25.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 700/2014

tal-24 ta' Ġunju 2014

li jemenda r- Regolament (UE) Nru 686/2012 fir-rigward l-Istat Membru relatur għas-sustanza attiva dimetomorf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) jassenja l-proċess ta' evalwazzjoni għall-finijiet tal-proċeduri tat-tiġdid lill-Istati Membri filwaqt li jinħatru għal kull sustanza attiva relatur u korelatur għal sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018. Fuq talba tal-applikant, u bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati huwa meqjus neċessarju li jinbidel l-Istat Membru relatur għad-dimetomorf filwaqt li jiġi rispettat il-bilanċ fir-rigward tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u l-ħidma bejn l-Istati Membri. L-evalwazzjoni għall-finijiet tal-proċeduri tat-tiġdid għad-dimetomorf minn issa' l quddiem għandhom jiġu allokati lill-Pajjiżi l-Baxxi.

(2)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012, l-entrata għas-sustanza attiva dimetomorf tinbidel b'dan li ġej:

“Dimetomorf

NL

DE”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta' Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom teskadi sal-31 ta' Diċembru 2018 l-aktar tard (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).