrumenti u t-tagħmir ma jintużawx tul ħajjiethom kollha fil-proġett, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż ta' deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif kalkolati abbażi ta' prassi tajba tal-kontabbiltà;

(c)

spejjeż tal-bini u tal-art safejn huma użati għall-proġett u għall-perjodu użati għall-proġett. Fir-rigward ta' bini, huma biss l-ispejjeż tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta' prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli. Għall-artijiet, huma eliġibbli l-ispejjeż tat-trasferiment kummerċjali jew l-ispejjeż tal-kapital realment imġarrba.

(d)

l-ispejjeż tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b'kundizzjonijiet b'kondizzjonijiet normali tas-suq, kif ukoll l-ispejjeż tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett;

(e)

spejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż amministrattivi oħra, inklużi spejjeż ta' materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrba direttament b'riżultat tal-proġett.

7.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

TAQSIMA 5

Għajnuna favur il-forestrija

Artikolu 32

Għajnuna għal tisġir u l-ħolqien ta' msaġar

1.   Għajnuna għal tisġir u l-ħolqien ta' msaġar mogħtija lil detenturi ta' art pubblika u privata u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 16 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   Fil-każ ta' tisġir ta' art li hija proprjetà tal-Istat, l-għajnuna għandha tingħata biss jekk il-korp li jkun qed jamministra din it-tip ta' art huwa korp privat jew muniċipalità.

5.   Limitazzjonijiet fuq is-sjieda tal-foresti, imsemmija fil-Paragrafu 4 m'għandhomx japplikaw għall-foresti tropikali jew subtropikali u għaż-żoni msaġġra tat-territorji tal-Azores, ta' Madeira, u tal-Gżejjer Canary, tal-gżejjer minuri tal-Eġew u d-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropew.

6.   Għandha tingħata għajnuna għal afforestazzjoni u l-ħolqien ta' art imsaġġra fuq art agrikola u art mhux agrikola.

7.   L-għajnuna għal afforestazzjoni u l-ħolqien ta' art imsaġġra għandha tkopri l-ispejjeż ta' stabbiliment u primjum annwali għal kull ettaru.

L-għajnuna għal afforestazzjoni u l-ħolqien ta' art imsaġġra tista' tkopri operazzjonijiet ta' investiment.

Għajnuna għal tisġir ta' art li hija proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi jew għal siġar li jikbru malajr għandha tkopri biss l-ispejjeż ta' stabbiliment.

8.   Għajnuna għal afforestazzjoni u l-ħolqien ta' art imsaġġra relatata ma' operazzjonijiet ta' investiment għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(d)

l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;

(e)

l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.

Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.

9.   L-operazzjonijiet ta' investiment għandhom ikunu b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħarsien tal-ambjent. Għal operazzjonijiet ta' investimenti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għanda tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

10.   L-ispejjeż ta' stabbiliment li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli:

(a)

l-ispejjeż tal-pjantaġġun u ta' materjal ta' propagazzjoni;

(b)

l-ispejjeż tat-tħawwil u l-ispejjeż direttament marbuta mal-pjantaġġun;

(c)

l-ispejjeż tal-materjal tat-taħwil u t-taħwil, inklużi l-ħażna u t-trattamenti tan-nibbieta bil-materjali ta' prevenzjoni u protezzjoni neċessarji;

(d)

l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid li huwa neċessarju matul l-ewwel sena ta' afforestazzjoni.

11.   L-għajnuna fil-forma ta' primjum annwali għal kull ettaru għandha tkopri wkoll l-ispejjeż għal dħul agrikolu mitluf u għall-manutenzjoni, inkluż għal tindif bikri u tard, u għandha titħallas għal perjodu massimu ta' 12-il sena mid-data tal-għoti tal-għajnuna.

12.   L-għajnuna m'għandhiex tingħata għat-taħwil tas-siġar li ġejjin:

(a)

siġar għal imsaġar ta' newba qasira;

(b)

siġar tal-Milied; jew

(c)

siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija.

13.   L-ispeċijiet imħawla għandhom ikunu adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żona u jkunu konformi ma' rekwiżiti ambjentali minimi.

14.   Fiż-żoni fejn it-tisġir huwa diffiċli minħabba kundizzjonijiet pedoklimatiċi severi, tista' tingħata għajnuna għat-tħawwil ta' speċijiet oħra tal-injam perenni bħal arbuxelli jew siġar żgħar adattati għall-kundizzjonijiet lokali.

15.   Għal benefiċjarji li huma 'l fuq minn ċertu daqs, li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri fil-programi tal-iżvilupp rurali, l-għajnuna għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan tal-ġestjoni tal-foresta jew strument ekwivalenti li jkunu konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta hekk kif definit fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993.

16.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 33

Għajnuna għal sistemi tal-agroforestrija

1.   Għajnuna għal sistemi ta' agroforesterija mogħtija lil detenturi ta' art privata, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11 ta' dan l-Artikolu u l-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   L-għajnuna għal sistemi ta' agroforestrija għandha tkopri l-ispejjeż ta' stabbiliment u primjum annwali għal kull ettaru.

L-għajnuna għal sistemi ta' agroforestrija tista' tkopri operazzjonijiet ta' investiment.

5.   L-għajnuna għal sistemi ta' agroforestrija relatata ma' operazzjonijiet ta' investiment għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(d)

l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;

(e)

l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.

Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.

6.   L-operazzjonijiet ta' investiment għandhom ikunu b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħarsien tal-ambjent. Għal operazzjonijiet ta' investimenti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għanda tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

7.   L-ispejjeż ta' stabbiliment li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli:

(a)

l-ispejjeż għall-istabbiliment tas-sistema tal-agroforestrija bit-tħawwil tas-siġar, inklużi l-ispejjeż tal-materjal tat-tħawwil, tal-pjantaġġun, tal-ħażna u tat-trattamenti tan-nebbieta bil-materjali neċessarji ta' prevenzjoni u protezzjoni;

(b)

l-ispejjeż għall-istabbiliment tas-sistema tal-agroforestrija bil-konverżjoni ta' foresti eżistenti jew art imsaġġra oħra, inklużi l-ispejjeż tat-tqaċċit tas-siġar, tal-irmondar u ż-żbir u l-protezzjoni kontra annimali li jirgħu;

(c)

spejjeż oħra direttament marbuta mal-istabbiliment ta' sistema tal-agroforestrija bħal spejjeż għal studji ta' fattibbiltà, pjan ta' stabbiliment, eżami tal-ħamrija, preparazzjoni u protezzjoni tal-ħamrija;

(d)

l-ispejjeż ta' silvipastoral, jiġifieri faċilitajiet ta' tisqija u ta' protezzjoni għas-sistema tar-ragħa;

(e)

l-ispejjeż tat-trattament neċessarju konness mal-istabbiliment ta' sistema ta' agroforestrija, inklużi t-tisqija u l-qtugħ;

(f)

l-ispejjeż għat-tħawwil mill-ġdid matul l-ewwel sena wara l-istabbiliment ta' sistema ta' agroforestrija.

8.   L-għajnuna fil-forma ta' primjum annwali għal kull ettaru għandha tkopri wkoll l-ispejjeż għall-manutenzjoni tas-sistema tal-agroforestrija, u għandha titħallas għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna.

L-ispejjeż eliġibbli ta' manutenzjoni jistgħu jirrelataw mal-faxxex stabbiliti tas-siġar, l-azzjonijiet tat-tneħħija tal-ħaxix ħażin, taż-żbir, tal-irmondar u ta' protezzjoni u investiment bħal ma huma ċnut jew tubi individwali ta' protezzjoni.

9.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw in-numru massimu ta' siġar li għandhom jitħawlu għal kull ettaru, b'kont meħud ta' dan li ġej:

(a)

il-kundizzjonijiet lokali pedoklimatiċi u ambjentali;

(b)

l-ispeċijiet tal-forestrija; u

(c)

l-ħtieġa li jkun żgurat użu sostenibbli agrikolu tal-art.

10.   Għal benefiċjarji li huma 'l fuq minn ċertu daqs, li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri, l-għajnuna għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan tal-ġestjoni tal-foresta jew strument ekwivalenti li jkun konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta hekk kif definit fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, 1993.

11.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal:

(a)

80 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' investiment u tal-ispejjeż ta' stabbiliment imsemmija fil-Paragrafi 5 u 7; u

(b)

100 % tal-primjum annwali msemmi f'dak il-paragrafu 8.

Artikolu 34

Għajnuna għall-prevenzjoni u għar-restawr ta' danni lil foresti minħabba nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi

1.   Għajnuna għall-prevenzjoni u r-restawr ta' danni lill-foresti minn nirien tal-foresti, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma diżastru naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjantu u avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti ta' tibdil fil-klima skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 mogħtija lil sidien privati u pubbliċi tal-foresti, u korpi oħra legali privati u pubbliċi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(2)(b) jew skont kif ikun il-każ, l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 12 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   Huma biss iż-żoni tal-foresti kklassifikati li għandhom riskju medju sa għoli ta' nirien skont il-pjan ta' protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat li għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna relatata mal-prevenzjoni tan-nar.

5.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment ta' infrastruttura protettiva;

(b)

attivitajiet lokali ta' prevenzjoni fuq skala żgħira kontra n-nirien, jew perikoli oħra naturali, inkluż l-użu ta' annimal li jirgħu;

(c)

l-istabbiliment u t-titjib ta' faċilitajiet ta' monitoraġġ tan-nar tal-foresti, pesti u mard u tat-tagħmir ta' komunikazzjoni;

(d)

ir-restawr tal-potenzjal tal-foresti li sofrew danni minħabba nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima.

6.   L-għajnuna tista' tkopri spejjeż ta' manutenzjoni fil-każ li jfaqqgħu nirien.

7.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata għal attivitajiet relatati mal-agrikoltura f'żoni koperti minn impenji agroambjentali.

8.   Fil-każ tar-restawr tal-potenzjal forestali msemmi fil-paragrafu 5(d), l-għajnuna għandha tkun suġġetta għar-rikonoxximent formali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li:

(a)

in-nirien, diżastru naturali, avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali, avvenimenti klimatiku avvers ieħor, pesta tal-pjanti, avveniment katastrofiku jew avveniment relatat mat-tibdil fil-klima. u

(b)

l-avveniment imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, inklużi miżuri adottati skont id-Direttiva 2000/29/KE biex tinqered jew tiġi kkontrollata pesta tal-pjanti, ikkawża l-qerda ta' mill-inqas 20 % tal-potenzjal tal-foresti rilevanti.

9.   Fil-każ ta' għajnuna għall-prevenzjoni ta' dannu lil foresta minn pesti tal-pjanti, ir-riskju tal-okkorrenza tal-pesta tal-pjanti għandu jkun appoġġjat b'evidenza xjentifika u rikonoxxut minn organizzazzjoni xjentifika pubblika.

Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar il-lista ta' speċijiet ta' organiżmi li jagħmlu ħsara li jistgħu jikkawżaw pesta tal-pjanti, fil-programm ta' żvilupp rurali tal-Istat Membru kkonċernat.

10.   L-attivitajiet jew proġetti mgħejuna għandhom ikunu konsistenti mal-pjan ta' protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri.

Għal benefiċjarji li huma 'l fuq minn ċertu daqs, li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri, l-għajnuna għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan ta' ġestjoni tal-foresta jew strument ekwivalenti li jkun konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta hekk kif definit fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993, li tagħti dettalji dwar l-għanijiet ta' prevenzjoni.

Spejjeż oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 5 relatati mal-partikolaritajiet tas-settur tal-forestrija jistgħu jiġu kkunsidrati li huma spejjeż eliġibbli.

11.   M'għandiex tingħata għajnuna għat-telf ta' dħul ikkawżati b'nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti u avvenimenti katastrofiċi

12.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Għajnuna mogħtija għall-ispejjeż eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 5(d) u kwalunkwe pagamenti oħra mħallsalill-benefiċjarju, inklużi pagamenti skont miżuri oħrajn nazzjonali jew tal-Unjoni jew poloz tal-assigurazzjoni għall-istess spejjeż eliġibbli għandhom ikunu limitati għal-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 35

Għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali

1.   Għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali mogħtija lil persuni naturali, sidien ta' foresti privati u pubbliċi, korpi privati legali u pubbliċi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu fejn tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   L-investimenti għandhom ikunu mmirati lejn il-kisba tal-impenji għal għanijiet ambjentali, għal provvista ta' servizzi ekosistemiċi jew titjib tal-valur tal-amenitajiet pubbliċi forestali u artijiet imsaġġra fiż-żona kkonċernata jew it-titjib tal-potenzjal ta' mitigazzjoni fit-tibdil fil-klima ta' ekosistemi, mingħajr ma jiġu esklużi benefiċċji ekonomiċi fuq żmien twil.

5.   L-investiment għandu jkun b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħarsien tal-ambjent. Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

6.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(d)

l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;

(e)

l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.

7.   Spejjeż, għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 6(a) u (b) marbuta ma' kuntratti ta' kiri, bħal marġni tal-lokatur, spejjeż ta' finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, spejjeż ġenerali u tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma spejjeż eliġibbli.

Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.

8.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 36

Għajnuna għall-iżvantaġġi relatati maż-żoni tal-foresta Natura 2000

1.   Għajnuna għal żvantaġġi relatati ma' żoni tal-foresta ta' Natura 2000 kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/147/KE mogħtija lis-sidien tal-foresti privati u l-assoċjazzjonijiet tad-detenturi tal-foresti privati għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu fejn tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   L-għajnuna għandha tingħata kull sena u għal kull ettaru ta' foresta sabiex tikkumpensa lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf minħabba żvantaġġi fiż-żoni tal-foresti msemmija fil-Paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE u tad-Direttiva 2009/147/KE.

5.   Iż-żoni tal-foresta li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna:

(a)

Żoni tal-foresta ta' Natura 2000 skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/147/KE;

(b)

fatturi tal-pajsaġġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE; dawk iż-żoni ma għandhomx jaqbżu 5 % taż-żoni inklużi fin-netwerk Natura 2000 koperti mill-ambitu territorjali tal-programm għall-iżvilupp rurali kkonċernat.

6.   L-għajnuna għandha tkun limitata għal ammonti massimi ta' EUR 500 għal kull ettaru għal kull sena fil-perjodu inizjali li ma jaqbiżx ħames snin u għal EUR 200 għal kull ettaru fis-sena wara dan.

Dawk l-ammonti jistgħu jiġu miżjuda f'każijiet eċċezzjonali filwaqt li jiġu kkunsidrati ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali.

L-Istati Membri għandhom inaqqsu mill-għajnuna l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 37

Servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u konservazzjoni tal-foresti

1.   Għajnuna għal servizzi forestali — ambjentali u klimatiċi u għall-konservazzjoni tal-foresti mogħtija lid-detenturi privati jew pubbliċi ta' foresti, korpi legali privati jew pubbliċi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   Fil-każ ta' servizzi ambjentali tal-foresti u klimatiċi u konservazzjoni tal-foresti fuq art li hija proprjetà tal-Istat, l-għajnuna għandha tingħata biss jekk il-korp li jkun qed jamministra din it-tip ta' art huwa korp privat jew muniċipalità.

5.   Għal azjendi tal-foresta li huma 'l fuq minn ċertu limitu, li jrid jiġi determinat mill-Istati Membri, l-għajnuna għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan ta' ġestjoni tal-foresta jew strument ekwivalenti li jkun konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta hekk kif definit fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa 1993.

6.   L-għajnuna għandha tingħata għal kull ettaru ta' art forestali.

7.   Għajnuna għandha tkopri biss dawk l-impenji li jeċċedu r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti mill-att nazzjonali dwar il-forestrija jew leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni oħra rilevanti. Ir-rekwiżit nazzjonali obbligatorju għandu jkun identifikat b'mod ċar.

Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta' bejn ħames u seba' snin. Madankollu, fejn meħtieġ u ġġustifikat kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu itwal għal tipi ta' impenji partikolari.

8.   Il-ħlasijiet għandhom jikkumpensaw il-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf kollu jew parti minnu li jirriżulta mill-impenji msemmija fil-Paragrafu 7 li dawn jidħlu għalihom.

Fejn meħtieġ, l-għajnuna tista' tkopri l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet sa valur ta' 20 % tal-għajnuna.

F'każijiet debitament ġustifikati għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni tal-ambjent, l-għajnuna għal impenji biex jiġi rinunzjat l-użu kummerċjali ta' siġar u foresti tista' tingħata bħala rata fissa jew pagament wieħed għal kull unità kkalkulata abbażi ta' spejjeż addizzjonali u dħul mitluf.

9.   L-għajnuna għandha tkun limitata għall-ammont massimu ta' EUR 200 għal kull ettaru kull sena.

Dan l-ammont massimu jista' jiżdied f'każijiet eċċezzjonali meta jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkostanzi speċifiċi li jridu jiġu ġġustifikati fil-programmi tal-iżvilupp rurali.

Artikolu 38

Għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni fis-settur tal-forestrija

1.   Għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni favur azjendi attivi fis-settur tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha tkopri taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet ta' kisba ta' ħiliet, inklużi korsijiet ta' taħriġ, workshops u kkowċjar, attivitajiet ta' dimostrazzjoni u azzjonijiet informattivi.

L-għajnuna tista' tkopri wkoll skambji ta' mmaniġġjar tal-foresti fuq perjodi qosra u żjarat fil-foresti.

Għajnuna għal attivitajiet ta' dimostrazzjoni tista' tkopri spejjeż ta' investiment rilevanti.

3.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

spejjeż tal-organizzazzjoni u l-forniment tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni;

(b)

fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni relatati ma' investimenti:

(i)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(ii)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(iii)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; studji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(iv)

akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

(c)

spejjeż għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u għal kuljum tal-parteċipanti.

4.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3(a) u (b) m'għandhiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji. L-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tat-trasferiment tal-għarfien u tal-azzjonijiet ta' informazzjoni.

5.   Korpi li jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-għarfien u ta' azzjonijiet ta' informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta' kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dawn il-kompiti.

6.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 39

Għajnuna għal servizzi ta' konsulenza fis-settur tal-foresti

1.   Għajnuna għas-servizzi ta' konsulenza mogħtija lid-detenturi tal-foresti u lil maniġers oħra tal-art għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Għajnuna għandha tingħata biex tgħin lid-detenturi tal-foresti u lil maniġers oħra tal-art jibbenefikaw mill-użu ta' servizzi ta' konsulenza għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali u l-ħarsien tal-klima u r-reżiljenza tal-azjendi, intrapriżi jew investiment tagħhom.

3.   Il-parir minn tal-inqas għandu jkopri kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE u d-Direttiva 2009/147/KE.

Din il-konsulenza tista' tkopri wkoll kwistjonijiet marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi tal-forestrija.

4.   L-għajnuna ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji. L-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tas-servizzi konsultattivi.

Il-fornitur tas-servizz ta' konsulenza għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa fil-forma ta' persunal imħarreġ b'mod regolari u kkwalifikat u esperjenza fil-konsulenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li huma jagħtu pariri dwarhom.

5.   Meta jagħti l-pariri, il-fornitur tas-servizzi konsultattivi għandu jirrispetta l-obbligi ta' nuqqas ta' divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

6.   Fejn ikun iġġustifikat u xieraq, il-konsulenza tista' tingħata b'mod parzjali fi grupp, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-benefiċjarji individwali tas-servizzi konsultattivi.

7.   L-ammont ta' għajnuna kull sena għandu jkun limitat għal EUR 1 500 għal kull parir.

Artikolu 40

Għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija

1.   L-għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni ta' forestrija mogħtija lil azjendi attivi fis-settur tal-foresti għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu u l-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   L-investiment għandu jkun b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħarsien tal-ambjent. Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

5.   L-għajnuna għandha tkopri investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jikkonċernaw infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament ta' foresti, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

aċċess għal art tal-foresti;

(b)

konsolidazzjoni u t-titjib tal-art;

(c)

provvista ta' enerġija u ilma.

6.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(d)

akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

(e)

l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u l-ekwivalenti tagħhom.

7.   Spejjeż, għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 6(a) u (b) marbuta ma' kuntratti ta' kiri, bħal marġni tal-lokatur, spejjeż ta' finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, spejjeż ġenerali u tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma spejjeż eliġibbli.

Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.

8.   Fil-każ ta' investimenti immirati esklussivament lejn it-titjib tal-valur ambjentali tal-foresti u għat-toroq forestali, li huma miftuħin għall-pubbliku mingħajr ħlas u li jservu aspetti multifunzjonali forestali, l-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

9.   Fil-każ ta' investimenti li jtejbu l-potenzjal ekonomiku fuq perjodu ta' żmien qasir jew twil tal-foresti l-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għar-rati li ġejjin:

(a)

75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(b)

75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(c)

50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta' referenza imma li l-PDG tagħhom per capita huwa 'l fuq minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-EU-27;

(d)

40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni oħrajn.

Artikolu 41

Għajnuna għal investimenti f'teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, l-immobilizzar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-forestrija

1.   Għajnuna għal investimenti f'teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, l-immobilizzar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija mogħtija lil sidien tal-foresti privati, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u lil SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11 ta' dan l-Artikolu u l-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   L-investiment għandu jkun b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħarsien tal-ambjent. Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

5.   Fit-territorji tal-Azores, Madeira, il-gżejjer Kanarji, il-gżejjer minuri tal-Eġew u d-dipartiment Franċiż extra-Ewropew għajnuna tista' tingħata wkoll lil impriżi li mhumiex SMEs.

6.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(d)

akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

(e)

l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti u l-ekwivalenti tagħhom.

7.   Spejjeż, għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 6(a) u (b) marbuta ma' kuntratti ta' kiri, bħal marġni tal-lokatur, spejjeż ta' finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, spejjeż ġenerali u tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma spejjeż eliġibbli.

Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.

8.   Investimenti relatati mat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti għandhom ikunu ġustifikati fir-rigward ta' titjib mistenni għal foresti fuq azjenda waħda jew aktar u jistgħu jinkludu investimenti relatati ma' makkinarju u prattiki tal-ħsad li ma jagħmlux ħsara lill-ħamrija u lir-riżorsi.

9.   Investimenti relatati mal-użu ta' injam bħala materja prima għandhom ikunu limitati għall-operazzjonijiet ta' ħidma kollha qabel l-ipproċessar industrijali.

L-investimenti f'infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli li jikkunsmaw jew jipproduċu l-enerġija għandhom jikkonformaw mal-istandards minimi għall-effiċjenza fl-enerġija fejn standards bħal dawn jeżistu fil-livell nazzjonali.

Investimenti f'installazzjonijiet, li l-iskop primarju tagħhom huwa l-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa, m'għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna sakemm ma jintużax perċentwal minimu ta' enerġija termali li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

Għajnuna għal proġetti ta' investiment fil-bijoenerġija għandhom jiġu limitati għal bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji tas-sostenibbiltà applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi fl-Artikolu 17(2) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE.

10.   Għal azjendi tal-foresta li huma 'l fuq minn ċertu limitu, li jrid jiġi determinat mill-Istati Membri, l-għajnuna għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan ta' ġestjoni tal-foresta jew strument ekwivalenti li jkun konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta hekk kif definit fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa 1993.

11.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għar-rati li ġejjin:

(a)

75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(b)

75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(c)

50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta' referenza imma li l-PDG tagħhom per capita huwa 'l fuq minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-EU-27;

(d)

40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni oħrajn.

Artikolu 42

Konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fil-forestrija

1.   Għajnuna għall-konservazzjoni ta' riżorsi ġenetiċi fil-forestrija, marbuta ma' servizzi ambjentali tal-foresti u klimatiċi u mal-konservazzjoni tal-foresti, mogħtija lil entitajiet pubbliċi u privati għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta din tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“konservazzjoni in situ” tfisser il-konservazzjoni ta' materjal ġenetiku f'ekosistemi u ħabitats naturali u l-manutenzjoni u l-irkupru ta' popolazzjoni vijabbli ta' speċijiet fl-ambjent naturali tagħhom.

(b)

“konservazzjoni f'azjenda fil-foresta” tfisser il-konservazzjoni in situ u l-iżvilupp fil-livell ta' azjenda fil-foresta;

(c)

“konservazzjoni ex situ” tfisser il-konservazzjoni ta' materjal ġenetiku għal forestrija 'l barra mill-ħabitat naturali tiegħu;

(d)

“ġbir ex situ” tfisser il-ġbir ta' materjal ġenetiku għall-agrikoltura jew il-forestrija miżmum barra mill-ħabitat naturali tiegħu.

5.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż għal azzjonijiet:

(a)

azzjonijiet immirati: azzjonijiet li jippromwovu l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu in situ u ex situ ta' riżorsi ġenetiċi fil-forestrija, inklużi inventarji bbażati fuq l-Internet ta' riżorsi ġenetiċi attwalment ikkonservati in situ, inkluża l-konservazzjoni f'azjenda fil-foresta, ta' kollezzjonijiet u bażijiet tad-dejta ex situ;

(b)

azzjonijiet miftiehma: azzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fil-forestrija tal-Unjoni, bejn organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri;

(c)

azzjonijiet ta' akkumpanjament: azzjonijiet ta' informazzjoni, disseminazzjoni u konsulenza li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet interessati rilevanti oħra, korsijiet ta' taħriġ u l-preparazzjoni ta' rapporti tekniċi.

6.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 43

Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art

Għajnuna għal konsolidazzjoni ta' art tal-foresti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I u tingħata:

(a)

lil detenturi privati ta' forestrija li huma SMEs; u

(b)

lejn l-spejjeż legali u amministrattivi, inklużi spejjeż ta' stħarriġ, u limitata għalihom; u

(c)

sa mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba.

TAQSIMA 6

Għajnuniet favur l-SMEs fiż-Żoni Rurali, kofinanzjati mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal dawn il-miżuri kofinanzjati

Artikolu 44

Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli jew il-produzzjoni ta' qoton

1.   Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli jew il-produzzjoni tal-qoton, inklużi l-attivitajiet ta' tfesdiq, mogħtija lill-SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu fejn hija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   Investiment marbut mal-produzzjoni ta' bijokarburant jew enerġija minn sorsi rinnovabbli m'għandux ikun eliġibbli għal għajnuna skont dan l-Artikolu.

5.   L-investiment għandu jkun b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħarsien tal-ambjent. Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta' dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta' investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

6.   L-għajnuna għandha tkopri investimenti tanġibbli u intanġibbli.

7.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarrbet;

(d)

akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks.

8.   Spejjeż, għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 7 marbuta ma' kuntratti ta' kiri, bħal marġni tal-lokatur, spejjeż ta' finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, spejjeż ġenerali u tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma spejjeż eliġibbli.

Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa spiża eliġibbli.

9.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għar-rati li ġejjin:

(a)

fir-reġjuni l-aktar imbiegħda:

(i)

80 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa inqas jew daqs 45 % tal-medja tal-EU-27;

(ii)

65 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa bejn l-45 % u s-60 % tal-medja tal-EU-27 jew daqshom;

(iii)

55 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa bejn is-60 % u l-75 % tal-medja tal-EU-27;

(iv)

45 % tal-ammont tal-investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(b)

f'reġjuni anqas żviluppati:

(i)

60 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa inqas jew daqs 45 % tal-medja tal-EU-27;

(ii)

45 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa bejn il-45 % u s-60 % tal-medja tal-EU-27 jew daqshom;

(iii)

35 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa aktar minn 60 % tal-medja tal-EU-27;

(c)

f'żoni 'c':

(i)

25 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni b'popolazzjoni skarsa u fir-reġjuni ta' NUTS 3 jew f'partijiet tar-reġjuni ta' NUTS 3 li jaqsmu fruntiera tal-art ma' pajjiż 'l barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;

(ii)

20 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'żoni ‘c’ li mhumiex definiti minn qabel;

(iii)

fiż-żoni li qabel kienu ‘a’, l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiġu miżjuda b'mhux iktar minn 5 punti perċentwali mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2017;

(iv)

fejn żona ‘c’ qiegħda maġenb żona ‘a’, l-intensità massima tal-għajnuna permessa fiż-żoni ta' NUTS 3 jew partijiet miż-żoni ta' NUTS 3 f'dik iż-żona ‘c’ li huma maġenb iż-żona ‘a’ tista' tiżdied skont kif ikun jeħtieġ ħalli d-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn iż-żewġ żoni ma taqbiżx il-15-il punt perċentwali.

(d)

10 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal investiment fir-reġjuni l-oħra kollha.

10.   L-intensitajiet massimi tal-għajnuna previsti fil-Paragrafu 9 jistgħu jiġu miżjuda sa 10 punti perċentwali għal intrapriżi mikro u żgħar.

Artikolu 45

Għajnuna inizjali għal negozji għal attivitajiet mhux agrikoli f'żoni rurali

1.   Għajnuna biex jiġi stabbilit negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f'żoni rurali mogħtija lill-SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   Għajnuna għandha tingħata lill-kategoriji li ġejjin ta' benefiċjarji:

(a)

bdiewa jew membri ta' familja li tgħix fuq azjenda agrikola f'żoni rurali li jiddiversifikaw f'attivitajiet mhux agrikoli;

(b)

Intrapriżi mikro u żgħar f'żoni rurali; u

(c)

persuni naturali f'żoni rurali.

5.   Fejn il-membru li jgħix fuq azjenda agrikola msemmija fil-Paragrafu 4(a) huwa persuna legali jew grupp ta' persuni legali huma għandhom ikunu qed jagħmlu attività agrikola fuq ir-razzett fi żmien li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna.

6.   L-għajnuna għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-implimentazzjoni ta' dak il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandha tibda fi żmien disa' xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna.

Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jiddeskrivi dawn li ġejjin:

(a)

is-sitwazzjoni ekonomika inizjali tal-benefiċjarju;

(b)

għanijiet importanti u miri għall-iżvilupp tal-attivitajiet il-ġodda tal-benefiċjarju;

(c)

id-dettalji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-benefiċjarju, bħal dettalji ta' investimenti, taħriġ, pariri.

7.   L-għajnuna għandha titħallas f'mill-inqas żewġ ħlasijiet parzjali fuq perjodu massimu ta' ħames snin.

Il-ħlasijiet parzjali jistgħu jkunu digressivi.

Il-pagament tal-aħħar ħlas parzjali għandu jkun kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fil-Paragrafu 6.

8.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ammont tal-għajnuna billi jikkunsidraw is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika taż-żona koperta bil-programm tal-iżvilupp rurali.

9.   L-għajnuna għandha tkun limitata għal EUR 70 000 għal kull benefiċjarju.

Artikolu 46

Għajnuna għal servizzi konsultattivi għal SMEs f'żoni rurali

1.   Għajnuna għal servizzi ta' konsulenza għal SMEs f'żoni rurali għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu u l-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   L-għajnuna għandha tingħata biex tgħin lil-SMEs fiż-żoni rurali jibbenefikaw mill-użu ta' servizzi ta' konsulenza għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali, il-ħarsien tal-klima u r-reżiljenza tal-impriża u tal-investiment tagħhom.

4.   Din il-konsulenza tista' tkopri kwistjonijiet marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-benefiċjarju.

5.   L-għajnuna ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti lill-bidwi. L-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tas-servizzi konsultattivi.

6.   Il-korpi magħżulin biex jipprovdu s-servizz ta' konsulenza għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa fil-forma ta' persunal imħarreġ b'mod regolari u kkwalifikat u esperjenza fil-konsulenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li huma jagħtu pariri dwarhom.

7.   Meta jagħtu l-pariri, il-fornituri tas-servizzi konsultattivi għandhom jirrispettaw l-obbligi ta' nuqqas ta' divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

8.   Fejn xieraq, il-konsulenza tista' tingħata fi grupp b'mod parzjali, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet tal-utenti individwali tas-servizzi konsultattivi.

9.   L-ammont ta' għajnuna għandu jkun limitat għal EUR 1 500 għal kull parir.

Artikolu 47

Għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni favur SMEs f'żoni rurali

1.   Għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonjijiet ta' informazzjoni favur l-SMEs f'żoni rurali għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu u l-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   L-għajnuna għandha tkopri taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet ta' kisba ta' ħiliet, inklużi korsijiet ta' taħriġ, workshops u kkowċjar, attivitajiet ta' dimostrazzjoni u azzjonijiet informattivi.

Għajnuna għal attivitajiet ta' dimostrazzjoni tista' tkopri spejjeż ta' investiment rilevanti.

4.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:

(a)

spejjeż tal-organizzazzjoni u l-forniment tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni;

(b)

f'każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni relatata ma' investimenti:

(i)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(ii)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta' makkinarju u tagħmir sa mhux aktar mill-valur tas-suq tal-assi;

(iii)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; studji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarbet;

(iv)

akkwist jew żvilupp ta' softwer tal-kompjuter u akkwisti ta' brevetti, liċenzji, dritt tal-awtur u trademarks;

(c)

spejjeż għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u għal kuljum tal-parteċipanti.

5.   L-għajnuna ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji.

Dik l-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tat-trasferiment tal-għarfien u l-azzjonijiet ta' informazzjoni.

Korpi li jipprovdu trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta' kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dawn il-kompiti.

6.   L-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli attivi fiż-żona rurali kkonċernata, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv.

7.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għar-rati li ġejjin:

(a)

60 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta' impriżi ta' daqs medju;

(b)

70 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta' impriżi mikro u żgħar.

Artikolu 48

Għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida tal-bdiewa fi skemi tal-kwalità għal qoton jew oġġetti tal-ikel

1.   Għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida ta' bdiewa attivi u gruppi tagħhom li huma SMEs fi skemi ta' kwalità għal qoton jew oġġetti tal-ikel għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   L-għajnuna għandha tingħata għal parteċipazzjoni ġdida f'wieħed minn dawn it-tipi ta' skemi tal-kwalità:

(a)

l-iskemi tal-kwalità għal qoton u għall-oġġetti tal-ikel stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012;

(b)

skemi tal-kwalità għal qoton u oġġetti tal-ikel, inklużi skemi ta' ċertifikazzjoni rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala skemi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(i)

l-ispeċifiċità tal-prodott finali prodott taħt skemi tal-kwalità bħal dawn ġejja minn obbligi ċari li jiggarantixxu:

karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti;

metodi speċifiċi tal-biedja jew tal-produzzjoni; jew

kwalità tal-prodott finali li teċċedi b'mod sinifikanti l-istandards tal-komoditajiet kummerċjali fir-rigward tas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew il-protezzjoni ambjentali;

(ii)

l-iskema hi miftuħa għall-produtturi kollha;

(iii)

l-iskema tal-kwalità tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott finali u l-konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet tiġi verifikata minn awtoritajiet pubbliċi jew minn korp ta' spezzjoni indipendenti;

(iv)

l-iskema hija trasparenti u tiggarantixxi traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti agrikoli.

(c)

skemi ta' ċertifikazzjoni volontarja ta' oġġetti tal-ikel rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta' skemi ta' ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

5.   L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' ħlas ta' inċentiv annwali, li l-livell tiegħu huwa ddeterminat skont il-livell tal-ispejjeż fissi li jinħolqu minn parteċipazzjoni fi skemi tal-kwalità.

6.   L-għajnuna għandha tingħata għal perijodu massimu ta' ħames snin.

7.   L-għajnuna għandha tkun limitata għal EUR 3 000 għal kull benefiċjarju kull sena.

Artikolu 49

Għajnuna għal attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-qoton u oġġetti tal-ikel koperti mill-iskema tal-kwalità

1.   Għajnuna għal attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-qoton u mal-oġġetti tal-ikel koperti minn skema tal-kwalità għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11 ta' dan l-Artikolu u l-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha:

(a)

tingħata fil-qafas ta' programm għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jew:

(i)

għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR; jew

(ii)

bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

u

(b)

għandha tkun identika għal miżuri tal-iżvilupp rurali sottostanti stipulati fil-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (a).

3.   Il-bażi legali għall-għajnuna għandha tispeċifika li l-għajnuna ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali rilevanti mill-Kummissjoni.

4.   L-għajnuna għandha tingħata lil gruppi ta' produtturi li qed jimplimentaw l-attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni.

5.   Attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni biss li huma implimentati fis-suq intern għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna.

6.   L-għajnuna għandha tingħata għal attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni li jikkonċernaw il-qoton u l-oġġetti tal-ikel li huma koperti minn skema ta' kwalità u li għalihom tingħata għajnuna skont l-Artikolu 48 ta' dan ir-Regolament.

7.   L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż għal azzjonijiet li għandhom dawn il-karatteristiċi:

(a)

ikunu mfassla biex iħajjru lill-konsumaturi jixtru l-oġġetti tal-ikel jew il-qoton koperti bi skema ta' kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 48(4) ta' dan ir-Regolament;

(b)

jiġbdu l-attenzjoni għall-karatteristiċi jew il-vantaġġi speċifiċi tal-prodott tal-ikel jew tal-qoton, b'mod partikolari l-kwalità, il-metodi speċifiċi tal-produzzjoni, l-istandards għoljin tat-trattament xieraq tal-annimali u r-rispett għall-ambjent, marbuta mal-iskema tal-kwalità kkonċernata.

8.   L-azzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx iħeġġu lill-konsumaturi jixtru prodott tal-ikel jew il-qoton minħabba l-oriġini partikolari tiegħu, ħlief għal dawk koperti mill-iskemi ta' kwalità stabbiliti fit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

9.   L-oriġini tal-prodott tal-ikel jew tal-qoton tista' tkun indikata, sakemm ir-referenza għall-oriġini tkun subordinata għall-messaġġ prinċipali.

10.   Attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni relatati ma' impriżi partikolari jew ta' marki kummerċjali ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna.

11.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 70 % tal-ispejjeż eliġibbli.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI

Artikolu 50

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 għandu jiġi mħassar.

2.   B'deroga mill-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 għandu jkompli japplika sal-31 ta' Diċembru 2015 għal għajnuna mogħtija b'konnessjoni mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (42) u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jekk l-għajnuna individwali tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 9 u 10.

2.   Kwalunkwe għajnuna li mhijiex eżentata mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jew ta' Regolamenti oħrajn adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li qabel kienu fis-seħħ, għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni skont il-Linji Gwida tal-Unjoni għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali 2014 sa 2020 u l-oqfsa, l-linji gwida, l-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti l-oħra.

3.   Kull għajnuna individwali li tingħata qabel l-1 ta' Jannar 2015 bis-saħħa ta' xi regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li jkun fis-seħħ fi żmien l-għoti tal-għajnuna, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata nir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

4.   Fi tmiem il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta' għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tibqa' eżentata matul perjodu ta' aġġustament ta' sitt xhur.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fi tmiem il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, skemi ta' għajnuna li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u jew huma kofinanzjati mill-FAEŻR jew inkella mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri kofinanzjati bħal dawn għandhom jibqgħu eżentati għat-tul tal-perjodu ta' programmazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 52

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014.

Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001, (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2013 tas-7 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tiegħu, (ĠU L 298, 8.11.2013, p. 34).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 733/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 994/98 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  COM(2012) 209 finali.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ir-Regolament dwar l-eżenzjoni ġenerali), (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

(8)  ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.

(9)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(10)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(11)  ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1.

(12)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(13)  Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE, (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(17)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE illi tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji, (ĠU L 124, tal-20.5.2003, p. 36).

(18)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26 28.1.2012, p. 1).

(19)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(20)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(21)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(22)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000, ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.

(24)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006, ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41.

(27)  COM(2012) 595, tas-17.10.2012.

(28)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(29)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li huma trasmissibbli (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(32)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(33)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(34)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 3).

(35)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(36)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(37)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(38)  ĠU C 341, 16.12.2010, p. 5.

(39)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(40)  Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(41)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni ta' nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

(42)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).


ANNESS I

DEFINIZZJONI TA' INTRAPRIŻI MIKRO, ŻGĦAR U TA' DAQS MEDJU

Artikolu 1

Intrapriża

Intrapriża tfisser kull entità li topera f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Dan jinkludi, partikolarment, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja li joperaw fil-qasam tal-artiġġjanat jew attivitajiet oħra, u soċjetajiet jew assoċjazzjonijiet li joperaw f’attività ekonomika b’mod regolari.

Artikolu 2

L-għadd tal-persunal u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi

1.   Il-kategorija ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SME) hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbisżx EUR 50 miljun, u/jew karta tal-bilanċ annwali b'total li ma jaqbisżx EUR 43 miljun.

2.   Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-valur tal-introjtu annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun.

3.   Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża mikro hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbiżx l-EUR 2 miljun.

Artikolu 3

Tipi ta’ intrapriża meqjusa fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati u tal-ammonti finanzjarji

1.   “Intrapriża awtonoma” hija kull tip ta' intrapriża li ma tkunx ikklassifikata bħala intrapriża msieħba fis-sens tal-paragrafu 2 jew bħala intrapriża assoċjata fis-sens tal-paragrafu 3.

2.   “Intrapriżi msieħba” huma l-intrapriżi kollha mhux ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont il-paragrafu 3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) li hija d-detentriċi, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża oħra jew aktar, skont il-paragrafu 3, ta’ 25 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream).

Madankollu, intrapriża tista’ tiġi kklassifikata bħala awtonoma, u għalhekk bħala li m'għandiex intrapriżi msieħba, anke jekk dan il-limitu ta’ 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, diment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, kemm individwalment jew b’mod konġunt mal-intrapriża inkwistjoni:

(a)

korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, kumpaniji b’kapital ta’ riskju, individwi jew gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment kapitali ta' riskju li jinvestu kapital ekwu f’negozji mhux ikkwotati (“investituri informali”), jekk kemm-il darba l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun anqas minn EUR 1 250 000;

(b)

universitajiet jew ċentri ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ;

(c)

investituri istituzzjonali, inklużi fondi għall-iżvilupp reġjonali;

(d)

awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u b’anqas minn 5000 abitant.

3.   “Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:

(a)

intrapriża li għandha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;

(b)

intrapriża li għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew ta' sorveljanza ta’ xi intrapriża oħra;

(c)

intrapriża li għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt illi tkun daħlet fih ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha;

(d)

intrapriża, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, li waħedha tikkontrolla, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew mal-membri tagħha, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża.

Il-preżunzjoni hija li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 mhumiex qed jinvolvu ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala partijiet interessati.

Intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża oħra waħida jew aktar, jew kwalunkwe wieħed mill-investituri msemmija fil-paragrafu 2, huma meqjusa wkoll li huma assoċjati.

L-intrapriżi li jkollhom waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jkunu qegħdin jaġixxu b'mod konġunt ukoll huma ikkunsidrati bħala intrapriżi assoċjati jekk ikunu joperaw l-attività tagħhom jew parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq anċillari.

“Suq anċillari” huwa meqjus li huwa s-suq għal prodott jew servizz li qiegħed direttament upstream jew downstream mis-suq rilevanti.

4.   Barra mill-każijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, intrapriża ma tistax tiġi ikkunsidrata bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot tagħha huma direttament jew indirettament ikkontrollati, b'mod konġunt jew b'mod individwali, minn korp pubbliku jew aktar.

5.   L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża msieħba jew intrapriża assoċjata, inkluża d-dejta fir-rigward tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b’tali mod li mhux possibbli li jiġi stabbilit eżattament f’idejn min jinsab, f’liema każ l-intrapriża tista’ tiddikjara bi preżunzjoni leġittima u in bona fide li 25 % tal-kapital tagħha jew aktar mhuwiex il-proprjetà ta’ impriża waħda, jew b'mod konġunt ta' impriżi assoċjati ma’ xulxin. Dawn id-dikjarazzjonijiet isiru mingħajr ħsara għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet li hemm stipulati fir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 4

Dejta użata għall-għadd tal-persunal u l-ammonti finanzjarji u l-perjodu ta’ referenza

1.   Id-dejta li tapplika għall-għadd tal-persunal u l-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u kkalkolat fuq bażi annwali. Dawn jiġu kkunsidrati mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat huwa kkalkolat bl-esklużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi indiretti oħra.

2.   Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, hija qabżet jew niżlet taħt il-limitu tal-għadd tal-persunal jew il-limiti finanzjarji massimi ddikjarati fl-Artikolu 2, dan m'għandux jirriżulta li hija titlef jew tikseb l-istatus ta' intrapriża ta' daqs medju, żgħira jew mikro, kemm-il darba dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi konsekuttivi tal-kontabbiltà.

3.   Fil-każ ta’ intrapriża li tkun għadha kemm ġiet stabbilita u li l-kontijiet tagħha jkunu għadhom ma ġewx approvati, id-dejta li għandha tiġi applikata trid tittieħed minn stima magħmula in bona fede li tkun saret matul is-sena finanzjarja.

Artikolu 5

L-għadd tal-persunal

L-għadd tal-persunal jikkorrispondi mal-għadd ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali (AWU), jiġifieri l-għadd ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha matul is-sena ta’ referenza sħiħa li tkun qed inkunsiderazzjoni. Ix-xogħol ta’ persuni li ma ħadmux is-sena sħiħa, ix-xogħol ta’ dawk li ħadmu part-time, irrilevanti minn kemm damu jaħdmu, u x-xogħol ta’ ħaddiema staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet ta' AWU. Il-ħaddiema jikkonsistu f':

(a)

impjegati;

(b)

persuni li jaħdmu għall-intrapriża li hija subordinata għaliha u li huma meqjusa bħala impjegati skont il-liġi nazzjonali;

(c)

sidien li jkunu wkoll maniġers;

(d)

imsieħba li jkunu involuti f’attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.

Apprendisti jew studenti involuti f’taħriġ vokazzjonali b’kuntratt ta’ apprendistat jew ta’ taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala persunal. It-tul ta' żmien ta’ liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.

Artikolu 6

L-istabbiliment tad-dejta ta’ intrapriża

1.   Fil-każ ta’ intrapriża awtonoma, id-dejta, inkluż l-għadd tal-persunal, tiġi ddeterminata esklużivament abbażi tal-kontijiet ta’ dik l-intrapriża.

2.   Id-dejta, inkluż l-għadd tal-persunal, ta’ intrapriża li għandha intrapriżi msieħba jew intrapriżi assoċjati, tiġi ddeterminata abbażi tal-kontijiet jew dejta oħra tal-intrapriża, jew, fejn jeżistu, il-kontijiet konsolidati tal-intrapriża, jew il-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta' konsolidazzjoni.

Mad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tiżdied id-dejta ta’ kwalunkwe intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni tkun proporzjonali għall-imgħax perċentwali fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot (liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet inkroċjati, għandu japplika l-akbar percentwal.

Mad-dejta msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tiżdied 100 % tad-dejta ta’ kwalunkwe intrapriża li tkun assoċjata direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-dejta ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet permezz tal-konsolidazzjoni.

3.   Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi msieħba tal-intrapriża inkwistjoni tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-dejta l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk din tkun teżisti. Ma’ dawn jingħadd 100 % tad-dejta tal-intrapriżi assoċjati ma’ dawn l-intrapriżi msieħba, sakemm id-dejta tal-kontijiet tagħhom ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz tal-konsolidazzjoni.

Għall-applikazzjoni tal-istess paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi li jkunu assoċjati mal-intrapriża kkonċernata għandha tittieħed mill-kontijiet u d-dejta l-oħra tagħhom, konsolidati jekk jeżistu. Ma’ dawn tiġi miżjuda, pro rata, id-dejta ta’ kwalunkwe impriża msieħba possibbli ta’ dik l-impriża assoċjata, li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet konsolidati b’perċentwali li huwa mill-inqas proporzjonali għall-perċentwali identifikat skont it-tieni subparagrafu tal-Paragrafu 2.

4.   Meta fil-kontijiet konsolidati ma tidher l-ebda dejta dwar l-impjegati ta' intrapriża partikolari, iċ-ċifri tal-impjegati jiġu kkalkulati permezz ta' aggregazzjoni b'mod proporzjonat tad-dejta mill-intrapriżi msieħba tagħha u billi tiġi miżjuda d-dejta mill-intrapriżi li magħhom l-intrapriża inkwistjoni hija assoċjata.


ANNESS II

INFORMAZZJONI RIGWARD GĦAJNUNA MILL-ISTAT MOGĦTIJA SKONT DAN IR-REGOLAMENT

kif previst fl-Artikolu 9(1)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE (1))

PARTI I

Referenza tal-għajnuna

(għandha timtela mill-Kummissjoni )

Stat Membru

Numru ta’ referenza tal-Istat Membru

Reġjun

Isem ir-reġjun ( NUTS  (2) )

Status tal-għajnuna Reġjonali  (3)

Awtorità awtorizzanti

Isem

Indirizz postali

Indirizz tal-web

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna:

Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti)

Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

Tip ta' miżura

☐

Skema

 

☐

Għajnuna Ad hoc

Isem il-benefiċjarju u l-grupp  (4) li jappartjeni għalih

Emenda ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti jew għajnuna ad hoc

 

In-numru ta' referenza attibwit mill-Kummissjoni għall-għajnuna

☐

Estensjoni

☐

Modifika

Tul ta' żmien  (5)

☐

Skema

jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

Data tal-għotja

☐

Għajnuna Ad hoc

jj/xx/ssss

Settur(i) ekonomiku(ċi) kkonċernat(i)

Jekk jogħġbok speċifika fil-livell tal-grupp NACE  (6)

Tip ta’ benefiċjarju

☐

SMEs

 

☐

Intrapriżi kbar

Baġit

 

☐

Skema: Ammont ġenerali  (7)

Munita nazzjonali (ammonti sħaħ)

☐

Għajnuna Ad hoc: Ammont ġenerali  (8)

Munita nazzjonali (ammonti sħaħ)

Għall-garanziji  (9)

Munita nazzjonali (ammonti sħaħ)

Strument ta’ għajnuna

☐

Għotja diretta/Sussidju fuq ir-rata tal-imgħax

☐

Servizzi sussidjati

☐

Self/ Titolu tal-miżura ta’ għajnuna

☐

Garanzija (fejn xieraq b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni  (10) )

☐

Vantaġġ fiskali jew eżenzjoni mit-taxxa

☐

Affarijiet oħra (jekk jogħġbok speċifika)

Indika f'liema kategorija wiesgħa hawn taħt toqgħod l-iktar f’termini tal-effett/funzjoni tagħha:

☐

Għotja

☐

Self

☐

Garanzija

☐

Vantaġġ fiskali

Jekk kofinanzjat minn fond(i) tal-UE

Isem il-fond(i) tal-UE:

 

 

Ammont ta' fondi

(skont il-fond tal-UE)

Munita nazzjonali (ammonti sħaħ)

Informazzjoni oħra

 

PARTI II

Jekk jogħġbok indika taħt liema dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament se tkun implimentata l-għajnuna.

Għanijiet primarji  (11)

Intensità massima tal-għajnuna f’%

Ammont massimu tal-għajnuna bil-munita nazzjonali (f’ammonti sħaħ)

☐

Għajnuna għal investimenti f'assi tanġibbli jew assi intanġibbli f'azjendi agrikoli marbuta ma' produzzjoni agrikola primarja (Artikolu 14)

 

 

☐

Għajnuna għall-konsolidazzjoni ta' art agrikola (Artikolu 15)

 

 

☐

Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta' bini tal-farms (Artikolu 16)

 

 

☐

Għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli (Artikolu 17)

 

 

☐

Għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta’ farms żgħar (Artikolu 18)

 

 

☐

Għajnuna inizjali għal gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-forestrija (Artikolu 19)

 

 

☐

Għajnuna għall-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli fi skemi ta’ kwalità (Artikolu 20)

 

 

☐

Għajnuna għal trasferiment ta’ għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 21)

 

 

☐

Għajnuna għal servizzi konsultattivi fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 22)

 

 

☐

Għajnuna għal servizzi ta' sostituzzjoni fuq il-farm (Artikolu 23)

 

 

☐

Għajnuna għal miżuri ta’ promozzjoni favur prodotti agrikoli (Artikolu 24)

 

 

☐

Għajnuna bħala kumpens għad-dannu kkawżat minn avveniment klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma' diżastru naturali (Artikolu 25)

 

 

☐

Għajnuna għall-ispejjeż ta’ prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti biex tikkumpensa għad-dannu kkawżat bil-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti (Artikolu 26)

 

 

 

 

☐

Għajnuna għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem (Artikolu 27(1)(a) jew (b))

 

 

☐

Għajnuna għat-tneħħija tal-bhejjem mejta (Artikolu 27(1)(c), (d) jew (e))

 

 

☐

Għajnuna favur il-pagament ta’ primjums tal-assigurazzjoni (Artikolu 28)

 

 

☐

Għajnuna għal investiment favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjenda agrikola (Artikolu 29)

 

 

☐

Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastru naturali fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 30)

 

 

Tip ta’ diżastru naturali

☐

terremot

☐

valanga

☐

uqigħ tal-art

☐

għargħar

☐

tromba tal-arja

☐

uragan

☐

żbruffar vulkaniku

☐

nirien tal-foresti

Id-data tal-okkorrenza tad-diżastru naturali

Minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

☐

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 31)

 

 

☐

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-forestrija (Artikolu 31)

 

 

☐

Għajnuna għat-tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar (Artikolu 32)

 

 

☐

Għajnuna għas-sistemi agroforestali (Artikolu 33)

 

 

☐

Għajnuna għall-prevenzjoni u r-restawr tad-dannu lill-foresti minn nirien tal-foresti, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard, pesti tal-pjanti u avvenimenti katastrofiċi (Artikolu 34)

 

 

☐

Għajnuna għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali (Artikolu 35)

 

 

☐

Għajnuna għall-iżvantaġġi marbuta ma’ żoni tal-foresta Natura 2000 (Artikolu 36)

 

 

☐

Għajnuna għal servizzi ambjentali għall-foresti u servizzi klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti (Artikolu 37)

 

 

☐

Għajnuna għal trasferiment ta’ għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni fis-settur tal-forestrija (Artikolu 38)

 

 

☐

Għajnuna għal servizzi konsultattivi fis-settur tal-forestrija (Artikolu 39)

 

 

☐

Għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija (Artikolu 40)

 

 

☐

Għajnuna għal investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-forestrija (Artikolu 41)

 

 

☐

Għajnuna għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija (Artikolu 42)

 

 

☐

Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija (Artikolu 43)

 

 

☐

Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli jew il-produzzjoni tal-qoton (Artikolu 44)

 

 

☐

Għajnuna inizjali għal attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali (Artikolu 45)

 

 

☐

Għajnuna għal servizzi konsultattivi għall-SMEs fiż-żoni rurali (Artikolu 46)

 

 

☐

Għajnuna għal trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni favur SMEs fiż-żoni rurali (Artikolu 47)

 

 

☐

Għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida ta' bdiewa attivi fi skemi ta' kwalità għal qoton jew oġġetti tal-ikel (Artikolu 48)

 

 

☐

Għajnuna għal attivitajiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni li jikkonċernaw il-qoton u l-oġġetti tal-ikel koperti minn skema ta' kwalità (Artikolu 49)

 

 


(1)  Applikabbli biss għal għajnuna li tikkonċerna s-settur tal-forestrija u prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat.

(2)  NUTS — Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-livell 2.

(3)  L-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (status “A”), l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (status “C”), iż-żoni mhux megħjuna, jiġifieri żoni li mhumiex eliġibbli għall-għajnuna reġjonali (status “N”).

(4)  Impriża għall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament hija kull entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod li bih hija ffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-entitajiet li huma kkontrollati (fuq bażi legali jew fuq bażi de facto) mill-istess entità għandhom jitqiesu bħala impriża waħda.

(5)  Perjodu li matulu l-awtorità awtorizzanti tista’ timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna.

(6)  NACE Rev 2 - Klassifikazzjoni statistika ta' Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Tipikament, is-settur għandu jiġi speċifikat fil-livell tal-grupp.

(7)  Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna: Indika l-ammont globali tal-baġit ippjanat skont l-iskema jew l-istima tat-telf mit-taxxa għat-tul ta' żmien kollu tagħha u għall-istrumenti kollha ta’ għajnuna inklużi fl-iskema.

(8)  Fil-każ ta’ għotja ta’ għajnuna ad hoc: Indika l-ammont globali ta’ għajnuna jew telf mit-taxxa.

(9)  Għal garanziji, indika l-ammont massimu ta’ self garantit.

(10)  Fejn xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross, skont l-Artikolu 5(2)(c)(ii) ta' dan ir-Regolament.

(11)  Għanijiet multipli huma possibbli; f’dan il-każ, indika l-għanijiet kollha


ANNESS III

Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni kif previst fl-Artikolu 9(2)

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-websajts komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 9(2) għandha tiġi ppubblikata, b’tali mod li jiffaċilitaw l-aċċess għal dik l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi ppublikata f’format ta' spreadsheet tad-dejta, bħal pereżempju format CSV jew XML, li jippermetti li jsir tiftix, estrazzjoni u pubblikazzjoni faċli tad-dejta fuq l-Internet. Aċċess għall-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat għandu jingħata lil kull parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma għandha tkun meħtieġa ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex jingħata aċċess għall-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-informazzjoni li ġejja dwar l-għotja ta’ għajnuna individwali kif stipulat fl-Artikolu 9(2)(c) għandha tiġi ppubblikata:

a.

Referenza tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-għajnuna (1);

b.

Isem il-benefiċjarju;

c.

Tip ta’ intrapriża (SME/kbira) fid-data tal-għoti tal-għajnuna;

d.

Ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju fil-livell II tan-NUTS (2);

e.

Settur ta’ attività fil-livell tal-grupp NACE (3);

f.

Element tal-għajnuna, mogħti bħala ammont sħiħ bil-munita nazzjonali (4);

g.

Strument tal-għajnuna (5) (Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self/Self li jitħallas lura/Għotja rimborsabbli, Garanzija, Vantaġġ fiskali jew eżenjoni mit-taxxa, Finanzjament ta’ riskju, Oħra (jekk jogħġbok speċifika);

h.

Id-data tal-għoti tal-għajnuna;

i.

Għan tal-għajnuna (6);

j.

Awtorità awtorizzanti.


(1)  Kif previst mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

(2)  NUTS — Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun għandu jiġi speċifikat fil-livell 2.

(3)  Ir- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1), kif emendat bir- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 761/93 tal-24 ta’ Marzu 1993 (ĠU L 83, 3.4.1993, p. 1), u r-rettifika (ĠU L 159, 11.7.1995, p. 31).

(4)  Ekwivalenti tal-għotja gross.

(5)  Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ strumenti multipli, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull strument.

(6)  Jekk l-għajnuna għandha għanijiet multipli, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull għan.