19.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 668/2014

tat-13 ta' Ġunju 2014

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(7), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikolu 44(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(7), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 irrevoka u ssostitwixxa r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2) u (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3). Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti ddelegati u ta' implimentazzjoni. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Ir-regoli l-ġodda għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (4) u (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta' Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (5). Dawk ir-Regolamenti huma rrevokati mir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif tas-simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-provvista, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji addizzjonali (6).

(2)

Għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-użu ta' karattri lingwistiċi għal denominazzjoni protetta ta' oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta u speċjalità tradizzjonali garantita, kif ukoll it-traduzzjonijiet tal-pretensjoni li takkumpanja speċjalità tradizzjonali garantita sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-konsumaturi fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jaqraw u jifhmu tali ismijiet u pretensjonijiet.

(3)

Iż-żona ġeografika tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jiġu definiti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'mod preċiż u ddettaljat li ma jippreżenta ebda ambigwità sabiex il-produtturi, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kontroll ikunu jistgħu joperaw fuq bażi ċerta u affidabbli.

(4)

Għandu jiġi stabbilit obbligu li jiġu inklużi regoli dettaljati dwar l-oriġini u l-kwalità tal-għalf fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, li l-ismijiet tagħhom jiġu rreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti ta' oriġini sabiex tiġi garantita l-kwalità uniformi tal-prodott u sabiex jiġi armonizzat il-mod ta' kif jiġu abbozzati dawk ir-regoli.

(5)

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jinkludu l-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika definita, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ċari u ddettaljati sabiex jippermettu li jiġu rintraċċati l-prodott, il-materja prima, l-għalf u oġġetti oħrajn li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika definita.

(6)

Fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' isem jew għall-approvazzjoni ta' emenda li tkopri prodotti distinti, jeħtieġ li jiġi definit f'liema każijiet il-prodotti li jġorru l-istess isem irreġistrat jitqiesu bħala prodotti distinti. Sabiex jiġi evitat li l-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti għall-ismijiet ta' oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jiġu kkummerċjalizzati bl-użu ta' isem irreġistrat, għandha tintwera l-konformità mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni għal kull prodott distint kopert minn applikazzjoni.

(7)

L-ippakkjar ta' prodott agrikolu jew ta' oġġett tal-ikel jew l-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tiegħu, bħal tqattigħ jew ħakk, ristretti għal żona ġeografika definita, jikkostitwixxu restrizzjoni fuq il-moviment ħieles tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu meħtieġa, proporzjonati u kapaċi jżommu r-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika jew id-denominazzjoni ta' oriġini. Kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet speċifiċi tal-prodotti għal tali restrizzjonijiet.

(8)

Għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema, għandhom jiġu speċifikati l-proċeduri għall-applikazzjonijiet, il-proċeduri ta' oppożizzjoni, l-emendi u l-kanċellazzjonijiet.

(9)

Bil-għan li jiġu żgurati proċeduri effikaċi u uniformi, għandhom jiġu pprovduti formoli li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet, il-proċeduri ta' oppożizzjoni, l-emendi, il-kanċellazzjonijiet kif ukoll formoli li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni ta' dokumenti uniċi għall-ismijiet li kienu rreġistrati qabel il-31 ta' Marzu 2006.

(10)

Għall-finijiet ta' ċertezza legali, għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar il-kriterji għall-identifikazzjoni tad-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal emenda.

(11)

Għandu jiġi stabbilit limitu għat-tul ta' dokumenti waħdanin sabiex ikun hemm proċess aktar issimplifikat u għall-ħtiġijiet ta' standardizzazzjoni.

(12)

Għandhom jiġu adottati regoli speċifiċi dwar id-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu ta' produzzjoni għall-ħtiġijiet ta' standardizzazzjoni. Sabiex tkun tista' ssir eżaminazzjoni faċli u malajr tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' isem jew għall-approvazzjoni ta' emenda, id-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu ta' produzzjoni għandha tinkludi biss l-elementi rilevanti u komparabbli. Għandhom jiġu evitati kwalunkwe repetizzjonijiet, rekwiżiti impliċiti u partijiet żejda.

(13)

Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, għandhom jiġu ffissati skadenzi li jikkonċernaw il-proċedura ta' oppożizzjoni, filwaqt li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-identifikazzjoni tad-dati tal-bidu ta' dawk l-iskadenzi.

(14)

Għall-finijiet tat-trasparenza, l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjonijiet għal emenda u t-talbiet għal kanċellazzjoni li jridu jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tkun eżawrjenti.

(15)

Għall-finijiet ta' normalizzazzjoni u simplifikazzjoni, il-forma elettronika għandha tkun l-uniku mezz ta' komunikazzjoni permessa għat-trasmissjoni tal-applikazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dokumenti.

(16)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-użu ta' simboli u indikazzjonijiet fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, inkluż dwar il-verżjonijiet lingwistiċi xierqa li għandhom jintużaw.

(17)

Għandhom jiġu ċċarati r-regoli dwar l-użu ta' ismijiet irreġistrati b'assoċjazzjoni mas-simboli, mal-indikazzjonijiet jew mal-abbrevjazzjonijiet korrispondenti, kif imsemmi fl-Artikolu 12(3) u (6) u fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(18)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet, tal-abbrevjazzjonijiet u tas-simboli u sabiex titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu ta' indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli fil-mezzi tax-xandir jew fir-reklamar b'konnessjoni ma' prodotti li jiġu mmanifatturati b'konformità mal-iskema tal-kwalità rispettiva.

(19)

Għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kontenut u l-forma tar-Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti bil-għan li jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali.

(20)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regoli speċifiċi għal isem

1.   Id-denominazzjoni protetta ta' oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta jew speċjalità tradizzjonali garantita għandhom jiġu rreġistrati fil-kitba oriġinali tagħhom. Meta l-kitba oriġinali ma tkunx f'karattri Latini, għandha tiġi rreġistrata traskrizzjoni bil-karattri Latini flimkien mal-isem fil-kitba oriġinali tiegħu.

2.   Meta l-isem ta' speċjalità tradizzjonali garantita jkun akkumpanjat mill-pretensjoni msemmija fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u dik il-pretensjoni tkun trid tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali l-oħrajn, tali traduzzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 2

Definizzjoni taż-żona ġeografika

Fir-rigward tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, iż-żona ġeografika għandha tiġi definita b'mod preċiż li ma jippreżenta ebda ambigwità, b'referenza kemm jista' jkun possibbli għall-konfini fiżiċi jew amministrattivi.

Artikolu 3

Regoli speċifiċi dwar l-għalf

L-ispeċifikazzjoni ta' prodott li ġej mill-annimali, li l-isem tiegħu huwa rreġistrat bħala denominazzjoni protetta ta' oriġini, għandha tinkludi regoli dettaljati dwar l-oriġini u l-kwalità tal-għalf.

Artikolu 4

Prova tal-oriġini

1.   L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għal denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta għandha tidentifika l-proċeduri li għandu jkollhom fis-seħħ l-operaturi fir-rigward tal-prova tal-oriġini li tikkonċerna l-prodott, il-materja prima, l-għalf u oġġetti oħrajn li, skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għandhom ikunu ġejjin miż-żona ġeografika definita.

2.   L-operaturi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw:

(a)

il-fornitur, il-kwantità u l-oriġini tal-lottijiet kollha ta' materja prima u/jew prodotti rċevuti;

(b)

il-benefiċjarju, il-kwantità u d-destinazzjoni tal-prodotti fornuti;

(c)

il-korrelazzjoni bejn kull lott ta' inputs imsemmija fil-punt (a) u kull lott ta' outputs imsemmija fil-punt (b).

Artikolu 5

Deskrizzjoni ta' bosta prodotti distinti

Meta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' isem jew l-approvazzjoni ta' emenda tiddeskrivi bosta prodotti distinti li huma intitolati sabiex jużaw dak l-isem, il-konformità mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni għandha tintwera separatament għal kull prodott bħal dan.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “prodotti distinti” tfisser prodotti li, għalkemm jużaw l-istess isem irreġistrat, ivarjaw minn xulxin meta jitpoġġew fis-suq jew jitqiesu bħala prodotti differenti mill-konsumaturi.

Artikolu 6

Ir-rekwiżiti proċedurali għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni

1.   Id-dokument uniku ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta li ssir referenza għalih fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jinkludi l-informazzjoni mitluba fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Dan id-dokument għandu jitfassal skont il-formola prevista f'dak l-Anness. Huwa għandu jkun konċiż u ma jaqbiżx l-2 500 kelma, għajr f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott inkluża fid-dokument uniku għandha twassal għall-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif proposta.

2.   L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-informazzjoni mitluba fl-Anness II għal dan ir-Regolament. Hija għandha titfassal skont il-formola prevista f'dak l-Anness.

3.   Id-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għandha tkun id-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat irċevuta tal-kunsinna.

Artikolu 7

Regoli speċifiċi għad-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu tal-produzzjoni

1.   Id-dokument uniku għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jidentifika l-prodott billi juża d-definizzjonijiet u l-istandards użati komunement għal dak il-prodott.

Id-deskrizzjoni għandha tiffoka fuq l-ispeċifiċità tal-prodott li jġorr l-isem li għandu jiġi rreġistrat, billi tuża l-unitajiet tal-kejl u t-termini komuni jew tekniċi ta' tqabbil, mingħajr ma tinkludi l-karatteristiċi tekniċi inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati applikabbli għall-prodotti kollha ta' dak it-tip.

2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott għal speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha ssemmi biss il-karatteristiċi meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott u tal-karatteristiċi speċifiċi tiegħu. Hija ma għandhiex tirrepeti l-obbligi ġenerali u, b'mod partikolari, il-karatteristiċi tekniċi li huma inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati.

Id-deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi biss il-metodu ta' produzzjoni fis-seħħ. Il-prattiki storiċi għandhom jiġu inklużi biss jekk ikunu għadhom qegħdin jiġu segwiti. Għandu jiġi deskritt biss il-metodu li huwa meħtieġ għall-kisba tal-prodott speċifiku u dan għandu jsir b'tali mod li jippermetti r-riproduzzjoni tal-prodott kullimkien.

L-elementi ewlenin li jagħtu prova tal-karattru tradizzjonali tal-prodott għandhom jinkludu l-elementi ewlenin li baqgħu ma nbidlux, b'referenzi preċiżi u stabbiliti sewwa.

Artikolu 8

Applikazzjonijiet konġunti

Għandha tiġi sottomessa applikazzjoni konġunta msemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 lill-Kummissjoni minn Stat Membru kkonċernat, jew minn grupp applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Din għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(2) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 mill-Istati Membri kollha kkonċernati. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 8 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha kkonċernati.

Artikolu 9

Ir-regoli proċedurali għall-proċeduri ta' oppożizzjoni

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandha titfassal dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni skont il-formola stabbilita fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

2.   Il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jibda mid-data li fiha tintbagħat l-istedina b'mezzi elettroniċi lill-partijiet interessati sabiex jintlaħaq ftehim bejniethom.

3.   In-notifika msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom isiru fi żmien xahar minn tmiem il-konsultazzjonijiet skont il-formola stabbilita fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Ir-rekwiżiti proċedurali għall-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott

1.   L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li mhijiex minuri għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness V. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jimtlew skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Id-dokument uniku emendat għandu jitfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fid-dokument uniku emendat għandha twassal għall-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li mhijiex minuri għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jimtlew skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-applikazzjoni debitament mimlija msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu.

2.   L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri li tikkonċerna denominazzjonijiet protetti ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokument uniku aġġornat, jekk jiġi emendat, li għandu jitfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I. Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fid-dokument uniku emendat għandha twassal għall-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.

Għall-applikazzjonijiet li joriġinaw mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinkludu dikjarazzjoni li huma tal-fehma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati b'konformità miegħu, kif ukoll ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. Għall-applikazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-grupp ikkonċernat jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz għandhom jinkludu l-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. L-applikazzjonijiet għal emenda minuri fil-każijiet imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 għandhom jinkludu r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata, għall-applikazzjonijiet li joriġinaw mill-Istati Membri, flimkien mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata għall-applikazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi.

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri li tikkonċerna speċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandhom ikunu akkumpanjati mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata mfassla skont il-formola stabbilita fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinkludu dikjarazzjoni li huma tal-fehma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati b'konformità miegħu.

L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-applikazzjoni debitament mimlija msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

3.   Il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' emenda temporanja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament. Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti kif previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014.

4.   Id-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal emenda għandha tkun id-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi. Imbagħad, il-Kummissjoni għandha tibgħat irċevuta tal-kunsinna.

Artikolu 11

Kanċellazzjoni

1.   Talba għall-kanċellazzjoni ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.

It-talbiet għal kanċellazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(2) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi t-talba debitament mimlija għal kanċellazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Il-mezzi ta' sottomissjoni

L-applikazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 6, 8, 9, 10, 11 u 15 għandhom ikunu f'forma elettronika.

Artikolu 13

L-użu ta' simboli u indikazzjonijiet

1.   Is-simboli tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 12(2) u 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u stabbiliti mill-Artikolu 2 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014] għandhom jiġu riprodotti kif stipulat fl-Anness X għal dan ir-Regolament.

2.   L-indikazzjonijiet “DENOMINAZZJONI PROTETTA TA' ORIĠINI”, “INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA” u “SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA” fi ħdan is-simbolu jistgħu jintużaw bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni kif stipulat fl-Anness X għal dan ir-Regolament.

3.   Meta s-simboli, l-indikazzjonijiet jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 12 u 23 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikunu jidhru fuq it-tikkettar ta' prodott, dawn għandhom ikunu akkumpanjati mill-isem irreġistrat.

4.   L-indikazzjonijiet, l-abbrevjazzjonijiet u s-simboli jistgħu jintużaw skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fil-mezzi tax-xandir jew fir-reklamar għall-finijiet ta' divulgazzjoni tal-iskema tal-kwalità jew tar-reklamar tal-ismijiet irreġistrati.

5.   Il-prodotti mqiegħda fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li ma jkunux konformi mal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm tispiċċa l-ħażna tagħhom.

Artikolu 14

Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u Reġistru ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta' strument legali li jirreġistra denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-dejta li ġejja fir-Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti msemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

(a)

l-isem (ismijiet) irreġistrat(i) tal-prodott;

(b)

il-kategorija tal-prodott imsemmija fl-Anness XI għal dan ir-Regolament;

(c)

referenza għall-istrument li jirreġistra l-isem;

(d)

informazzjoni li l-isem huwa protett bħala indikazzjoni ġeografika jew bħala denominazzjoni ta' oriġini;

(e)

indikazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini.

2.   Mad-dħul fis-seħħ ta' strument legali li jirreġistra speċjalità tradizzjonali garantita, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-dejta li ġejja fir-Reġistru ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti msemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

(a)

l-isem (ismijiet) irreġistrat(i) tal-prodott;

(b)

il-kategorija tal-prodott imsemmija fl-Anness XI għal dan ir-Regolament;

(c)

referenza għall-istrument li jirreġistra l-isem;

(d)

indikazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi tal-grupp jew gruppi li għamel/għamlu l-applikazzjoni;

(e)

informazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni rigward ir-reġistrazzjoni tistabbilixxix li l-isem tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun akkumpanjata mill-pretensjoni msemmija fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012;

(f)

għall-applikazzjonijiet irċevuti qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 biss, informazzjoni dwar jekk ir-reġistrazzjoni ssirx mingħajr riżerva tal-isem.

3.   Meta l-Kummissjoni tapprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tinkludi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistri, hija għandha tħassar id-dejta oriġinali u tirreġistra d-dejta ġdida b'effett mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tapprova l-emenda.

4.   Meta tidħol fis-seħħ kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħassar l-isem mir-Reġistru kkonċernat.

Artikolu 15

Regoli tranżitorji

Għandha titfassal talba għall-pubblikazzjoni tad-dokument uniku sottomess minn Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 fir-rigward ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrati qabel il-31 ta' Marzu 2006. Tali talba għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 9(1) għandu japplika biss għall-proċeduri ta' oppożizzjoni li għalihom il-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun għadu ma bediex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 9(3) għandu japplika biss għall-proċeduri ta' oppożizzjoni li għalihom il-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun għadu ma skadiex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-ewwel sentenza tal-punt 2 tal-Anness X għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016, mingħajr preġudizzju għall-prodotti li kienu diġà tpoġġew fis-suq qabel dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(4)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.

(6)  Ara p. 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

DOKUMENT UNIKU

[Daħħal l-isem, kif indikat fil-punt 1 hawn taħt:] “…”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Agħżel waħda, immarka b'“X”:]

DPO

IĠP

1.   Isem/Ismijiet [tad-DPO jew tal-IĠP]

[Daħħal l-isem propost għar-reġistrazzjoni jew, fil-każ ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta' prodott jew talba għall-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, l-isem irreġistrat]

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

[Il-punti ewlenin imsemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Sabiex jiġu identifikati d-definizzjonijiet tal-użu tal-prodott u l-istandards komunement użati għal dak il-prodott, fid-deskrizzjoni tal-prodott, iffoka fuq l-ispeċifiċità tiegħu, billi tuża l-unitajiet tal-kejl u termini tekniċi jew komuni ta' tqabbil, mingħajr ma tinkludi l-karatteristiċi tekniċi li huma inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati applikabbli għall-prodotti kollha ta' dak it-tip (l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament).]

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

[Għad-DPO: ikkonferma li l-għalf u l-materja prima ġejjin miż-żona. F'każ li l-għalf jew il-materja prima jkunu ġejjin minn barra ż-żona, ipprovdi deskrizzjoni ddettaljata ta' dawk l-eċċezzjonijiet u agħti l-ġustifikazzjonijiet. Dawk l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli adottati skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Għall-IĠP: indika x'inhuma r-rekwiżiti tal-kwalità jew ir-restrizzjonijiet fuq l-oriġini tal-materja prima. Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni. Tali restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli adottati skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għandhom jiġu ġġustifikati fir-rigward tar-rabta msemmija fl-Artikolu 7(1)(f) ta' dak ir-Regolament.]

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

[Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni jew deroga.]

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

[Jekk ma hemmx, ħalliha vojta. Għal kwalunkwe restrizzjoni, agħti l-ġustifikazzjonijiet speċifiċi għall-prodott.]

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

[Jekk ma hemmx, ħalliha vojta. Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni.]

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

[Fejn ikun xieraq, inkludi mappa taż-żona]

5.   Rabta maż-żona ġeografika

[Għad-DPO: rabta kawżali bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku, bil-fatturi umani u naturali inerenti tiegħu, inklużi, fejn xieraq, l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta' produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta.

Għall-IĠP: rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika u, fejn xieraq, kwalità partikolari, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott.

Iddikjara espliċitament fuq liema mill-fatturi msemmija (ir-reputazzjoni, kwalità partikolari, karatteristika oħra tal-prodott) hija bbażata r-rabta kawżali, u agħti informazzjoni biss fir-rigward tal-fatturi rilevanti, inklużi, fejn xieraq, l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta' produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta.]

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)


ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA' SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

[Daħħal l-isem, kif indikat fil-punt 1 hawn taħt:] “”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

Stat Membru jew pajjiż terz “”

1.   Isem li għandu jiġi rreġistrat/Ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati

2.   Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Indika jekk il-prodott:

jirriżultax minn metodu ta' produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel

huwiex manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

[Agħti spjegazzjoni]

3.2.   Indika jekk l-isem:

kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku

jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott

[Ipprovdi spjegazzjoni]

4.   Deskrizzjoni

4.1   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)


ANNESS III

DIKJARAZZJONI RAĠUNATA TAL-OPPOŻIZZJONI

[Agħżel waħda, immarka b'“X”:]

DPO

IĠP

STG

1.   Isem il-prodott

[kif jidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]

2.   Referenza uffiċjali

[kif tidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]

Numru ta' referenza:

Data tal-pubblikazzjoni fil-ĠU:

3.   Dettalji ta' kuntatt

Persuna ta' kuntatt:

Titolu (Sur, Sra.…): …

Isem: …

Grupp/organizzazzjoni/individwu:

Jew awtorità nazzjonali:

 

Dipartiment:

Indirizz:

Telefon + …

Indirizz tal-posta elettronika:

4.   Raġuni għall-oppożizzjoni:

Għal DPO/IĠP:

Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (varjetà ta' pjanti jew razza ta' annimali)

Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (isem kompletament jew parzjalment omonimu)

Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (marka kummerċjali eżistenti)

Ir-reġistrazzjoni tipperikola l-eżistenza ta' ismijiet, marki kummerċjali jew prodotti kif speċifikati fl-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

L-isem propost għar-reġistrazzjoni huwa ġeneriku; id-dettalji għandhom jiġu pprovduti kif stipulat fl-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Għal STG:

Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun inkompatibbli mat-termini tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (l-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012).

L-isem propost għar-reġistrazzjoni huwa leġittimu, rinomat u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili (l-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012).

5.   Dettalji tal-oppożizzjoni

Ipprovdi raġunijiet debitament issostanzjati u ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni.

Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-oppożizzjoni, sakemm l-oppożizzjoni ma titressaqx mill-awtoritajiet nazzjonali, f'liema każ ma tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni ta' interess leġittimu. Id-dikjarazzjoni tal-oppożizzjoni għandha tkun iffirmata u ddatata.


ANNESS IV

NOTIFIKA TA' TMIEM IL-KONSULTAZZJONIJIET WARA L-PROĊEDURA TA' OPPOŻIZZJONI

[Agħżel waħda, immarka b'“X”:]

DPO

IĠP

STG

1.   Isem il-prodott

[kif jidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]

2.   Referenza uffiċjali [kif tidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]

Numru ta' referenza:

Data tal-pubblikazzjoni fil-ĠU:

3.   Riżultat tal-konsultazzjonijiet

3.1.   Intlaħaq ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):

[Ehmeż kopji tal-ittri li juru l-ftehim u l-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq il-ftehim (l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014]

3.2.   Ma ntlaħaqx ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):

[Ehmeż l-informazzjoni msemmija fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012]

4.   Speċifikazzjoni tal-prodott u Dokument Uniku

4.1.   L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet emendata:

… Iva (*)

… Le

4.2.   Id-Dokument Uniku ġie emendat (għad-DPO u l-IĠP biss):

… Iva (**)

… Le

5.   Data u firma

[Isem]

[Dipartiment/Organizzazzjoni]

[Indirizz]

[Telefon: +]

[Indirizz tal-posta elettronika:]


(*)  Jekk 'Iva', ehmeż deskrizzjoni tal-emendi u l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata

(**)  Jekk 'Iva', ehmeż kopja tad-Dokument Uniku aġġornat


ANNESS V

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini/Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

[Isem irreġistrat]“…”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Agħżel waħda, immarka b'“X”:]

DPO

IĠP

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda (għall-applikazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, l-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp applikant.]

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

3.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [speċifika]

4.   Tip ta' emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima 3 hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti u r-raġunijiet speċifiċi għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu fid-dettall mal-verżjonijiet emendati proposti għal kull emenda. L-applikazzjoni għall-emenda għandha tkun awtosuffiċjenti. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun eżawrjenti (l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].


ANNESS VI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

[Isem irreġistrat] “”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem il-grupp:

Indirizz:

Telefon: +

Indirizz tal-posta elettronika:

Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

3.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Metodu ta' produzzjoni

Oħrajn [speċifika]

4.   Tip ta' emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' STG irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima 3 hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti u r-raġunijiet speċifiċi għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu fid-dettall mal-verżjoni emendata proposta għal kull emenda. L-applikazzjoni għall-emenda għandha tkun awtosuffiċjenti. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun eżawrjenti (l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].


ANNESS VII

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

[Isem irreġistrat]“…”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Agħżel waħda, immarka b'“X”:]

DPO

IĠP

STG

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda (għall-applikazzjonijiet li jikkonċernaw id-DPO u l-IĠP minn pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, l-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp applikant.]

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

3.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [speċifika]

4.   Tip ta' emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti)

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima ta' hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni u s-sommarju tar-raġunijiet għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu mal-verżjonijiet emendati proposti għal kull emenda. Ipprovdi wkoll raġuni ċara għaliex skont it-tielet u/jew ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għandha tikkwalifika bħala minuri. L-applikazzjoni għall-emenda minuri għandha tkun awtosuffiċjenti (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].

6.   Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DPO u IĠP biss)

[Din tapplika biss fil-każijiet imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014:

(a)

fil-każ ta' applikazzjonijiet sottomessi minn Stati Membri, inkludi r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata;

(b)

fil-każ ta' applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi, inkludi l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata.]


ANNESS VIII

KOMUNIKAZZJONI TA' EMENDA TEMPORANJA

Komunikazzjoni li tikkonċerna emenda temporanja skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014.

[Isem irreġistrat] “”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Agħżel waħda, immarka b'“X”:]

DPO

IĠP

STG

1.   Stat membru jew pajjiż terz

2.   Emenda/i

[Indika l-intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda temporanja. Ipprovdi deskrizzjoni ddettaljata u r-raġunijiet ta' kull emenda temporanja approvata, inklużi deskrizzjoni u valutazzjoni tal-konsegwenzi ta' dik l-emenda fuq ir-rekwiżiti u l-kriterji li jikkwalifikaw il-prodott taħt l-iskema tal-kwalità (l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għad-DPO, għall-IĠP u għall-STG rispettivament). Ipprovdi wkoll deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri li jiġġustifikaw l-emendi temporanji (miżuri sanitarji u fitosanitarji, ir-rikonoxximent formali tad-diżastri naturali jew tal-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, eċċ.) u r-raġunijiet għal dawk il-miżuri li għandhom jittieħdu. Iddeskrivi wkoll ir-relazzjoni bejn dawk il-miżuri u l-emenda temporanja approvata.]


ANNESS IX

TALBA GĦAL KANĊELLAMENT

It-talba għal kanċellament skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

[Isem irreġistrat:] “…”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Agħżel waħda, immarka b'“X”:]

IĠP

DPO

STG

1.   Isem irreġistrat propost għall-kanċellament

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

3.   Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]

4.   Persuna jew entità li tagħmel it-talba għall-kanċellament

[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna fiżika jew ġuridika jew tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 li jagħmlu talba għall-kanċellament (għat-talbiet li jikkonċernaw DPO u IĠP minn pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, tal-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel it-talba għall-kanċellament.]

5.   Tip ta' kanċellament u raġunijiet relatati

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

il-punt (a)

[Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.]

il-punt (b)

[Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.]

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

[Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.]


ANNESS X

RIPRODUZZJONI TAS-SIMBOLI U L-INDIKAZZJONIJIET TAL-UNJONI GĦAD-DPO, GĦALL-IĠP U GĦALL-STG

1.   Simboli tal-Unjoni bil-kulur

Meta jintużaw bil-kulur, jistgħu jintużaw kuluri diretti (Pantone) jew proċess ta' erba' kuluri. Il-kuluri ta' referenza huma indikati hawn taħt.

Is-simboli tal-Unjoni f'pantone:

Image Image Image Image Image Image

Is-simboli tal-Unjoni fi proċess ta' erba' kuluri:

Image Image Image Image Image Image

Il-kuntrast mal-kuluri tal-isfond

Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond ikkulurit li jagħmlu diffiċli sabiex jintgħaraf, għandu jintuża ċirku estern ta' delinjazzjoni madwar is-simbolu sabiex itejjeb il-kuntrast mal-isfond:

Image Image Image

2.   Simboli tal-Unjoni bl-abjad u iswed

L-użu tas-simboli bl-abjad u iswed huwa permess biss meta l-iswed u l-abjad ikunu l-uniċi kuluri tal-linka li jintużaw fuq l-imballaġġ.

Meta jintużaw bl-abjad u iswed, is-simboli tal-Unjoni jiġu riprodotti kif ġej:

Image Image Image

Is-simboli tal-Unjoni bl-abjad u iswed bin-negattiv

Jekk l-isfond fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketta jkun skur, is-simboli jistgħu jintużaw fil-format negattiv kif ġej:

Image Image Image

3.   Tipografija

It-test għandu jinkiteb f'ittri kapitali Times Roman.

4.   Tiċkin

Id-daqs minimu tas-simboli tal-Unjoni huwa dijametru ta' 15-il mm, iżda dan jista' jiċċekken għal 10 mm f'każ ta' pakketti jew prodotti żgħar.

5.   “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE

Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |

BG | защитено наименование за произход | ЗНП |

ES | denominación de origen protegida | DOP |

CS | chráněné označení původu | CHOP |

DA | beskyttet oprindelsesbetegnelse | BOB |

DE | geschützte Ursprungsbezeichnung | g.U. |

ET | kaitstud päritolunimetus | KPN |

EL | προστατευόμενη ονομασία προέλευσης | ΠΟΠ |

EN | protected designation of origin | PDO |

FR | appellation d'origine protégée | AOP |

GA | bunús ainmníochta cosanta | BAC |

HR | zaštićena oznaka izvornosti | ZOI |

IT | denominazione d'origine protetta | DOP |

LV | aizsargāts cilmes vietas nosaukums | ACVN |

LT | saugoma kilmės vietos nuoroda | SKVN |

HU | oltalom alatt álló eredetmegjelölés | OEM |

MT | denominazzjoni protetta tal-oriġini | DPO |

NL | beschermde oorsprongsbenaming | BOB |

PL | chroniona nazwa pochodzenia | CHNP |

PT | denominação de origem protegida | DOP |

RO | denumire de origine protejată | DOP |

SK | chránené označenie pôvodu | CHOP |

SL | zaščitena označba porekla | ZOP |

FI | suojattu alkuperänimitys | SAN |

SV | skyddad ursprungsbeteckning | SUB |

6.   “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE

Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |

BG | защитено географско указание | ЗГУ |

ES | indicación geográfica protegida | IGP |

CS | chráněné zeměpisné označení | CHZO |

DA | beskyttet geografisk betegnelse | BGB |

DE | geschützte geografische Angabe | g.g.A. |

ET | kaitstud geograafiline tähis | KGT |

EL | προστατευόμενη γεωγραφική ένδειξη | ΠΓΕ |

EN | protected geographical indication | PGI |

FR | indication géographique protégée | IGP |

GA | sonra geografach cosanta | SGC |

HR | zaštićena oznaka zemljopisnog podrijetla | ZOZP |

IT | indicazione geografica protetta | IGP |

LV | aizsargāta ģeogrāfiskās izcelsmes norāde | AĢIN |

LT | saugoma geografinė nuoroda | SGN |

HU | oltalom alatt álló földrajzi jelzés | OFJ |

MT | indikazzjoni ġeografika protetta | IĠP |

NL | beschermde geografische aanduiding | BGA |

PL | chronione oznaczenie geograficzne | CHOG |

PT | indicação geográfica protegida | IGP |

RO | indicație geografică protejată | IGP |

SK | chránené zemepisné označenie | CHZO |

SL | zaščitena geografska označba | ZGO |

FI | suojattu maantieteellinen merkintä | SMM |

SV | skyddad geografisk beteckning | SGB |

7.   “Speċjalità Tradizzjonali Garantita” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE

Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |

BG | храна с традиционно специфичен характер | ХТСХ |

ES | especialidad tradicional garantizada | ETG |

CS | zaručená tradiční specialita | ZTS |

DA | garanteret traditionel specialitet | GTS |

DE | garantiert traditionelle Spezialität | g.t.S. |

ET | garanteeritud traditsiooniline toode | GTT |

EL | εγγυημένο παραδοσιακό ιδιότυπο προϊόν | Ε Π Ι Π |

EN | traditional speciality guaranteed | TSG |

FR | spécialité traditionnelle garantie | STG |

GA | speisialtacht thraidisiúnta ráthaithe | STR |

HR | zajamčeno tradicionalni specijalitet | ZTS |

IT | specialità tradizionale garantita | STG |

LV | garantēta tradicionālā īpatnība | GTI |

LT | garantuotas tradicinis gaminys | GTG |

HU | hagyományos különleges termék | HKT |

MT | speċjalità tradizzjonali garantita | STG |

NL | gegarandeerde traditionele specialiteit | GTS |

PL | gwarantowana tradycyjna specjalność | GTS |

PT | especialidade tradicional garantida | ETG |

RO | specialitate tradițională garantată | STG |

SK | zaručená tradičná špecialita | ZTŠ |

SL | zajamčena tradicionalna posebnost | ZTP |

FI | aito perinteinen tuote | APT |

SV | garanterad traditionell specialitet | GTS |


ANNESS XI

KLASSIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI

1.   Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat

Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

Klassi 1.3. Ġobon

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom

Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I għat-Trattat (ħwawar eċċ.)

2.   Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

I.   Denominazzjonijiet tal-Oriġini u Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Klassi 2.1. birra,

Klassi 2.2. ċikkulata u prodotti derivati minnhom,

Klassi 2.3. ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara,

Klassi 2.4. xorb magħmul minn estratti tal-pjanti,

Klassi 2.5. għaġin,

Klassi 2.6. melħ,

Klassi 2.7. gomma u reżina naturali,

Klassi 2.8. pejst tal-mustarda,

Klassi 2.9. ħuxlief,

Klassi 2.10. żjut essenzjali,

Klassi 2.11. sufra,

Klassi 2.12. kuċċinilja,

Klassi 2.13. fjuri u pjanti ornamentali,

Klassi 2.14. qoton,

Klassi 2.15. suf,

Klassi 2.16. qasab,

Klassi 2.17. kittien imħabbat,

Klassi 2.18. ġilda,

Klassi 2.19. fer,

Klassi 2.20. rix.

II.   Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti

Klassi 2.21. ikliet ippreparati,

Klassi 2.22. birra,

Klassi 2.23. ċikkulata u prodotti derivati,

Klassi 2.24. prodotti ta' ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara,

Klassi 2.25. xorb magħmul minn estratti tal-pjanti,

Klassi 2.26. għaġin,

Klassi 2.27. melħ.