24.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2014
tas-17 ta' Frar 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda li t-tip tagħhom diġà ġie approvat fi proċess b'diversi stadji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XII tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 692/2008 (2) jistabbilixxi metodu ġdid biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi N1 li t-tip tagħhom diġà ġie approvat fi proċess b'diversi stadji (minn hawn 'il qudddiem imsejħa “vetturi li għaddew minn diversi stadji”). Il-metodu l-ġdid se jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2014 iżda ilu jista jiġi applikat fuq bażi volontarja mill-1 ta' Jannar 2013. |
(2) |
Il-Punt 7 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jistipula li l-emmissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vetturi kompluti għandhom ikunu allokati lill-manifattur tal-vetturi ta' bażi. Dan jeħtieġ li vettura li għaddiet minn diversi stadji kompluta tkun tista' tiġi rikonoxxuta fil-proċess ta' monitoraġġ u li l-manifattur tal-vettura ta' bażi jkun jista' jiġi identifikat. Dan jeħtieġ ukoll li ċerta dejta dwar il-vettura ta' bażi tiġi ddeterminata skont il-metodoloġija l-ġdida stabbilita fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-manifatturi tal-vettura ta' bażi għandhom id-dritt li jivverifikaw id-dejta marbuta ma' vettura li għaddiet minn diversi stadji, li abbażi tagħha jiġu kkalkulati l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu pprovduti l-parametri tad-dejta rilevanti sabiex jiġi żgurat li tali verifika tkun tista' titwettaq b'mod effettiv. |
(4) |
Il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 tapplika fir-rigward tal-vetturi mhux sħaħ u dawk kompluti. Madankollu, meta vettura sħiħa tkompli tinbidel wara l-ewwel reġistrazzjoni tagħha, għandu jiġi ċċarat li hija l-massa fi stat operattiv u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura sħiħa li tintuża bħala l-vettura ta' bażi li għandhom jiġu mmonitorjati u meqjusa għall-kalkolu tal-miri għall-emissjonijiet speċifiċi. |
(5) |
Jeħtieġ li tiġi speċifikata aktar id-dejta li għandha tiġi pprovduta sabiex jiġi żgurat li r-rendiment tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi li jgħaddu minn diversi stadji tkun tista' tiġi mmonitorjata u vverifikata b'mod xieraq u effiċjenti. |
(6) |
Vettura hija identifikata permezz ta' numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “VIN”), jiġifieri kodiċi alfanumeriku assenjat lil kull vettura mill-manifattur skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 (3). Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fit-Taqsima 4 tal-Anness XVII, tistipula li n-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ta' bażi għandu, bħala regola ġenerali, jinżamm matul l-istadji sussegwenti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-proċess. Għaldaqstant, permezz tal-VIN għandu jkun possibbli li ssir rabta bejn vettura kompluta u vettura ta' bażi sabiex b'hekk jiġi identifikat il-manifattur tal-vettura ta' bażi responsabbli għall-emissjonijiet tas-CO2. Barra minn hekk, il-VIN għandu jippermetti lill-manifattur tal-vettura ta' bażi jivverifika d-dejta rilevanti relatata mal-vettura ta' bażi. Peress li m'hemmx parametri oħrajn li jistgħu jipprovdu rabta bħal din, huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu mitluba jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-VINs ta' vetturi N1 li jkunu għadhom kif ġew irreġistrati lill-Kummissjoni permezz tas-sistema ta' ġbir ta' dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA). |
(7) |
Sabiex jiġu kkalkulati l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, huwa meħtieġ, skont il-punt 7 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, li titqies il-massa miżjuda prestabbilita ddeterminata skont il-punt 5.3 tal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. Dan se jeħtieġ il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-massa fi stat operattiv tal-vettura ta' bażi u l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli ta' dik il-vettura, li permezz tagħhom tista' tiġi ddeterminata l-massa miżjuda prestabbilita, jew, inkella, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-massa miżjuda prestabbilita nnifisha. Barra minn hekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk vettura li tkun għaddiet minn diversi stadji taqax jew le fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, jeħtieġ li jiġi vverifikat li l-massa ta' referenza tal-vettura kompluta ma taqbiżx il-limiti msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament. |
(8) |
Meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jipprovdu l-parametri meħtieġa kollha skont l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 minħabba d-disinn tas-sistema tagħhom għar-reġistrazzjoni ta' dejta dwar vetturi kummerċjali ħfief ġodda, dawk il-parametri jistgħu jiġu pprovduti mill-manifatturi kkonċernati fin-notifika msemmija fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. |
(9) |
Għal dik l-istess raġuni, il-manifatturi jistgħu, f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 (5), jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-EEA bil-VINs li huma assenjaw lill-vetturi mibjugħa fis-sena kalendarja preċedenti jew li għalihom inħarġet garanzija f'dik is-sena. |
(10) |
Wara li vettura tiġi rreġistrata sabiex tkun tista' tibda tiċċirkula fit-traffiku, il-VINs jistgħu jiġu marbuta ma' settijiet ta' dejta li jippermettu l-identifikazzjoni tas-sid tal-vettura. Madankollu, il-VIN fih innifsu ma jinkludix id-dejta personali u l-ipproċessar tad-dejta għall-iskopijiet tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 ma jeħtieġ aċċess għal ebda dejta personali marbuta u lanqas l-ipproċessar tagħha. Għaldaqstant, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-VINs mhumiex meqjusa bħala l-ipproċessar tad-dejta personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madankollu, huwa rikonoxxut li l-VINs jistgħu jitqiesu bħala dejta sensittiva, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-prevenzjoni tas-serq tal-vetturi, u għaldaqstant huwa xieraq li jiġi żgurat li l-VINs irrappurtati lill-Kummissjoni u lill-EEA ma jiġux ippubblikati. |
(11) |
Billi tqabbel il-VINs irrappurtati mill-Istati Membri ma' dawk ipprovduti mill-manifatturi, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EEA, għandha tidentifika l-manifatturi u l-vetturi kkonċernati u tħejji s-sett tad-dejta provviżorju skont l-Artikolu 10b tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012. |
(12) |
Sabiex ikun żgurat paralleliżmu sħiħ tar-rekwiżiti ta' monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 ma' dawk applikabbli għall-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), huwa xieraq li jiġu adattati r-rekwiżiti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 dwar il-forniment ta' dejta aggregata u l-metodoloġija għad-determinazzjoni l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief. |
(13) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjoniijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta' Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta' April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).
(6) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
ANNESSI
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Il-parti C tinbidel b'dan li ġej: “C. Il-formats għat-trażmissjoni tad-dejta Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-format li ġej: Taqsima 1 — Dejta aggregata dwar il-monitoraġġ
Taqsima 2 — Dejta ddettaljata dwar il-monitoraġġ — reġistrazzjoni ta' vettura waħda
|
(1) Il-kodiċijiet tal-alfa-2 mogħtija fl-istandard tal-ISO bin-numru 3166, ħlief għall-Greċja u r-Renju Unit, li għalihom għandhom jintużaw il-kodiċijiet ‘EL’ u ‘UK’ rispettivament.
(2) Meta, fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, ma tkunx tista' tiġi pprovduta dejta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minn tal-inqas jipprovdi d-dejta speċifikata f'dan il-format għall-vettura kompluta. Fejn in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ma jistax jiġi pprovdut, id-dejta ddettaljata kollha għandha tiġi pprovduta għall-vettura sħiħa, għall-vettura kompluta kif ukoll għall-vettura ta' bażi skont il-punti (a), (b) u (c) tal-punt 1.2 tal-Parti A ta' dan l-Anness.
(3) Fil-każ ta' approvazzjonijiet f'serje żgħira f'livell nazzjonali (NSS) jew l-approvazzjonijiet individwali (IVA), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna ‘Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru’ filwaqt li fil-kolonna ‘Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur’ għandha tiġi indikata waħda minn dawn li ġejjin ‘AA-NSS’ jew‘AA-IVA’ skont il-każ.
(4) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-manifattur tal-vettura ta' bażi (mhux sħiħa/sħiħa). Jekk il-manifattur tal-vettura ta' bażi ma jkunx disponibbli indika biss il-manifattur tal-vettura kompluta.
(5) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi.
(6) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, il-massa fi stat operattiv u l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi jistgħu jiġu sostitwiti mill-massa miżjuda prestabbilta speċifikata fl-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip skont il-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE.”.