15.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2014

tal-14 ta' Mejju 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-Advantame bħala dolċifikant

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta' addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara applikazzjoni.

(4)

F'Mejju tal-2010, tressqet applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-użu tal-Advantame bħala dolċifikant f'għadd ta' kategoriji tal-ikel tressqet. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Teżisti ħtieġa teknoloġika għall-użu tal-Advantame bħala dolċifikant ta' intensità qawwija f'għadd ta' prodotti tal-ikel u tal-mejda biex jieħu post iz-zokkor kaloriku (is-sukrożju, il-glukożju, il-fruttożju, eċċ.) u b'hekk ikun permess tnaqqis tal-kontenut kaloriku ta' dawk l-oġġetti tal-ikel. Iż-żieda tal-Advantame bħala dolċifikant mal-kategoriji tal-ikel li fihom huma awtorizzati dolċifikanti ta' intensità qawwija skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 se tagħti lill-manifatturi iktar flessibbiltà fil-formulazzjoni ta' ikel b'valur enerġetiku mnaqqas bi profil tat-togħma simili għall-ekwivalenti li jkollu l-kaloriji kollha. Il-kwalitajiet tat-togħma u tal-ħlewwa tal-Advantame, flimkien mal-karatteristiċi ta' stabbiltà tajba, ifissru li l-Advantame jagħti alternattiva għal dolċifikanti ta' intensità qawwija li diġà ġew approvati. B'hekk, il-konsumaturi u l-industrija tal-ikel jingħataw l-opportunità li jagħżlu minn xelta usa' ta' dolċifikanti. Dan inaqqas il-konsum ta' kull dolċifikant individwali.

(6)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-Advantame meta użat bħala addittiv mal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fil-31 ta' Lulju 2013 (4). L-Awtorità stabbiliet Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) għall-Advantame ta' 5 mg/kg piż tal-ġisem/jum. Stimi konservattivi ta' esponiment għall-advantame għal adulti u tfal li jikkunsmaw livell għoli minnu kienu inqas mill-ADI għal-livelli ta' użu proposti. Wara li ġiet ikkunsidrata id-dejta kollha dwar l-istabbiltà, id-degradazzjoni tal-prodotti, it-tossikoloġija u l-esponiment, l-Awtorità kkonkludiet li l-Advantame ma jkunx ta' tħassib għas-sikurezza fl-użi u l-livelli tal-użu proposti bħala dolċifikant.

(7)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-użu tal-Advantame jiġi awtorizzat bħala dolċifikant fil-kategoriji tal-ikel speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u li E 969 ikun assenjat bħala numru-E għal dak l-addittiv tal-ikel.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-Advantame għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jiġi inkluż fl-elenku tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-ewwel darba.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2013; 11(7):3301.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti B, fit-Tabella 2 “Dolċifikanti”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 968 Eritritol:

“E 969

Advantame”

(2)

Fil-Parti E, l-entrati li ġejjin għal E 969 jiddaħlu f'ordni numerika fil-kategoriji tal-ikel imsemmija:

PARTI E: ADDITTIVI TAL-IKEL AWTORIZZATI U KUNDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU FIL-KATEGORIJI TAL-IKEL

Numru tal-kategorija

Numru E

Isem

Livell massimu (mg/l jew mg/kg kif xieraq)

Noti f'qiegħ il-paġna

restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet

01.4

Prodotti tal-ħalib iffermentat b'togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

 

“E 969

Advantame

10

 

prodotti b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

03

Silġ li jittiekel

 

“E 969

Advantame

10

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

04.2.2

Frott u ħxejjex fil-ħall, iż-żejt jew is-salmura

 

“E 969

Advantame

3

 

frott u ħxejjex ppreżervati ħelwin-qarsa biss”

04.2.3

Frott u ħxejjex tal-bott u fil-fliexken

 

“E 969

Advantame

10

 

frott bil-valur enerġetiku mnaqqas jew mingħajr zokkor miżjud biss”

04.2.4.1

Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex għajr għall-frott preżervat fil-ġulepp

 

“E 969

Advantame

10

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss”

04.2.5.1

Ġamm żejjed u ġelatina żejda kif definit bid-Direttiva 2001/113/KE

 

“E 969

Advantame

10

 

ġammijiet, ġelatini u marmellati b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss”

04.2.5.2

Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan dolċifikata kif definit bid-Direttiva 2001/113/KE

 

“E 969

Advantame

10

 

ġammijiet, ġelatini u marmellati b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss”

04.2.5.3

Taħlitiet oħra li jiddellku tal-frott u tal-ħaxix simili

 

“E 969

Advantame

10

 

taħlitiet li jiddellku mal-ħobż, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud”

05.1

Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif koperti bid-Direttiva 2000/36/KE

 

“E 969

Advantame

20

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

05.2

Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

 

“E 969

Advantame

20

 

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef biss, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

10

 

taħlitiet li jiddellku mal-ħobż abbażi ta' kawkaw, ħalib, frott imnixxef jew xaħam, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

20

 

ħlewwiet abbażi tal-lamtu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

10

 

ħlewwiet mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

60

 

ħelu żgħir li jiffriska n-nifs, mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

20

 

mustardini b'togħma qawwija li jiffriskaw il-griżmejn mingħajr zokkor miżjud biss”

05.3

Chewing gum

 

“E 969

Advantame

200

 

b'zokkor miżjud jew polijoli biss, biex itejbu t-togħma”

 

“E 969

Advantame

400

 

mingħajr zokkor miżjud biss”

05.4

Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4

 

“E 969

Advantame

20

 

ħlewwiet abbażi tal-lamtu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

10

 

ħlewwiet mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

20

 

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef biss, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

“E 969

Advantame

4

 

zlazi biss”

06.3

Ċereali tal-kolazzjon

 

“E 969

Advantame

10

 

ċereali tal-kolazzjon b'kontenut ta' fibra ta' aktar minn 15 % u li fihom tal-anqas 20 % nuħħala, b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

07.2

Prodotti fini moħmijin

 

“E 969

Advantame

10

 

essoblaten — karta tal-ostja biss”

 

“E 969

Advantame

17

 

prodotti fini moħmijin għal użu nutrittiv speċjali”

09.2

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

 

“E 969

Advantame

3

 

ħut u mmarinar tal-ħut, krustaċji u molluski ppreżervati jew semi-ppreżervati ħelwin-qarsa biss”

11.4.1

Prodotti ta' fuq il-mejda li jżidu l-ħlewwa f'forma likwida

 

“E 969

Advantame

quantum satis”

 

 

11.4.2

Prodotti ta' fuq il-mejda li jżidu l-ħlewwa f'forma ta' trab

 

“E 969

Advantame

quantum satis”

 

 

11.4.3

Prodotti ta' fuq il-mejda li jżidu l-ħlewwa f'pilloli

 

“E 969

Advantame

quantum satis”

 

 

12.4

Mustarda

 

“E 969

Advantame

4”

 

 

12.5

Sopop u brodijiet

 

“E 969

Advantame

2

 

soppa b'valuri enerġetiċi mnaqqsa biss”

12.6

Zlazi

 

“E 969

Advantame

4”

 

 

12.7

Insalati u taħlitiet li jiddellku mal-ħobż abbażi ta' ikel mhux ħelu

 

“E 969

Advantame

4

 

Feinkostsalat biss”

13.2

Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE (għajr għal prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)

 

“E 960

Advantame

10”

 

 

13.3

Ikel djetetiku għal dieti ta' kontroll tal-piż maħsub biex jieħu post l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali (id-dieta ta' kuljum totali jew parti minnha)

 

“E 960

Advantame

8”

 

 

14.1.3

Nettari tal-frott kif definit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u nettari tal-ħaxix u prodotti simili

 

“E 969

Advantame

6

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

14.1.4

Xarbiet aromatizzati

 

“E 969

Advantame

6

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

14.2.1

Birra u xarbiet tax-xgħir

 

“E 969

Advantame

6

 

birra mingħajr alkoħol jew b'kontenut ta' alkoħol li ma jaqbiżx il-1,2 % vol; 'Bière de table/Tafelbier/Table beer (b'kontenut oriġinali ta' estratt tax-xgħir ta' inqas minn 6 %) għajr għall-‘Obergäriges Einfachbier’; Birer b'aċidità minima ta' 30 milli-ekwivalenti espressi bħala NaOH; Birer kannella tat-tip ’oud bruin’”

 

“E 969

Advantame

0,5

 

birra b'valur enerġetiku mnaqqas biss”

14.2.3

Sidru u sidru tal-lanġas

 

“E 969

Advantame

6”

 

 

14.2.8

Xarbiet alkoħoliċi oħra inklużi spriti b'anqas minn 15 % ta' alkoħol u taħlitiet ta' xarbiet alkoħoliċi ma' xarbiet mhux alkoħoliċi

 

“E 969

Advantame

6”

 

 

15.1

Ikel ħafif abbażi tal-patata, iċ-ċereali, id-dqiq jew il-lamtu

 

“E 969

Advantame

5”

 

 

15.2

Ġewż ipproċessat

 

“E 969

Advantame

5”

 

 

16

Deżerti għajr għal prodotti koperti fil-kategoriji 1,3 u 4

 

“E 969

Advantame

10

 

b'valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

17.1

Supplimenti tal-ikel provduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili

 

“E 969

Advantame

20”

 

 

17.2

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma likwida

 

“E 969

Advantame

6”

 

 

17.3

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma tat-tip tal-ġulepp jew li tintgħomod

 

“E 969

Advantame

55”

 

 


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 968:

“E 969 ADVANTAME

Sinonimi

 

Definizzjoni

L-Advantame (ANS9801) huwa prodott permezz ta' sinteżi kimika fi proċess ta' tliet stadji; il-produzzjoni tal-intermedju prinċipali tal-manifattura, 3-idrossi- 4-metossiċinnamaldeid (HMCA), segwit b'idroġenizzazzjoni biex jiffurmaw 3-(3-idrossi- 4-metossifenil) propionaldeid (HMPA). Fl-aħħar stadju, is-soluzzjoni ta' HMPA metanol (filtrat) tiġi kombinata ma' aspartam li jagħti immina li taħt idroġenizzazzjoni selettiva tifforma l-advantame. Is-soluzzjoni titħalla tikristallizza u kristalli mhux raffinati jinħaslu. Il-prodott jiġi kristallizzat mill-ġdid u l-kristalli jinfirdu, jinħaslu u jitnixxfu.

Nru tal-CAS

714229-20-6

Isem kimiku

N-[N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil) propil]-α-aspartil]-L-fenilalanina 1-metil ester, monoidrat (IUPAC);

L-fenilalanina, N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil)propil]-L-alfa-aspartil-, 2-metil ester, monoidrat (CA)

Formula molekulari

C24H30N2O7·H2O

Piż molekolari

476,52 g/mol (monoidrat)

Test

Mhux inqas minn 97,0 % u mhux aktar minn 102,0 % fuq bażi anidruża

Deskrizzjoni

Trab abjad għal isfar

Identifikazzjoni

 

Punt ta' titwib

101,5 °C

Purità

 

N-[N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil)propil-α-aspartil]-L-fenilalanina (ANS9801-aċidu)

Mhux aktar minn 1,0 %

Sustanzi oħra relatati totali

Mhux aktar minn 1,5 %

Solventi Residwi

Aċetat tal-isopropil: Mhux aktar minn 2 000  mg/kg

Aċetat tal-metil Mhux aktar minn 500 mg/kg

Metanol: Mhux aktar minn 500 mg/kg

2-Propanol: Mhux aktar minn 500 mg/kg

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 5,0 % (Metodu Karl Fischer)

Residwu mat-tqabbid

Mhux aktar minn 0,2 %

Arseniku

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Palladju

Mhux aktar minn 5,3 mg/kg

Platinu

Mhux aktar minn 1,7 mg/kg”