29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 323/2014

tat-28 ta' Marzu 2014

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula regoli dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu ('il-lista'), fil-punti ta' dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas fuq bażi trimestrali u jitqiesu s-sorsi tal-informazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti tal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet ta’ missjonijiet f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti trimestrali dwar kunsinni ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jindikaw li l-lista jeħtieġ li tiġi emendata.

(4)

B’mod partikolari, għal kunsinni ta’ weraq tal-betel li joriġinaw mill-Indja u mit-Tajlandja, enzimi li joriġinaw mill-Indja, karawett u prodotti derivati li joriġinaw mis-Sudan u weraq tad-dwieli li joriġinaw mit-Turkija, is-sorsi rilevanti ta’ informazzjoni jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda li jeżiġu l-introduzzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw dawn il-kunsinni għandhom jiġu inklużi fil-lista.

(5)

Barra minn hekk, il-lista trid tiġi emendata billi jitħassru l-annotazzjonijiet għall-komoditajiet li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell globalment sodisfaċenti ta' konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom żieda fil-kontrolli uffiċjali ma tibqax għalhekk ġustifikata. L-annotazzjoni fil-lista dwar it-taljarini mnixxfa miċ-Ċina għandha għaldaqstant titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni ġiet informata wkoll mill-Istati Membri dwar il-ħtieġa li jiġi speċifikat li l-annotazzjonijiet għall-importazzonijiet ta’ ħxejjex aromatiċi mill-Marokk, mit-Tajlandja u mill-Vjetnam, okra mill-Vjetnam u bżar mit-Tajlandja u mill-Vjetnam, ikopru wkoll il-komoditajiet imkessħa. Fl-interess taċ-ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hemm bżonn ukoll li ssir preċiżjoni fil-lista rigward l-annotazzjonijiet għall-importazzonijiet ta' larinġ u frawli mill-Eġittu u piżelli u fażola mill-Kenja.

(7)

Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ modifiki fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 669/2009, b’mod partikolari biex jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet dwar it-tkomplija tat-trasport stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament fid-dokument komuni tad-dħul. Jinħtieġu wkoll modifiki tekniċi ulterjuri għan-Noti għal Gwida għad-dokument komuni tad-dħul.

(8)

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li jiġu sostitwiti l-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 qed jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ April 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESS

ANNESS I

Għalf u ikel mhux ta’ oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Suddiviżjoni TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflotossini

10

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b’xi mod ieħor

(Għalf u ikel)

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Frawli (iffriżat)

(Ikel)

0811 10

 

Iċ-Ċina (CN)

Norovajrus u epatite A

5

Brassica oleracea

(Brassica oħra li tittiekel, il-'Brokkoli Ċiniż') (2)

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (3)

20

Pomelo

(Ikel - frisk)

ex 0805 40 00

31 ; 39

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (4)

20

Te, sew jekk mogħti t-togħma sew jekk le

(Ikel)

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (5)

10

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (6)

10

Bettieħa morra (Momordica charantia)

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (6)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ;

0805 10 80

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (7)

10

Frawli (frisk)

(Ikel)

0810 10 00

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (8)

10

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella (9)

10

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflotossini

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

Kari (prodotti biċ-ċilì)

0910 91 05

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

0908 11 00 ;

0908 12 00

Enzimi; enzimi preparati

(Għalf u ikel)

3507

 

L-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflotossini

20

Piżelli bil-miżwed (bil-qoxra)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (10)

10

Fażola bil-miżwed (bil-qoxra)

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

ex 0708 20 00

40

Nagħniegħ

(Ikel – ħaxixa aromatika friska jew imkessħa)

ex 1211 90 86

30

Il-Marokk (MA)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (11)

10

Fażola mnixxfa

(Ikel)

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (12)

50

Dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) żrieragħ u prodotti derivati

(Ikel)

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sjerra Leone (SL)

Aflotossini

50

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflotossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b’xi mod ieħor

(Għalf u ikel)

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Bżar (mhux ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (13)

10

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (9)

10

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (9)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

(Ikel – ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

30

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (14)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

(Ikel – ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

20

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (14)

20

Brunġiel

(Ikel - ħxejjex friski, imkessħa jew iffriżati)

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (15)

10

Weraq tad-dielja

(Ikel)

ex 2008 99 99

11 ; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (16)

10

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossina A

50

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (17)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Tursin

(Ikel – ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 0709 99 90

40

Okra

ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati b'metodi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' residwu uniku (17)

20

Bżar (mhux ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20

ANNESS II

DOKUMENT KOMUNI TAD-DĦUL (DKD)

Image

Image

Image

Noti biex iservu ta’ gwida għad-DKD

Ġenerali:

Imla d-dokument komuni tad-dħul b’ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti.

Parti I   Din il-Parti trid timtela mill-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

Kaxxa I.1.

Il-konsenjatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li qed tibgħat il-konsenja. Huwa rakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz elettroniku.

Kaxxa I.2.

Informazzjoni relatata man-numru ta’ referenza tad-DKD li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul deżinjat (PDD). L-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel għandu jindika l-punt tad-dħul deżinjat fejn għandha tasal il-konsenja.

Kaxxa I.3.

Id-destinatarju: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li lilha hija indirizzata l-konsenja. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.4.

Il-persuna responsabbli għall-konsenja: il-persuna (l-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu jew il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni f’ismu) li tkun inkarigata mill-konsenja meta din tiġi ppreżentata fil-PDD u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet neċessarji lill-awtorità kompetenti fil-PDD f’isem l-importatur. Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz elettroniku.

Kaxxa I.5.

Il-pajjiż tal-oriġini: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn qed toriġina, titkabbar, tinħasad jew tiġi prodotta il-komodità.

Kaxxa I.6.

Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn ġiet mgħobbija l-konsenja fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn l-Unjoni.

Kaxxa I.7.

Importatur: l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.8.

Il-post tad-destinazzjoni: indirizz tal-konsenja fl-Unjoni. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.9.

Wasla fil-PDD: daħħal id-data ta’ meta hu mistenni li tasal il-konsenja fil-PDD.

Kaxxa I.10.

Id-dokumenti: daħħal id-data tal-ħruġ u n-numru ta’ dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-konsenja, kif xieraq.

Kaxxa I.11.

Agħti d-dettalji kollha tal-mezz tat-trasport għall-wasla tal-konsenja: għall-inġenji tal-ajru agħti n-numru tat-titjira; għall-bastimenti l-isem tal-vapur; għall-vetturi tat-triq in-numru tar-reġistrazzjoni fin-numru tat-trejler, jekk xieraq, għall-ferroviji l-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun.

Referenzi dokumentati: in-numru tal-polza tal-ajru, il-polza ta' kargu jew in-numru kummerċjali għall-ferrovija jew għall-vettura tat-triq.

Kaxxa I.12.

Deskrizzjoni tal-komodità: agħti deskrizzjoni dettaljata tal-komodità (inkluż għall-għalf, it-tip ta’ għalf).

Kaxxa I.13.

Kodiċi tal-komodità: uża l-kodiċi li jidentifika l-komodità kif elenkata fl-Anness I (inkluża s-suddiviżjoni TARIC, jekk applikabbli).

Kaxxa I.14.

Piż gross: piż kumplessiv f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, imma mingħajr il-kontenituri għat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

Piż nett: il-piż tal-prodott innifsu f’kg, mingħajr l-imballaġġ. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti nfushom mingħajr kontenituri immedjati jew bla ebda imballaġġ.

Kaxxa I.15.

In-numru tal-pakketti.

Kaxxa I.16.

Temperatura: immarka l-kaxxa li turi t-temperatura adegwata tat-trasport/tal-ħażna.

Kaxxa I.17.

Tip ta’ pakketti: identifika t-tip ta’ imballaġġ tal-prodotti.

Kaxxa I.18.

Komodità maħsuba għal: immarka l-kaxxa xierqa skont, jekk il-prodott huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr klassifikazzjoni minn qabel jew trattament fiżiku ieħor (f’dan il-każ immarka ‘għall-konsum mill-bniedem’) jew huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f’dan il-każ immarka ‘għall-aktar ipproċessar’), jew jekk hu maħsub bħala ‘għalf’ (f’dan il-każ immarka ‘għalf’).

Kaxxa I.19.

Niżżel in-numri kollha ta’ identifikazzjoni u tas-siġill tal-kontenitur fejn rilevanti.

Kaxxa I.20.

Trasferiment lejn punt ta’ kontroll: Matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), il-PDD għandu jimmarka din il-kaxxa biex jippermetti t-trasferiment lejn punt ta’ kontroll ieħor.

Kaxxa I.21.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.22.

Għall-importazzjoni: din il-kaxxa għandha tiġi mmarkata jekk il-konsenja tkun maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (Artikolu 8).

Kaxxa I.23.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.24.

Immarka l-mezz ta’ trasport adegwat.

Parti II   Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa II.1.

Uża l-istess numru ta’ referenza li jidher fil-Kaxxa I.2.

Kaxxa II.2.

Għall-użu tas-servizzi tad-dwana, jekk ikun meħtieġ.

Kaxxa II.3.

Verifika tad-dokumenti: trid timtela għall-konsenji kollha.

Kaxxa II.4.

L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika jekk il-konsenja ntgħażlitx għall-kontrolli fiżiċi, li matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1) jistgħu jsiru f’punt ta’ kontroll differenti.

Kaxxa II.5.

L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), wara verifika sodisfaċenti tad-dokumenti, lejn liema punt ta’ kontroll tista’ tiġi ttrasportata l-konsenja sabiex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità.

L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika wkoll jekk il-konsenja tkunx awtorizzata għat-trasport ulterjuri previst fl-Artikolu 8. It-trasport ulterjuri jista' jiġi awtorizzat biss jekk il-kontrolli tal-identità jkunu twettqu fil-PDD u jekk ir-riżultat tagħhom ikun sodisfaċenti. Il-Kaxxa II.11 għandha għalhekk timtela fl-istess waqt meta jiġi awtorizzat it-trasport ulterjuri, filwaqt li l-Kaxxa II.12 għandha timtela ladarba jkunu disponibbli r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju.

Kaxxa II.6.

Indika b'mod ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tiġi rrifjutata minħabba r-riżultat mhux sodisfaċenti tal-verifiki tad-dokumenti. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ ‘Dispaċċ mill-ġdid’, ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ u ‘Użu għal skop ieħor’ irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.7.

Kaxxa II.7.

Agħti, kif xieraq, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew l-isem tal-vapur u tal-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ kontroll ulterjuri tal-konsenja, pereżempju għall-Kaxxa II.6, ‘Dispaċċ mill-ġdid’, ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’.

Kaxxa II.8.

Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDD hawnhekk.

Kaxxa II.9.

Firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD.

Kaxxa II.10.

Mhux applikabbli.

Kaxxa II.11.

L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tal-kontrolli tal-identità hawnhekk.

Kaxxa II.12.

L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi hawnhekk.

Kaxxa II.13.

L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tat-test tal-laboratorju hawnhekk. Imla f’din il-kaxxa l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih sar it-test tal-laboratorju.

Kaxxa II.14.

Din il-kaxxa trid tintuża għall-konsenji kollha li jridu jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera fi ħdan l-Unjoni.

Kaxxa II.15.

Mhux applikabbli.

Kaxxa II.16.

Indika b'mod ċ-ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tiġi rrifjutata minħabba r-riżultat mhux sodisfaċenti tal-kontrolli fiżiċi jew tal-identità. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ ‘Dispaċċ mill-ġdid’, ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ u ‘Użu għal skop ieħor’ irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.18.

Kaxxa II.17.

Ir-raġunijiet għar-rifjut: uża, kif xieraq, biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa t-tajba.

Kaxxa II.18.

Agħti, kif xieraq, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-vapur u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ kontroll ulterjuri tal-konsenja, pereżempju, għall-Kaxxa II.16, ‘Dispaċċ mill-ġdid’, ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’.

Kaxxa II.19.

Imla din il-kaxxa meta jinkiser is-siġill irreġistrat oriġinarjament malli jinfetaħ il-kontenitur. Trid tinżamm lista konsolidata tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop.

Kaxxa II.20.

Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDD hawnhekk jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Kaxxa II.21.

Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Parti III   Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa III.1.

Dettalji dwar id-dispaċċ mill-ġdid: l-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika l-mezz tat-trasport użat, id-dettalji tal-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż ta’ destinazzjoni u d-data tad-dispaċċ mill-ġdid malli jsiru magħrufa.

Kaxxa III.2.

Is-segwitu: indika l-Unità tal-Awtorità Kompetenti Lokali responsabbli, kif xieraq, għas-sorveljanza f’każ ta’ ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’ tal-konsenja. Dik l-awtorità għandha tirrapporta r-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza tal-konsenja f’din il-kaxxa.

Kaxxa III.3.

Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-uffiċjal responsabbli għall-punt tal-kontroll, f’każ ta’ ‘Dispaċċ mill-ġdid’. Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti lokali f’każ ta’ ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’.


(1)  Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u fin-nomenklatura tal-prodotti ma tkun teżisti l-ebda suddiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat 'ex'.

(2)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala 'Kai Lan', 'Gai Lan', 'Gailan', 'Kailan', 'Chinese bare Jielan'.

(3)  B'mod partikolari r-residwi ta': Klorfenapir, Fipronil (is-somma fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf and Propikonażol.

(4)  B'mod partikolari r-residwi ta': Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta' triadimefon u triadimenol), Paratijon-metil (somma ta' Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Fentoat, Metidatijon.

(5)  B'mod partikolari r-residwi ta': Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Somma ta’ isomeri RS u SR), Profenofos, Trifluralina; Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)).

(6)  B'mod partikolari r-residwi ta': Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (somma ta' aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfon tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espress bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentjuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (somma tal-isomeri p, p' u o,p'), Dimetoat (somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (somma ta' metijokarb and sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espressa bħala metijokarb), Metomil and Tijodikarb (somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

(7)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbendażim u benomil (somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrina (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (somma ta' isomeri)) Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat (somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludjossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċijalotrin, Metjokarb (somma ta' metjokarb u sulfossur tal-metjokarb u sulfon, espress bħala metjokarb), Metomil u Tijodikarb (somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Pentoat, Tijofanat-metil.

(8)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrin (ċipermetrin inklużi taħlitiet ta' isomeri kostitwenti (somma ta' isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (somma ta' isomeri p, p' u o,p'), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (somma ta' prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

(9)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(10)  B'mod partikolari r-residwi ta': Dimetoat (somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Diafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

(11)  B'mod partikolari r-residwi ta': Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (somma ta' isomeri)), Dimetoat (somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (somma ta' Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).

(12)  B’mod partikolari r-residwi ta’ Diklorvos.

(13)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Triażofos, Malatijon (somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: Somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(kloridrat).

(14)  B'mod partikolari r-residwi ta': Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (somma ta’ isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

(15)  B'mod partikolari r-residwi ta': Metomil u Tijodikarb (somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Diafentjuron, Dimetoat (somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Somma ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(kloridrat), Malatijon (somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(16)  B'mod partikolari r-residwi ta': Ażossistrobin, Boskalid, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa- u beta- u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Kresoksim-metil, Lambda-ċjalotrina, Metalassil u metalassil-M (metalassil li jinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti li jinkludu l-metalassil-M (somma ta' isomeri)), Metossifenożid, Metrafenonu, Miklobutanil, Penkonażol, Piraklostrobina, Pirimetanil, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol), Triflossistrobin.

(17)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Profenofos, Permetrina (somma ta’ isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta’ fipronil + metabolita tas-sulfon (MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol.