12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/190


DIRETTIVA 2014/59/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Mejju 2014

li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-kriżi finanzjarja wriet li hemm nuqqas sinifikanti ta’ għodod adegwati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu ttrattati b’mod effettiv l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (“istituzzjonijiet”) mhux sodi jew li qed ifallu. Dawn l-għodod huma meħtieġa, b’mod partikolari, sabiex jipprevjenu l-insolvenza jew biex meta sseħħ insolvenza jimminimizzaw ir-riperkussjonijiet negattivi billi jippreżervaw il-funzjonijiet sistemikament importanti tal-istituzzjoni konċernata. Matul il-kriżi, dawn l-isfidi kienu fattur ewlieni li ġiegħel lill-Istati Membri sabiex isalvaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu billi jużaw il-flus tal-kontribwenti. L-għan ta’ qafas ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni kredibbli huwa li jbiegħed il-ħtieġa ta’ azzjoni bħal din kemm jista’ jkun.

(2)

Il-kriżi finanzjarja kellha dimensjoni sistemika, fis-sens li affettwat l-aċċess għall-finanzjament ta’ proporzjon kbir tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Sabiex ikun evitat falliment, b’konsegwenzi għall-ekonomija kollha, tali kriżi teħtieġ miżuri maħsuba biex jiżguraw l-aċċess għall-finanzjament taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li nkella jkunu solventi. Tali miżuri involvew appoġġ ta’ likwidità mill-banek ċentrali u garanziji mill-Istati Membri għat-titoli maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu solventi.

(3)

Is-swieq finanzjarji tal-Unjoni huma integrati u interkonnessi ferm, b’ħafna istituzzjonijiet joperaw b’mod estensiv lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Huwa probabbli li l-falliment ta’ istituzzjoni transkonfinali jaffettwa l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fl-Istati Membri differenti fejn topera. L-inabbiltà tal-Istati Membri li jieħdu l-kontroll ta’ istituzzjoni li qed tfalli u jirriżolvuha b’mod li effettivament jipprevjeni ħsara sistemika usa’ tista’ thedded il-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri u l-kredibbiltà tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. L-istabbiltà tas-swieq finanzjarji hija, għalhekk, kondizzjoni essenzjali għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

(4)

Attwalment ma hemm l-ebda armonizzazzjoni tal-proċeduri sabiex jiġu riżolti istituzzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Xi Stati Membri japplikaw għall-istituzzjonijiet l-istess proċeduri li japplikaw lill-impriżi insolventi l-oħra, u f’ċerti każijiet adattawhom għall-istituzzjonijiet. Hemm differenzi sostanzjali u proċedurali konsiderevoli bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-insolvenza tal-istituzzjonijiet fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-kriżi finanzjarja esponiet il-fatt li proċeduri ta’ insolvenza korporattiva ġenerali mhumiex dejjem adattati għall-istituzzjonijiet minħabba li mhux dejjem jiżguraw ir-rapidità tal-intervent, il-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjonijiet u l-preżervazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja.

(5)

Huwa għalhekk meħtieġ reġim sabiex l-awtoritajiet jiġu pprovduti b’sett ta’ għodod kredibbli sabiex jintervjenu b’mod bikri u malajr biżżejjed f’istituzzjoni mhux soda jew li qed tfalli sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi kritiċi tal-istituzzjoni, filwaqt li jiġi minimizzat l-impatt ta’ falliment ta’ istituzzjoni fuq is-sistema ekonomika u finanzjarja. Ir-reġim għandu jiżgura li l-azzjonisti jġarrbu t-telf l-ewwel u li l-kredituri jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti bil-kondizzjoni li l-ebda kreditur ma jġarrab telf akbar minn dak li kien iġarrab kieku l-istituzzjoni tkun ġiet stralċjata skont proċeduri ta’ insolvenza normali b’konformità mal-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar kif speċifikat f’din id-Direttiva. Setgħat ġodda għandhom jippermettu lill-awtoritajiet, pereżempju, li jżommu aċċess mhux interrott għad-depożiti u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament, ibiegħu l-porzjonijiet vijabbli tal-istituzzjoni fejn xieraq, u jqassmu t-telf f’manjiera li hija ġusta u prevedibbli. Dawk l-għanijiet għandhom jgħinu sabiex tiġi evitata d-destabilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji u jiġu minimizzati l-ispejjeż għall-kontribwenti.

(6)

Ir-rieżami li għaddej tal-qafas regolatorju, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-bafers kapitali u tal-likwidità u għodod aħjar għall-politiki makroprudenzjali, għandu jnaqqas il-probabbiltà ta’ kriżijiet futuri u jtejjeb ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet għall-istress ekonomiku, indipendentement minn jekk ikunx ikkaġunat minn disturbi sistemiċi jew minn avvenimenti speċifiċi għall-istituzzjoni individwali. Mhuwiex possibbli, madankollu, li jitfassal qafas regolatorju u superviżorju li jista’ jevita li dawk l-istituzzjonijiet qatt ma jidħlu f’diffikultajiet. L-Istati Membri, għalhekk, għandhom ikunu ppreparati u għandu jkollhom għodod ta’ rkupru u riżoluzzjoni adegwati biex jittrattaw sitwazzjonijiet li jinvolvu kemm kriżijiet sistemiċi kif ukoll fallimenti ta’ istituzzjonijiet individwali. Tali għodod għandhom jinkludu mekkaniżmi li jagħmluha possibbli li l-awtoritajiet jittrattaw b’mod effettiv l-istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu jew li x’aktarx ifallu.

(7)

L-eżerċizzju ta’ tali setgħat u l-miżuri meħuda għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi li fihom iseħħ il-falliment. Jekk il-problema tirriżulta f’istituzzjoni individwali u l-bqija tas-sistema finanzjarja ma tkunx affettwata, l-awtoritajiet għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni tagħhom mingħajr ħafna tħassib dwar effetti ta’ kontaġju. F’ambjent fraġli, min-naħa l-oħra, għandha tingħata iktar attenzjoni sabiex tiġi evitata d-destabbilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji.

(8)

Riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni li tinżamm bħala negozju avvjat, tista’, bħala miżura estrema, tinvolvi għodod ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern, inkluża sjieda pubblika temporanja. Huwa essenzjali, għalhekk, li s-setgħat tar-riżoluzzjoni u l-arranġamenti ta’ finanzjament jiġu strutturati b’tali mod li l-kontribwenti jkunu l-benefiċjarji ta’ kwalunkwe bilanċ żejjed li jista’ jirriżulta mir-ristrutturar ta’ istituzzjoni li terġa’ titqiegħed fuq bażi soda mill-awtoritajiet. Ir-responsabbiltà u t-teħid tar-riskju għandhom jiġu akkumpanjati minn kumpens.

(9)

Xi Stati Membri diġà promulgaw bidliet leġiżlattivi li jintroduċu mekkaniżmi biex jirriżolvu istituzzjonijiet li qed ifallu; oħrajn indikaw l-intenzjoni tagħhom li jintroduċu dawn il-mekkaniżmi jekk ma jiġux adottati f’livell tal-Unjoni. Huwa probabbli li n-nuqqas ta’ kondizzjonijiet, setgħat u proċessi komuni għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet jikkostitwixxi ostaklu għall-operat mingħajr intoppi tas-suq intern u jfixklu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet meta jittrattaw ma’ gruppi istituzzjonijiet transkonfinali li qed ifallu. Dan huwa partikolarment veru fejn approċċi differenti jfissru li l-awtoritajiet ma għandhomx l-istess livell ta’ kontroll jew l-istess abbiltà li jirriżolvu istituzzjonijiet. Dawk id-differenzi fir-reġimi tar-riżoluzzjoni jistgħu jaffettwaw ukoll l-ispejjeż ta’ finazjament ta’ istituzzjonijiet b’mod differenti fl-Istati Membri differenti u potenzjalment joħolqu distorsjonijiet kompetittivi bejn istituzzjonijiet. Reġimi ta’ riżoluzzjoni effettivi fl-Istati Membri kollha huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu ristretti fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suq intern ta’ stabiliment permezz tal-kapaċità finanzjarja tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom li jimmaniġġja l-falliment tagħhom.

(10)

Dawk l-impedimenti għandhom jiġu eliminati u għandhom jiġu adottati regoli sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tas-suq intern ma jiġux mhedda. Għal dak il-għan, ir-regoli li jirregolaw ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet għandhom isiru soġġetti għal regoli ta’ armonizzazzjoni minimi komuni.

(11)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-servizzi finanzjarji kif ukoll l-ogħla livell possibbli ta’ stabbiltà finanzjarja fil-firxa sħiħa ta’ istituzzjonijiet, ir-reġim tar-riżoluzzjoni għandu japplika għall-istituzzjonijiet u soġġett għar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Ir-reġim għandu japplika wkoll għall-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarji u kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarji mħallta li hemm proveddiment għalihom fid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), kumpaniji b’parteċipazzjoni b’attività mħallta u istituzzjonijiet finanzjarji, fejn tal-aħħar ikunu sussidjarji ta’ istituzzjoni jew ta’ kumpanija holding finanzjarja, jew ta’ kumpanija holding finanzjarja mħallta jew ta’ kumpanija holding finanzjarja b’attività mħallta u jkunu koperti bis-superviżjoni ta’ intrapriża prinċipali fuq bażi konsolidata. Il-kriżi wriet li l-insolvenza ta’ entità affiljata ma’ grupp jista’ jkollha impatt rapidu fuq is-solvenza tal-grupp kollu u, għaldaqstant ikollha wkoll implikazzjonijiet sistemiċi proprji. L-awtoritajiet għandu għalhekk ikollhom mezzi effettivi ta’ azzjoni fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet sabiex jipprevjenu l-kontaġju u jipproduċu skema ta’ riżoluzzjoni konsistenti għall-grupp kollu, minħabba li l-insolvenza ta’ entità affiljata ma’ grupp jista’ jkollha impatt rapidu fuq is-solvenza tal-grupp kollu.

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fil-qafas regolatorju, il-kontropartijiet ċentrali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u d-depożitorji ċentrali tat-titoli kif definiti fir-regolament li ġej tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) jistgħu jkunu koperti minn inizjattiva leġiżlattiva separata li tistabbilixxi qafas ta' rkupru u riżoluzzjoni għal dawk l-entitajiet.

(13)

L-użu tal-għodda u s-setgħat tar-riżoluzzjoni previsti f’din id-Direttiva jistgħu jfixklu d-drittijiet tal-azzjonisti u l-kredituri. B’mod partikolari, is-setgħa tal-awtoritajiet li jittrasferixxu l-ishma jew l-assi kollha jew parti minnhom ta’ istituzzjoni lil akkwirent privat mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti jaffettwa d-drittijiet tas-sjieda tal-azzjonisti. Barra minn hekk, is-setgħa li jiġi deċiż liema obbligazzjonijiet jiġu ttrasferiti minn istituzzjoni li qed tfalli abbażi tal-għanijiet tal-iżgurar tal-kontiwità tas-servizzi u li jiġu evitati l-effetti ħżiena fuq l-istabbiltà finanzjara jista’ jaffettwa t-trattament ugwali tal-kredituri. Għalhekk, azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tittieħed biss meta tkun meħtieġa fl-interess pubbliku u kull interferenza fid-drittijiet ta’ azzjonisti u kredituri li tirriżulta minn azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tkun kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B’mod partikolari, meta l-kredituri fl-istess klassi jiġu ttrattati b’mod differenti fil-kuntest ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni, tali distinzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati fl-interess pubbliku u proprzjonati għar-riskju li jkun qed jiġi indirizzat u la għandhom ikunu direttament diskriminatorji u l-anqas indirettament diskriminatorji għal raġunijiet ta’ nazzjonalità.

(14)

L-awtoritajiet għandhom iqisu n-natura tan-negozju ta’ istituzzjoni, l-istruttura azzjonarja, il-forma ġuridika, il-profil tar-riskju, id-daqs, l-istatus ġuridiku u l-interkonnettività ma’ istituzzjonijiet oħrajn jew mas-sistema finanzjarja b’mod ġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, jekk hijiex membru ta’ skema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew sistemi oħra ta’ solidarjetà reċiproka kooperattiva, jekk teżerċitax xi servizzi jew attivitajiet ta’ investiment, u jekk il-falliment jew l-istralċ sussegwenti tagħha skont proċeduri normali ta’ insolvenza humiex mistennija jħallu effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kondizzjonijiet tal-finanzjament, jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali, fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni u meta jużaw is-setgħat u l-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom, jaċċertaw ruħhom li r-reġim jiġi applikat b’mod xieraq u proporzjonat u li l-piż amministrattiv relatat mal-obbligi ta’ preparazzjoni ta’ pjan ta’ rkupru u riżoluzzjoni jiġi minimizzat. Billi l-kontenut u l-informazzjoni speċifikati f'din id-Direttiva u fl-Anness tagħha jistabbilixxu standard minimu għal istituzzjonijiet b'rilevanza sistemika evidenti, l-awtoritajiet jistgħu japplikaw rekwiżiti ta’ informazzjoni u ta’ ppjanar ta’ rkupru u riżoluzzjoni differenti jew imnaqqsa b’mod sinifikanti fuq bażi speċifika skont l-istituzzjoni, u bi frekwenza iktar baxxa minn sena għall-aġġornamenti. Għal istituzzjoni żgħira b’interkonnettività u komplessità żgħar, pjan ta’ rkupru jista’ jitnaqqas għal xi informazzjoni bażika dwar l-istruttura tagħhom, skattaturi ta’ azzjonijiet ta’ rkupru u possibilitajiet ta’ rkupru. Jekk istituzzjoni tkun tista’ titħalla ssir insolventi, konsegwentement il-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jista’ jitnaqqas. Barra minn hekk, ir-reġim għandu jiġi applikat b’tali mod li ma jfixkilx l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. B’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ikkaratterizzati minn problemi usa’ jew anke dubji dwar ir-reżiljenza ta’ bosta stituzzjonijiet, huwa essenzjali li l-awtoritajiet iqisu r-riskju tal-kontaġju mill-azzjonijiet meħuda f’rabta ma’ kwalunkwe istituzzjoni individwali.

(15)

Sabiex tiġi żgurata r-rapidità meħtieġa ta’ azzjoni, tiġi ggarantita l-indipendenza minn atturi ekonomiċi u jiġu evitati kunflitti ta’ interess, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet fdati b’setgħat amministrattivi pubbliċi sabiex iwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti fir-rigward ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi xierqa jiġu allokati lil dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. In-nomina ta’ awtoritajiet pubbliċi ma għandhiex teskludi delegar taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni. Madankollu, mhuwiex meħtieġ li jiġi preskritt it-tip ta’ awtorità jew awtoritajiet li l-Istati Membri għandhom jaħtru bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni. Filwaqt li l-armonizzazzjoni ta’ dak l-aspett tiffaċilita l-koordinazzjoni, tinterferixxi konsiderevolment mas-sistemi kostituzzjonali u amministrattivi tal-Istati Membri. Grad suffiċjenti ta’ koordinazzjoni xorta jista’ jinkiseb b’rekwiżit inqas intrużiv: l-awtoritajiet nazzjonali kollha involuti fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet għandhom jiġu rrappreżentati f’kulleġġi tar-riżoluzzjoni, fejn isseħħ koordinazzjoni fil-livell transkonfinali jew tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu liberi li jagħżlu liema awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u għall-eżerċizzju tas-setgħat stabbiliti f’din id-Direttiva. Meta Stat Membru jinnomina l-awtorità responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet (awtorità kompetenti) bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni, għandu jkun hemm fis-seħħ arranġamenti strutturali adegwati għas-separazzjoni tal-funzjonijiet ta’ superviżjoni u dawk ta’ riżoluzzjoni. Dik is-separazzjoni m’għandhiex twaqqaf il-funzjoni ta’ riżoluzzjoni milli jkollha aċċess għal kwalunkwe informazzjoni disponibbli għall-funżjoni ta’ superviżjoni.

(16)

Fid-dawl tal-konsegwenzi li l-falliment ta’ istituzzjoni jista’ jkollha fuq is-sistema finanzjarja u l-ekonomija ta’ Stat Membru kif ukoll il-ħtieġa possibbli li jintużaw fondi pubbliċi sabiex tiġi riżolta kriżi, il-Ministeri tal-Finanzi jew ministeri rilevanti oħra fl-Istati Membri għandhom jiġu involuti mill-qrib, fi stadju bikri, fil-proċess tal-immaniġġjar u r-riżoluzzjoni tal-kriżi.

(17)

Riżoluzzjoni effettiva tal-istituzzjonijiet jew gruppi ta’ entitajiet li joperaw madwar l-Unjoni teħtieġ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ risoluzzjoni fi ħdan kulleġġi ta’ superviżjoni u riżoluzzjoni fl-istadji kollha koperti minn din id-Direttiva, mill-preparazzjoni ta’ pjannijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni sar-riżoluzzjoni reali ta’ istituzzjoni. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva fir-rigward ta’ istituzzjonijiet, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (“ABE”), stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 2010/1093 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), għandha, fejn speċifikat f’din id-Direttiva, bħala l-aħħar rimedju, taqdi rwol ta’ medjazzjoni. F’ċerti każijiet, din id-Direttiva tipprovdi medjazzjoni vinkolanti mill-ABE b’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Tali medjazzjoni vinkolanti ma tipprekludix medjazzjoni mhux vinkolanti b’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 f’każijiet oħra.

(18)

Fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet jew gruppi li joperaw fl-Unjoni, id-deċiżjonijiet li jittieħdu għandu jkollhom l-għan li jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja u jimminimizzaw l-effetti ekonomiċi u soċjali fl-Istati Membri fejn topera l-istituzzjoni jew il-grupp.

(19)

Sabiex jittrattaw b’mod effiċjenti ma’ istituzzjonijiet li qed ifallu, l-awtoritajiet għandu jkollhom is-setgħa jimponu miżuri preventivi u preparatorji.

(20)

Minħabba l-estensjoni ta’ responsabilitajiet u kompiti tal-ABE stabbiliti f’din id-Direttiva, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mingħajr dewmien riżorsi umani u finanzjarji adegwati. Għal dak il-għan, il-proċedura għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tagħha kif imsemmija fl-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, għandha tqis kif dovut dawn il-kompiti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiżguraw li jiġu sodisfatti l-aqwa standards ta’ effiċjenza.

(21)

Huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet iħejju u jaġġornaw regolarment pjanijiet ta’ rkupru li jistabbilixxu miżuri li għandhom jittieħdu minn dawk l-istituzzjonijiet gbiex terġa’ tinġieb il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom wara deterjorament sinifikanti. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu dettaljati u bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi applikabbli f’firxa ta’ xenarji robusti u severi. Ir-rekwiżit li jitħejja pjan ta’ rkupru għandu madankollu jiġi applikat proporzjonalment u jirrifletti l-importanza sistemika tal-istituzzjoni jew tal-grupp u tal-interkonnettività tagħha, inkluż permezz ta’ skemi ta’ garanzija reċiproka. Għaldaqstant, il-kontenut meħtieġ għandu jqis in-natura tas-sorsi tal-finanzjament tal-istituzzjoni, inkluż obbligazzjonijiet jew finanzjament b’garanziji reċiproċi, u l-grad safejn l-appoġġ tal-grupp ikun disponibbli b’mod kredibbli. Istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa li jissottomettu l-pjanijiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti għal valutazzjoni kompleta, inkluż jekk il-pjanijiet humiex komprensivi u jistgħux jirristawraw b’mod fattibbli l-vijabbiltà tal-istituzzjoni, fil-ħin, anke f’perjodi ta’ stress finanzjarju qawwi.

(22)

Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jinkludu miżuri possibbli li għandhom jittieħdu mill-maniġment tal-istituzzjoni meta l-kondizzjonijiet għall-intervent bikri jkunu ġew sodisfatti.

(23)

Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk azzjoni mis-settur privat tistax tevita l-falliment ta’ istituzzjoni fi żmien raġonevoli, l-awtorità rilevanti għandha tqis l-effettività ta’ miżuri ta’ intervent bikri mwettqa fl-iskeda ta’ żmien iddeterminata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Fil-każ tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp, l-impatt potenzjali tal-miżuri ta’ rkupru fuq l-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp għandu jitqies fit-tfassil tal-pjanijiet.

(24)

Fejn istituzzjoni ma tippreżentax pjan ta’ rkupru adegwat, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa jesiġu lil dik l-istituzzjoni tieħu miżuri meħtieġa biex tirranġa n-nuqqasijiet tal-pjan. Dak ir-rekwiżit jista’ jaffettwa l-libertà tat-twettiq tan-negozju kif garantit mill-Artikolu 16 tal-Karta. Il-limitazzjoni ta’ dak id-dritt fundamentali huwa madankollu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istabbiltà finanzjarja. Aktar speċifikament, din il-limitazzjoni hija meħtieġa sabiex jissaħħaħ in-negozju tal-istituzzjonijiet u, jiġi evitat li l-istituzzjonijiet jikbru eċċessivament jew jieħdu riskji eċċessivi mingħajr ma jkunu kapaċi jegħlbu l-ostakoli u t-telf u terġa’ tinġieb il-bażi kapitali tagħhom. Il-limitazzjoni hija proporzjonata għaliex tippermetti azzjoni preventiva sal-grad li jkujn meħtieġ biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u għalhekk tikkonforma mal-Artikolu 52 tal-Karta.

(25)

L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta’ riżoluzzjoni effettiva. L-awtoritajiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi identifikata u żgurata t-tkomplija ta’ funzjonijiet kritiċi. Il-kontenut ta’ pjan ta’ riżoluzzjoni għandu madankollu jkun proporzjonat għall-importanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp.

(26)

Minħabba l-għarfien privileġġjat tal-istituzzjoni dwar il-funzjonament proprju tagħha u kwalunkwe problema li tirriżulta minnu, il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.

(27)

Sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u sabiex jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv, il-possibbiltà li awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, ma jeżiġux ir-rekwiżiti relatati mat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni skont il-każ għandu jiġi permess fil-każijiet limitati speċifikati f’din id-Direttiva. Tali każijiet jinkludu istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali u kompletament jew parzjalment eżentati mir-rekwiżiti prudenzjali fil-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2013/36/UE u istituzzjonijiet li jappartjenu għal skema ta’ protezzjoni istituzzjonali b’konformità mal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’kull każ l-għoti ta’ rinunzja għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet speċifikati f’din id-Direttiva.

(28)

Bi qbil mal-istruttura kapitali ta’ istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dawk l-istituzzjonijiet ma għandhomx ikunu obbligati li kull waħda minnhom tfassal pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni separati minħabba r-raġuni unika li l-korp ċentrali li jappartjenu għalih ikun taħt is-superviżjoni diretta tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(29)

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, abbażi tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti, għandu jkollhom is-setgħa li jesiġu bidliet fl-istruttura u l-organizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, li jieħdu miżuri li huma meħtieġa u proporzjonati biex jitnaqqsu jew jitneħħew impedimenti materjali għall-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u jiżguraw ir-riżolvibbiltà tal-entitajiet konċernati. Minħabba n-natura potenzjalment sistemika tal-istituzzjonijiet kollha, huwa kruċjali, sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, li l-awtoritajiet ikollhom il-possibbiltà jirriżolvu kwalunkwe istituzzjoni. Sabiex jiġi rispettat id-dritt li jitwettaq negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta, id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet għandha tkun limitata biss għal dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu ssimplifikati l-istruttura u l-operati tal-istituzzjoni biex titjieb ir-riżoluzzjoni tagħha. Barra minn dan, kwalunkwe miżura imposta għal dawn l-għanijiet għandha tkun konsistenti mal-liġi tal-Unjoni. Il-miżuri la għandhom ikunu direttament u lanqas indirettament diskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità, u għandhom jiġu ġġustifkati mir-raġuni prevalenti li qed jitwettqu fl-interess pubbliku u tal-istabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, azzjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet. Meta jiddeterminaw il-miżuri li għandhom jittieħdu, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(30)

Il-miżuri proposti sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew grupp ma għandhomx jipprevjenu lill-istituzzjonijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbilment konferit lilhom mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(31)

Il-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni ma għandhomx jissoponu aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew skopertura tal-kontribwenti għar-riskju tat-telf.

(32)

It-trattament tal-grupp għall-ippjanar ta’ rkupru u riżoluzzjoni previst f’din id-Direttiva għandu japplika għall-gruppi ta’ istituzzjonijiet kollha ssorveljati fuq bażi kkonsolidata, inklużi gruppi li l-impriżi tagħhom ikunu marbuta permezz ta’ relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Il-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni għandhom iqisu l-istruttura finanzjarja, teknika u tan-negozju tal-grupp rilevanti. Jekk jitħejjew pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni individwali għal istituzzjonijiet li jkunu parti minn grupp, l-awtoritajiet rilevanti għandu jkollhom l-għan li jiksbu, kemm jista’ jkun, konsistenza mal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni għall-bqija tal-grupp.

(33)

Għandha tkun ir-regola ġenerali li pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp jitħejjew għall-grupp kollu kemm hu u jiġu identifikati miżuri fir-rigward tal-istituzzjoni prinċipali kif ukoll tas-sussidjarji indiviwali kollha li huma parti mill-grupp. L-awtoritajiet rilevanti li jaġixxu fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar il-valutazzjoni u l-adozzjoni ta’ dawk il-pjanijiet. Madankollu, f’każijiet speċifiċi fejn pjan individwali ta’ rkupru jew riżoluzzjoni jkun tfassal, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp ivvalutat mis-superviżur tal-konsolidazzjoni jew il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp deċiż mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp ma għandux ikopri dawk il-gruppi ta’ entitajiet li għalihom il-pjanijiet individwali jkunu ġew ivvalutati jew ippreparati mill-awtoritajiet rilevanti.

(34)

Fil-każ ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp għandu jitqies speċifikatament fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn il-grupp ikollu s-sussidjarji għandhom ikunu involuti fit-tfassil tal-pjan.

(35)

Il-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni għandhom jinkludu proċeduri ta’ kif jiġu infurmati u kkonsultati r-rappreżentanti tal-impjegati fil-proċessi ta’ rkupru u riżoluzzjoni fejn ikun xieraq. Fejn applikabbli, f’dak ir-rigward għandu jkun hemm konformità ma’ ftehimiet kollettivi jew arranġamenti oħra previsti mis-sħab soċjali, kif ukoll mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-involviment tat-trejdjunjins u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-proċessi ta’ ristrutturar tal-kumpaniji.

(36)

Fid-dawl tas-sensittività tal-informazzjoni li jkun fihom, l-informazzjoni kunfidenzjali fil-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali kif stabbilit f’din id-Direttiva.

(37)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-pjanijiet ta’ rkupru u kwalunkwe tibdil fihom lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti, u dawn tal-aħħar għandhom jittrażmettu l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe tibdil fihom lil dawk tal-ewwel, sabiex b’mod permanenti kull awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti tibqa’ tinżamm infurmata bis-sħiħ.

(38)

L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja minn entità waħda fi grupp transkonfinali lil entità oħra fl-istess grupp hija attwalment ristretta minn għadd ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali f’xi Stati Membri. Dawk id-dispożizzjonijiet huma ddisinjati sabiex jipproteġu lill-kredituri u l-azzjonisti ta’ kull entità. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet ma jqisux l-interdipendenza tal-entitajiet tal-istess grupp. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit taħt liema kondizzjonijiet għajnuna finanzjarja tista’ tiġi ttrasferita bejn entitajiet fi grupp ta’ istituzzjonijiet transkonfinali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu kemm hu mingħajr ma jipperikola l-likwidità jew is-solvenza tal-entità tal-grupp li tipprovdi l-appoġġ. L-għajnuna finanzjarja bejn l-entitajiet tal-grupp għandha tkun volontarja u għandha tkun soġġetta għal salvagwardji xierqa. Huwa xieraq li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment ma jitqegħedx direttament jew indirettament taħt il-kondizzjoni mill-Istati Membri tal-eżistenza ta’ ftehim li tingħata għajnuna finanzjarja. Id-dispożizzjonijiet rigward għajnuna finanzjarja intragrupp f’din id-Direttiva ma jaffettwawx arranġamenti ta’ responsabbiltà kuntrattwali jew statutorja bejn istituzzjonijiet li jipproteġu l-istituzzjonijiet li jipparteċipaw permezz ta’ kontrogaranziji u arranġamenti ekwivalenti. Meta awtorità kompetenti tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja intragrupp u meta l-pjan ta’ rkupru tal-grupp jagħmel referenza għall-għajnuna finanzjarja intragrupp, tali projbizzjoni jew restrizzjoni għandha titqies bħala bidla materjali għall-fini ta’ reviżjoni tal-pjan ta’ rkupru.

(39)

Matul il-fażijiet ta’ rkupru u intervent bikri stabbiliti f’din id-Direttiva, l-azzjonisti għandhom iżommu r-responsabilità u l-kontroll assolut tal-istituzzjoni ħlief meta l-awtorità kompetenti taħtar amministratur temporanju. Ma għandhomx jibqgħu jżommu tali responsabilità ladarba l-istituzzjoni ditta tkun tpoġġiet taħt riżoluzzjoni.

(40)

Sabiex tiġi ppriżervata l-istabbiltà finanzjarja, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrimedjaw id-deterjorazzjoni ta’ sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ istituzzjoni qabel ma l-istituzzjoni tilħaq punt fejn l-awtoritajiet ma jkollhom l-ebda alternattiva oħra ħlief li jirriżolvuha. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw setgħat ta’ intervent bikri, inkluża s-setgħa li jaħtru amministratur temporanju, biex jissostitwixxi jew biex jaħdem temporanjament mal-korp maniġerjali jew mal-maniġment superjuri ta’ istituzzjoni. Il-kompitu tal-amministratur temporanju għandu jkun li jeżerċita kwalunkwe setgħa kkonferita lilu bil-ħsieb tal-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet biex titranġa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni. Il-ħatra ta’ amministratur temporanju ma għandhiex tinterferixxi mingħajr bżonn mad-drittijiet tal-azzjonisti jew is-sidien jew obbligi proċedurali stabbiliti skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni jew nazzjonali u għandha tirrispetta l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jew l-Istati Membri marbuta mal-protezzjoni tal-investiment. Is-setgħat ta’ intervent bikri għandhom jinkludu dawk diġà previsti fid-Direttiva 2013/36/UE għal ċirkostanzi oħra minn barra dawk ikkunsidrati bħala intervent bikri kif ukoll oħrajn ikkunsidrati bħala meħtieġa sabiex tiġi rrestawrata s-sodezza finanzjarja ta’ istituzzjoni.

(41)

Il-qafas ta’ riżoluzzjoni għandu jipprovdi għad-dħul f’waqtu tar-riżoluzzjoni qabel istituzzjoni finanzjarja ssir insolventi fuq il-karta tal-bilanċ u qabel tispiċċa kompletament fix-xejn l-ekwità kollha. Ir-riżoluzzjoni għandha tinbeda meta awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni ma’ awtorità ta’ riżoluzzjoni, tiddetermina li istituzzjoni qed tfalli jew x’aktarx li tfalli u miżuri alternattivi kif speċifikat f’din id-Direttiva jipprevejenu tali falliment fi żmien raġonevoli. B’mod eċċezzjonali, l-Istati Membri jitsgħu jipprovdi li minbarra l-awtorità kompetenti, id-determinazzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew x’aktarx li tfalli tista’ ssir ukoll mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti. Il-fatt li istituzzjoni ma tissodisfawx ir-rekwiżiti għal awtorizzazzjoni ma għandux jiġġustifika minnu nnifsu d-dħul ta’ riżoluzzjoni, speċjalment jekk l-istituzzjoni tkun għadha jew x’aktarx li tkun għadha vijabbli. Istituzzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli meta tikser jew x’aktarx li tkun fil-futur qarib tikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni, meta l-assi tal-istituzzjoni jkunu jew x’aktarx li fil-futur qarib ikunu inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha, meta l-istituzzjoni ma tkunx tista’ jew x’aktarx li ma tkunx tista’ fil-futur qarib tħallas id-djun tagħha hekk kif isiru dovuti, jew meta l-istituzzjoni teħtieġ għajnuna finanzjarja straordinarja minbarra fiċ-ċirkostanzi partikolari stabbiliti f’din id-Direttiva. Il-ħtieġa għal għajnuna ta’ likwidità ta’ emerġenza minn bank ċentrali biss ma għandhiex fiha nnfisha tkun kondizzjoni li turi b’mod suffiċjenti li istituzzjoni hija jew ser issir, fil-futur qarib, inkapaċi tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif dawn isiru dovuti.

Jekk dik il-faċilità tkun ġiet garantita minn Stat, istituzzjoni li taċċessa tali faċilità tkun soġġetta għall-qafas tal-għajnuna mill-Istat. Sabiex tiġi ppriżervata l-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari f’każ ta’ skarżezza ta’ likwidità sistemika, garanziji tal-Istati fuq faċilitajiet ta’ likwidità pprovduti minn banek ċentrali jew garanziji tal-Istat ta’ obbligazzjonijiet ġodda maħruġa biex jiġi rimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru ma għandhomx jiskattaw qafas ta’ riżoluzzjoni jekk jintlaħqu għadd ta’ kondizzjonijiet. Partikolarment miżuri ta’ garanziji tal-Istat jeħtieġ li jiġu approvati skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat u ma għandhomx ikunu parti minn pakkett akbar ta’ għajnuna, u l-użu tal-miżuri ta’ garanzija għandu jkun strettament għal żmien limitat. Il-garanziji tal-Istati Membri għa pretensjonijiet ta’ ekwità għandha tkun ipprojbita. Meta jipprovdi garanzija, għal obbligazzjonijiet li jkunu għadhom kemm inħarġu, barra azzjonijiet, Stat Membru għandu jiżgura li l-garanzija tkun remunerata biżżejjed mill-istituzzjoni. Barra minn hekk, l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju ma għandux jiskatta riżoluzzjoni meta, bħala miżura ta’ prekawzjoni, Stat Membru jieħu ekwità f’istituzzjoni, inkluża istituzzjoni bi sjieda pubblika, li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kapital tiegħu. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta istituzzjoni tkun meħtieġa żżid kapital ġdid minħabba l-eżitu ta’ test tal-istress ibbażat fuq xenajru jew l-eżerċizzju ekwivalenti mwettaq minn awtoritajiet makroprudenzjali li jinkludi rekwiżit maħsub għaż-żamma tal-istabilità finanzjarja fil-kuntest ta’ kriżi sistemika, iżda l-istituzzjoni ma tkunx tista’ żżid il-kapital privatament fis-swieq. Istituzzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli unikament abbażi tal-fatt li ġie pprovdut dak l-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Finalment, l-aċċess għal faċilitajiet ta’ likwidità li jinkludu għajnuna ta’ likwidità ta’ emerġenza minn banek ċentrali jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont il-qafas ta’ għajnuna mill-Istat.

(42)

Fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp b’attività transkonfinali, kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tqis l-impatt potenzjali tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha fejn topera l-istituzzjoni jew il-grupp.

(43)

Is-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw ukoll għal kumpaniji b’parteċipazzjoni fejn kemm il-kumpanija b’parteċipazzjoni kif ukoll l-istituzzjoni sussidjarja, kemm jekk fl-Unjoni kif ukoll jekk f’pajjiż terz, ikunu qed ifallu jew probabbli jfallu. Barra minn hekk u minkejja l-fatt li kumpanija b’parteċipazzjoni tista’ ma tkunx qed tfalli jew probabbli tfalli, is-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw għall-kumpannija b’parteċipazzjoni fejn istituzzjoni sussidjarja waħda jew aktar jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni, jew fejn istituzzjoni ta’ pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni f’dak il-pajjiż terz, u l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni b’relazzjoni mal-kumpanija b’parteċipazzjoni tkun meħtieġa għar-riżoluzzjoni ta’ xi sussidjarja jew aktar tagħha jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp kollu.

(44)

Meta istituzzjoni tkun qed tfalli jew x’aktarx tfalli, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sett minimu armonizzat ta’ għodod u setgħat ta’ riżoluzzjoni. L-eżerċizzju tagħhom għandu jkun soġġett għal kondizzjonijiet, għanijiet, u prinċipji ġenerali komuni. Ladarba l-awtorita ta’ riżoluzzjoni tkun ħadet id-deċiżjoni li tqiegħed l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, għandhom jiġu esklużi l-proċeduri normali ta’ insolvenza ħlief jekk ikunu jeħtieġu li jkunu kombinati mal-għodod ta’ riżoluzzjoni u fuq l-inizjattiva tal-awtorita ta’ riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkonferixxu, fuq l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, setgħat u għodod addizzjonali ma’ dawk mogħtija lilhom skont din id-Direttiva. L-użu ta’ dawk l-għodod u setgħat addizzjonali, madankollu għandu jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ riżoluzzjoni u l-għanijiet kif stabbiliti f’din id-Direttiva. B’mod partikolari, l-użu ta’ dawn l-għodod jew setgħat ma għandux jaffettwa r-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transkonfinali.

(45)

Sabiex jiġi evitat periklu morali, kwalunkwe istituzzjoni li tkun qed tfalli għandha tkun tista’ toħroġ mis-suq, irrispettivament mid-daqs u l-interkonnettività tagħha, mingħajr ma tikkawża taqlib sistemiku. Istituzzjoni li tkun qed tfalli għandha fil-prinċipju tiġi likwidata skont proċeduri normali ta’ insolvenza Madankollu, il-likwidazzjoni skont proċeduri normali ta’ insolvenza tista’ tipperikola l-istabbiltà finanzjarja, titterrompi l-provvista ta’ funzjonijiet kritiċi, u taffettwa l-protezzjoni tad-depożituri. F’dan il-każ huwa wisq probabbli li jkun hemm interess pubbliku li l-istituzzjoni titqiegħed taħt riżoluzzjoni u li jiġu applikati għodod ta’ riżoluzzjoni flok rikors għal proċeduri normali ta’ insolvenza. L-għanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom għalhekk ikunu li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi, biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, biex jiġu protetti fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja straordinarja għal istituzzjonijiet li qed ifallu, u sabiex jiġu protetti d-depożituri koperti, l-investituri, il-fondi tal-klijent u l-assi tal-klijent.

(46)

Dejjem għandu jitqies l-istralċ ta’ istituzzjoni li qed tfalli permezz ta’ proċeduri normali ta’ insolvenza qabel l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni. Istituzzjoni li qed tfalli għandha tinżamm, permezz tal-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni, bħala negozju avvjat bl-użu, kemm jista’ jkun, ta’ fondi privati. Dan jista’ jinkiseb jew permezz ta’ bejgħ jew fużjoni ma’ akkwirent mis-settur privat jew permezz ta’ tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew wara l-konversjoni tad-dejn tagħha għal ekwità, sabiex isseħħ rikapitalizzazzjoni.

(47)

Fl-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li dik l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tittieħed b’konformità ma’ prinċipji fosthom li l-azzjonisti u l-kredituri jerfgħu sehem xieraq tat-telf, li l-maniġment għandu fil-prinċipju jiġi sostitwit, li l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jiġu minimizzati, u li l-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b’mod ekwu. B’mod partikolari, meta l-kredituri fl-istess klassi jiġu ttrattati b’mod differenti fil-kuntest ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni, tali distinzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati fl-interess pubbliku u la għandhom ikunu direttament diskriminatorji u l-anqas indirettament diskriminatorji għal raġunijiet ta’ nazzjonalità. Meta l-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni jinvolvi l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat, l-interventi għandhom jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-għajnuna mill-Istat. Għajnuna mill-Istat tista’ tkun involuta, fost l-oħrajn, fejn il-fondi tar-riżoluzzjoni jew il-fondi ta’ garanzija tad-depożiti jintervjenu biex jgħinu fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu.

(48)

Fl-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw mar-rappreżentanti tal-impjegati fejn ikun xieraq. Fejn applikabbli, il-ftehimiet kollettivi, jew l-arranġamenti l-oħra pprovduti mis-sħab soċjali, għandhom jiġu kkunsidrati b’mod sħiħ f’dak ir-rigward.

(49)

Il-limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-azzjonisti u l-kredituri għandhom ikunu f’konformità mal-Artikolu 52 tal-Karta. L-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom għalhekk jiġu applikati biss lil dawk l-istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu jew probabbli li jfallu, u dan biss meta jkun neċessarju biex jintlaħaq l-għan tal-istabbiltà finanzjarja fl-interess ġenerali. Partikolarment, l-għodod ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati fejn l-istituzzjoni ma tistax tiġi stralċjata taħt proċeduri normali ta’ insolvenza mingħajr ma tiġi distabbilizzata s-sistema finanzjarja u l-miżuri jkunu neċessarji sabiex jiġi żgurat trasferiment rapidu u l-kontinwazzjoni ta’ funzjonijiet sistemikament importanti u fejn ma hemm l-ebda prospett raġonevoli għal kwalunkwe soluzzjoni privata alternattiva, inklużi kwalunkwe żieda fil-kapital mill-azzjonisti eżistenti jew minn kwalunkwe parti terza biżżejjed biex tiġi restawrata l-vijabbiltà sħiħa tal-istituzzjoni. Barra minn hekk, fl-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni, għandhom jitqiesu l-prinċipju tal-proporzjonalità kif ukoll il-karatteristiċi distinti tal-forma ġuridika ta’ istituzzjoni.

(50)

Interferenza mad-drittijiet tas-sjieda ma għandhiex tkun sproporzjonata. L-azzjonisti u l-kredituri affettwati ma għandhomx iġarrbu iktar telf minn dawk li kienu jġarrbu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata fiż-żmien meta ttieħted id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. Fil-każ ta’ trasferiment parzjali ta’ assi ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej privat jew bank tranżitorju, il-parti residwa tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Sabiex jiġu protetti l-azzjonisti u l-kredituri li jitħallew fil-proċeduri tal-istralċ tal-istituzzjoni, dawn għandhom ikunu intitolati jirċievu bi ħlas, jew kumpens, għall-pretensjonijiet tagħhom fil-proċeduri tal-istralċ mhux inqas minn dak li huwa stmat li kienu jirkupraw kieku l-istituzzjoni kollha ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

(51)

Għall-iskop li jiġi protett id-dritt tal-azzjonisti u l-kredituri, għandhom jiġu stabbiliti obbligi ċari fir-rigward tal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u fejn meħtieġ skont din id-Direttiva l-valutazzjoni tat-trattament li kienu jirċievu l-azzjonisti u l-kredituri kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Għandu jkun possibbli li valutazzjoni tinbeda diġà fil-fażi ta’ intervent bikri. Qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni, għandha titwettaq valutazzjoni ġusta u realistika u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni. Tali valutazzjoni għandha tkun soġġetta għal dritt ta’ appell flimkien mad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni biss. Barra minn hekk, fejn meħtieġ skont din id-Direttiva, paragun ex post bejn it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri jkunu fil-fatt ġew mogħtija u t-trattament li kienu jirċievu skont proċeduri normali ta’ insolvenza għandu jitwettaq wara li jkunu ġew applikati għodda ta’ riżoluzzjoni. Jekk ikun determinat li l-azzjonisti u l-kredituri jkunu rċevew, fil-ħlas, jew kumpens, għall-pretensjonijiet tagħhom, l-ekwivalenti ta’ inqas mill-ammont li kienu jirċievu taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas tad-differenza fejn meħtieġ skont din id-Direttiva. B’kuntrast mal-valutazzjoni ta’ qabel l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, għandu jkun possibbli li dak il-paragun jiġi kontestat separatament mid-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jitħallew ħielsa jiddeċiedu dwar il-proċedura ta’ kif l-azzjonisti u l-kredituri jitħallsu kwalunkwe differenza li tkun ġiet ddeterminata fit-trattament. Din id-differenza, jekk ikun hemm, għandha titħallas mill-arranġamenti finanzjarji stabbiliti skont din id-Direttiva.

(52)

Huwa importanti li t-telf jiġi rrikonoxxut mal-falliment tal-istituzzjoni. Il-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet li qed ifallu għandha tkun ibbażara fuq suppożizzjonijiet prudenti u realistiċi fil-mument meta l-għodod tar-riżoluzzjoni jiġu applikati. Madankollu, il-valur tal-obbligazzjonijiet ma għandux jiġi affettwat fil-valwazzjoni mill-istat finanzjarju tal-istituzzjoni. Għandu jkun possibbli, għar-raġunijiet ta’ urġenza, li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jagħmlu valwazzjoni rapida tal-assi jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni li qed tfalli. Dik il-valwazzjoni għandha tkun proviżorja u għandha tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti. L-istandards tekniċi vinkolanti tal-ABE relatati mal-metodoloġija ta’ valwazzjoni għandhom jistabbilixxu qafas ta’ prinċipji li għandu jintuża fit-twettiq ta’ tali valwazzjonijiet, u filwaqt li jkunu jistgħu jiġu applikati metodoloġiji speċifiċi differenti mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u minn valwaturi indipendenti kif xieraq.

(53)

Azzjoni rapida u kkoordinata hija meħtieġa sabiex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq u jiġi mminimizzat il-kontaġju. Ladarba istituzzjoni titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli u li ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni alternattiva tas-settur privat jew superviżorja tista’ tipprevejni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx idumu sabiex jieħdu azzjoni xierqa fl-interess pubbliku. Iċ-ċirkostanzi li fihom jista’ jseħħ falliment ta’ istituzzjoni, u b’mod partikolari billi titqies l-urġenza possibbli tas-sitwazzjoni, għandhom jippermettu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni mingħajr ma jimponu obbligu li l-ewwel jintużaw is-setgħat ta’ intervent bikri.

(54)

Meta jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu u jsegwu l-miżuri previsti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni sakemm l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jivvalutawx, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta’ riżoluzzjoni se jintlaħqu b’mod aktar effettiv billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex previsti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni.

(55)

Ħlief kif speċifikat f’din id-Direttiva, l-għodod ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati qabel kwalunkwe injezzjoni ta’ kapital mis-settur pubbliku jew għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ekwivalenti lill-istituzzjoni. Dan, madankollu, ma għandux jimpedixxi l-użu ta’ fondi mill-iskemi ta’ garanzija jew ta’ fondi ta’ riżoluzzjoni sabiex jiġi assorbit it-telf li nkella jġarrbu d-depożituri kopertijew il-kredituri esklużi b’mod diskrezzjonali. F’dak ir-rigward, l-użu ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, ta’ fondi ta’ riżoluzzjoni jew ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti, biex tiġi megħjuna r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet li qed ifallu għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-għajnuna mill-Istat.

(56)

Il-problemi fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni li jirriżultaw minn avvenimenti mifruxa fuq is-sistema jistgħu jkollhom effetti negattivi fuq l-ekonomija tal-Unjoni u fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-għodod ta’ riżoluxxjoni għandhom jitfasslu u jkunu xierqa biex jindirizzaw xenarji li fil-parti l-kbir jkunu imprevedibbli, filwaqt li jqisu li jaf ikun hemm differenzi bejn istituzzjoni unika fi kriżi u kriżi bankarja sistemika usa’.

(57)

Meta l-Kummissjoni tivvaluta għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107 TFUE tal-għodod ta’ stabilizzazzjoni tal-gvern imsemmija f’din id-Direttiva, hi għandha separatament tivvaluta jekk l-għodod ta’ stabilizzazzjoni tal-gvern notifikati jiksrux xi dispożizzjonijiet intrinsikament marbuta tal-liġi tal-Unjoni, inklużi dawk relatati mar-rekwiżit ta’ assorbiment tat-telf minimu ta’ 8 % li jinsab f’din id-Direttiva kif ukoll jekk hemmx sitwazzjoni straordinarja ħafna ta’ kriżi sistemika li tiġġustifika l-użu ta’ dawk l-għodod skont din id-Direttiva filwaqt li jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali fis-suq intern. B’konformità mal-Artikoli 107 u 108 TFUE, dik il-valutazzjoni għandha ssir qabel ma tintuża xi għodda ta’ stabilizzazzjoni tal-gvern.

(58)

L-applikazzjoni tal-għodod ta’ stabilizzazzjoni tal-gvern għandhom ikunu fiskalment newtrali fuq terminu medju.

(59)

L-għodod ta’ riżoluzzjoni għandhom jinkludu l-bejgħ tan-negozju jew ishma tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-istabbiliment ta’ istituzzjoni tranżitorja, is-separazzjoni tal-assi bi prestazzjoni tajba minn dawk indeboliti jew bi prestazzjoni baxxa tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli, u rikapitalizzazzjoni interna tal-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli.

(60)

Fejn l-għodod tar-riżoluzzjoni jkunu ntużaw sabiex jiġu ttrasferiti s-servizzi sistemikament importanti jew in-negozju vijabbli ta’ istituzzjoni għal entità soda bħal akkwirent mis-settur privat jew istituzzjoni tranżitorja, il-parti reżidwa tal-istituzzjoni għandha tiġi likwidata f’qafas ta’ żmien xieraq wara li tkun ġiet ikkunsidrata kwalunkwe ħtieġa għall-istituzzjoni li qed tfalli li tipprovdi servizzi jew appoġġ sabiex l-akkwirent jew l-istituzzjoni tranżitorja tkun tista’ tkompli twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati permezz ta’ dak it-trasferiment.

(61)

L-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju għandha tippermetti lill-awtoritajiet ibigħu l-istituzzjoni jew parti minn negozju tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti. Meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu arranġament għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dik l-istituzzjoni jew parti min-negozju tagħha f’proċess miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju, waqt li jimmiraw lejn il-massimizzazzjoni tal-prezz tal-bejgħ safejn possibbli. Meta, għal raġunijiet ta’ urġenza, tali proċess ikun impossibbli, l-awtoritajiet għandhom jieħdu passi biex jirranġaw l-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni u fuq is-suq intern.

(62)

Kwalunkwe dħul nett mit-trasferiment ta’ assi jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ tan-negozju għandu jibbenefika lill-istituzzjoni li titħalla fil-proċeduri tal-istralċ. Kwalunkwe dħul nett mit-trasferiment ta’ strumenti oħra ta’ sjieda maħruġa mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ tan-negozju għandu jibbenefika lill-azzjonisti. Id-dħul għandu jiġi kkalkulat nett mill-ispejjeż li jinħolqu mill-falliment tal-istituzzjoni u mill-proċess tar-riżoluzzjoni.

(63)

Sabiex jitwettaq il-bejgħ tan-negozju bla telf ta’ żmien u tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja, il-valutazzjoni tax-xerrej ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti għandha titwettaq fil-ħin b’mod li ma jdewwimx l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju b’konformità ma’ din id-Direttiva permezz ta’ deroga mill-iskadenzi u l-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(64)

Informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ istituzzjoni li qed tfalli u n-negozjati ma’ akkwirenti potenzjali qabel l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju x’aktarx li tkun ta’ importanza sistemika. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja, id-divulgazzjoni lill-pubbliku ta’ din l-informazzjoni meħtieġa mir-Regulation (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) tista’ tiġi ttardjata saż-żmien meħtieġ sabiex tiġi ppjanata u strutturata r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni skont id-dewmien permess taħt ir-reġim tal-abbuż tas-suq.

(65)

Bħala istituzzjoni kompletament jew parzjalment fil-pussess ta’ jew ikkontrollata minn awtorità pubblika waħda jew aktar jew ikkontrollata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, istituzzjoni tranżitorja jkollha bħala l-għan prinċipali tagħha li tiżgura li servizzi finanzjarji essenzjali jkomplu jiġu pprovduti lill-klijenti tal-istituzzjoni li qed tfalli u li l-attivitajiet finanzjarji essenzjali jkomplu jitwettqu. L-istituzzjoni tranżitorja għandha tiġi operata bħala avvjata vijabbli u għandha titqiegħed lura fis-suq meta l-kondizzjonijiet ikunu xierqa u fil-perjodu stabbilit f’din id-Direttiva jew tiġi stralċjata jekk ma tkunx vijabbli.

(66)

L-għodda tas-separazzjoni tal-assi għandha tippermetti lill-awtoritajiet jittrasferixxu assi, drittijiet jew responsabbiltajiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil vettura separata. Din l-għodda għandha tintuża biss flimkien ma’ għodod oħra sabiex jiġi evitat vantaġġ kompetittiv mhux mistħoqq għall-istituzzjoni li qed tfalli.

(67)

Reġim ta’ riżoluzzjoni effettiv għandu jnaqqas l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni li tkun qed tfalli li jġarrbu l-kontribwenti. Għandu jiżgura li istituzzjonijiet sistemiċi jkunu jistgħu jiġu riżolti mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. L-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna tilħaq dak il-għan billi tiżgura li l-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni li qed tfalli jsofru telf xieraq u jġarrbu parti xierqa minn dawk l-ispejjeż li jirriżultaw mill-falliment tal-istituzzjoni. L-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, għalhekk se tagħti lill-azzjonisti u l-kredituri inċentiv iktar b’saħħtu biex jimmonitorjaw is-saħħa ta’ istituzzjoni matul ċirkostanzi normali u tissodisfa r-rakkomandazzjoni tal-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja li s-setgħat statutorji ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tad-dejn għandhom jiġu inklużi f’qafas għar-riżoluzzjoni, bħala alternattiva addizzjonali flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni.

(68)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa sabiex jallokaw telf lill-kredituri f’firxa ta’ ċirkostanzi, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu japplikaw l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna kemm fejn l-għan huwa li l-istituzzjoni li qed tfalli tiġi riżolta bħala negozju avvjat, kif ukoll fejn ikun hemm prospett realistiku li l-vijabbiltà tal-istituzzjoni tista’ tiġi restawrata u fejn servizzi sistemikament importanti jiġu ttrasferiti lil istituzzjoni tranżitorja u l-parti reżidwa tal-istituzzjoni tieqaf topera u tiġi stralċjata.

(69)

Fejn l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna tiġi applikata bil-għan li jerġa’ jinġieb il-kapital tal-istituzzjoni li qed tfalli sabiex tkun tista’ tkompli topera bħala negozju avvjat, ir-riżoluzzjoni permezz ta’ rikapitalizzazzjoni interna għandha tiġi akkumpanjata mis-sostituzzjoni tal-maniġment, ħlief meta ż-żamma tal-maniġment tkun xierqa u neċessarja għall-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni, u ristrutturar sussegwenti tal-istituzzjoni u l-attivitajiet tagħha b’mod li jiġu indirizzati r-raġunijiet tal-falliment tagħha. Dak ir-ristrutturar għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju. Fejn applikabbli, tali pjanijiet jeħtieġ li jkunu kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li l-istituzzjoni hija meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni skont il-qafas għall-għajnuna mill-Istat. Partikolarment, flimkien mal-miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni, il-pjan għandu jinkludi miżuri li jillimitaw l-għajnuna għall-kondiviżjoni minima tal-piżijiet, u miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(70)

Mhuwiex xieraq li tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fuq pretensjonijiet safejn dawn ikunu ggarantiti, ikkollateralizzati jew iggarantiti mod ieħor. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna tkun effettiva u tikseb l-għanijiet tagħha, huwa tajjeb li tkun tista’ tiġi applikata għal firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti ta’ istituzzjoni li qed tfalli. Madankollu, huwa xieraq li jiġu esklużi ċerti tipi ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti mill-ambitu tal-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Sabiex jiġu protetti d-detenturi ta’ depożiti koperti, l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna ma għandhiex tapplika għal dawk id-depożiti li huma protetti skont id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi, l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna ma għandhiex tapplika għal ċerti obbligazzjonijiet lejn l-impjegati tal-istituzzjoni li qed tfalli jew għal pretensjonijiet kummerċjali relatati ma’ oġġetti u servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta’ kuljum tal-istituzzjoni. Sabiex jiġu onorati d-drittijiet għall-pensjoni u l-ammonti ta’ pensjoni dovuti lil fiduċjarji tal-pensjoni jew lil trustees tal-pensjoni, l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna m’għandhiex tapplika għall-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni li qed tfalli lil skema ta’ pensjoni. Madankollu, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni tkun tapplika għal obbligazzjonijiet għal benefiċċji tal-pensjoni attribwibbli għal remunerazzjoni varjabbli li ma tirriżultax minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv, kif ukoll għall-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta’ dawk li jieħdu riskju materjali. Biex jonqos ir-riskju ta’ kontaġju sistemiku, l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna ma għandhiex tapplika għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn parteċipazzjoni f’sistemi ta’ pagament li baqgħalhom anqas minn sebat ijiem ta’ maturità, jew obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li jagħmlu parti mill-istess grupp, b’maturità oriġinali ta’ anqas minn sebat ijiem.

(71)

Billi l-protezzjoni tad-depożituri koperti hija waħda mill-għanijiet l-iżjed importanti tar-riżoluzzjoni, id-depożiti koperti ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżerċizzju tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna. L-iskema tal-garanzija tad-depożiti għandha, madankollu, tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-proċess tar-riżoluzzjoni billi tassorbi t-telf sal-punt tat-telf nett li kieku kien jiġġarrab wara l-ikkumpensar ta’ depożituri fi proċedimenti ta’ insolvenza normali. L-eżerċizzju tas-setgħat ta’ rikapitalizzazzjoni interna se jiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, għall-inqas sal-livell ta’ kopertura, li hija r-raġuni ewlenija għaliex ġew stabbiliti l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti. In-nuqqas ta’ provvediment tal-involviment ta’ dawk l-iskemi f’każijiet bħal dawn jikkostitwixxi vantaġġ inġust fil-konfront tal-bqija tal-kredituri li jkunu soġġetti għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

(72)

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu jistgħu jeskludu jew jeskludu parzjalment l-obbligazzjonijiet f’għadd ta’ ċirkostanzi inkluż meta ma jkunx possibbli li ssir rikapitalizzazzjoni interna ta’ tali obbligazzjonijiet fi skeda ta’ żmien raġonevoli, l-esklużjoni tkun strettament neċessarja u tkun proporzjonata għall-kisba tal-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin jew l-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna għall-obbligazzjonijiet tikkawża distruzzjoni fil-valur bir-riżultat li t-telf imġarrab minn kredituri oħrajn ikun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunux ġew esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu jistgħu jeskludu jew jeskludu parzjalment obbligazzjonijiet meta dan ikun neċessarju biex jiġi evitat it-tixrid tal-kontaġju u tal-instabilità finanzjarja li jistgħu jikkawżaw tħarbit lill-ekonomija ta’ Stat Membru. Fit-twettiq ta’ dawk il-valutazzjonijiet, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw il-konsegwenzi ta’ rikapitalizzazzjoni interna li jirriżultaw minn depożiti eliġibbli miżmuma minn persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ogħla mil-livell ta’ kopertura provdut fid-Direttiva 2014/49/UE.

(73)

Meta jiġu applikati dawk l-esklużjonijiet, il-livell ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn jista’ jiżdied sabiex jitqiesu tali esklużjonijiet sakemm ikun irrispettat il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar milli taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza”. Fejn it-telf ma jistax jgħaddi għand kredituri oħrajn, l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jista’ jagħti kontribuzzjoni lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni soġġett għal numru ta’ kondizzjonijiet stretti inkluż ir-rekwiżit li t-telf li jammonta għal mhux inqas minn 8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet inkluż il-fondi proprji jkun diġà ġie assorbit, u l-finanzjament ipprovdut mill-fond tar-riżoluzzjoni jkun limitat għall-iċken tal-5 % tat-total ta’ obbligazzjonijiet inkluż il-fondi proprji jew il-mezzi disponibbli għall-fond tar-riżoluzzjoni u l-ammont li jista’ jiġi ġġenerat permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex-post fi żmien tliet snin.

(74)

F’ċirkostanzi straordinarji, fejn l-obbligazzjonijiet ikunu ġew esklużi u l-fond tar-riżoluzzjoni jkun intuża biex jikkontribwixxi għar-rikapitalizzazzjoni interna minflok dawk l-obbligazzjonijiet sal-limitu permissibbli, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun tista’ tfittex finanzjament alternattiv.

(75)

L-ammont minimu ta’ kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ 8 % tat-total ta’ obbligazzjonijiet inklużi fondi proprji jew, meta applikabbli ta’ 20 % ta’ assi ppeżati għar-riskju għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valwazzjoni għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva. It-telf storiku li diġà jkun ġie assorbit mill-azzjonisti permezz ta’ tnaqqis fil-fondi proprji qabel tali valwazzjoni m’għandux jiġi inkluż f’dawk il-persentaġġi.

(76)

Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jirrikejdi lill-Istati Membri biex jiffinanzjaw arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni b’mezzi mill-baġit ġenerali tagħhom.

(77)

Minbarra fejn speċifikat mod ieħor f’din id-Direttiva, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna b’mod li jirrispetta t-trattament pari passu tal-kredituri u l-klassifika statutorja tal-pretensjonijiet skont il-liġi applikabbli tal-insolvenza. It-telf għandu l-ewwel jiġi assorbit minn strumenti regolatorji tal-kapital u għandu jiġi allokat lill-azzjonisti permezz ta’ kanċellazzjoni jew trasferiment ta’ ishma jew permezz ta’ dilwizzjoni severa. Fejn dawk l-istrumenti ma jkunux biżżejjed, id-dejn subordinat għandu jiġi kkonvertit jew jitnaqqas. L-obbligazzjonijiet prijoritarji għandhom jiġu kkonvertiti jew imnaqqsa jekk il-klassijiet subordinati jkunu ġew konvertiti jew mnaqqsa għalkollox.

(78)

Meta jkun hemm eżenzjonijiet ta’ obbligazzjonijiet bħal pereżempju għal sistemi ta’ ħlas jew ta’ saldu, impjegati jew kredituri kummerċjali, jew klassifikazzjoni preferenzjali bħal għad-depożiti ta’ persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar u medji, huma għandhom japplikaw kemm f’pajjiżi terzi kif ukoll fl-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ obbligazzjonijiet meta jkun xieraq f’pajjiżi terzi, ir-rikonoxximent ta’ dik il-possibilità għandu jitniżżel fil-klawsoli kuntrattwali regolati mil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi, speċjalment għal dawk l-obbligazzjonijiet li jkunu f’livell aktar baxx fil-ġerarkija ta’ kredituri. Klawsoli kuntrattwali bħal dawn m’għandhomx ikunu meħtieġa għal obbligazzjonijiet eżentati minn rikapitalizzazzjoni interna għal depożiti ta’ persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar u medji jew fejn il-liġi ta’ pajjiż terz jew ftehim vinkolanti konkluż ma’ dak il-pajjiż terz jippermettu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru li teżerċita s-setgħat tagħha ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni.

(79)

Sabiex jiġi evitat li l-istituzzjonijiet jistrutturaw l-obbligazzjonijiet tagħhom b’mod li jimpedixxi l-effettività tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna huwa xieraq li l-istituzzjonijiet jissodisfaw f’kull ħin rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet ta’ preferenza espressi bħala perċentwali tat-total tal-obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu skont il-każ li dan il-perċentwali jkun totalment jew parzjalment magħmul minn fondi proprji jew minn tip speċifiku ta’ obbligazzjonijiet.

(80)

Din id-Direttiva tadotta approċċ “minn fuq għal isfel” għad-determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL, ‘minimum requirement for own funds and eligible liabilities’) fi grupp. L-approċċ jirrikonoxxi ulterjorment li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tiġi applikata fil-livell tal-persuna ġuridika individwali, u li huwa importanti li l-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tinsab fi, jew hija aċċessibbli għall-entità fil-grupp li fiha jseħħ it-telf. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-kapaċità tal-assorbiment tat-telf fi grupp hija distribwita fil-grupp kollu b’konformità mal-livell ta’ riskju fil-persuni legali kostitwenti tagħha. Ir-rekwiżit minimu meħtieġ għal kull sussidjarja individwali għandu jiġi vvalutat separatament. Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-kapital u l-obbligazzjonijiet kollha li huma inklużi fir-rekwiżit minimu kkonsolidat ikunu jinsabu f’entitajiet fejn huwa possibbli li jseħħ telf, jew li huma disponibbli biex jassorbu t-telf. Din id-Direttiva għandha tippermetti riżoluzzjoni b’punt ta’ dħul multiplu jew uniku. Ir-rekwiżiti MREL għandhom jirriflettu l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni li tkun xierqa għal grupp skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni. B’mod partikolari, ir-rekwżiti MRELgħandhom ikunu meħtieġa fil-livell xieraq fil-grupp sabiex jirriflettu l-approċċ b’punt ta’ dħul multiplu jew uniku, li jkun hemm fil-pjan ta’ riżoluzzjoni filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li jaf ikun hemm ċirkostanzi meta jintuża approċċ differenti minn dak fil-pjan peress li jkun jippermetti, pereżempju, li l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni jintlaħqu b’mod iktar effiċjenti. B’dak l-isfond, indipendentement minn jekk grupp jagħżilx approċċ b’punt ta’ dħul uniku jew multiplu, l-istituzzjonijiet u l-persuni ġuridiċi l-oħrajn kollha fil-grupp, fejn hekk ikun meħtieġ mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, għandhom, f’kull ħin, ikollhom rekwżiti MREL robusti sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaġju jew ta’ assalt bankarju.

(81)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li strumenti kapitali tal-Grad 1 u l-Grad 2 Addizzjonali jassorbu bis-sħiħ it-telf hekk kif l-istituzzjoni tal-ħruġ issir nonvijabbli. Għaldaqstant, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu meħtieġa jnaqqsu għal kollox il-valur ta’ dawk l-istrumenti, jew ibiddluhom fi strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, fil-punt tan-nonvijabbiltà u qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Għal dak il-għan, il-punt tan-nonvijabbiltà għandu jinftiehem bħala l-punt li fih l-awtorità rilevanti tiddetermina li l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jew il-punt li fih l-awtorità tiddeċiedi li l-istituzzjoni ma tibqax vijabbli jekk dawk l-istrumenti kapitali ma jitnaqqsilhomx il-valur jew jiġu konvertiti. Il-fatt li l-istrumenti se jitnaqqsilhom il-valur jew jiġu kkonvertiti mill-awtoritajiet fiċ-ċirkostanzi meħtieġa minn din id-Direttiva għandu jiġi rikonoxxut fit-termini li jirregolaw l-istrument, u fi kwalunkwe prospett jew dokumenti ta’ offerta pubblikati jew provduti f’konnessjoni mal-istrumenti.

(82)

Sabiex ikunu permess eżiti ta’ riżoluzzjoni effettivi, għandu jkun possibbli li l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna tkun tista’ tiġi applikata qabel l-1 ta’ Jannar 2016.

(83)

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu jistgħu japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna biss parzjalment fejn il-valutazzjoni tal-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati u fil-bqija tal-Unjoni turi li l-applikazzjoni sħiħa tagħha tmur kontra l-interessi ġenerali ekonomiċi u finanzjarji tal-Istat Membru jew tal-Unjoni kollha.

(84)

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat legali kollha meħtieġa li, f’kombinazzjonijiet differenti, jistgħu jiġu eżerċitati meta jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Għandhom jinkludu s-setgħa ta’ trasferiment tal-ishma, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli lejn entità oħra bħal istituzzjoni oħra jew istituzzjoni tranżitorja, is-setgħa biex tagħmel valwazzjoni negattiva jew tikkanċella ishma, jew tnaqqas il-valur jew tikkonverti l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni li tkun qed tfalli, is-setgħa li tissostitwixxi l-maniġment u s-setgħa li timponi moratorju temporanju fuq il-pagament tal-pretensjonijiet. Jinħtieġu setgħat supplimentari, inkluża s-setgħa li tintalab il-kontinwità ta’ servizzi essenzjali minn partijiet oħra ta’ grupp.

(85)

Mhuwiex meħtieġ li jiġu preskritti l-mezzi eżatti li permezz tagħhom l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jintervjenu fl-istituzzjoni li qed tfalli. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom l-għażla bejn li jieħdu l-kontroll permezz ta’ intervent dirett fl-istituzzjoni jew permezz ta’ ordni eżekuttiva. Għandhom jiddeċiedu skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Ma jidhirx li huwa meħtieġ għal kooperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri li jiġi impost mudell uniku f’dan l-istadju.

(86)

Il-qafas tar-riżoluzzjoni għandu jinkludi rekwiżiti proċedurali sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni jiġu notifikati sew u, soġġetti għall-eċċezzjonijiet limitati stabbiliti f’din id-Direttiva, isiru pubbliċi. Madankollu, minħabba li l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-konsulenti professjonali tagħhom matul il-proċess tar-riżoluzzjoni x’aktarx tkun sensittiva, qabel ma d-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni ssir pubblika, din l-informazzjoni għandha tiġi soġġetta għal reġim effettiv ta’ kunfidenzjalità. Għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-informazzjoni dwar il-kontenut u d-dettalji ta’ pjanijiet tal rkupru u riżoluzzjoni u r-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet jista’ jkollhom effetti ampji, b’mod partikolari fuq l-intrapriżi kkonċernati. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta fir-rigward ta’ deċiżjoni qabel ma tittieħed, kemm dwar jekk il-kundiżżjonijiet għal riżoluzzjoni humiex sodisfatti, dwar l-użu ta’ għodda speċifika kif ukoll dwar kwalunkwe azzjoni matul il-proċeduri, għandha titqies li għandha effett fuq l-interessi pubbliċi u privati kkonċernati mill-azzjoni. Madankollu, l-informazzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun qed teżamina istituzzjoni speċifika tista’ tkun, waħidha, biżżejjed biex ikollha effetti negattivi fuq dik l-istituzzjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm mekkaniżmi xierqa għaż-żamma tal-kunfidenzjalità ta’ tali informazzjoni, bħalma huma l-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni u r-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni mwettqa f’dak il-kuntest.

(87)

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom setgħat anċillari sabiex tiġi żgurata l-effettività tat-trasferiment tal-ishma jew l-istrumenti tad-dejn u l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet. Soġġett għas-salvagwardji provduti f’din id-Direttiva, dawk is-setgħat għandhom jinkludu s-setgħa li jitneħħew id-drittijiet ta’ partijiet terzi mill-istrumenti jew l-assi trasferiti, u s-setgħa li jiġu infurzati l-kuntratti u li jiġi provdut għall-kontinwità tal-arranġamenti vis-à-vis l-benefiċjarju tal-assi u l-ishma trasferiti. Madankollu d-drittijiet tal-impjegati li jtemmu kuntratt ta’ impjieg ma għandhomx jiġu affettwati. Lanqas ma għandu jiġi affettwat id-dritt ta’ parti li ttemm kuntratt ma’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew ma’ entità fil-grupp tagħha, għal raġunijiet oħra minn barra r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni li qed tfalli. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat anċillari li jirrikjedu li l-istituzzjoni reżidwa, li qed tiġi stralċjata taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, tipprovdi s-servizzi meħtieġa sabiex l-istituzzjoni li lilha ġew trasferiti assi jew ishma permezz tal-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju jew l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, tkun tista’ topera n-negozju tagħha.

(88)

Skont l-Artikolu 47 tal-Karta, il-partijiet konċernati għandhom id-dritt għal proċess xieraq u għal rimedju effettiv kontra l-miżuri li jaffettwawhom. Għalhekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu soġġetti għal dritt ta’ appell.

(89)

Il-miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali jistgħu jirrikjedu valutazzjonijiet ekonomiċi kumplessi u marġini kbira ta’ diskrezzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali huma mgħammra speċifikament bil-kompetenzi meħtieġa għat-twettiq ta’ dawk il-valutazzjonijiet u għad-determinazzjoni tal-użu xieraq tal-marġini ta’ diskrezzjoni. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet ekonomiċi kumplessi magħmula mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali f’dak il-kuntest jintużaw bħala bażi mill-qrati mazzjonali fir-reviżjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi kkonċernati. Madankollu, in-natura kumplessa ta’ dawk il-valutazzjonijiet ma għandhiex twaqqaf lill-qrati nazzjonali milli jeżaminaw jekk l-evidenza użata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni hijiex fattwalment preċiża, affidabbli u kkonsistenti, jekk dik l-evidenza fihiex informazzjoni rilevanti li għandha titqies sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni kumplessa u jekk hijiex kapaċi tissostanzja l-konklużjonijiet misluta minnha.

(90)

Billi din id-Direttiva hija intenzjonata li tkopri sitwazzjonijiet ta’ urġenza estrema, u billi s-sospensjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tista’ tfixkel il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi, huwa neċessarju li jiġi pprovdut li t-tressiq ta’ kwalunkwe appell m’għandux jirriżulta f’sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tkun eżegwibbli immedjatament bis-suppożizzjoni li s-sospensjoni tagħha tmur kontra l-interess pubbliku.

(91)

Barra minn hekk, fejn meħtieġ sabiex jiġu protetti terzi persuni li jkunu akkwistaw assi, drittijiet u obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni b’rieda tajba bis-saħħa tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni mill-awtoritajiet u biex tkun żgurata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, id-dritt ta’ appell ma għandux jaffettwa l-ebda att amministrattiv jew tranżazzjoni sussegwenti konkluża fuq il-bażi tad-deċiżjoni annullata. F’każijiet bħal dawn, rimedji għal deċiżjoni inġusta għandhom għalhekk ikunu limitati għall-għoti ta’ kumpens għad-danni mġarrba mill-persuni affettwati.

(92)

Fid-dawl li jista’ jkun meħtieġ li l-miżuri għall-ġestjoni ta’ kriżi jittieħdu b’mod urġenti minħabba riskji serji ta’ stabilità finanzjarja fl-Istati Membri u fl-Unjoni, kwalunkwe proċedura skont il-liġi nazzjonali relatata mal-applikazzjoni għal approvazzjoni ġudizzjarja ex-ante ta’ miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi u l-konsiderazzjoni tal-qorti ta’ tali applikazzjoni għandhom ikunu rapidi. Fid-dawl tar-rekwiżit li miżuri għall-ġestjoni ta’ kriżi tittieħed b’urġenza, il-qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha fi żmien 24 siegħa u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità rilevanti tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha immedjatament wara li l-qorti tkun tat l-approvazzjoni tagħha. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-partijiet interessati jista’ jkollhom biex jagħmlu applikazzjoni lill-qorti biex tiġi annullata d-deċiżjoni, għal perjodu limitat wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ħadet il-miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi.

(93)

Huwa fl-interess ta’ riżoluzzjoni effiċjenti, u sabiex jiġu evitati l-kunflitti dwar il-ġuriżdizzjoni, li ma tinfetaħ jew titkompla l-ebda proċedura normali ta’ insolvenza għall-istituzzjoni li qed tfalli waqt li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun qed teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni tagħha jew tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni ħlief fuq l-inizjattiva jew bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Huwa għalhekk utli u meħtieġ li jiġu sospiżi għal perjodu limitat ta’ żmien ċerti obbligi kuntrattwali sabiex l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha ż-żmien tpoġġi fil-prattika l-għodod tar-riżoluzzjoni. Madankollu, dan ma għandux japplika għal obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ sistemi nnominati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), kontropartijiet ċentrali u banek ċentrali. Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskji assoċjati mal-parteċipazzjoni f’sistemi ta’ ħlas u saldu tat-titoli, b’mod partikolari billi tnaqqas it-tħarbit fil-każ tal-insolvenza ta’ parteċipant f’tali sistema. Biex jiġi żgurat li dawk il-protezzjonijiet japplikaw b’mod xieraq f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li tinżamm ċertezza xierqa għall-operaturi ta’ sistemi ta’ ħlas u tat-titoli u parteċipanti oħra tas-suq, din id-Direttiva tipprovdi li miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi waħidha m’għandhiex tkun rikonoxxuta bħala proċedura ta’ insolvenza fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE, sakemm ikomplu jitwettqu l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt. Minkejja dan, ma hemm xejn f’din id-Direttiva li jippreġudika l-operat ta’ sistema nnominati skont id-Direttiva 98/26/KE jew id-dritt għal titoli kollaterali garantiti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE.

(94)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, meta jittrasferixxu assi u obbiligazzjonijiet lil akkwirent mis-settur privat jew lill-istituzzjoni tranżitorja, ikollhom perjodu adegwat sabiex jidentifikaw kuntratti li jeħtieġ li jiġu ttrasferiti, jaf ikun xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet proporzjonati fuq id-drittijiet tal-kontrapartijiet li jagħlqu, jaċċelleraw jew inkella jtemmu kuntratti finazjarji qabel ma jsir it-trasferiment. Din ir-restrizzjoni tkun meħtieġa sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu stampa vera tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li qed tfalli, mingħajr il-bidliet fil-valur u l-kamp ta’ applikazzjoni li l-eżerċizzju estensiv tad-drittijiet tat-terminazzjoni jkun jinvolvi. Sabiex ma tinterferixxix aktar milli meħtieġ mad-drittijiet kuntrattwali tal-kontropartijiet, ir-restrizzjoni fuq id-drittijiet tat-terminazzjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-miżura ta’ prevenzjoni tal-kriżi jew il-miżura ta’ maniġġar tal-kriżi, inkluż l-okkorrenza ta’ kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta’ tali miżura, u d-drittijiet għat-terminazzjoni li joriġinaw minn kwalunkwe inadempjenza oħra, inkluża inadempjenza ta’ pagament jew il-ħolqien ta’ marġini, għandhom jibqgħu.

(95)

Sabiex jiġu preservati arranġamenti leġittimi fis-suq kapitali fil-każ ta’ trasferiment ta’ xi assi, drittijiet u obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta’ istituzzjoni li qed tfalli, huwa xieraq li jiġu inklużi salvagwardji sabiex jiġi evitat li jinqasmu obbligazzjonijiet, drittijiet u kuntratti konnessi, kif xieraq. Din ir-restrizzjoni fuq prassi magħżula fir-rigward ta’ kuntratti konnessi għandha tkun estiża għal kuntratti mal-istess kontraparti koperti minn arranġamenti ta’ garanzija, arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju għat-trasferimenti tat-titoli, arranġamenti ta’ tpaċija, arranġamenti ta’ saldu abbażi tal-valur nett u arraġamenti finanzjarji strutturati. Fejn tapplika s-salvagwardja, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu marbuta jittrasferixxu l-kuntratti konnessi kollha fi ħdan arranġament protett, jew iħalluhom kollha fl-istituzzjoni ta’ kreditu residwa li tkun qed tfalli. Dawn is-salvagwardji għandhom jiżguraw li t-trattament regolatorju tal-kapital ta’ skoperturi koperti minn ftehim tal-kalkolu tal-valur nett għall-finijiet tad-Direttiva 2006/48/KE ma jiġix affettwat.

(96)

Filwaqt li l-iżgurar li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom l-istess għodod u setgħat għad-dispożizzjoni tagħhom se jiffaċilita azzjoni koordinata fil-każ ta’ falliment ta’ grupp transkonfinali, aktar azzjoni tidher meħtieġa sabiex tiġi promossal-kooperazzjoni u jiġu evitati reazzjonijiet nazzjonali frammentati. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu meħtieġa jikkonsultaw ma’ xulxin u jikkooperaw f’kulleġġi ta’ riżoluzzjoni bil-għan li jirriżolvu entitajiet ta’ grupp bil-ħsieb li jiftiehmu dwar skema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp. Il-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu stabbiliti madwar il-qalba tal-kulleġġi superviżuri eżistenti permezz tal-inklużjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, u l-involviment tal-Ministri kompetenti, il-banek ċentrali, l-ABE u, meta xieraq l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti. Fil-każ ta’ kriżi, il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni għandu jipprovdi forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni.

(97)

Ir-riżoluzzjoni ta’ gruppi transkonfinali għandha ssib bilanċ bejn il-ħtieġa, fuq naħa waħda, għal proċeduri li jqisu l-urġenza tas-sitwazzjoni u jippermettu soluzzjonijiet effiċjenti, ġusta u fil-ħin għall-grupp kollu u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li titħares l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni differenti għandhom jaqsmu l-fehmiet tagħhom fil-kulleġġ tar-riżoluzzjoni. L-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni proposti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom ikunu ppreparati u diskussi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni differenti fil-kuntest tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp. Il-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għandhom jinkorporaw il-fehmiet tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri kollha li fihom huwa attiv il-grupp, sabiex jiffaċilitaw deċiżjonijiet rapidi u konġunti kull fejn possibbli. L-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp dejjem għandhom iqisu l-impatt tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp. Dan għandu jiġi żgurat mill-possibbiltà tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru li fih hija stabbilita s-sussidjarja li toġġezzjona għad-deċiżjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, mhux biss dwar l-adegwatezza tal-azzjonijiet u l-miżuri tar-riżoluzzjoni iżda wkoll minħabba l-ħtieġa li tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja f’dak l-Istat Membru.

(98)

Il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni ma għandux ikun korp tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, iżda pjattaforma li tiffaċilita t-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali. Id-deċiżjonijiet konġunti għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

(99)

Il-produzzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tiffaċilita riżoluzzjoni koordinata li għandha probabbiltà akbar li twassal l-aħjar riżultat għall-istituzzjonijiet kollha ta’ grupp. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livelli tal-gruppi għandha tipproponi l-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp u tippreżentaha lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni li ma qablux mal-iskema jew iddeċidew li jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni indipendenti għandhom jispjegaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil tagħhom u jinnotifikaw dawk ir-raġunijiet flimkien ma’ dettalji ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni indipendenti li għandhom il-ħsieb li jieħdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni oħra koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp. Kwalunkwe awtorità nazzjonali li tiddeċiedi li titlaq mill-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp għandha tikkunsidra kif dovut l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn jinsabu l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra u l-effetti potenzjali fuq partijiet oħra tal-grupp.

(100)

Bħala parti minn skema tar-riżoluzzjoni tal-grupp, l-awtoritajiet għandhom jiġu mistiedna japplikaw l-istess għodda għall-persuni legali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandu jkollhom is-setgħa li japplikaw l-istrument ta’ istituzzjoni tranżitorja fil-livell tal-grupp (li jista’ jinvolvi, fejn xieraq, arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-piż) sabiex jiġi stabbilizzat il-grupp bħala entità sħiħa. Is-sjieda ta’ sussidjarji tista’ tiġi trasferita lill-bank tranżitorju bil-ħsieb li jinbigħu, jew bħala pakkett jew individwali, meta l-kondizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa. Barra minn hekk, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandu jkollha s-setgħa tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fil-livell tal-kumpanija prinċipali.

(101)

Riżoluzzjoni effettiva ta’ istituzzjonijiet u gruppi attivi internazzjonalment teħtieġ kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi. Il-kooperazzjoni se tiġi ffaċilitata jekk ir-reġimi tar-riżoluzzjoni tal-pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq prinċipji u approċċi komuni li qed jiġu żviluppati mill-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja u l-G20. Għal dak il-għan l-ABE għandha tingħata s-setgħa sabiex tiżviluppa u tidħol f’qafas mhux vinkolanti ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu permessi jikkonkludu arranġamenti bilaterali konformi mal-qafas ta’ arranġamenti tal-ABE. L-iżvilupp ta’ dawk l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar ta’ falliment ta’ ditti globali għandu jkun mezz sabiex jiġu żgurati ppjanar effettiv, teħid ta’ deċiżjonijiet u koordinazzjoni fir-rigward ta’ gruppi internazzjonali. B’mod ġenerali, għandu jkun hemm reċiproċità f’dawk l-arranġamenti. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, bħala parti mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, fejn applikabbli, għandhom jirrikonoxxu u jinfurzaw proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi fiċ-ċirkostanzi stabbiliti f’din id-Direttiva.

(102)

Għandu jkun hemm kooperazzjoni kemm fir-rigward tas-sussidjarji ta’ gruppi tal-Unjoni jew ta’ pajjiż terz kif ukoll fir-rigward ta’ fergħat ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni jew ta’ pajjiż terz. Sussidjarji ta’ gruppi minn pajjiż terz huma intrapriżi stabbiliti fl-Unjoni u għalhekk huma totalment soġġetti għall-liġi tal-Unjoni, inklużi l-għodod tar-riżoluzzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu huwa meħtieġ li l-Istati Membri jżommu d-dritt li jaġixxu fir-rigward ta’ fergħat ta’ istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiżi terzi, meta r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni tal-pajjiż terz relatati mal-fergħa jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni jew meta d-depożituri tal-Unjoni ma jirċivux trattament ugwali bħad-depożituri tal-pajjiż terz. F’dawk iċ-ċirkostanzi, u fiċ-ċirkostanzi l-oħra stabbiliti f’din id-Direttiva l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt, wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, li jirrifjutaw ir-rikonoxximent ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz fir-rigward ta’ fergħat fl-Unjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.

(103)

Hemm ċirkustanzi fejn l-effikaċja tal-għodod ta’ riżoluzzjoni applikati tkun tiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ finanzjament fil-qosor għal istituzzjoni jew istituzzjoni tranżitorja, il-forniment ta’ garanziji lil xerrejja potenzjali, jew il-forniment ta’ kapital lill-istituzzjoni tranżitorja. Minkejja r-rwol ta’ banek ċentrali fil-forniment ta’ likwidità lis-sistema finanzjarja anke fi żminijiet ta’ stress, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu arranġamenti ta’ finanzjament sabiex jiġi evitat li l-fondi meħtieġa għal dawn l-għanijiet jiġu mill-baġits nazzjonali. Għandha tkun l-industrija finanzjarja, kollha kemm hi, li tiffinanzja l-istabbilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja.

(104)

Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom permezz ta’ fond ikkontrollat minn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li għandhom jintużaw għall-finijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, għandha tkun stipulata eċċezzjoni strettament definita li tippermetti lill-Istati Membri li jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom permezz ta’ kontribuzzjonijiet mandatorji minn istituzzjonijiet li huma awtorizzati fit-territorji tagħhom u li ma jinżammux permezz ta’ fondi kkontrollati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom dment li jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet.

(105)

Bħala prinċipju, il-kontribuzzjonijiet għandhom jinġabru mill-industrija qabel kwalunkwe operazzjoni ta’ riżoluzzjoni u indipendentement minnha. Meta l-finanzjament minn qabel ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri t-telf jew l-ispejjeż imġarrba mill-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament, kontribuzzjonijiet addizzjonali għandhom jinġabru sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispiża jew it-telf addizzjonali.

(106)

Sabiex tintlaħaq massa kritika u biex jiġu evitati effetti proċikliċi li jinħolqu jekk l-arranġamenti ta’ finanzjament kellhom jiddependu biss fuq kontribuzzjonijiet ex post fi kriżi sistemika, huwa indispensabbli li l-mezzi finanzjarji disponibbli ex-ante tal-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament tal-inqas jammontaw għal ċertu livell minimu ta’ mira.

(107)

Sabiex tiġi żgurata kalkolazzjoni ġusta tal-kontribuzzjonijiet u jiġi inċentivat l-operat taħt mudell anqas riskjuż, il-kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali għandhom iqisu l-grad ta’ riskju tal-kreditu, tal-likwidità u tas-suq li jieħdu l-istituzzjonijiet.

(108)

L-iżgurar ta’ riżoluzzjoni effettiva ta’ istituzzjonijiet li qed ifallu fl-Unjoni huwa element essenzjali tal-ikkompletar tas-suq intern. Il-falliment ta’ dawn l-istituzzjonijiet għandu effett mhux biss fuq l-istabbiltà finanzjarja tas-swieq fejn joperaw direttament iżda fuq is-suq finanzjarju kollu tal-Unjoni. It-tlestija tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji tirrinforza l-interazzjoni bejn is-sistemi finanzjarji nazzjonali differenti. L-istituzzjonijiet joperaw barra l-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom u huma interrelatati permezz tal-interbank u swieq oħra li, essenzjalment, huma pan-Ewropej. L-iżgurar tal-finanzjament effettiv tar-riżoluzzjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet madwar l-Istati Membri huwa mhux biss fl-aħjar interessi tal-Istati Membri fejn joperaw iżda wkoll tal-Istati Membri kollha inġenerali bħala mezz sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u jitjieb it-tħaddim tas-suq finanzjarju intern. L-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ arranġamenti ta’ finanzjament għandu jiżgura li l-istituzzjonijiet kollha li joperaw fl-Unjoni jkunu soġġetti għal arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni ugwalment effettivi u jikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-suq intern.

(109)

Sabiex tinbena r-reżiljenza ta’ dik is-sistema Ewropea ta’ arranġamenti ta’ finanzjament, u b’konformità mal-objettiv li jeħtieġ li l-finanzjament għandu jiġi primarjament mingħand l-azzjonisti u l-kredituri ta’ istituzzjonitaħt riżoluzzjoni u wara mingħand l-industrija minflok mill-baġits pubbliċi, arranġamenti ta’ finanzjament għadhom ikollhom is-setgħa li jagħmlu talba biex jisselfu mingħand arranġamenti ta’ finanzjament oħra f’każ ta’ bżonn. Bl-istess mod għandu jkollhom is-setgħa li jagħtu self lil arranġamenti oħra li jkunu fil-bżonn. Tali self għandu jkun strettament volontarju. Id-deċiżjoni li jsellfu lil arranġamenti oħra għandha tittieħed mill-arranġament ta’ finanzjament li jkun qed isellef, iżda minħabba implikazzjonijiet fiskali potenzjali l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu konsultazzjoni il-kunsens tal-ministeru kompetenti.

(110)

Filwaqt li l-arranġamenti ta’ finanzjament huma stabbiliti fil-livell nazzjonali, huma għandhom ikunu mutwalizzati fil-kuntest tar-riżoluzzjoni tal-gruppi, dment li jinstab qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni. Id-depożiti koperti mill-iskemi ta’ garanzija ta’ depożitu m’għandhom iġarrbu l-ebda telf fil-proċess ta’ riżoluzzjoni. Meta azzjoni ta’ riżoluzzjoni tiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun affiljata magħhom għandhom ikunu mitluba jagħmlu kontribuzzjoni mhux akbar mill-ammont ta’ telf li kienu jġarrbu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

(111)

Filwaqt li d-depożiti koperti huma protetti minn telf f’riżoluzzjoni, depożiti eliġibbli oħra huma potenzjalment disponibbli għal skopijiet tal-assorbenza ta’ telf. Sabiex jiġi provdut ċertu livell ta’ protezzjoni għal persuni fiżiċi u impriżi mikro, żgħar u medji li għandhom depożiti eliġibbli ‘l fuq mil-livell ta’ depożiti koperti, tali depożiti għandu jkollhom klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla fuq it-talbiet ta’ kredituri ordinarji mhux preferuti u mhux assigurati skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri normali ta’ insolvenza. It-talba tal-iskema ta’ garanzija tad-depożitu għandu jkollha klassifikazzjoni ogħla skont tali liġi nazzjonali minn dik tal-kategoriji msemmija qabel ta’ depożiti eliġibbli. L-armonizzazzjoni ta’ liġijiet nazzjonali ta’ insolvenza f’dan il-qasam hija wkoll neċessarja sabiex jiġi minimizzat l-esponiment tal-fondi ta’ riżoluzzjoni ta’ Stati Membri taħt il-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar kif provdut f’din id-Direttiva.

(112)

F’każ li d-depożiti jiġu trasferiti lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni, id-depożituri ma għandhomx jiġu assigurati lil hinn mil-livell ta’ kopertura provdut fid-Direttiva 2014/49/UE. Għalhekk pretensjonijiet fir-rigward ta’ depożiti li jibqgħu fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandhom jiġi limitati għad-differenza bejn il-fondi trasferiti u l-livell ta’ kopertura provdut fid-Direttiva 2014/49/UE. Meta d-depożiti trasferiti jkunu superjuri mil-livell ta’ kopertura, id-depożituri ma għandu jkollu l-ebda pretensjoni kontra l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti fir-rigward tad-depożiti li jibqgħu fl-istituzzjoni ta’ kreditu taħt riżoluzzjoni.

(113)

L-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ finanzjament li jipprovdu għas-sistema Ewropea ta’ arranġamenti ta’ finanzjament stabbilita f’din id-Direttiva għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-użu tal-fondi disponibbli fil-livell nazzjonali għal riżoluzzjoni.

(114)

Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika l-kriterji għad-definizzjoni ta’ “funzjonijiet kritiċi” u “linji tan-negozju ewlenin” għall-finijiet ta’ din id-Direttiva; iċ-ċirkostanzi fejn l-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni taħt din id-Direttiva hija neċessarja; il-klassijiet ta’ arranġament li għalihom l-Isatati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni xierqa fi trasferimenti parzjali il-manjiera li fiha l-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet għal arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu aġġustati fi proporzjon mal-profil tar-riskju tagħhom; l-obbligi ta’ reġistrazzjoni, kontabbiltà u rappurtar u obbligi oħrajn maħsubin sabiex jiżguraw il-ħlas effettiv tal-kontribuzzjonijiet ex ante; u ċ-ċirkostanzi li fihom u l-kondizzjonijiet li sġoetti għalihom istituzzjoni tista’ tkun termporanjament eżentata milli tħallas kontribuzzjonijiet ex post. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(115)

Fejn provdut f’din id-Direttiva, huwa xieraq li l-ABE tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki ta’ awtoritajiet nazzjonali permezz ta’ linji gwida b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F’oqsma mhux koperti bi standards tekniċi regolatorji jew ta’ implimentazzjoni, l-ABE tista’ tippubblika linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq l-inizjattiva proprja.

(116)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att delegat. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu jistgħu jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni.

(117)

Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiffaċilitaw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korp b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq fil-każijiet speċifikati f’din id-Direttiva li l-ABE tiġi fdata bl-iżvilupp f’abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet politiċi, biex jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

(118)

Il-Kummissjoni għandha, fejn provdut f’din id-Direttiva, tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppat mill-ABE permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-Kummissjoni għandha, fejn provdut f’din id-Direttiva, tadotta standards tekniċi implimentattivi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(119)

Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar fl-Istati Membri kollha ta’ deċiżjonijiet dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet li għandhom fergħat fi Stati Membri oħra għajr dawk li fihom għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom. Dik id-direttiva tiżgura li l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-istituzzjoni, irrispettivament mill-pajjiż li jinsabu fih, jiġu trattati fi proċess uniku fl-Istat Membru tad-domiċilju u li kredituri fl-Istati Membru ospitanti jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-kredituri fl-Istat Membru tad-domiċilju. Sabiex tinkiseb riżoluzzjoni effettiva, id-Direttiva 2001/24/KE għandha tapplika fil-każ tal-użu tal-għodod ta’ riżoluzzjoni kemm meta dawk l-istrumenti jiġu applikati għal istituzzjonijiet kif ukoll meta jiġu applikati għal entitajiet oħra koperti mir-reġim ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, id-Direttiva 2001/24/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(120)

Id-direttivi tal-Unjoni dwar il-liġi tal-kumpanniji jinkludu regoli mandatorji għall-protezzjoni tal-azzjonisti u l-kredituri ta’ istituzzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn id-direttivi. F’sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeħtieġ jaġixxu b’mod rapidu, dawk ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni effettiva u l-użu ta’ għodod u setgħat ta’ riżoluzzjoni minn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u derogi xierqa għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva. Sabiex tiġi garantita ċertezza legali massima għall-partijiet interessati, id-derogi għandhom jiġu definiti b’mod ċar u strett, u għandhom jintużaw biss fl-interess pubbliku u meta jiġu sodisfatti l-iskattaturi tar-riżoluzzjoni. L-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni jippresupponi li l-għanijiet tar-riżoluzzjoni jinkisbu u li l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva ikunu ntlaħqu.

(121)

Id-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), fiha regoli dwar id-drittijiet tal-azzjonisti li jiddeċiedu dwar iż-żidiet u t-tnaqqis fil-kapital, dwar id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fi kwalunkwe ħruġ ta’ ishma ġodda għal korrispettiv ta’ flus, dwar il-protezzjoni tal-kredituri f’każ ta’ tnaqqis kapitali u l-konvokazzjoni ta’ laqgħa tal-azzjonisti f’każ ta’ telf serju ta’ kapital. Dawk ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni rapida mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u għandhom jiġu previsti derogi xierqa minnhom.

(122)

Id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), tistabbilixxi regoli fost l-oħrajn dwar l-approvazzjoni ta’ fużjonijiet mil-laqgħa ġenerali ta’ kull waħda mill-kumpaniji li jkunu qed jiġu fużi, dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-abbozz tat-termini tal-fużjoni, rapport mill-maniġment u rapport tal-esperti, u dwar il-protezzjoni tal-kredituri. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE (18) fiha regoli simili dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata. Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) tipprovdi għal regoli korrispondenti dwar fużjonijet transkonfinali ta’ kumpaniji b’ responsabbiltà limitata. Derogi xierqa minn dawk id-direttivi għandhom jiġu provduti sabiex tiġi permessa azzjoni rapida mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

(123)

Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), tistabbilixxi obbligu għat-tnedija ta’ offerta mandatorja ta’ xiri fuq l-ishma kollha tal-kumpannija għall-prezz ekwitabbli, kif definit f’dik id-direttiva, jekk azzjonist jakkwista, direttament jew indirettament u waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, ċertu perċentwali ta’ ishma ta’ dik il-kumpanija, li jagħtuh kontroll ta’ dik il-kumpanija u huwa definit mil-liġi nazzjonali. L-għan tar-regola tal-offerta mandatorja huwa li jiġu protetti azzjonisti f’minoranza f’każ ta’ bdil fil-kontroll. Madankollu, il-prospett ta’ dan l-obbligu għali jista’ jiskoraġġixxi investituri possibbli fl-istituzzjoni affettwata, b’hekk jagħmilha diffiċli għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jagħmlu użu mis-setgħat tar-riżoluzzjoni kollha tagħhom. Għandhom jiġu provduti derogi xierqa mir-regola tal-offerta mandatorja, sal-punt meħtieġ għall-użu tas-setgħat tar-riżoluzzjoni, filwaqt li wara l-perjodu tar-riżoluzzjoni r-regola tal-offerta mandatorja għandha tiġi applikata lil kull azzjonista li jakkwista kontroll fl-istituzzjoni affettwata.

(124)

Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), tipprevedi drittijiet proċedurali tal-azzjonijisti relatati mal- laqgħat ġenerali. Id-Direttiva 2007/36/KE tistipula fost affarijiet oħra l-perjodu minimu għan-notifika ta’ laqgħat ġenerali u l-kontenut tan-notifika ta’ laqgħa ġenerali. Dawk ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni rapida mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u għandhom jiġu previsti derogi adegwati mid-direttiva. Qabel ir-riżoluzzjoni jista’ jkun hemm ħtieġa għal żieda rapida fil-kapital meta l-istituzzjoni ma tissodisfax jew x’aktarx li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u żieda fil-kapital x’aktarx li tirrestawra s-sitwazzjoni finanzjarja u tevita sitwazzjoni fejn il-kondizzjonijiet tal-limitu għal riżoluzzjoni jiġu sodisfatti. Madankollu, l-azzjonisti għandhom iżommu s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar iż-żieda u dwar it-tqassir tal-perjodu ta’ notifika għal laqgħat ġenerali. Għandhom jiġu pprovduti derogi xierqa mid-Direttiva 2007/36/KE għall-istabbiliment ta’ dak il-mekkaniżmu.

(125)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu rappreżentati fis-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u r-Regolament 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), u biex jiġi żgurat li l-EBA jkollha l-kompetenza meħtieġa biex twettaq il-kompiti stabbiliti f’din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni kif definit f’din id-Direttiva, fil-kunċett ta’ awtoritajiet kompetenti stabbilit f’dak ir-Regolament. Tali assimilazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament Nru 1093/2010 hija konsistenti mal-funzjonijiet attribwiti lill-ABE skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1093/2010 li ikkontribwixxi u tipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp u l-koodinazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni u li timmira lejn il-faċilitazzjoni tar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet li qed ifallu u partikolarment ta’ gruppi transkonfinali.

(126)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mill-istituzzjonijiet, dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju u l-korp tal-maniġment tagħhom bl-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva u sabiex jiġi żgurat li jkunu soġġetti għall-istess trattament fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu għal penali amministrattivi u penali amministrattivi oħra li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Għaldaqstant, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi oħra stabbilti mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali fir-rigward tad-destinatarji, il-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati meta japplikaw penali jew miżura amministrattiva oħra, il-pubblikazzjoni tal-penali jew tal-miżuri amministrattivi oħra, is-setgħat ewlenin biex tingħata penali u l-livelli ta’ multi amministrattivi. Soġġetta għal segretezza professjonali stretta, l-ABE għandha żżomm database ċentrali ta’ penali amministrattivi kollha u informazzjoni dwar l-appelli rrappurtati lillha mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

(127)

Din id-Direttiva tkopri kemm il-penali u miżuri amministrattivi oħra sabiex tkopri l-azzjonijiet kollha applikati wara jitwettaq ksur, u li jkunu maħsuba sabiex jipprevjenu aktar vjolazzjonijiet, irrispettivament mill-kwalifika tagħhom bħala penali jew miżura amministrattiva oħra taħt il-liġi nazzjonali.

(128)

Għalkemm xejn ma jipprevjeni lill-Istati Membri milli jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi kif ukoll pieni kriminali dwar l-istess ksur, l-Istati Membri m’għandhomx ikunu meħtieġa li jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi dwar il-ksur ta’ din id-Direttiva li huwa soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali. F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri mhumiex obbligati jimponu kemm penali amministrattivi u pieni kriminali għall-istess reat, iżda huma jistgħu jagħmlu dan jekk il-liġi nazzjonali tagħhom tippermettilhom. Madankollu, iż-żamma ta’ pieni kriminali minflok penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għall-ksur ta’ din id-Direttiva m’għandhiex tnaqqas jew taffettwa b’xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw, jaċċedu u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin ma’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni.

(129)

B’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (24), l-Istati Membri ħadu l-impenn li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

(130)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta, u b’mod partikolari d-dritt għal proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġudizzjarju ġust u d-dritt għal difiża.

(131)

Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċessi għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-effetti ta’ falliment ta’ kwalunkwe istituzzjoni fl-Unjoni kollha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-objettivi.

(132)

Meta jittieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet skont din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni dejjem għandhom jikkunsidraw b’mod xieraq l-impatt tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u fuq is-sitwazzjoni ekonomika fi Stati Membri oħra u għandhom jikkunsidraw is-sinifikat ta’ kwalunkwe sussidjarju jew fergħa għas-settur finanzjarju u l-ekonomija tal-Istat Membru fejn tali sussidjarju jew fergħa tkun stabbilita jew tinsab, anki f’każijiet fejn is-sussidjarju jew il-fergħa kkonċernata hija ta’ importanza inqas għall-grupp ikkonsolidat.

(133)

Il-Kummissjoni se terġa’ teżamina l-applikazzjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari tqis, fid-dawl tal-arranġamenti meħuda taħt kwalunkwe att tal-liġi tal-Unjoni li jistabbilixxi mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni li jkopri aktar minn Stat Membru wieħed, l-eżerċizzju tas-setgħat tal-ABE skont din id-Direttiva biex tagħmilha ta’ medjatur bejn awtorità tar-riżoluzzjoni fi Stat Membru li jkun qed jipparteċipa fil-mekkaniżmu u awtorità tar-riżoluzzjoni fi Stat Membru li ma jkunx qed jipparteċipa fih,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U AWTORITAJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni, tal-entitajiet segwenti:

(a)

istituzzjonijiet li huma stabbiliti fl-Unjoni;

(b)

l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma stabbiliti fl-Unjoni meta l-istituzzjoni finanzjarja hija sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ ditta ta’ investiment, jew ta’ kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) u hija koperta mis-superviżjoni tal-impriża prinċipali fuq bażi konsolidata skont l-Artikoli 6 sa 17 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

kumpaniji holding finanzjarji, kumpaniji holding finanzjarji mħallta u kumpaniji holding b’attività mħallta li huma stabbiliti fl-Unjoni;

(d)

kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji holding finanzjarja prinċipali fl-Unjoni, kumpaniji holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji holding finanzjarja mħallta prinċipali fl-Unjoni;

(e)

fergħat ta’ istituzzjonijiet li huma stabbiliti lil hinn mill-Unjoni b’konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’din id-Direttiva.

Fl-istabbiliment u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont din id-Direttiva u fl-użu ta-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom fir-rigward ta’ entità msemmija fl-ewwel subparagrafu, u suġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika tagħha, il-profil tar-riskju tagħha, id-daqs u l-istatus ġuridiku tagħha u l-interkonnettività tagħha ma’ istituzzjonijiet oħrajn jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, is-sħubija tagħha fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali (IPS) li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew sistemi oħra ta’ solidarjetà reċiproka kooperattiva kif imsemmi fl-Artikolu 113(6) ta’ dak ir-Regolament u jekk teżerċitax kwalunkwe servizzi jew attività ta’ investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli li huma iktar stretti jew addizzjonali għal dawk stipulati f’din id-Direttiva u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu ta’ applikazzjoni ġenerali u ma jmorrux kontra din id-Direttiva jew l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonjiet li ġejjin:

(1)

“riżoluzzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni jew għodda msemmija fl-Artikolu 37(9) sabiex jinkiseb wieħed mill-għanijiet ta’ riżoluzzjoni jew iktar imsemmija fl-Artikolu 31(2);

(2)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(3)

“ditta ta’ investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali stipulati fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(4)

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(5)

“sussidjarja” tfisser sussidjarja kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(6)

“intrapriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7)

“bażi kkonsolidata” tfisser il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata kif definit fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(8)

“skema ta’ protezzjoni istituzzjonali” jew “IPS”, tfisser arranġament li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(9)

“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(10)

“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(11)

“kumpanija holding finanzjarja b’attività mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja b’attività mħallta kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(12)

“kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpanija holding finazjarja prinċipali fi Stat Membru kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(13)

“kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(14)

“kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru kif definit fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(15)

“kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16)

“għanijiet ta’ riżoluzzjoni” tfisser l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 31(2);

(17)

“fergħa” tfisser fergħa kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(18)

“awtorità ta’ riżoluzzjoni” tfisser awtorità nnominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 3;

(19)

“għodda ta’ riżoluzzjoni” tfisser l-għodda ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 37(3);

(20)

“setgħa ta’ riżoluzzjoni” tfisser setgħa imsemmija fl-Artikoli 63 sa 72;

(21)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi konferiti lilu bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (25);

(22)

“ministeri kompetenti” tfisser ministeri tal-finanzi jew ministeri oħra tal-Istati Membri li huma responsabbli għal deċiżjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u baġitarji fil-livell nazzjonali skont il-kompetenzi nazzjonali u li ġew innominati skont l-Artikolu 3(5);

(23)

“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment;

(24)

“korp tal-maniġerjali” tfisser korp tal-maniġment kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(25)

“maniġment superjuri” tfisser maniġment superjuri kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(26)

“grupp” tfisser intrapriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

(27)

“grupp transkonfinali” tfisser grupp li għandu entitajiet tal-grupp stabbiliti f’aktar minn Stat Membru wieħed;

(28)

“għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika oħra fil-livell supranazzjonali, li jekk tiġi pprovduta fil-livell nazzjonali, tikkostitwixxi għajnuna Statali, li tiġi pprovduta sabiex tiġi ppreservata jew tinġieb lura l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta’ istituzzjoni jew ta’ entita’8msemmiha fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew ta’ grupp li minnu tifforma parti tali istituzzjoni jew entità;

(29)

“għajnuna ta’ likwidità ta’ emerġenza” tfisser il-provvediment minn bank ċentrali ta’ flus tal-bank ċentrali, jew kwalunkwe għajnuna oħra li tista’ twassal għal żieda fil-flus tal-bank ċentrali, lil istituzzjoni finanzjarja solventi, jew grupp ta’ istituzzjonijiet finanzjarji solventi, li jkunu qed jaffaċċaw problemi ta’ likwidità temporanji, meta tali operazzjoni ma tkunx tifforma parti minn politika monetarja;

(30)

“kriżi sistemika” tfisser tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u l-ekonomija reali. It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu jkunu potenzjalment xi ftit jew wisq sistemikament importanti.

(31)

“entità fi grupp” tfisser persuna ġuridika li hija parti minn grupp;

(32)

“pjan ta’ rkupru” tfisser pjan ta’ rkupru mfassal u mżimum minn istituzzjoni skont l-Artikolu 5;

(33)

“pjan ta’ rkupru tal-grupp” tfisser pjan ta’ rkupru tal-grupp imfassal u miżmum skont l-Artikolu 7;

(34)

“fergħa sinifikanti” tfisser fergħa li tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti fi Stat Membru ospitanti skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(35)

“funzjonijiet kritiċi” tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet li t-twaqqif tagħhom fi Stat Membru wieħed jew aktar, iwassal għal tħarbit tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabilità finanzjarja minħabba d-daqs, is-sehem tas-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità hew l-attivitajiet transkonfinali ta’ istituzzjoni jew grupp, fir-rigward, b’mod partikolari, tas-sostitwibbiltà ta’ dawk l-attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet;

(36)

“linji ta’ negozju ewlenin” tfisser linji ta’ negozju u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sorsi materjali ta’ dħul, profitt jew valur tal-franchise għal istituzzjoni jew għal grupp li tifforma parti minnu l-istituzzjoni;

(37)

“is-superviżur li jikkonsolida” tfisser is-superviżur li jikkonsolida kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(38)

“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definit fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(39)

“kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni” tfisser il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32(1);

(40)

“azzjoni ta’ riżoluzzjoni” tfisser id-deċiżjoni li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) titpoġġa taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 32 jew l-Artikolu 33, l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni, jew l-eżerċizzju ta’ setgħa waħda jew aktar ta’ riżoluzzjoni;

(41)

“pjan ta’ riżoluzzjoni” tfisser pjan ta’ riżoluzzjoni għal istituzzjoni mfassal skont l-Artikolu 10;

(42)

“riżoluzzjoni ta’ grupp” tfisser waħda jew l-oħra minn dawn li ġejjin:

(a)

it-teħid ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ intrapriża prinċipali jew ta’ istituzzjoni soġġetta għal superviżjoni konsolidata, jew

(b)

il-koordinazzjoni tal-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ riżoluzzjoni minn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet fi grupp li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni;

(43)

“pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp” tfisser pjan għar-riżoluzzjoni tal-grupp imfassal skont l-Artikoli 12 u 13;

(44)

“awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp” tfisser l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fl-Istat Membru fejn ikun jinsab is-superviżur li jikkonsolida;

(45)

“skema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp” tfisser pjan imfassal għall-fini ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp skont l-Artikolu 91;

(46)

‘kulleġġ ta’ riżoluzzjoni’ tfisser kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 88 sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 88(1);

(47)

“proċeduri normali ta’ insolvenza” tfisser il-proċeduri kollettivi ta’ insolvenza li jinvolvu divestiment parzjali jew totali ta’ debitur u l-ħatra ta’ likwidatur jew amministratur, normalment applikabbli għal istituzzjonijiet skont il-liġi nazzjonali u, jew speċifiċi għal dawk l-istituzzjonijiet jew ġeneralment applikabbli għal kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika;

(48)

“strumenti ta’ dejn” imsemmija fil-punti (g) u (j) tal-Artikolu 63(1) tfisser bonds u forom oħra ta’ dejn trasferibbli, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta’ strumenti ta’ dejn;

(49)

“istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru kif definit fil-punt (28) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(50)

“istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni’ tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(51)

“rekwiżiti ta’ fondi proprji” tfisser rekwiżiti kif stipulat fl-Artikoli 92 sa 98 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(52)

“kulleġġ ta’ superviżjoni” tfisser kulleġġ ta’ superviżuri stabbiliti skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(53)

“qafas ta’ għajnuna mill-Istat tal-Unjoni” tfisser il-qafas stabbilit mill-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE u regolamenti u l-atti kollha tal-Unjoni, inklużi l-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi, magħmula jew adottati skont l-Artikolu 108(4) jew l-Artikolu 109 TFUE;

(54)

“stralċ” tfisser ir-realizzazzjoni ta’ assi ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(55)

“għodda ta’ separazzjoni tal-assi” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġi effettwat trasferiment minn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lejn vettura tal-immaniġġjar tal-assi skont l-Artikolu 42;

(56)

“vettura tal-immaniġġjar tal-assi” tfisser persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 42(2);

(57)

“għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġi effettwat l-eżerċizzju minn awtorità tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 37 tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 43;

(58)

“għodda ta’ bejgħ ta’ negozju” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġi effettwat it-trasferiment minn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil akkwirent li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja skont l-Artikolu 38;

(59)

“istituzzjoni tranżitorja” tfisser persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 40(2);

(60)

“għodda tal-istituzzjoni tranżitorja” tfisser il-mekkaniżmu għat-trasferiment ta’ strumenti oħra ta’ sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lejn istituzzjoni tranżitorja skont l-Artikolu 40;

(61)

“strumenti ta’ sjieda” tfisser ishma, strumenti oħra li jagħtu s-sjieda, strumenti li jistgħu jiġu konvertiti jew jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati ishma jew strumenti ta’ sjieda, u strumenti li jirrappreżentaw interessi f’ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda;

(62)

“azzjonisti” tfisser detenturi ta’ strumenti ta’ sjieda;

(63)

“setgħat ta’ trasferiment” tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 63(1) li jiġu trasferiti strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunke kombinazzjoni ta’ dawn l-elementi minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għal għand benefiċjarju;

(64)

“kontroparti ċentrali” tfisser CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(65)

“derivattiv”, tfisser derivattiv kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(66)

“setgħat ta’ valwazzjoni negattiva” tfisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 59(2) u fil-punti (e) sa (i) tal-Artikolu 63(1);

(67)

“obbligazzjoni ggarantita” tfisser obbligazzjoni fejn id-dritt tal-kreditur għall-ħlas jew forma oħra ta’ prestazzjoni huwa ggarantit bi gravami, pleġġ jew rahan, jew arranġamenti kollaterali inklużi obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u arranġamenti kollaterali oħra ta’ trasferiment ta’ titlu;

(68)

“Strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28(1) sa (4), fl-Artikolu 29(1) sa (5) jew fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(69)

“Strumenti addizzjonali tal-Grad 1” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(70)

“ammont aggregat” tfisser l-ammont aggregat li għalih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat li l-obbligazzjonijiet eliġibbli trid issirilhom valwazzjoni negattiva jew jiġu kkonvertiti, skont l-Artikolu 46(1);

(71)

“obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jew bħala strumenti addizzjonali tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda ta’ valwazzjoni negattiva bis-saħħa tal-Artikolu 44(2);

(72)

“skema ta’ garanzija tad-depożiti” tfisser skema ta’ garanzija tad-depożiti introdotta u uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/49/UE;

(73)

“Strumenti tal-Grad 2” tfisser strumenti kapitali jew dejn subordinat li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(74)

“strumenti kapitali rilevanti” għall-fini tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu IV tat-Titolu IV u l-Kapitolu V tat-Titolu IV, tfisser strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali u strumenti tal-Grad 2;

(75)

“rata ta’ konverżjoni” tfisser il-fattur li jiddetermina l-għadd ta’ strumenti oħra ta’ sjieda li fih obbligazzjoni ta’ klassi speċifika se tiġi kkonvertita, b’referenza jew għal strument uniku tal-klassi inkwistjoni jew għal unità speċifika tal-valur tal-pretensjoni ta’ debitu;

(76)

“kreditur affettwat” tfisser kreditur li l-pretensjoni tiegħu tirrelata ma’ obbligazzjoni li ġiet imnaqqsa jew ikkonvertita fi strumenti ta’ sjieda permezz tal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni skont l-użu tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna;

(77)

“azzjonist affettwat” tfisser detentur ta’ strumenti ta’ sjieda li l-istrumenti ta’ sjieda tiegħu jiġu kkanċellati permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 63(1);

(78)

“awtorità xierqa” tfisser l-awtorità tal-Istat Membru, identifikata skont l-Artikolu 61 li hija responsabbli skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat biex twettaq id-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 59(3);

(79)

“istituzzjoni prinċipali rilevanti” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, istituzzjoni prinċipali fl-Unjoni, kumpanija holding finanzjarja, kumpanija holding finanzjarja mħallta, kumpanija holding b’attività mħallta, kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali fl-Unjoni, kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-Unjoni, li fir-rigward tagħha qed tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna;

(80)

“benefiċjarju” tfisser l-entità li lilha jiġu trasferiti strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk l-elementi minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(81)

“jum ta’ negozju” tfisser jum ieħor għajr is-Sibt, il-Ħadd jew vaganza pubblika fl- Istat Membru kkonċernat;

(82)

“dritt tat-terminazzjoni” tfisser dritt li jiġi terminat kuntratt, dritt sabiex jaċċellera, jagħlaq, ipaċi jew iġib għall-valur nett obbligazzjonijiet jew kwalunkwe dispożizzjoni simili li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu ta’ parti għall-kuntratt jew dispożizzjoni li timpedixxi li jirriżulta obbligu taħt il-kuntratt li f’sitwazzjonijiet oħra kien jirriżulta;

(83)

“istituzzjoni taħt riżoluzzjoni” tfisser istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija holding finanzjarja, kumpanija holding finanzjarja mħallta, kumpanija holding b’attività mħallta, kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni, kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta tal-Unjoni, li fir-rigward tagħha qed tittieħed azzjoni tar-riżoluzzjoni;

(84)

“sussidjarja fl-Unjoni” tfisser istituzzjoni li hija stabbilita fi Stat Membru u li tkun sussidjarja ta’ istituzzjoni minn pajjiż terz jew ta’ impriża prinċipali ta’ pajjiż terz,;

(85)

“impriża prinċipali tal-Unjoni” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta tal-Unjoni;

(86)

“istituzzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser entità, li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun stabbilit f’pajjiż terz, li, kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, tkun koperta mid-definizzjoni ta’ istituzzjoni;

(87)

“impriża prinċipali ta’ pajjiż terz” tfisser impriża prinċipali, kumpanija holding finanzjarja prinċipali jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali mħallta, stabbilita f’pajjiż terz;

(88)

“proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser azzjoni skont il-liġi ta’ pajjiż terz biex jiġi mmaniġġjat il-falliment ta’ istituzzjoni ta’ pajjiż terz jew ta’ impriża prinċipali ta’ pajjiż terz li tkun komparabbli, f’termini ta’ objettivi u riżultati antiċipati, għal azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva;

(89)

“fergħa fl-Unjoni” tfisser fergħa ta’ istituzzjoni ta’ pajjiż terz li tkun tinsab fi Stat Membru;

(90)

“awtorità ta’ pajjiż terz rilevanti” tfisser awtorità ta’ pajjiż terz responsabbli biex twettaq funzjonijiet kumparabbli ma’ dawk tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva;

(91)

“arranġament ta’ finanzjament tal-gruppi” tfisser l-arranġament jew l-arranġamenti ta’ finanzjament tal-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-gruppi;

(92)

“tranżazzjoni spalla ma’ spalla” tfisser tranżazzjoni li ssir bejn żewġ entitajiet fi grupp għall-fini tat-trasferiment, kollu jew parzjali, tar-riskju ġġenerat minn tranżazzjoni oħra li ssir bejn waħda minn dawk l-entitajiet fi grupp u parti terza;

(93)

“garanzija intragrupp” tfisser kuntratt li permezz tiegħu entità fi grupp tiggarantixxi l-obbligazzjonijiet ta’ entità oħra fil-grupp lil parti terza;

(94)

“depożiti koperti” tfisser depożiti koperti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;

(95)

“depożiti eliġibbli” tfisser depożiti eliġibbli kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;

(96)

“bond kopert” tfisser strument kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

(97)

“arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titlu” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titlu kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27);

(98)

“arranġament ta’ netting” tfisser arranġament li bis-saħħa tiegħu għadd ta’ pretensjonijiet jew obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kkonvertiti fi pretensjoni unika netta, inklużi arranġamenti ta’ close-out netting li bis-saħħa tagħhom, meta jseħħ avveniment ta’ infurzar (definit bi kwalunkwe mod u hu fejn hu definit) l-obbligi tal-partijiet huma aċċellerati b’mod li jsiru dovuti immedjatament jew jiġu tterminati, u fiż-żewġ każijiet jiġu kkonvertiti fi, jew jiġu ssostitwiti bi, pretensjoni unika netta, inkulżi “dispożizzjonijiet dwar il-close-out netting” kif definit fil-punt (n)(i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE u ‘netting’ kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;

(99)

“arranġement ta’ tpaċija” tfisser arranġament li taħtu żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;

(100)

“kuntratti finanzjarji” tfisser il-kuntrattu u l-ftehimiet li ġejjin:

(a)

kuntratti ta’ titoli, inklużi:

(i)

kuntratti għax-xiri, il-bejgħ jew is-self ta’ titolu, grupp jew indiċi ta’ titoli;

(ii)

opzjonijiet fuq titolu jew grupp jew indiċi ta’ titoli,

(iii)

riakkwist jew tranżazzjonijiet ta’ riakkwist bir-rivers ta’ kwalunkwe tali titolu, grupp jew indiċi;

(b)

kuntratti ta’ komoditajiet, inklużi:

(i)

kuntratti għax-xiri, il-bejgħ jew is-self ta’ komodità jew grupp jew indiċi ta’ komoditajiet għal konsenja fil-futur;

(ii)

opzjonijiet fuq komodità jew grupp jew indiċi ta’ komoditajiet;

(iii)

riakkwist jew tranżazzjonijiet ta’ riakkwist bir-rivers ta’ kwalunkwe tali komodità, grupp jew indiċi;

(c)

futuri u kuntratti forward, inkluż kuntratti (minbarra kuntratti ta’ komoditajiet) għax-xiri, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ komodità jew proprjetà ta’ kwalunkwe deskrizzjoni, servizz, dritt jew interess ieħor għal prezz speċifiku f’data futura,

(d)

ftehimiet ta’ swaps, inklużi:

(i)

swaps u opzjonijiet marbutin mar-rati tal-imgħax; ftehimiet spot jew oħrajn dwar il-kambju; munita; indiċi tal-ekwità jew ekwità; indiċi tad-dejn jew dejn; indiċijiet tal-komoditajiet jew komoditajiet; it-temp; emissjonijiet jew inflazzjoni;

(ii)

redditu totali, spread tal-kreditu jew swaps tal-kreditu;

(iii)

kwalunkwe ftehim jew tranżazzjoni simili għal ftehim imsemmi fil-punti (i) jew (ii) soġġett ta’ negozju rikorrenti fi swaps jew swieq tad-derivattivi;

(e)

ftehimiet ta’ self bejn il-banek fejn it-terminu tas-self hu tliet xhur jew inqas;

(f)

ftehimiet qafas għal kwalunkwe kuntratt jew ftehim imsemmi fil-punti (a) sa (e);

(101)

“miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi” tfisser l-eżerċizzju ta’ setgħat biex it-tneħħija ta’ defiċjenzi jew impedimenti tiġi diretta lejn l-irkupru taħt l-Artikolu 6(6), l-eżerċizzju ta’ setgħat biex jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 17 jew 18, l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27, il-ħatra ta’ amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni skont l-Artikolu 59;

(102)

“miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi” tfisser azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew il-ħatra ta’ maniġer speċjali skont l-Artikolu 35 jew ta’ persuna skont l-Artikolu 51(2) jew skont l-Artikolu 72(1);

(103)

“kapaċità ta’ rkupru” tfisser il-kapaċità ta’ istituzzjoni li terġa’ ġġib il-pożizzjoni finanzjarja tagħha wara deterjorament sinifikanti;

(104)

“depożitur” tfisser depożitur kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;

(105)

“investitur” tfisser investitur fis-sens tal-punt (4) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28);

(106)

“awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata” tfisser l-awtorità inkarigata bit-tmexxija tal-politika makroprudenzjali msemmija fir-Rakkomandazzjoni B1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (BERS/2011/3);

(107)

“impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” tfisser impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definit fir-rigward tal-kriterju tal-fatturat annwali msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (29);

(108)

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad- tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115 sabiex tispeċifika l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet imsemmijin fil-punt (35) tal-ewwel subparagrafu fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “funzjonijiet kritiċi” u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-linji ta’ negozju u servizzi assoċjati msemmija fil-punt (36) tal-ewwel subparagrafu fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “linji ta’ negozju ewlenin”.

Artikolu 3

Nomina ta’ awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità ta’ riżoluzzjoni waħda jew, b’mod eċċezzjonali, awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jkollhom is-setgħa japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tkun awtorità tal-amministrazzjoni pubblika jew awtoritajiet inkarigati b’setgħat ta’ amministrazzjoni pubblika.

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti jew awtoritajiet oħra tal-amministrazzjoni pubblika jew awtoritajiet inkarigati b’setgħat ta’ amministrazzjoni pubblika. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu b’mod eċċezzjonali li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti strutturali adegwati biex tkun żgurata l-indipendenza operazzjonali u jiġu evitati kunflitti ta’ interess bejn il-funzjonijiet ta’ superviżjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jew il-funzjonijiet l-oħra tal-awtorità rilevanti u l-funzjonijiet tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni kif mitlub mill-paragrafu 4. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti, banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti jew awtoritajiet oħra jkun hemm indipendenza operazzjonali bejn il-funzjoni ta’ riżoluzzjoni u ta’ superviżjoni jew funzjonijiet oħra tal-awtorità rilevanti.

Il-persunal involut fit-twettiq tal-funzjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva għandu jkun strutturalment separat minn u suġġett għal linji ta’ rappurtar separati minn dawk għall-persunal involut fit-twettiq ta’ kompiti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jew fir-rigward ta’ funzjonijiet oħra tal-awtorità rilevanti.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandhom jadottaw u jagħmlu pubbliċi kull regola interna neċessarja u rilevanti inklużi regoli dwar is-segretezza professjonali u l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-oqsma ta’ funzjoni differenti.

4.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-awtoritajiet li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ superviżjoni u riżoluzzjoni u l-persuni li jeżerċitaw dawk il-funzjonijiet f’isimhom għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-preparazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni, kemm fil-każ fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti huma entitajiet separati u kemm fil-każ fejn l-funzjonijiet jitwettqu fl-istess entità.

5.   Kull Stat Membru għandu jinnomina ministeru wieħed li jkun responsabbli għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-ministeru kompetenti taħt din id-Direttiva.

6.   Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fi Stat Membru mhijiex il-ministeru kompetenti, din għandha tinforma lill-ministeru kompetenti dwar id-deċiżjonijiet skont din id-Direttiva u, għajr jekk stipulat mod ieħor fid-dritt nazzjonali, tikseb l-approvazzjoni tiegħu qabel timplimenta d-deċiżjonijiet li għandhom impatt fiskali dirett jew implikazzjonijiet sistemiċi.

7.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-ABE skont din id-Direttiva għandhom iqisu l-impatt potenzjali tad-deċiżjoni fl-Istati Membri kollha fejn joperaw l-istituzzjoni jew il-grupp u jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-effetti negattivi ekonomiċi u soċjali f’dawk l-Istati Membri. Id-deċiżjonijiet tal-ABE huma suġġetti għall-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha l-kompetenza, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali sabiex tapplika azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, u tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha bir-rapidità u l-flessibbiltà li hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

9.   L-ABE, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, għandha tiżviluppa l-kompetenza, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali meħtieġa u għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-paragrafu 8, inkluż permezz ta’ evalwazzjonijiet perjodiċi bejn il-pari.

10.   Fejn, skont il-paragrafu 1, Stat Membru jinnomina aktar minn awtorità waħda sabiex tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni, għandu jipprovdi notifika lill-ABE u lill-Kummissjoni fejn jispjega bis-sħiħ għala għamel dan u għandu jalloka l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet b’mod ċar bejn dawk l-awtoritajiet, jiżgura l-koordinazzjoni adegwata bejniethom u jinnomina awtorità unika bħala awtorità ta’ kuntatt għall-finijiet tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stati Membri oħra.

11.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-ABE bl-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali maħtura bħala l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità ta’ kuntatt u, fejn rilevanti, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom. L-ABE għandha tippubblika l-lista ta’ dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta’ kuntatt.

12.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 85, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-obbligazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti u l-persunal rispettiv tagħhom skont id-dritt nazzjonali għal atti u ommissjonijiet fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom taħt din id-Direttiva.

TITOLU II

PREPARAZZJONI

KAPITOLU I

Ippjanar ta’ rkupru u riżoluzzjoni

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 4

Obbligi ssimplifikati għal ċerti istituzzjonijiet

1.   Wara li jqisu l-impatt li l-falliment tal-istituzzjoni jista’ jkollu, minħabba n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika, il-profil ta’ riskju, id-daqs u l-istatus ġuridiku tagħha jew l-interkonnettività tagħha ma’ istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, is-sħubija tagħha ta’ IPS jew sistemi oħra ta’ solidarjetà reċiproka kooperattiva kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe eżerċizzju ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u jekk il-falliment jew l-istralċ sussegwenti tagħha taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza humiex mistennija jħallu effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kondizzjonijiet tal-finanzjament, jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw:

(a)

il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 5 sa 12;

(b)

id-data sakemm l-ewwel pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni għandhom jitfasslu u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni, li tista’ tkun aktar baxxa minn dik prevista fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 13(3);

(c)

il-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni mitluba mill-istituzzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5(5), u l-Artikoli 11(1) u 12(2) u fit-Taqsimiet A u B tal-Anness;

(d)

il-livell ta’ dettall għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 15 u 16, u t-Taqsima C tal-Anness.

2.   L-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, għandhom jagħmlu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 wara konsultazzjoni, fejn adatt, mal-awtorità makroprudenzjali nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn jiġu applikati obbligi simplifikati, l-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jimponu fi kwalunkwe ħin obbligi sħaħ u mhux simplifikati.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ obbligi simplifikati biss m’għandhiex taffettwa s-setgħat tal-awtorità kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tieħu miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi.

5.   L-ABE għandha, sat-3 ta’ Lulju 2015, tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sabiex tispeċifika l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, għall-valutazzjoni, skont dak il-paragrafu, tal-impatt tal-falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament.

6.   Filwaqt li titqies, fejn xieraq, l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmijin fil-paragrafu 5, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, għall-valutazzjoni, skont dan il-paragrafu, tal-impatt ta’ falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2017.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar il-mod kif applikaw il-paragrafi 1, 8, 9 u 10 għall-istituzzjonijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 8, 9 u 10. Partikolarment, dak ir-rapport għandu jidentifika kwalunkwe diverġenza rigward l- l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-paragrafi 1, 8, 9 u 10.

8.   Suġġetti għall-paragrafi 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni:

(a)

tar-rekwiżiti tat-Taqsima 2 u Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għal istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali eżentat parzjalment jew bis-sħiħ minn rekwiżiti prudenzjali fid-dritt nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

tar-rekwiżiti tat-Taqsima 2 għal istituzzjonijiet li huma membri ta’ IPS.

9.   Fil-każ fejn tingħata rinunzja skont il-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom:

(a)

japplikaw ir-rekwiżiti ta’ Taqsima 2 u Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu fuq bażi konsolidata għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati miegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

jitolbu lill-IPS tissodisfa r-rekwiżiti ta’ Taqsima 2 f’kooperazzjoni ma’ kull wieħed mill-membri tagħha li ngħata rinunzja.

Għal dak il-għan, kwalunkwe referenza fit-Taqsima 2 u t-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għal grupp għandha tinkludi korp ċentrali u istituzzjonijiet affiljati miegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u s-sussidjarji tagħhom, u kwalunkwe referenza għal impriża prinċipali jew istituzzjonijiet li huma suġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tinkludi l-korp ċentrali.

10.   Istituzzjonijiet suġġetti għal superviżjoni diretta mill-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew li jikkostitwixxu kwota sinifikanti fis-sistema finanzjarja ta’ Stat Membru għandhom ifasslu l-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom stess skont it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu u għandhom ikunu suġġetti għal pjanijiet ta’ riżoluzzjoni individwali skont it-Taqsima 3.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet ta’ istituzzjoni għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu sehem sinifikanti tas-sistema finanzjarja ta’ dak l-Istat Membru jekk tiġi sodisfatta kwalunkwe minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-valur totali tal-assi tagħha jaqbżu EUR 30 000 000 000; jew

(b)

il-proporzjon tal-assi totali tagħha fuq il-PDG tal-Istat Membru ta’ stabbiliment jaqbeż l-20 %, għajr jekk il-valur totali tal-assi tagħha jkun anqas minn EUR 5 000 000 000;

11.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni lill-ABE għall-finijiet tal-paragrafu 7, bla ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 2

Ippjanar ta’ rkupru

Artikolu 5

Pjanijiet ta’ rkupru

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni, li mhijiex parti minn grupp suġġett għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 111 u 112 tad-Direttiva 2013/36/UE, tfassal u żżomm aġġornat pjan ta’ rkupru li jipprevdi miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjoni biex terġa’ tinġieb lura l-qagħda finanzjarja tagħha wara deterjorazzjoni sinifikanti tal-qagħda finanzjarja tagħha. Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jiġu kkunsidrati bħala arranġament ta’ governanza skont it-tifsira tal-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom tal-anqas darba fis-sena jew wara bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva tal-istituzzjoni, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li jista’ jkollha effett materjali fuq il-pjan ta’ rkupru jew teħtieġ bidla fih. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom aktar ta’ spiss.

3.   Il-pjanijiet ta’ rkupru m’għandhomx jassumu li ser ikollhom aċċess, jew li se jirċievu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.

4.   Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jinkludu, fejn applikabbli, analiżi ta’ kif u meta istituzzjoni tista’ tapplika, fil-kondizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta’ faċilitajiet tal-bank ċentrali u tidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ rkupru jinkludu l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-informazzjoni addizzjonali tiġi inkluża fil-pjanijiet ta’ rkupru.

Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jinkludu wkoll miżuri possibbli li jistgħu jittieħdu mill-istituzzjoni fil-każ fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għal intervent bikri skont l-Artikolu 27.

6.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-pjanijiet ta’ rkupru jinkludu kondizzjonijiet xierqa u proċeduri biex jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ alternattivi ta’ rkupru. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-pjanijiet ta’ rkupru jikkunsidraw firxa ta’ xenarji ta’ stress finanzjarju u makroekonomiku qawwi rilevanti għall-kondizzjonijiet speċifiċi tal-istituzzjoni inklużi avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha u stress speċifiku għal persuni ġuridiċi individwali u għal gruppi.

7.   L-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), għandha, sat-3 ta’ Lulju 2015, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jispeċifikaw ulterjorment il-firxa ta’ xenarji li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

8.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jitolbu lil istituzzjoni żżomm reġistri dettaljati tal-kuntratti finanzjarji li l-istituzzjoni kkonċernata tkun parti għalihom.

9.   Il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta u japprova l-pjan ta’ rkupru qabel ma jissottmettih lill-awtorità kompetenti.

10.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment, mingħajr preġudizju għall-Artikolu 4, l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru

1.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-istituzzjonijiet li jeħtiġilhom ifasslu pjanijiet ta’ rkupru skont l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7(1) jissottomettu dawk il-pjanijiet ta’ rkupru lill-awtorità kompetenti għal rieżami. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-istituzzjonijiet juru għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dawk il-pjanijiet jilħqu l-kriterji tal-paragrafu 2.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien sitt xhur wara t-tressiq ta’ kull pjan, u wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa, jeżaminaw mill-ġdid il-pjan u jivvalutaw il-punt safejn kull pjan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-kriterji li ġejjin:

(a)

li huwa raġonevolment probabbli li l-implimentazzjoni tal-arranġamenti proposti fil-pjan iżżomm jew terġa’ ġġib il-vijabbiltà u l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-grupp, filwaqt li jitqiesu l-miżuri preparatorji li tkun ħadet l-istituzzjoni jew li tkun ippjanat li tieħu;

(b)

li huwa raġonevolment probabbli li l-pjan u l-alternattivi speċifiċi fi ħdan il-pjan jiġu implimentati rapidament u effettivament f’sitwazzjonijiet ta’ stress finanzjarju filwaqt li jiġi evitat kemm jista’ jkun possibbli kwalunkwe effett negattiv sinifikattiv fuq is-sistema finanzjarja, inklużi f’xenarji li jistgħu jwasslu lil istituzzjonijiet oħra biex jimplimentaw pjanijiet ta’ rkupru fl-istess perjodu ta’ żmien.

3.   Meta tevalwa l-adegwatezza tal-pjanijiet ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni u l-istruttura tal-finanzjament għal-livell ta’ kumplessità tal-istruttura organizzattiva u l-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-pjan ta’ rkupru lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżamina l-pjan ta’ rkupru bil-ħsieb li tidentifika kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta’ rkupru li jista’ jkollha impatt ħażin fuq ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti rigward dawk il-kwistjonijiet.

5.   Fejn l-awtorità kompetenti tivvaluta li hemm defiċjenzi materjali fil-pjan ta’ rkupru, jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni tiegħu, hija għandha tinnotifika lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali tal-grupp bil-valutazzjoni tagħha u titlob li l-istituzzjoni tissottometti, fi żmien xahrejn, estiż għal xahar fuq approvazzjoni tal-awtoritajiet, pjan rivedut li juri kif dawk id-defiċjenzi jew impedimenti jiġu indirizzati.

Qabel ma istituzzjoni tintalab tressaq mill-ġdid pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dak ir-rekwiżit.

Meta l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li d-defiċjenzi u l-impedimenti jkunu ġew indirizzati adegwatament fil-pjan rivedut, hija tista’ tordna lill-istituzzjoni tagħmel bidliet speċifiċi lill-pjan.

6.   Jekk l-istituzzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ rkupru rivedut, jew jekk l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-pjan ta’ rkupru rivedut ma jirrimedjax b’mod adegwat id-defiċjenzi jew l-impedimenti potenzjali identifikati fil-valutazzjoni oriġinali tagħha, u ma jkunx possibbli li jiġu rrimedjati adegwatament id-defiċjenzi jew l-impedimenti permezz ta’ ordni għal tibdil speċifiku fil-pjan, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-istituzzjoni biex tidentifika fi żmien raġonevoli l-bidliet li tista’ tagħmel fin-negozju tagħha biex tindirizza d-defiċjenzi fil-pjan ta’ rkupru jew l-impedimenti għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru.

Jekk l-istituzzjoni tonqos milli tidentifika tali bidliet fi ħdan iż-żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, jew jekk l-awtorità kompetenti tivvaluta li l-azzjonijiet proposti mill-istituzzjoni mhumiex se jindirizzaw adegwatament id-defiċjenzi jew l-impedimenti, l-awtorità kompetenti tista’ tordna lill-istituzzjoni tieħu kwalunkwe miżura li tikkunsidra bħala neċessarja u proporzjonata, b’kont meħud tal-gravità tad-defiċjenzi u l-impedimenti u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-istituzzjoni.

L-awtorità kompetenti tista’, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, tordna lill-istituzzjoni:

(a)

tnaqqas il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluż ir-riskju ta’ likwidità;

(b)

tippermetti miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni f’waqthom;

(c)

teżamina mill-ġdid l-istrateġija u l-istruttura tal-istituzzjoni;

(d)

twettaq tibdil fl-istrateġija tal-finanzjament sabiex titjieb ir-reżiljenza tal-linji ewlenin ta’ negozju u l-funzjonijiet kritiċi;

(e)

twettaq tibdil fl-istruttura tal-governanza tal-istituzzjoni.

Il-lista ta’ miżuri msemmija f’dan is-subparagrafu ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri addizzjonali taħt id-dritt nazzjonali.

7.   Meta l-awtorità kompetenti titlob lil istituzzjoni tieħu miżuri skont il-paragrafu 6, id-deċiżjoni tagħha dwar il-miżuri għandha tkun raġunata u proporzjonata.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-istituzzjoni u tkun suġġetta għal dritt ta’ appell.

8.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 8(1).

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 7

Pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali tal-Unjoni jfasslu u jissottomettu lis-superviżur tal-konsolidazzjoni pjan ta’ rkupru tal-grupp. Il-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp għandhom jikkonsistu minn pjan ta’ rkupru għall- grupp immexxi mill-impriża prinċipali tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jidentifika miżuri li jista’ jkun meħtieġ li jiġu implimentati fil-livell tal-impriża priċnipali tal-Unjoni u kull sussidjarja individwali.

2.   F’konformità mal-Artikolu 8, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li s-sussidjarji jfasslu u jissottomettu pjanijiet ta’ rkupru fuq bażi individwali.

3.   Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu, bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali previsti f’din id-Direttiva huma stabbiliti, jittrażmetti l-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp:

(a)

lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa;

(c)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp; u

(d)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji.

4.   Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jimmira għall-istabbilizzazzjoni tal-grupp inġenerali, jew kwalunkwe istituzzjoni tal-grupp, meta jkun f’sitwazzjoni ta’ stress sabiex jindirizza jew ineħħi l-kawżi tal-istress u jirripristina l-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp jew l-istituzzjoni inkwistjoni, waqt li fl-istess ħin jittieħed kont tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entitajiet oħra fi grupp.

Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jinkludi arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni u l-konsistenza ta’ miżuri li jridu jittieħdu fil-livell tal-impriża prinċipali tal-Unjoni, fil-livell entitajiet msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) kif ukoll il-miżuri li jridu jittieħdu fil-livell ta’ sussidjarji u, fejn applikabbli f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell ta’ fergħat sinifikattivi.

5.   Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp u kwalunkwe pjan imfassal għal sussidjarju individwali, għandu jinkludi l-elementi speċifikati fl-Artikolu 5. Dawk il-pjanijiet għandhom jinkludu, fejn applikabbli, arranġamenti għal għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp adottata skont ftehim għal għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp li jkun ġie konkluż skont il-Kapitolu III.

6.   Il-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp għandhom jinkludu firxa ta’ alternattivi ta’ rkupru li jistabbilixxu azzjonijiet biex jindirizzaw dawk ix-xenarji previsti fl-Artikolu 5(6).

Għal kull wieħed mix-xenarji, il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jidentifika jekk hemmx xi impedimenti kontral-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rkupru fi ħdan il-grupp, inkluż fil-livell tal-entitajiet individwali koperti mill-pjan, u jekk hemmx impedimenti prattiċi jew legali sustanzjali għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew ir-ripagament ta’ passivi jew assi fi ħdan il-grupp.

7.   Il-korp maniġerjali tal-entità li tfassal il-pjan ta’ rkupru tal-grupp skont il-paragrafu 1 għandha tivvaluta u tapprova l-pjan ta’ rkupru tal-grupp qABEl ma tissottomettih għand is-superviżur tal-konsolidazzjoni.

Artikolu 8

Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp

1.   Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-awtoritajiet kompetenti tal-fergħat sinifikattivi safejn rilevanti għal dik il-fergħa sinifikattiva, jeżamina mill-ġdid il-pjan ta’ rkupru tal-grupp u jivvaluta l-punt safejn dan jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u skont dan l-Artikolu u għandha tqis l-impatt potenzjali tal-miżuri ta’ rkupru fuq l-istabilità finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.

2.   Is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar:

(a)

ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp;

(b)

jekk pjan ta’ rkupru fuq bażi individwali għandux jitfassal għall-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp; u

(c)

l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6).

Il-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi żmien erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp min-naħa tas-superviżur tal-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 7(3).

L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ trażmissjoni, dwar ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp jew dwar kwalunkwe miżura li l-impriża prinċipali tal-Unjoni tkun mitluba tieħu skont l-Artikolu 6(5) u (6), is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu deċiżjoni huwa stess fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu wara li jkun ikkunsidra l-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Jekk, fi tmien dak il-perjodu ta’ erba’ xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tas-superviżur tal-konsolidazzjoni.

4.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ trażmissjoni dwar:

(a)

jekk pjan ta’ rkupru fuq bażi individwali għandux jitfassal għall-istituzzjonijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħha; jew

(b)

dwar l-applikazzjoni fil-livell sussidjarju tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 6(5) u (6);

kull awtorità kompetenti għandu tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar dik il-kwistjoni.

Jekk, fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti tas-sussidjarja għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-sussidjarja fil-livell individwali.

5.   L-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn li ma jkollhomx nuqqas ta’ qbil taħt il-paragrafu 4 jistgħu jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar pjan ta’ rkupru tal-grupp li jkopri l-entitajiet fi grupp taħt il-ġurisdizzjonijiet tagħhom.

6.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 jew 5 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 u 4 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

7.   Fuq talba ta’ awtorità kompetenti skont il-paragrafi 3 jew 4, l-ABE tista’ tassisti biss lill-awtoritajiet kompetenti biex jaslu għal qbil skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 6(6).

Artikolu 9

Indikaturi tal-Pjan ta’ Rkupru

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 5 sa 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li kull pjan ta’ rkupru jinkludi qafas ta’ indikaturi stabbilit mill-istituzzjoni li jidentifika l-punti fejn jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet xierqa msemmija fil-pjan. Tali indikaturi għandhom jiġu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti matul it-twettiq tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru skont l-Artikoli 6 u 8. L-indikaturi jistgħu jkunu ta’ natura kwalitattiva jew kwantitattiva rigward is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u għandhom ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati faċilment. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jistabbilixxu arranġamenti xierqa għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista’:

(a)

tieħu azzjoni skont il-pjan ta’ rkupru tagħha meta l-indikatur rilevanti ma jkunx ġie sodisfatt, iżda fejn il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jidhirlu li huwa xieraq f’dawk iċ-ċirkostanzi; jew

(b)

ma tiħux azzjoni ta’ dan it-tip fejn il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ma jidhirlux li huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni.

Deċiżjoni li tittieħed azzjoni msemmija fil-pjan ta’ rkupru jew deċiżjoni li ma tittiħidx tali azzjoni għandha tiġi notifikata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

2.   L-ABE għandha, sat-3 ta’ Lulju 2015, tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-lista minima ta’ indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Taqsima 3

Ippjanar ta’ riżoluzzjoni

Artikolu 10

Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn tinsab kwalunkwe fergħa sinifikattiva safejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, għandha tfassal pjan ta’ riżoluzzjoni għal kull istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp suġġett għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 111 u 112 tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tieħu meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7(a) għandha tiġi żvelata lill-istituzzjoni kkonċernata.

2.   Meta tfassal il-pjan ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tidentifika kull impediment materjali għar-riżolvibbiltà u, fejn ikun neċessarju u proporzjonat, tiddefinixxi l-azzjonijiet rilevanti dwar kif jistgħu jiġu indirizzati dawn l-impedimenti, skont il-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu.

3.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jikkunsidra xenarji rilevanti inkluż li l-avveniment ta’ falliment jista’ jkun idjosinkratiku jew jista’ jseħħ fi żmien ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;

(b)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali; jew

(c)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.

4.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jinkludi analiżi ta’ kif u meta istituzzjoni tista’ tapplika, fil-kondizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta’ faċilitajiet tal-bank ċentrali u għandu jidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.

5.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jassistuhom fit-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet.

6.   Il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu rieżaminati, u fejn xieraq aġġornati, mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva tal-istituzzjoni jew fin-negozju jew fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha li jista’ jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan jew inkella tagħmel neċessarja bidla fil-pjan ta’ riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tar-reviżjoni jew tal-aġġornament tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kwalunkwe bidla li tagħmel neċessarja tali reviżjoni jew aġġornament.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jistipula alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni msemmija fit-Titolu IV lill-istituzzjoni ta’ kreditu. Dan għandu jinkludi, b’mod kwantifikat kull fejn xieraq u possibbli:

(a)

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;

(b)

sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;

(c)

turija ta’ kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin ta’ negozju jistgħu legalment u ekonomikament jiġu sseparati, sal-punt meħtieġ, minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità hekk kif tfalli l-istituzzjoni;

(d)

stima tal-qafas ta’ żmien għall-eżekuzzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

(e)

deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 15;

(f)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 17 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati b’riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 15;

(g)

deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi, linji ewlenin ta’ negozju u assi tal-istituzzjoni;

(h)

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti biex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 hija aġġornata u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il-ħin kollu;

(i)

spjegazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar kif l-alternattivi tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin;

(i)

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100,

(ii)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali, jew

(iii)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard;

(j)

deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta’ żmien applikabbli;

(k)

deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi;

(l)

deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġi priżervat l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra u, valutazzjoni tal-portabilità tal-pożizzjonijiet tal-klijenti;

(m)

analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tal-istituzzjoni, inkluża valutazzjoni ta’ kwalunkwe spejjeż assoċjati, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali fejn applikabbli;

(n)

pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku;

(o)

ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli meħtieġa skont l-Artikolu 45(1) u skadenza sa meta għandu jintlaħaq dak il-livell, fejn applikabbli;

(p)

fejn applikabbli, ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u strumenti kuntrattwali ta’ rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 45(1), u skadenza sa meta għandu jintlaħaq dak il-livell, fejn applikabbli;

(q)

deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni;

(r)

fejn applikabbli kull opinjoni espressa mill-istituzzjoni fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni;

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jesiġu li istituzzjoni u entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) iżommu reġistri dettaljati tal-kuntratti finanzjarji li dawn ikunu parti għalihom. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tispeċifika limitu ta’ żmien li fih l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għandha tkun kapaċi tipproduċi dawk ir-rekords. L-istess limitu ta’ żmien għandu japplika għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet kollha msemmijin fil-punt (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tiddeċiedi li tiffissa limiti ta’ żmien differenti għal tipi differenti ta’ kuntratti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(100). Dan il-paragrafu m’għandux jaffettwa s-setgħat ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti.

9.   L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment il-kontenut tal-pjan ta’ riżoluzzjoni.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 11

Informazzjoni għall-fini tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni u l-kooperazzjoni mill-istituzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jitolbu lill-istituzzjonijiet:

(a)

jikkooperaw kemm jista’ jkun possibbli fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

jipprovdulhom, direttament jew permezz ta’ awtorità kompetenti, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitfasslu u jiġu implimentati pjanijiet ta’ riżoluzzjoni.

B’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa jitolbu, fost informazzjoni oħra, l-informazzjoni u l-analiżi speċifikati fit-Taqsima B tal-Anness.

2.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri rilevanti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni sabiex jivverifikaw jekk hijiex diġà disponibbli l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 jew xi ftit minnha. Fejn din l-informazzjoni hija disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika proċeduri u sett minimu ta’ formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni taħt dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 12

Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp flimkien mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ sussidjarji u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, ifasslu pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandhom jinkludu pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp immexxi mill-impriża prinċipali tal-Unjoni kollha kemm hi, jew permezz ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-impriża prinċipali tal-Unjoni jew permezz ta’ firda u riżoluzzjoni tas-sussidjarji. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu jidentifika miżuri għar-riżoluzzjoni:

(a)

tal-impriża prinċipali tal-Unjoni;

(b)

tas-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jinsabu fl-Unjoni;

(c)

tal-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1); u

(d)

suġġett għat-Titolu VI, tas-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jinsabu barra mill-Unjoni.

2.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu jitfassal abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 11.

3.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu:

(a)

jistipula l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-entitajiet fi grupp, kemm permezz ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), l-impriża prinċipali u l-istituzzjonijiet sussidjarji u permezz ta’ azzjonijiet koordinati ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sussidjarji, fix-xenarji previsti fl-Artikolu 10(3);

(b)

jeżamina l-punt safejn l-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati u eżerċitati b’mod koordinat għal entitajiet fi grupp stabbiliti fl-Unjoni, inklużi miżuri sabiex jiġi faċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp kollu kemm hu, jew linji ta’ negozju jew attivitajiet separati li huma pprovduti minn għadd ta’ entitajiet fi grupp, jew entitajiet partikolari fi grupp, u jidentifikaw kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;

(c)

fejn grupp jinkludi entitajiet inkorporati f’pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti adegwati għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni;

(d)

jidentifika miżuri, inklużi s-separazzjoni ġuridika u ekonomika ta’ funzjonijiet partikolari jew linji ta’ negozju, li huma meħtieġa sabiex tiġi faċilitata r-riżoluzzjoni tal-grupp meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet tar-riżoluzzjoni;

(e)

jistabbilixxi kwalunkwe azzjoni addizzjonali, mhux imsemmija f’din id-Direttiva, li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp beħsiebha tapplika għar-riżoluzzjoni tal-grupp.

(f)

jidentifika kif l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jistgħu jiġu ffinanzjati u, fejn ikun meħtieġ l-arranġament ta’ finanzjament, jistabbilixxi prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn sorsi ta’ finanzjament fi Stati Membri differenti. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;

(ii)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali; jew

(iii)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.

Dawk il-prinċipji għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta’ kriterji ekwitabbli u bilanċjati u għandhom iqisu, b’mod partikolari, -Artikolu 107(5) u l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kollha.

4.   Il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp taħt l-Artikolu 16 għandha ssir fl-istess ħin tat-tfassil u l-aġġornament tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp skont dan l-Artikolu. Fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tiġi inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 16.

5.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp m’għandux ikollu impatt sproporzjonat fuq kwalunkwe Stat Membru.

6.   L-ABE, wara li tikkonsulta mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, billi tqis id-diversità tal-mudelli ta’ negozju tal-gruppi fis-suq intern.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 13

Rekwiżit u proċedura għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp

1.   L-impriżi prinċipali tal-Unjoni għandhom jissottomettu l-informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa skont l-Artikolu 11 lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna l-impriża prinċipali tal-Unjoni u sal-punt meħtieġ lil kull entità fi grupp inklużi l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali previsti f’din id-Direttiva huma stabbiliti, għandha titrażmetti l-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu:

(a)

lill-ABE;

(b)

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji;

(c)

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn ikunu jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa sinifikattiva;

(d)

lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tad-Direttiva 2013/36/UE; u

(e)

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn huma stabbiliti l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).

L-informazzjoni pprovduta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjoni fejn jinsabu fergħat sinifikattivi, u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tad-Direttiva 2013/36/UE, għandhom jinkludu bħala minimu l-informazzjoni kollha li tkun rilevanti għas-sussidjarja jew il-fergħa sinifikattiva. L-informazzjoni pprovduta lill-ABE għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li hija rilevanti għar-rwol tal-ABE fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Fil-każ ta’ informazzjoni relatata ma’ sussidjarji ta’ pajjiż terz, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp m’għandhiex tkun obbligata tittrażmetti dik l-informazzjoni mingħajr il-kunsens tal-awtorità superviżorja jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti ta’ pajjiż terz.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp li jaġixxu b’mod konġunt mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri fejn tinsab kull fergħa sinifikattiva, ifasslu u jżommu pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, u bil-kondizzjoni li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stabbiliti fl-Artikolu 98 ta’ din id-Direttiva, jinvolvu fit-tfassil u ż-żamma tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz tal-ġurisdizzjonijiet fejn il-grupp ikun stabbilixxa sussidjarji jew kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja jew fergħat sinifikattivi kif imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jiġu rieżaminati u fejn adatt aġġornati, mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva fin-negozju jew fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp inkluża kwalunkwe entità fi grupp, li jista’ jkollha effett materjali fuq il-pjan jew titlob bidla fih.

4.   L-adozzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji.

Dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu deċiżjoni konġunta fi żmien perjodu ta’ erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi żmien erba’ xhur, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni hija stess dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi ta’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-impriża prinċipali tal-Unjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Suġġett għall-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, jekk, fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

6.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi żmien erba’ xhur, kull awtorità ta’ riżoluzzjoni responsabbli għal sussidjarja għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess u għandha tfassal u żżomm pjan ta’ riżoluzzjoni għall-entitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. Kull waħda mid-deċiżjonijiet individwali għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ, għandha tistipula r-raġunijiet tan-nuqqas ta’ qbil mal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp propost u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal- awtoritajiet kompetenti u tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħrajn. Kull awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-membri l-oħra tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

Suġġett għall-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, jekk, fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja.

7.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra li jaqblu taħt il-paragrafu 6 jistgħu jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp li jkopri l-entitajiet fi grupp taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

8.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafi 4 u 7 u d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafi 4a u 4b għandhom ikunu rikonoxxuti bħala konklużivi u jiġu applikati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kkonċernati l-oħra.

9.   Skont il-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, fuq talba ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-ABE tista’ tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dment li l-ebda awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata ma tqis li s-suġġett tan-nuqqas ta’ qbil jista’ b’xi mod jaffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri tagħha.

10.   Fejn jittieħdu deċiżjonijiet konġunti skont il-paragrafi 4 u 7 u fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta, skont il-paragrafu 9, li s-suġġett tan-nuqqas ta’ qbil dwar pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jaffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri tagħha, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tibda valutazzjoni mill-ġdid tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, inkluż ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli.

Artikolu 14

Trażmissjoni tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tittrażmetti l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe tibdiliet li jsiru fihom lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp u kwalunkwe bidla li ssir fihom lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

KAPITOLU II

Riżolvibbiltà

Artikolu 15

Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-istituzzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ikkonsultat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi sa fejn rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, hija tivvaluta l-punt safejn istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp hija riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;

(b)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali;

(c)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.

Istituzzjoni għandha titqies bħala riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni li jew tillikwidaha skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li tirrisolviha bl-applikazzjoni ta’ għodda u setgħat differenti tar-riżoluzzjoni fuq l-istituzzjoni filwaqt li tiġi evitata kemm jista’ jkun possibbli kull effett negattiv sinifikanti fuq is-sistemi finanzjarji, inkluż f’ċirkostanzi ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hija stabbilita, jew ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi li jitwettqu mill-istituzzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinnotifikaw lill-ABE fil-ħin kull meta istituzzjoni titqies mhux riżolvibbli.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, bħala minimu, teżamina l-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.

3.   Il-kwistjoni tar-riżolvibbiltà taħt dan l-Artikolu għandha ssir mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fl-istess waqt u għall-fini tat-tfassil u l-aġġornament tal-pjan ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 10.

4.   L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-materji u l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ istituzzjonijiet jew gruppi prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 16.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 16

Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-gruppi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ sussidjarji, wara li jikkonsultaw lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ tali sussidjarji, u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi safejn rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, jivvalutaw il-punt safejn il-gruppi huma riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;

(b)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali;

(c)

kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.

Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jillikwidaw l-entitajiet fi grupp skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li jirrisolvu l-entitajiet fi grupp bl-applikazzjoni ta’ għodda u setgħat ta’ riżoluzzjoni fuq l-entitajiet fi grupp filwaqt li jiġi evitat kemm jista’ jkun possibbli kull effett negattiv sinifikanti fuq is-sistemi finanzjarji, inkluż f’ċirkostanzi ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istati Membri li fihom l-entitajiet fi grupp ikunu stabbiliti, jew ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni u b’kunsiderazzjoni tal-garanzija ta’ kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi li jitwettqu mill-entitajiet fi grupp, fejn dawn jistgħu jiġu separati faċilment f’waqthom jew b’xi mezz ieħor. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jinnotifikaw lill-ABE fil-ħin kull meta grupp jitqies mhux riżolvibbli.

Il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp għandha titqies mill-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 88.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, bħala minimu, jeżaminaw il-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.

3.   Il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp taħt dan l-Artikolu għandha ssir fl-istess waqt u għall-fini tat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp skont l-Artikolu 12. Il-valutazzjoni għandha ssir taħt il-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet stipulata fl-Artikolu 13.

Artikolu 17

Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta, skont valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għal istituzzjoni mwettqa skont l-Artikoli 15 u 16, awtorità ta’ riżoluzzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti tiddetermina li hemm impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà ta’ dik l-istituzzjoni, l-awtorità tar-riżolvibbiltà għandha tinnotifika bil-miktub dik id-determinazzjoni lill-istituzzjoni kkonċernata, lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi.

2.   Ir-rekwiżit għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jfasslu pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u r-rekwiżit għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti li jilħqu deċiżjoni konġunta dwar pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp fl-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13(4) rispettivament għandha tiġi sospiża wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa ma jiġu aċċettati l-miżuri għat-tneħħija ta’ impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew deċiżi skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Fi żmien erba’ xhur minn meta tirċievi notifika magħmula skont il-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tipproponi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fin-notifika. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi inkwistjoni.

4.   Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li l-miżuri proposti minn istituzzjoni skont il-paragrafu 3 ma jnaqqsux jew ma jneħħux effettivament l-impedimenti inkwistjoni, din għandha, jew direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, titlob lill-isitituzzjoni tieħu miżuri alternattivi li jistgħu jiksbu dak il-għan, u tinnotifika dawk il-miżuri bil-miktub lill-istituzzjoni, li għandha tipproponi pjan fi żmien xahar sabiex tikkonforma magħhom.

Fl-identifikazzjoni ta’ miżuri alternattivi, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha turi kif il-miżuri proposti mill-istituzzjoni ma kinux kapaċi jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi proposti huma proporzjonati għat-tneħħija tagħhom. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqis it-theddida ta’ dawk l-impedimenti għall-istabilità finanzjarja, għar-riżolvibbiltà u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju, l-istabbiltà u l-abilità tal-istituzzjoni li tikkontribwixxi għall-ekonomija.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa jieħdu kwalunkwe mill-miżuri li ġejjin:

(a)

jitolbu lill-istituzzjoni tirrevedi kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament fi ħdan il-grupp jew teżamina mill-ġdid in-nuqqas tagħhom, jew tfassal ftehimiet ta’ servizz, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp jew ma’ partijiet terzi, sabiex tiġi koperta l-provvista ta’ funzjonijiet kritiċi;

(b)

jitolbu lill-istituzzjoni tillimita l-iskoperturi individwali u skoperturi aggregati massimi tagħha;

(c)

jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari tal-informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-finijiet tar-riżoluzzjoni;

(d)

jitolbu lill-istituzzjoni tbigħ assi speċifiċi;

(e)

jitolbu lill-istituzzjoni tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti;

(f)

jirrestrinġu jew jipprevjenu l-iżvilupp ta’ linji tan-negozju ġodda jew eżistenti jew il-bejgħ ta’ prodotti ġodda jew eżistenti;

(g)

jitolbu bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tal-istituzzjoni jew ta’ kwalunkwe entità fi grupp, direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, ħalli titnaqqas il-kumplessità sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jistgħu jiġu sseparati legalment u operattivament minn funzjonijiet oħra permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni;

(h)

jitolbu lil istituzzjoni jew impriża prinċipali jistabbilixxu kumpanija prinċipali b’parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija prinċipali b’parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

(i)

jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) joħorġu obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 45;

(j)

jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jieħdu passi oħra sabiex jilħqu r-rekwiżit minimu g ħal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45, inkluż b’mod partikolari sabiex jippruvaw jinnegozjaw kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, strument ta’ Grad 1 addizzjonali jew strument ta’ Grad 2 li jkunu ħarġu, bil-ħsieb li jkun żgurat li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ dak l-obbligazzjoni jew strument issir skont id-dritt tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew strument; u

(k)

meta istituzzjoni tkun is-sussidjarja ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni ta’ attività mħallta, jitolbu li l-kumpanija b’parteċipazzjoni ta’ attività mħallta tistabbilixxi kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja separata sabiex tikkontrolla l-istituzzjoni, jekk dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni u sabiex jiġi evitat li l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni msemmija fit-Titolu IV ikollhom effett negattiv fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp.

6.   Deċiżjoni li ssir skont il-paragrafu 1 jew 4 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandha tiġi sostnuta b’raġunijiet għall-valutazzjoni jew id-determinazzjoni inkwistjoni;

(b)

għandha tindika kif dik il-valutazzjoni jew id-determinazzjoni tikkonforma mar-rekwiżit għall-applikazzjoni proporzjonata stabbilit fil-paragrafu 4; u

(c)

għandha tkun soġġetta għal dritt ta’ appell.

7.   Qabel ma tidentifika kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u, jekk adatt, mal-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata, għandha debitament tikkunsidra kif dovut l-effett potenzjali ta’ dawk il-miżuri fuq l-istituzzjoni partikolari, is-suq intern għas-servizzi finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u l-Unjoni kollha kemm hi.

8.   L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw dettalji ulterjuri dwar il-miżuri previsti fil-paragrafu 5 u ċ-ċirkostanzi li fihom tista’ tiġi applikata kull miżura.

Artikolu 18

Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà: it-trattament tal-grupp

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-kulleġġ superviżorju u mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu l-fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, għandha tikkunsidra l-valutazzjoni mitluba fl-Artikolu 16 fi ħdan il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tittieħed deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri identifikati f’konformità mal-Artikolu 17(4) fir-rigward tal-istituzzjonijiet kollha li huma parti mill-grupp.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f’kooperazzjoni mas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-ABE skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tħejji u tissottometti rapport lill-impriża prinċipali tal-Unjoni, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji, li se tipprovdih lis-sussidjarji taħt is-superviżjoni tagħhom u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi. Ir-rapport għandu jitħejja wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effikaċi tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-grupp. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-impatt fuq il-mudell ta’ negozju tal-istituzzjoni u jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet, hija meħtieġa jew xierqa sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.

3.   Fi żmien erba’ xhur mid-data tar-riċezzjoni tar-rapport, l-impriża prinċipali tal-Unjoni tista’ tissottometti osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ħalli tirrimedja l-impedimenti identifikati fir-rapport.

4.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriża prinċipali tal-Unjoni lis-superviżur tal-konsolidazzjoni, lill-ABE, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji, u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi, għandhom jagħmlu kull ma huwa fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta fi ħdan il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali, u jekk ikun meħtieġ, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża prinċipali tal-Unjoni u l-miżuri mitluba mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti, li għandhom jikkunsidraw l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.

5.   Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien erba’ xhur tas-sottomissjoni ta’ kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża prinċipali tal-Unjoni jew fl-iskadenza tal-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 3, skont liema jaħbat l-ewwel. Din għandha tkun iġġustifikata u spjegata f’dokument li għandu jiġi pprovdut mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-impriża prinċipali tal-Unjoni.

L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 5, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu deċiżjoni hija stess dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 17(4) fil-livell tal-grupp.

Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-impriża prinċipali tal-Unjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Jekk, fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

7.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess fir-rigward tal-miżuri adatti li għandhom jittieħdu mis-sussidjarji fil-livell individwali skont l-Artikolu 17(4). Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lis-sussidjarja kkonċernata u lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Jekk fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja.

8.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 5 u d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafi 6 u 7 għandhom ikunu rikonoxxuti bħala konklużivi u jiġu applikati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kkonċernati l-oħra.

9.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta dwar it-teħid ta’ kwalunkwe miżura msemmija fil- punti (g), (h) jew (k) tal-Artikolu 17(5), l-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-paragrafi 6 jew 7 ta’ dan l-Artikolu, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jaslu għal ftehim f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

KAPITOLU III

Għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp

Artikolu 19

Ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, jew entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u s-sussidjarji tagħha fi Stati Membri jew pajjiżi terzi oħrajn li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji koperti bis-superviżjoni konsolidata tal-impriża prinċipali, jistgħu jidħlu fi ftehim biex jipprovdu għajnuna finanzjarja lil kwalunkwe parti oħra għall-ftehim li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal intervent bikri skont l-Artikolu 27, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ntlaħqu.

2.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għall- arranġamenti finanzjarji fi ħdan il-grupp inklużi arranġamenti ta’ finanzjament u l-operazzjoni ta’ arranġamenti ta’ finanzjament ċentralizzati sakemm l-ebda parti għal tali arranġamenti ma tissodisfa l-kondizzjonijiet għal intervent bikri.

3.   Ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp m’għandux jikkostitwixxi prerekwiżit:

(a)

biex tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja tal-grupp lil kwalunkwe entità fi grupp li tesperjenza diffikultajiet finanzjarji jekk l-istituzzjoni tiddeċiedi li tagħmel hekk, fuq bażi ta’ każ b’każ u skont il-politiki tal-grupp jekk dan ma jirrappreżentax riskju għall-grupp kollu; jew

(b)

għall-operat fi Stat Membru.

4.   L-Istati Membri għandhom ineħħu kwalunkwe impediment legali fid-dritt nazzjonali għal tranżazzjonijiet ta’ għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp li jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, bil-kondizzjoni li xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jżomm l-Istati Membri milli jimponu limitazzjonijiet fuq tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp b’konnessjoni ma’ liġijiet nazzjonalili jeżerċitaw l-għażliet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE jew li jesiġu s-separazzjoni ta’ partijiet ta’ grupp jew ta’ attivitajiet imwettqa fi ħdan grupp għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja;

5.   Il-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp jista’:

(a)

ikopri sussidjarja waħda jew aktar tal-grupp, u jista’ jipprevedi għajnuna finanzjarja mill-impriża prinċipali lis-sussidjarji, mis-sussidjarji lill-impriża prinċipali, bejn sussidjarji tal-grupp li huma parti fil-ftehim, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn l-entitajiet;

(b)

jipprevedi għajnuna finanzjarja fil-forma ta’ self, il-provvista ta’ garanziji, il-provvista ta’ assi għal użu bħala kollateral, jew xi kombinazzjoni ta’ dawn il-forom ta’ għajnuna finanzjarja, fi tranżazzjoni waħda jew aktar inkluż bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u parti terza.

6.   Jekk skont it-termini tal-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp, entità fi grupp taqbel li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil entità oħra fil-grupp, il-ftehim jista’ jinkludi ftehim reċiproku mill-entità fi grupp li tirċievi l-għajnuna biex tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna.

7.   Il-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp għandu jispeċifika l- prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv, għal kwalunkwe tranżazzjoni li ssir taħtu. Dawk il-prinċipji għandhom jinkludu rekwiżit li l-korrispettiv jiġi ffissat fil-mument tal-għoti tal-għajnuna finanzjarja. Il-ftehim, inklużi l-prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja u t-termini l-oħrajn tal-ftehim, għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

kull parti trid tkun qed taġixxi liberament meta tidħol għall-ftehim;

(b)

meta tidħol fi ftehim u meta tiddetermina l-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja, kull parti trid tkun qed taġixxi fl-aħjar interessi proprji tagħha li jistgħu jieħdu kont ta’ kwalunkwe benefiċċju dirett jew indirett li tista’ tirriżulta lil xi parti b’riżultat tal-għoti tal-għajnuna finanzjarja;

(c)

kull parti li tipprovdi l-għajnuna finanzjarja għandu jkollha divulgazzjoni sħiħa tal-informazzjoni rilevanti minn kull parti li tirċievi l-għajnuna finanzjarja qabel ma jiġi ddeterminat il-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja u qabel kwalunkwe deċiżjoni li tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja;

(d)

il-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja jista’ jieħu kont ta’ informazzjoni fil-pussess tal-parti li tipprovdi l-għajnuna finanzjarja abbażi tal-fatt li din tkun qiegħda fl-istess grupp bħall-parti li tirċievi l-għajnuna finanzjarja u li ma tkunx disponibbli għas-suq; u

(e)

m’hemmx obbligu li l-prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja jieħdu kont ta’ xi impatt temporanju antiċipat fuq prezzijiet tas-suq li jirriżultaw minn avvenimenti li huma esterni għall-grupp.

8.   Il-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp jista’ jiġi konkluż biss jekk, fil-ħin li jsir il-ftehim propost, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, l-ebda waħda mill-partijiet ma tissodisfa l-kondizzjonijiet għal intervent bikri.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dritt, pretensjoni jew azzjoni li torġina mill-ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp tkun tista’ tiġi eżerċitata biss mill-partijiet fil-ftehim, bl-esklużjoni ta’ partijiet terzi.

Artikolu 20

Analiżi ta’ ftehim propost mill-awtoritajiet kompetenti u l-medjazzjoni

1.   L-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni għandha tissottometti lis-superviżur tal-konsolidazzjoni applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim propost ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp propost skont l-Artikolu 19. L-applikazzjoni għandha tinkludi t-test tal-ftehim propost u tidentifika l-entitajiet fi grupp li jkunu qed jipproponu li jkunu partijiet.

2.   Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jibgħat mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull sussidjarja li tkun qed tipproponi li tkun parti fil-ftehim, bil-ħsieb li tintlaħaq deċiżjoni konġunta.

3.   Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, jagħti l-awtorizzazzjoni jekk it-termini tal-ftehim propost ikunu konsistenti mal-kondizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 23.

4.   Is-superviżur tal-konsolidazzjoni jista’, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, jipprojbixxi l-konklużjoni tal-ftehim propost jekk dan jitqies li jkun inkonsistenti mal-kondizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 23.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta, li tqis l-impatt potenzjali, inkluża kwalunkwe konsegwenza finanzjarja, tal-eżekuzzjoni tal-ftehim fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp, dwar jekk it-termini tal-ftehim propost humiex konsistenti mal-kondizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 23 fi żmien erba’ xhur mid-data li jirċievu l-applikazzjoni mis-superviżur tal-konsolidazzjoni. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi spjegata f’dokument li jinkludi d-deċiżjoni ġġustifikata bis-sħiħ, li għandu jiġi pprovdut lill-applikant mis-superviżur tal-konsolidazzjoni.

L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba’ xhur, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu stess dwar l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’dokument li jkun fih ġustifikazzjoni sħiħa u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-applikant u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

7.   Jekk, fit-tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe mill-awtoritajiet kompetenti konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Artikolu 21

Approvazzjoni mill-azzjonisti tal-ftehim propost

1.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li kwalunkwe ftehim propost li jkun ġie awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti jiġi sottomess għall-approvazzjoni lill-azzjonisti ta’ kull entità fil-grupp li tkun qed tipproponi li tidħol fil-ftehim. F’tali każ, il-ftehim għandu jkun validu biss fir-rigward ta’ dawk il-partijiet li l-azzjonisti tagħhom ikunu approvaw il-ftehim skont il-paragrafu 2.

2.   Ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp għandu jkun validu fir-rigward ta’ entità fi grupp biss jekk l-azzjonisti tagħha jkunu approvaw lill-korp maniġerjali ta’ dik l-entità fi grupp, biex jieħu deċiżjoni li l-entità fi grupp għandha tipprovdi jew tirċievi għajnuna finanzjarja skont it-termini tal-ftehim u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu u sakemm l-awtorizzazzjoni tal-azzjonisti ma tkunx ġiet revokata.

3.   Il-korp maniġerjali ta’ kull entità li hija parti fi ftehim għandu jirrapporta kull sena lill-azzjonisti dwar il-prestazzjoni tal-ftehim, u dwar l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-ftehim.

Artikolu 22

Trażmissjoni ta’ ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti l-ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp li jkunu awtorizzaw u kwalunkwe tibdil fihom.

Artikolu 23

Kondizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja tal-grupp

1.   Għajnuna finanzjarja minn entità fi grupp skont l-Artikolu 19 tista’ tingħata biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

hemm prospett raġonevoli li l-għajnuna pprovduta tirrimedja b’mod sinifikattiv id-diffikultajiet finanzjarji tal-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna;

(b)

l-għoti tal-għajnuna finanzjarja għandu l-għan li jippreserva jew li terġa’ tinġieb l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu jew kwalunkwe entità fi grupp u huwa fl-aħjar interessi tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna;

(c)

l-għajnuna finanzjarja tingħata skont termini, inkluż korrispettiv, skont l-Artikolu 19(7);

(d)

hemm prospett raġonevoli, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-korp maniġerjali tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna finanzjarja fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja, li l-korrispettiv għall-għajnuna se jitħallas u, jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ self, dak is-self ser jiġi rimborżat, mill-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna. Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanzija jew kwalunkwe forma ta’ sigurtà, l-istess kondizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni li tirriżulta għall-benefiċjarju jekk il-garanzija jew is-sigurtà tiġi infurzata;

(e)

l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma tipperikolax il-likwidità jew is-solvenza tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna;

(f)

l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma joħloqx theddida għall-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari fl-Istat Membru tal-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna;

(g)

l-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna tikkonforma, fil-ħin meta tingħata l-għajnuna, mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/36/UE rigward il-kapital jew il-likwidità u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 104(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma jikkawżax ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-entità fi grupp, għajr jekk awtorizzata mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali tal-entità li tagħti l-għajnuna;

(h)

l-entità fi grupp li tagħti l-għajnuna, fil-ħin meta tingħata l-għajnuna tkun konformi mar-rekwiżiti dwar skoperturi kbar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE kwalunkwe leġislazzjoni nazzjonali li teżerċita l-għażliet previsti fiha, u l-għoti tal-għajnuna finanzjarja m’għandux jikkawża ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-entità, għajr jekk awtorizzata mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali tal-entità fi grupp li qed tagħti l-għajnuna;

(i)

l-għoti tal-għajnuna finanzjarja ma jipperikolax ir-riżolvibbiltà tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna.

2.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 punti (a), (c), (e) u (i).

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.   L-ABE għandha, sat-3 ta' Jannar 2016, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konvergenza fil-prassi għall-ispeċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (b), (d), (f), (g) u (h) ta-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 24

Deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja

Id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja tal-grupp skont il-ftehim għandha tittieħed mill-korp maniġerjali tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna finanzjarja. Dik id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata u għandha tindika l-għan tal-għajnuna finanzjarja proposta. B’mod partikolari, id-deċiżjoni għandha tindika kif l-għoti tal-għajnuna finanzjarja jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(1). Id-deċiżjoni li tiġi aċċettata għajnuna finanzjarja tal-grupp skont il-ftehim għandha tittieħed mill-korp maniġerjali tal-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna finanzjarja.

Artikolu 25

Dritt ta’ oppożizzjoni għall-awtoritajiet kompetenti

1.   Qabel ma tingħata għajnuna skont ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp, il-korp maniġerjali ta’ entità fi grupp li għandha l-ħsieb li tipprovdi għajnuna finanzjarja għandu jinnotifika:

(a)

lill-awtorità kompetenti tiegħu;

(b)

fejn differenti mill-awtoritajiet f’punti (a) u (c), fejn applikabbli, lis-superviżur tal-konsolidazzjoni;

(c)

fejn differenti mill-punti (a) u (b), lill-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li tirċievi l-għajnuna finanzjarja; u

(d)

lill-ABE.

In-notifika għandha tinkludi d-deċiżjoni ġġustifikata tal-korp maniġerjali skont l-Artikolu 24 u dettalji tal-għajnuna finanzjarja proposta inkluż kopja tal-ftehim tal-għajnuna finanzjarja tal-grupp.

2.   Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tar-riċezzjoni ta’ notifika kompluta, l-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li qed tipprovdi l-għajnuna finanzjarja tista’ taqbel mal-għoti tal-għajnuna finanzjarja, jew tista’ tipprojbixxiha jew tirrestrinġiha jekk hija tivvaluta li l-kondizzjonijiet tal-għajnuna finanzjarja tal-grupp stipulati fl-Artikolu 23 ma ġewx sodisfatti. Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja għandha tkun iġġustifikata.

3.   Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li taqbel ma’, tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja għandha tkun notifikata immedjatament:

(a)

lis-superviżur tal-konsolidazzjoni;

(b)

lill-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li tirċievi l-għajnuna; u

(c)

lill-ABE.

Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinforma immedjatament lill-membri l-oħra tal-kulleġġ superviżorju u lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

4.   Fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni jew l-awtorità kompetenti responsabbli għall-entità fi grupp li qed tirċievi l-għajnuna jkollhom oġġezzjonijiet rigward id-deċiżjoni li tiġi pprojbita jew ristretta l-għajnuna finanzjarja, huma jistgħu, fi żmien jumejn, jirreferu l-kwistjoni għand l-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   Jekk l-awtorità kompetenti ma tipprojbixxix jew ma tirrestrinġix l-għajnuna finanzjarja fi żmien il-perjodu indikat fil-paragrafu 2, jew sa tmiem dak il-perjodu tkun qablet ma’ dik l-għajnuna, l-għajnuna finanzjarja tista’ tiġi pprovduta skont it-termini sottomessi lill-awtorità kompetenti.

6.   Id-deċiżjoni tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni li jipprovdi għajnuna finanzjarja għandha tiġi trażmessa:

(a)

lill-awtorità kompetenti,

(b)

fejn differenti mill-awtoritajiet f’punti (a) u (c), fejn applikabbli, lis-superviżur tal-konsolidazzjoni

(c)

fejn differenti mill-punti (a) u (b), lill-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li tirċievi l-għajnuna finanzjarja u

(d)

lill-ABE.

Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinforma immedjatament lill-membri l-oħra tal-kulleġġ superviżorju u lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

7.   Jekk l-awtorità kompetenti tirrestrinġi jew tipprojbixxi l-għajnuna finanzjarja tal-grupp skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fejn il-pjan ta’ rkupru tal-grupp skont l-Artikolu 7(5) jagħmel referenza għal għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp, l-awtorità kompetenti tal-entità fi grupp li fil-konfront tagħha tkun ġiet ristretta jew projbita l-għajnuna tista’ titlob lis-superviżur tal-konsolidazzjoni jniedi valutazzjoni mill-ġdid tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp skont l-Artikolu 8 jew, fejn il-pjan ta’ rkupru huwa mfassal fuq bażi individwali, titlob lill-entità fi grupp tippreżenta pjan ta’ rkupru rivedut.

Artikolu 26

Divulgazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet fi grupp jippubblikaw jekk ikunux daħlu jew le fi ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp skont l-Artikolu 19 u jippubblikaw deskrizzjoni tat-termini ġenerali ta’ ftehim ta’ din ix-xorta u l-ismijiet tal-entitajiet fi grupp li huma parti għalih u jaġġornaw dik l-informazzjoni mill-inqas kull sena.

Għandhom japplikaw l-Artikoli 431 sa 434 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tispeċifika l-forma u l-kontenut tad-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

TITOLU III

INTERVENT BIKRI

Artikolu 27

Miżuri ta’ intervent bikri

1.   Fejn istituzzjoni tikser jew, minħabba fost l-oħrajn kondizzjoni finanzjarja li qed tmur lura rapidament, inklużi sitwazzjoni ta’ likwidità li sejra lura, żieda fil-livell ta’ ingranaġġ, self mingħajr prestazzjoni jew konċentrazzjoni ta’ skoperturi, kif ivvalutat abbażi ta’ sett ta’ skattaturi, li jistgħu jinkludu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni b’żieda ta’ 1,5 punti perċentwali, aktarx li fil-futur qrib tikser ir-rekwiżititar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE, Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE jew l-Artikoli 3 sa 7, 14 sa 17, u 24, 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE fejn applikabbli, tal-anqas il-miżuri li ġejjin:

(a)

jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jimplimenta waħda jew aktar mill-arranġamenti jew miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru jew li skont l-Artikolu 5(2) jaġġorna tali pjan ta’ rkupru meta ċ-ċirkostanzi li wasslu għal intervent bikri huma differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali u jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew miżuri stabbiliti fil-pjan aġġornat fi żmien speċifiku u bil-ħsieb li jkun żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-frażi introduttiva ma għadhomx japplikaw;

(b)

jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jeżamina s-sitwazzjoni, jidentifika miżuri sabiex tingħeleb kwalunkwe problema identifikata u jfassal programm ta’ azzjoni sabiex jingħelbu dawk il-problemi u skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tiegħu;

(c)

jitolbu li l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jsejjaħ, jew jekk il-korp maniġerjali jonqos milli jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit isejjaħ direttament, laqgħa tal-azzjonisti tal-istituzzjoni, u fiż-żewġ każijiet jistabbilixxu l-aġenda u jitolbu li l-azzjonisti jikkunsidraw ċerti deċiżjonijiet għall-adozzjoni;

(d)

jitolbu t-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ membru tal-korp maniġerjali jew tal-maniġment superjuri wieħed jew aktar jekk jinstab li dawk il-persuni mhumiex kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(e)

jitolbu li korp maniġerjali tal-istituzzjoni jfassal pjan għan-negozjar dwar ir-ristrutturar ta’ dejn ma’ xi wħud mill-kredituri tagħha jew magħhom kollha skont il-pjan ta’ rkupru, fejn applikabbli;

(f)

jitolbu tibdil fl-istrateġija tan-negozju tal-istituzzjonijiet;

(g)

jitolbu tibdil fl-istrutturi legali u operazzjonali tal-istituzzjoni; u

(h)

jakkwistaw, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaġġornaw il-pjan ta’ riżoluzzjoni u jħejju għar-riżoluzzjoni eventwali tal-istituzzjoni u għall-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 36.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien hekk kif jiddeterminaw li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ġew sodisfatti fir-rigward ta’ istituzzjoni u li s-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jinkludu s-setgħa li jitolbu lill-istituzzjoni tikkuntattja xerrejja potenzjali sabiex titħejja r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni, suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39(2) u r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stipulati fl-Artikolu 84:

3.   Għal kull waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skadenza adegwata għat-tlestija, u jippermettu lill-awtorità kompetenti tevalwa l-effettività tal-miżura.

4.   L-ABE għandha sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika, linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tippromwovi l-applikazzjoni konsistenti tal-iskattatur għall-użu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Filwaqt li titqies fejn xieraq, l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dawk il-linji gwida, msemmijin fil-paragrafu 4, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji bil-għan li tispeċifika sett minimu ta’ skattaturi għall-użu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 28

Tneħħija tal-maniġment superjuri u l-korp maniġerjali

Fejn ikun hemm deterjorament sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni jew fejn ikun hemm ksur serju tal-liġi jew ta’ regolamenti jew l-atti amministrattivi tal-istituzzjoni jew irregolaritajiet amministrattivi serji, u l-miżuri l-oħra meħuda skont l-Artikolu 27 mhumiex biżżejjed biex jibdlu dak id-deterjorament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu t-tneħħija tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni fl-intier tagħhom jew fir-rigward ta’ individwi. Il-ħatra tal-maniġment superjuri l-ġdid jew tal-korp maniġerjali għandha ssir skont id-dritt nazzjonali u tal-Unjoni u tkun suġġetta għall-approvazzjoni jew il-kunsens tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 29

Amministratur temporanju

1.   Meta t-tibdil tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 28 jitqies li mhuwiex biżżejjed skont l-awtorità kompetenti biex titranġa s-sitwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaħtru amministratur temporanju wieħed jew aktar għall-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta’ x’inhu proporzjonat fiċ-ċirkostanzi, jaħtru kwalunkwe amministratur temporanju biex jissostitwixxi lill-korp ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni b’mod temporanju jew biex jaħdem temporanjament mal-korp ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika d-deċiżjoni tagħha fil-mument tal-ħatra. Jekk l-awtorità kompetenti taħtar amministratur temporanju biex jaħdem mal-korp ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika ulterjorment fil-mument tal-ħatra r-rwol, id-dmirijiet u s-setgħat tal-amministratur temporanju u kwalunkwe rekwiżit għall-bord ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni li jikkonsulta mal-amministratur temporanju jew li jikseb il-kunsens tiegħu qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet speċifiċi. L-awtorità kompetenti għandha tintalab tippubblika l-ħatra ta’ kwalunkwe amministratur temporanju ħlief fejn l-amministratur temporanju m’għandux is-setgħa li jirrappreżenta lill-istituzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe amministratur temporanju jkollu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-għarfien meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew tagħha u li jkun liberu minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika s-setgħat tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra tal-amministratur temporanju abbażi ta’ x’ikun proporzjonat fiċ-ċirkostanzi. Tali setgħat jistgħu jinkludu wħud mis-setgħat jew is-setgħat kollha tal-bord ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni taħt l-istatuti tal-istituzzjoni u taħt id-dritt nazzjonali, inkluża s-setgħa li jeżerċita l-funzjonijiet amministrattivi kollha tal-bord ta’ mmaniġġar tal-istituzzjoni jew uħud minnhom. Is-setgħat tal-amministratur temporanju fir-rigward tal-istituzzjoni għandhom ikunu konformi mal-liġi applikabbli tal-kumpaniji.

3.   Ir-rwol u l-funzjonijiet tal-amministratur temporanju għandhom jiġu speċifikati mill-awtorità kompetenti fil-mument tal-ħatra u jistgħu jinkludu l-aċċertament tal-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni, il-ġestjoni tan-negozju jew ta’ parti min-negozju tal-istituzzjoni bil-ħsieb li tinżamm jew li terġa’ tinġieb lura l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u t-teħid ta’ miżuri biex jerġa’ jkun hemm ġestjoni solida u prudenti tan-negozju tal-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika kwalunkwe limiti fuq ir-rwol u l-funzjonijiet tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa esklużiva li jaħtru u jneħħu kwalunkwe amministratur temporanju. L-awtorità kompetenti tista’ tneħħi amministratur temporanju fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni. L-awtorità kompetenti tista’ tvarja t-termini tal-ħatra ta’ amministratur temporanju fi kwalunkwe ħin suġġett għal dan l-Artikolu.

5.   L-awtorità kompetenti tista’ titlob li ċerti atti ta’ amministratur temporanju jkunu suġġetti għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika kwalunkwe rekwiżit ta’ dan it-tip fil-mument tal-ħatra ta’ amministratur temporanju jew meta ssir kwalunkwe varjazzjoni fit-termini tal-ħatra ta’ amministratur temporanju.

Fi kwalunkwe każ, l-amministratur temporanju jista’ jeżerċita s-setgħa li jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-istituzzjoni u li jistabbilixxi l-aġenda ta’ tali laqgħa biss bil-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti.

6.   L-awtorità kompetenti tista’ titlob li amministratur temporanju jfassal rapporti dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u dwar l-atti mwettqa matul il-ħatra tiegħu, f’intervalli stabbiliti mill-awtorità kompetenti u fi tmiem il-mandat tiegħu jew tagħha.

7.   Il-ħatra ta’ amministratur temporanju m’għandhiex iddum aktar minn sena. Dak il-perjodu jista’ jiġġedded eċċezzjonalment jekk il-kondizzjonijiet għall-ħatra ta’ amministratur temporanju jibqgħu jiġu sodisfatti. L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli sabiex tiddetermina jekk jeżistux il-kondizzjonijiet xierqa sabiex jinżamm amministratur temporanju u sabiex tiġġustifika kwalunkwe deċiżjoni bħal din lill-azzjonisti.

8.   Suġġett għal dan l-Artikolu, il-ħatra ta’ amministratur temporanju m’għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-azzjonisti skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

9.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-obbligazzjoni ta’ kwalunkwe amministratur temporanju skont id-dritt nazzjonali għal atti u ommissjonijiet fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha bħala amministratur temporanju skont il-paragrafu 3.

10.   Amministratur temporanju maħtur skont dan l-Artikolu m’għandux jitqies bħala viċi direttur jew direttur de facto taħt id-dritt nazzjonali.

Artikolu 30

Koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri u l-ħatra ta’ amministratur temporanju fir-rigward ta’ gruppi

1.   Fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti skont l-Artikolu 27 jew il-ħatra ta’ amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 fir-rigward ta’ impriża prinċipali tal-Unjoni, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika lill-ABE u jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra fi ħdan il-kulleġġ superviżorju.

2.   Wara dik in-notifika u l-konsultazzjoni, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddeċiedi jekk japplikax kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27 jew jekk jaħtarx amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 fir-rigward tal-impriża prinċipali tal-Unjoni rilevanti, filwaqt li jqis l-impatt ta’ dawk il-miżuri fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħra. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn fi ħdan il-kulleġġ superviżorju u l-ABE.

3.   Fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti skont l-Artikolu 27 jew għall-ħatra ta’ amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 fir-rigward ta’ sussidjarja ta’ impriża prinċipali tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali li jkollha l-intenzjoni tieħu miżura skont dawk l-Artikoli għandha tinnotifika lill-ABE u tikkonsulta lis-superviżur tal-konsolidazzjoni.

Hekk kif jirċievi n-notifika, is-superviżur tal-konsolidazzjoni jista’ jivvaluta l-impatt mistenni tal-impożizzjoni tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 27 jew il-ħatra ta’ amministratur temporanju skont l-Artikolu 29 għall-istituzzjoni inkwistjoni, fuq il-grupp jew fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħrajn. Huwa għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fi żmien tlett ijiem.

Wara dik in-notifika u l-konsultazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapplikax kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27 jew jekk taħtarx amministratur temporanju skont l-Artikolu 29. Din id-deċiżjoni għandha tieħu kont debitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni tas-superviżur tal-konsolidazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn fi ħdan il-kulleġġ superviżorju u l-ABE.

4.   Meta aktar minn awtorità kompetenti waħda jkollha l-intenzjoni li taħtar amministratur temporanju jew li tapplika kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27 għal aktar minn istituzzjoni waħda fl-istess grupp, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra għandhom jikkunsidraw jekk ikunx aktar adatt li jinħatar l-istess amministratur temporanju għall-entitajiet kollha kkonċernati jew biex tiġi kkoordinata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura fl-Artikolu 27 għal aktar minn istituzzjoni waħda sabiex jiġu ffaċilitati s-soluzzjonijiet bil-ħsieb li terġa’ tinġieb lura l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni kkonċernata. Il-valutazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra. Id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq fi żmien ħamest ijiem mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u stabbilita f’dokument li għandu jiġi pprovdut mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni.

L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien ħamest ijiem, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji jistgħu jieħdu deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ amministratur temporanju għall-istituzzjonijiet li għalihom huma responsabbli u dwar l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri fl-Artikolu 27.

5.   Fejn awtorità kompetenti kkonċernata ma taqbilx mad-deċiżjoni nnotifikata f’konformità mal-paragrafu 1 jew il-paragrafu 3, jew fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-paragrafu 63.

6.   L-ABE tista’, fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti li jkun biħsiebhom japplikaw miżura waħda jew aktar fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1) ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-punti (4), (10), (11) u (19) tat-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-Direttiva, fil-punt (e) tal-Artikolu 27(1) ta’ din id-Direttiva jew fil-punt (g) tal-Artikolu 27(1) ta’ din id-Direttiva jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   Id-deċiżjoni ta’ kull awtorità kompetenti għandha tkun motivata. Id-deċiżjoni għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra li jkunu ġew espressi matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew 3 jew il-perjodu ta’ ħamest ijiem imsemmi fil-paragrafu 4 kif ukoll l-impatt potenzjali tad-deċiżjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu pprovduti mis-superviżur tal-konsolidazzjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni u lis-sussidjarji mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, fejn, qabel it-tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew fi tmiem il-perjodu ta’ ħamest ijiem imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom jiddifferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ ħamest ijiem għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fis-sens ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien tlett ijiem. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ ħamest ijiem jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

8.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien tlett ijiem, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet individwali meħudin skont il-paragrafi 1 jew 3 jew it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4.

TITOLU IV

RIŻOLUZZJONI

KAPITOLU I

Għanijiet, kondizzjonijiet u prinċipji ġenerali

Artikolu 31

Għanijiet tar-riżoluzzjoni

1.   Meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, u jagħżlu l-għodod u s-setgħat li jilħqu l-aħjar l-għanijiet li huma rilevanti fiċ-ċirkustanzi tal-każ.

2.   L-għanijiet tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma:

(a)

li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi;

(b)

li jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, b’mod partikolari permezz tal-prevenzjoni tal-kontaġju, inkluż fl-infrastrutturi tas-suq, u billi tinżamm id-dixxiplina tas-suq;

(c)

li jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(d)

jiġu protetti d-depożitaturi koperti bid-Direttiva 2014/49/UE u l-investituri koperti bid-Direttiva 97/9/KE;

(e)

li jiġu protetti l-fondi u l-assi tal-klijenti.

Meta tfittex li tikseb l-objettivi msemmijin hawn fuq, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tfittex li timminimizza l-ispiża tar-riżoluzzjoni u tevita d-distruzzjoni tal-valur għajr jekk neċessarju għall-ilħuq tal-objettivi ta’ riżoluzzjoni.

3.   Suġġetti għal dispożizzjonijiet differenti ta’ dan id-Direttiva, l-għanijiet tar-riżoluzzjoni huma ta’ sinifikanza ugwali, u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jibbilanċjawhom kif xieraq man-natura u ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ.

Artikolu 32

Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) biss jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-determinazzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli tkun saret mill-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew, suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti.

(b)

b’kont meħud taż-żmien u ċ-ċirkostanzi l-oħra rilevanti, ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva mis-settur privat, inklużi miżuri mill-IPS, jew azzjoni ta’ superviżjoni, inklużi miżuri ta’ intervent bikri jew ta’ valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ strumenti ta’ kapital skont l-Artikolu 59(2), meħuda fir-rigward tal-istituzzjoni, tista’ tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli;

(c)

azzjoni ta’ riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 5.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, minbarra l-awtorità kompetenti, id-determinazzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 tista’ ssir ukoll mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni taħt id-dritt nazzjonali għandhom l-għodod neċessarji sabiex jagħmlu tali determinazzjoni, b’mod partikolari aċċess adegwat għall-informazzjoni rilevanti. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li din tal-aħħar titlob bil-ħsieb li twettaq il-valutazzjoni tagħha mingħajr dewmien.

3.   L-adozzjoni preċedenti ta’ miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 mhijiex kondizzjoni biex tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

4.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha titqies li qed tfalli jew probabbilment ser tfalli f’waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu d-determinazzjoni li dik l-istituzzjoni tikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b’mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti inkluż iżda mhux limitat għar-raġuni li l-istituzzjoni tkun ġarrbet jew probabbli li ser iġġarrab telf li ser jnaqqas il-fondi proprji tagħha kollha jew ammont sinifikattiv minnhom;

(b)

l-assi tal-istituzzjoni huma jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġjaw id-determinazzjoni li l-assi tal-istituzzjoni ser ikunu, fil-futur qarib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;

(c)

l-istituzzjoni hija jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġjaw determinazzjoni li dik l-istituzzjoni tkun, fil-futur qrib, inkapaċi tħallas id-djun jew l-obbligazzjonijiet l-oħrajn tagħha hekk kif isiru dovuti;

(d)

tiġi rikjesta għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta, biex jiġi evitat jew rimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja, l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(i)

garanzija tal-Istat biex issostni l-faċilitajiet tal-likwidità minn banek ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-banek ċentrali;

(ii)

garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda; jew

(iii)

injezzjoni ta’ fondi proprji jew ix-xiri ta’ strumenti kapitali bi prezz u fuq termini li ma jagħtux vantaġġ lill-istituzzjoni, fejn la ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) ta’ dan il-paragrafu ta’ dan l-Artikolu u lanqas iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 59(3) ma jkunu preżenti fil-waqt li tingħata l-għajnuna pubblika.

F’kull wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punt (d) (i), (ii) u (iii) tal-ewwel subparagrafu, il-miżuri ta’ garanzija jew miżuri ekwivalenti msemmija fihom għandhom ikunu limitati għal istituzzjonijiet solventi u għandhom ikunu bil-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni finali taħt il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ta’ natura ta’ prekawzjoni u temporanja u għandhom ikunu proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta’ disturb serju u m’għandhomx jintużaw biex jibbilanċaw telf li l-istituzzjoni ġarrbet jew li probabbilment ser iġġarrab fil-futur qarib.

Il-miżuri ta’ għajuna taħt il-punt (d)(iii) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għal injezzjonijiet meħtieġa biex jinidirizzaw in-nuqqas ta’ kapital stabbilit fit-testijiet tal-istress fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, ir-rieżamijiet tal-kwalità tal-assi jew l-eżerċizzji ekwivalenti imwettqa mill-Band Ċentrali Ewropew, l-ABE jew l-awtoritajiet nazzjonali, fejn applikabbli, ikkonfermati mill-awtorità kompetenti.

L-ABE għandha, sat-3 ta' Jannar 2015, tippubblika linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar it-tip ta’ testijiet, rieżamijiet jew eżerċizzji msemmija qabel li jistgħu iwasslu għal tali għajuna.

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami dwar jekk hemmx ħtieġa kontinwa biex jiġu permessi l-miżuri ta’ għajnuna taħt il-punt (d)(iii) tal-ewwel subparagrafu u l-kondizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu sodisfatti f’każ ta’ kontinwazzjoni u rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Jekk ikun xieraq, dawk ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva.

5.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala fl-interess pubbliku jekk tkun neċessarja għall-ksib ta’, u tkun proporzjonata għal, waħda jew aktar mill-għanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 31 u l-istralċ tal-istituzzjoni taħt proċeduri normali ta’ insolvenza ma jilħaqx dawk l-objettivi ta’ riżoluzzjoni sal-istess punt.

6.   L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konverġenza ta’ prassi superviżorji u ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni taċ-ċirkostanzi differenti meta istituzzjoni għandha titqies bħala li qed tfalli jew probabbilment ser tfalli.

Artikolu 33

Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji b’parteċipazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1), meta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1), ikunu sodisfatti fir-rigward ta’ kemm l-istituzzjoni finanzjarja u fir-rigward tal-impriża prinċipali soġġetta għal superviżjoni kkonsolidata.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), meta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1) ikunu sodisfatti fir-rigward ta’ kemm l-entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) kif ukoll fir-rigward ta’ sussidjarja waħda jew aktar li huma istituzzjonijiet jew, fejn is-sussidjarja ma tkunx stabbilita fl-Unjoni, l-awtorità tal-pajjiż terz tkun iddeterminat li din sodisfatt il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz.

3.   Meta istituzzjonijiet sussidjarji ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni b’attività mħallta jkunu miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja intermedjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet tar-riżoluzzjoni għall-għanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jittieħdu fir-rigward tal-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja intermedja, u ma għandhomx jieħdu azzjonijiet tar-riżoluzzjoni għall-għanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp fir-rigward tal-kumpanija b’parteċipazzjoni b’attività mħallta.

4.   Soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, minkejja l-fatt li entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1), l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) meta waħda jew aktar mis-sussidjarji li huma istituzzjonijiet jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1), (4) u (5) u l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom jkunu tali li l-falliment tagħhom jhedded istituzzjoni jew il-grupp inġenerali u jeħtieġ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għar-riżoluzzjoni ta’ tali sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp kollu.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2 u tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta jiġi vvalutat jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 32(1) fir-rigward ta’ sussidjarja waħda jew aktar sussidjarji li huma istituzzjonijiet, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità msemmija fil-punt (c) jew (d), tal-Artikolu 1(1) permezz ta’ fehim konġunt tista’ tinjora kwalunkwe trasferimenti ta’ kapital jew ta’ telf bejn l-entitajiet, inkluż l-eżerċizzju ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni.

Artikolu 34

Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;

(b)

il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta’ prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, ħlief kif altrimenti previst espressament f’din id-Direttiva;

(c)

il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinbidlu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn iż-żamma tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri, kollha jew parti minnhom, kif ikun xieraq għaċ-ċirkostanzi, titqies bħala neċessarja għall-ksib tal-objettivi ta’ riżoluzzjoni;

(d)

il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandhom jagħtu l-assistenza neċessarja kollha għall-ksib tal-objettivi ta’ riżoluzzjoni;

(e)

il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jsiru responsabbli, soġġett għal-liġi tal-Istat Membru, skont il-liġi ċivili jew kriminali għar-responsabbiltà tagħhom għall-falliment tal-istituzzjoni;

(f)

ħlief fejn previst mod ieħor f’din id-Direttiva, il-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b’mod ekwu;

(g)

l-ebda kreditur ma għandu jġarrab telf ikbar milli kien iġarrab kieku l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ġiet stralċjata taħt proċeduri ta’ insolvenza normali f’konformità mas-salvagwardji fl-Artikoli 73 sa 75; kif ukoll

(h)

id-depożiti koperti jkunu protetti bis-sħiħ; u

(i)

l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tittieħed f’konformità mas-salvagwardji f’din id-Direttiva.

2.   Fejn istituzzjoni tkun entità fi grupp, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31 japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni b’mod li jimminimizza l-impatt fuq entitajiet oħra fi grupp u fuq il-grupp kollu u jimminimizza l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari, fil-pajjiżi fejn il-grupp jopera.

3.   Meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli.

4.   Fejn il-bejgħ ta’ għodda ta’ negozju, l-għodda ta’ istituzzjoni transitorja jew l-għodda tas-separazzjoni tal-assi jiġi applikat għal istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), dik l-istituzzjoni jew entità għandha titqies li tkun soġġetta għal proċeduri ta’ falliment jew proċeduri ta’ insolvenza analogi għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (30).

5.   Meta japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw ir-rappreżentanti tal-impjegati fejn ikun xieraq.

6.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat tar-riżoluzzjoni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati f’korpi maniġerjali kif previst fil-liġi jew prattika nazzjonali.

KAPTOLU II

Maniġment speċjali

Artikolu 35

Maniġment speċjali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jaħtru maniġer speċjali biex jissostitwixxi l-korp manoġerjali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jippubblikaw il-ħatra ta’ maniġer speċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-maniġer speċjali jkollu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-għarfien meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew tagħha.

2.   Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonistiu l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni. Madankollu, il-maniġer speċjali jista’ jeżerċita biss dawn is-setgħat taħt il-kontroll tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

3.   Il-maniġer speċjali għandu jkollu d-dmir statutorju li jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jippromwovi l-għanijiet tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 31 u jimplimenta azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni skont id-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Fejn meħtieġ, dak id-dover għandu jipprevala fuq kwalunkwe dmir ieħor tal-maniġment skont l-istatuti tal-istituzzjoni jew il-liġi nazzjonali, kull meta dawn ikunu inkonsistenti. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu żieda fil-kapital, ir-riorganizzazzjoni tal-istruttura tas-sjieda tal-istituzzjoni jew ix-xiri minn istituzzjonijiet li huma finanzjarjament u organizzazzjonalment sodi skont l-għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-Kapitolu IV.

4.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jistabbilixxu limiti għall-azzjoni ta’ maniġer speċjali jew jeħtieġu li ċerti atti tal-maniġer speċjali jkunu soġġetti għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jneħħu l-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin.

5.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li maniġer speċjali jfassal rapporti għall-awtorità tar-riżoluzzjoni li taħtru dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni u dwar l-atti mwettqa fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, f’intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u fil-bidu u fl-aħħar tal-mandat tiegħu.

6.   Maniġer speċjali ma għandux jinħatar għal aktar minn sena. Dan il-perjodu jista’ jiġġedded, fuq bażi eċċezzjonali, jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-kondizzjonijiet għall-ħatra ta’ maniġer speċjali jibqgħu jiġu sodisfatti.

7.   Meta aktar minn awtorità tar-riżoluzzjoni waħda jkollhom il-ħsieb jaħtru maniġer speċjali fir-rigward ta’ entità affiljata ma’ grupp, huma għandhom jikkunsidraw jekk huwiex aktar xieraq li jinħatar l-istess maniġer speċjali għall-entitajiet kollha kkonċernati jew għall-grupp kollu sabiex jiġu ffaċilitati s-soluzzjonijiet li jirrimedjaw is-solidità finanzjarja tal-entitajiet ikkonċernati.

8.   Fil-każ ta’ insolvenza, fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi għall-ħatra ta’ maniġment tal-insolvenza, tali maniġment tista’ tikkostitwixxi maniġment speċjali kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

Valwazzjoni

Artikolu 36

Valwazzjoni għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni

1.   Qabel ma jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew jeżerċitaw is-setgħa tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) minn persuna indipendenti minn ta’ awtorità pubblika, inkluża l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1). Soġġett għall-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 85, fejn ir-rekwiżiti kollha stipulati f’dan l-Artikolu jkunu sodisfatti, il-valwazzjoni għandha titqies bħala definittiva.

2.   Fejn valwazzjoni indipendenti skont il-paragrafu 1 ma tkunx possibbli, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jwettqu valwazzjoni proviżorja tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-objettiv tal-valwazzjoni għandu jkun li jiġi vvalutat il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni tal-Artikoli 32 u 33.

4.   L-għanijiet tal-valwazzjoni għandhom ikunu:

(a)

li tipprovdi informazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni jew il-kondizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta’ strumenti kapitali jkunux milħuqa;

(b)

jekk il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni jkunu milħuqa, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni adatta li għandha tittieħed fir-rigward tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(c)

meta tiġi applikata s-setgħa tal-valwazzjoni negattiva rilevanti jew tal-konverżjoni ta’ strumenti kapitali, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar il-punt limitu għall-kanċellazzjoni jew id-dilwizzjoni ta’ strumenti ta’ sieda, u l-punt limitu ta’ valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti;

(d)

meta jiġi applikat l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar il-punt limitu tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli;

(e)

meta tiġi applikata l-għodda ta’ istituzzjoni transitorja jew l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ta’ sjieda li għandhom jiġu ttrasferiti u d-deċiżjoni dwar il-valur ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni li għandha tingħata lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, lill-azzjonisti;

(f)

meta jiġi applikat il-bejgħ ta’ għodda ta’ negozju, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ta’ sjieda li għandhom jiġu trasferiti u tipprovdi informazzjoni biex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun taf x’jikkostitwixxu t-termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 38;

(g)

fil-każijiet kollha, biex tiżgura li kwalunkwe telf tal-assi tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ikun rikonoxxut bis-sħiħ fil-mument li fih jiġu applikati l-għodod ta’ riżoluzzjoni jew tiġi eżerċitata s-setgħa tal-valwazzjoni negattiva rilevanti jew tal-konverżjoni ta’ strumenti kapitali.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni dwar għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti, inkluż fir-rigward tar-rati ta’ inadempjenza u s-severità tat-telf. Il-valutazzjoni ma għandha tassumi l-ebda għoti futur potenzjali ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza minn bank ċentrali jew kwalunkwe assistenza ta’ likwidità minn bank ċentali pprovduta taħt termini ta’ kollaterilizzazzjoni, maturità u rati tal-imgħax mhux standard, lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) minn meta tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew minn meta tiġi eżerċitata s-setgħa tal-valwazzjoni negattiva rilevanti jew tal-konverżjoni ta’ strumenti kapitali. Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta’ riżoluzzjoni:

(a)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew kwalunkwe arranġament ta’ finanzjament li jaġixxi skont l-Artikolu 101 jistgħu jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba korrettament mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 37(7);

(b)

l-arranġament tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni jista’ jitlob interessi jew tariffi fir-rigward ta’ kwalunkwe self jew garanziji pprovduti lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 101.

6.   Il-valwazzjoni għandha tiġi ssupplimentata bl-informazzjoni li ġejja kif tidher fil-kotba u r-rekords ta’ kontabbiltà tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1):

(a)

karta tal-bilanċ aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b)

analiżi u stima tal-valur ta’ kontabbiltà tal-assi;

(c)

il-lista tal-obbligazzjonijiet pendenti fuq il-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ murija fil-kotba u r-rekords tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), b’indikazzjoni tal-krediti rispettivi u l-livelli ta’ prijorità skont il-liġi applikabbli ta’ insolvenza.

7.   Fejn adatt, biex tipprovdi informazzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 4, l-informazzjoni fil-punt b tal-paragrafu 6 tista’ tkun ikkomplimentata b’analiżi u stima tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) abbażi tal-valur tas-suq.

8.   Il-valwazzjoni għandha tindika s-subdiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet f’konformità mal-livelli ta’ prijorità taħt il-liġi applikabbli tal-insolvenza u stima tat-trattament li kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri kienet mistennija li tirċievi kieku l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun ġiet stralċjata taħt proċeduri ta’ insolvenza normali.

Dik l-istima m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-ebda kreditur ma jmur agħar” li għandha titwettaq taħt l-Artikolu 74.

9.   Fejn, minħabba l-urġenza taċ-ċirkustanzi tal-każ, ma tkunx possibbli konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 6 u 8, jew ikun japplika l-paragrafu 2, għandha titwettaq valwazzjoni provviżorja. Il-valutazzjoni proviżorja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu 3 u sa fejn hu prattikabbli fiċ-ċirkostanzi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1,63 u 8.

Il-valwazzjoni proviżorja msemmija f’dan il-paragrafu għandha tinkludi riżerva għal telf addizzjonali, b’ġustifikazzjoni adatta.

10.   Valwazzjoni li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu għandha titqies bħala provviżorja sakemm persuna indipendenti tkun wettqet valwazzjoni li tkun konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu. Dik il-valwazzjoni ex post definittiva għandha titwettaq hekk malli jkun prattikabbli. Tista’ titwettaq separatament jew flimkien mal-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 74 jew simultanjament miegħu u mal-istess persuna indipendenti bħal dik il-valwazzjoni, iżda għandha tkun distinta minnha.

L-għanijiet tal-valwazzjoni ex-post definittiva għandhom ikunu:

(a)

tiżgura li kwalunkwe telf tal-assi tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jiġi rikonoxxut bis-sħiħ fil-kotba tal-kontabilità tal-istituzzjoni jew tal-entità imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b)

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni biex il-pretensjonijiet tal-kredituri jitnaqqsu jew biex jiżdied il-valur tal-konsiderazzjoni mħallsa, skont il-paragrafu 11.

11.   Fil-każ li l-istima tal-valwazjoni definittiva ex-post tal-valur tal-assi nett tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun ogħla mill-istima tal-valutazzjoni proviżorja tal-valur tal-assi nett tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a)

teżerċita s-setgħa tagħha li żżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew sidien ta’ strumenti kapitali rilevanti li jkunu ġew valwati negattivament taħt l-istrument ta’ rikapitulazzjoni interna;

(b)

tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjoni transitorja jew lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi biex jagħmlu pagament ulterjuri ta’ konsiderazzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew skont il-każ, fir-rigward tal-istrumenti ta’ sjieda lill-azzjonisti.

12.   Minkejja l-paragrafu 1, valwazzjoni proviżorja li ssir skont il-paragrafi 9 u 10 għandha tkun bażi valida biex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż li jieħdu l-kontroll ta’ istituzzjoni li qed tfalli jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), jew jeżerċitaw is-setgħa ta’ deprezzament jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali.

13.   Il-valwazzjoni għandha tkun parti integrali tad-deċiżjoni li jiġi applikat strument ta’ riżoluzzjoni jew eżerċitata setgħa ta’ riżoluzzjoni, jew id-deċiżjoni li tiġi eżerċitata s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali. Il-valwazzjoni nnifisha ma għandhiex tkun soġġetta għal dritt ta’ appell separat iżda tista’ tkun soġġetta għal appell flimkien mad-deċiżjoni skont l-Artikolu 85.

14.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom persuna tkun indipendenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 74.

15.   L-ABE tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li ġejjin għall-finijiet tal-paragrafi 1, 3 u 9 ta’ dan l-Artikolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 74:

(a)

il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b)

is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 36 u 74;

(c)

il-metodoloġija għall-kalkolu u l-inklużjoni ta’ riserva għal telf addizzjonali fil-valutazzjoni proviżorja.

16.   L-ABE għandha tressaq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 14 lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafi 14 u 15 f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

KAPITOLU IV

Għodod ta’ riżoluzzjoni

Taqsima 1

Prinċipji ġenerali

Artikolu 37

Prinċipji ġenerali tal-għodod tar-riżoluzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat meħtieġa biex japplikaw l-istrumenti ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet u entitajiet msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tissodisfa l-kondizzjonijiet applikabbli għal riżoluzzjoni.

2.   Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika strument ta’ riżoluzzjoni għal istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), u dik l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni twassal għal telf li jiġġarrab mill-kredituri jew għal konverżjoni tal-pretensjonijiet tagħhom, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa ta’ deprezzament u konverżjoni tal-istrumenti ta’ kapital skont l-Artikolu 59 immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta’ riżoluzzjoni.

3.   L-għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

l-għodda tal-bejgħ ta’ operat;

(b)

l-għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja;

(c)

l-għodda tas-separazzjoni tal-assi;

(d)

l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna.

4.   Soġġett għall-paragrafu 5, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni.

5.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodda tas-separazzjoni tal-assi biss flimkien ma’ għodda oħra ta’ riżoluzzjoni.

6.   Meta biss l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jintużaw, u jintużaw biex tiġi ttrasferita parti biss mill-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tal-istituzzjoni jew entità residwa msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) minn fejn l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ġew ittrasferiti għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Tali stralċ għandu jsir fi żmien raġonevoli, b’kont meħud tal-ħtieġa li dik l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tipprovdi servizzi jew appoġġ skont l-Artikolu 65 sabiex tippermetti lil benefiċjarju iwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati bis-saħħa ta’ dan it-trasferiment, u kwalunkwe raġuni oħra li l-kontinwazzjoni tal-istituzzjoni jew entità residwa msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) hija neċessarja biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni jew u jkun hemm konformità mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 34.

7.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe arranġament finanzjarju li jaġixxi skont l-Artikolu 101 jistgħu jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli korrettament imġarrba b’rabta mal-użu ta’ għodda jew setgħat ta’ riżoluzzjoni jew ta’ għodda ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern f’mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

bħala tnaqqis minn kwalunkwe korrispettiv imħallas minn benefiċjarju lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, jekk ikun japplika l-każ, lill-azzjonisti;

(b)

mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur preferut; jew

(c)

minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni ta’ operazzjoni tal-istituzzjoni transitorja jew il-vettura tal-immaniġġjar tal-assi, bħala kreditur preferit.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza marbuta mal-annullament jew in-noninfurzabbiltà ta’ atti legali ta’ detriment għall-kredituri ma japplikawx għal trasferimenti ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil entità oħra bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni, jew l-użu ta’ għodda ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern.

9.   L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għodod u setgħat addizzjonali eżerċitabbli fejn istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, sakemm:

(a)

meta jiġu applikati għal grupp transkonfinali, dawk is-setgħat addizzjonali ma jikkostitwux impedimenti għar-riżoluzzjoni effettiva tal-grupp; u

(b)

huma konsistenti mal-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 34.

10.   Fis-sitwazzjoni straordinarja ħafna ta’ kriżi sistemika, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob finanzjament minn sorsi alternattivi ta’ finanzjament permezz tal-użu ta’ għodod ta’ stabilizzazzjoni tal-gvern provvduti fl-Artikoli 56 sa 58 meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tkun ta’ ammont mhux inqas minn 8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet inkluż il-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 36, tkun saret mill-azzjonisti u d-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra, permezz ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni jew mod ieħor;

(b)

għandu jkun bil-kondizzjoni ta’ approvazzjoni preċedenti u finali taħt il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Taqsima 2

Għodda tal-bejgħ ta’ negozju

Artikolu 38

Għodda tal-bejgħ ta’ negozju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu għand xerrej li mhuwiex istituzzjoni transitorja:

(a)

strumenti ta’ sjieda maħruġin minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b)

l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe waħda minn dawn;

Soġġett għall-paragrafi 8 u 9 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 85, it-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra x-xerrej u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali taħt il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli ħlief għal dawk inklużi fl-Artikolu 39.

2.   Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi, u skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

3.   Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu termini kummerċjali għat-trasferiment li huma konformi mal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36 u b’konsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ.

4.   Soġġett għall-Artikolu 37(7), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mix-xerrej għandu jibbenefika:

(a)

l-azzjonisti, fejn il-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġin mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-azzjonisti lix-xerrej;

(b)

lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, fejn il-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet kollha, jew parti minnhom, tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lix-xerrej.

5.   Meta tapplika l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-setgħa tat-trasferiment aktar minn darba sabiex isiru trasferimenti supplementari ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġin mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont kif ikun il-każ, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

6.   Wara applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu, bil-kunsens tax-xerrej, jeżerċitaw is-setgħa tat-trasferiment fir-rigward ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ttrasferiti lix-xerrej sabiex isir it-trasferiment tal-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura għand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta’ sjieda lura għand is-sidien oriġinali tagħhom, u l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati jieħdu lura kwalunkwe tali ass, dritt jew obbligu, jew strument ta’ sjieda.

7.   Xerrej għandu jkollu l-awtorizzazzjoni adatta biex imexxi n-negozju li jakkwista meta t-trasferiment isir skont il-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata, flimkien mat-trasferiment, fil-ħin.

8.   B’deroga mill-Artikoli 22 sa 25 tad-Direttiva 2013/36/UE, mir-rekwiżit li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2013/36/UE, mill-Artikoli 10(3), l-Artikolu 11(1) u (2) u l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2014/65/UE u mir-rekwiżit li jingħata avviż fl-Artikolu 11(3) ta’ dik id-Direttiva, meta trasferiment ta’strumenti ta’ sjieda bis-saħħa ta’ applikazzjoni ta’ għodda tal-bejgħ ta’ negozju jirriżulta f’akkwist jew żieda fil-holding kwalifikanti f’istituzzjoni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni għandha twettaq il-valutazzjoni meħtieġa taħt dawk l-Artikoli fil-ħin, b’mod li ma ddewwimx l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju u tipprevjeni l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni milli tilħaq l-għanijiet tar-riżoluzzjoni rilevanti.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-awtorità kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 mid-data tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda fl-applikazzjoni tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent għandu jkollu effett legali immedjat;

(b)

matul il-perijodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst mill-punt (f), id-drittijiet ta’ vot tal-akkwirent marbuta ma’ dawn l-istrumenti ta’ sjieda għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li ma jkollha l-ebda obbligu li teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot u li m’għandu jkollha l-ebda obbligu biex teżerċita jew iżżomm milli teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot;

(c)

matul il-perjodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst mill-punt (f), il-penali u miżuri oħrajn għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u d-disponimenti ta’ holdings kwalifikattivi kkontemplati mill-Artikoli 66, 67, u 68 tad-Direttiva 2013/36/UE m’għandhomx japplikaw għal dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda;

(d)

hekk kif titlesta l-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-akkwirent bil-miktub dwar jekk l-awtorità kompetenti tapprovax jew, skont l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2013/36/UE, topponix dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent;

(e)

jekk l-awtorità kompetenti tapprova dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent, id-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ dawn l-istrumenti ta’ sjieda għandu jitqies bħala vestit bis-sħiħ fl-akkwirent hekk kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-akkwirent jirċievu l-avviż ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti;

(f)

jekk l-awtorità kompetenti topponi dan it-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda lill-akkwirent:

(i)

id-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ dawn l-istrumenti oħra ta’ sjieda kif previst mill-punt (b) għandu jibqa’ effettiv u bis-sħiħ;

(ii)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lill-akkwirent biex iċedi dawn l-istrumenti ta’ sjieda fi żmien perijodu ta’ ċessjoni determinat minn awtorità ta’ riżoluzzjoni wara li tkun ħadet kont tal-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq; u

(iii)

jekk l-akkwirent ma jlestix din iċ-ċessjoni fi żmien il-perijodu ta’ ċessjoni stabbilit mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti, bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tista’ timponi fuq l-akkwirent penali u miżuri oħra għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u d-disponimenti ta’ holdings kwalifikattivi kkontemplati mill-Artikoli 66, 67, u 68 tad-Direttiva 2013/36/UE.

10.   Trasferimenti li jsiru bis-saħħa tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju għandhom ikunu soġġetti għas-salvagwardji msemmija fil-Kapitolu VII tat-Titolu IV.

11.   Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta’ stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE, ix-xerrej għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u jista’ jkompli jeżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

12.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xerrej imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkompli jeżerċita d-drittijiet ta’ sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu, il-Boroż, skemi ta’ kumpens tal-investituri u skemi ta’ garanzija ta’ depożiti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sakemm jissodisfa l-kriterji ta’ sħubija u parteċipazzjoni f’tali sistemi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-aċċess ma jiġix miċħud għar-raġuni li x-xerrej ma għandux klassifikazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jew dik il-klassifikazzjoni mhijiex proporzjonata mal-livelli ta’ klassifikazzjoni meħtieġa biex jingħata aċċess għas-sistemi msemmijin fl-ewwel subparagrafu;

(b)

meta x-xerrej ma jissodisfax il-kriterji ta’ appartenenza jew parteċipazzjoni għal sistema rilevanti ta’ pagament, ikklerjar jew saldu, Borża, skema ta’ kumpens għall-investituri jew skema ta’ garanzija tad-depożiti, id-drittijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu jiġu eżerċitati għal perjodu ta’ żmien tali kif speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, fejn m’għandux jaqbeż l-24 xhar, rinovabbli fuq applikazzjoni mix-xerrej lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

13.   Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu VII tat-Titolu IV, l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti ma għandu jkollhom l-ebda drittijiet fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti.

Artikolu 39

Għodda tal-bejgħ ta’ operat rekwiżiti proċedurali

1.   Soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, meta qed tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju għal istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqiegħed fis-suq jew tagħmel l-arranġamenti għat-tqegħid fis-suq tal-assi, drittijiet, obbligazzjonijiet, strumenti ta’ sjieda ta’ dik l-istituzzjoni li l-awtorità għandha l-ħsieb tittrasferixxi. Ġabra ta’ drittijiet, assi u obbligazzjonijiet jistgħu jitqiegħdu fis-suq separatament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta’ għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, it-tqegħid fis-suq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

għandu jkun kemm jista’ jkun trasparenti u m’għandux jirrapreżenta ħażin materjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligaazzjonijiet, l-strumenti ta’ sjieda ta’ dik l-istituzzjoni li l-awtorità għandha l-ħsieb li tittrasferixxi, wara li jkun ikkunsidra ċ-ċirkostanzi u b’mod partikolari l-ħtieġa biex tinżamm stabbiltà finanzjarja;

(b)

ma għandhux jiffavorixxi b’mod mhux dovut jew jiddiskrimina bejn xerrejja potenzjali;

(c)

għandu jkun ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess;

(d)

ma għandu jagħti l-ebda vantaġġ inġust lil xi xerrej potenzjali;

(e)

għandu jikkunsidra l-bżonn għal azzjoni tar-riżoluzzjoni effetta u rapida;

(f)

għandu jimmira lejn il-massimizzazzjoni, safejn possibbli, tal-prezz tal-bejgħ tal-ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijet involuti.

Soġġett għall-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-prinċipji msemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx jipprevjenu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni milli tissolleċita xerrejja potenzjali partikolari.

Kwalunkwe divulgazzjoni pubblika tal-kummerċjalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li altrimenti tkun meħtieġa skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 [MAR] tista’ tiġi posposta skont l-Artikolu 17(4) jew (5) ta’ dak ir-Regolament.

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tapplika l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju mingħajr ma tikkonforma mar-rekwiżit tat-tqegħid fis-suq kif stabbilit fil-paragrafu 1 meta tiddetermina li l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti x’aktarx thedded xi wieħed jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni u partikolarment jekk ikunu ssodifati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

hija tqis li hemm theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja li tinħoloq jew tiġi aggravata mill-falliment u l-probabbiltà ta’ falliment tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni; u

(b)

hija tqis li l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti x’aktarx thedded l-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta’ operat fl-indirizzar ta’ dik it-theddida jew biex jintlaħaq l-objettiv tar-riżoluzzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 31(2).

4.   L-ABE, sat-3 ta' Lulju 2015, għandha tippubblika linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi fattwali li jammontaw għal theddida materjali u l-elementi relatati mal-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

Taqsima 3

Għodda tal-Istituzzjoni Tranżitorja

Artikolu 40

Għodda tal-istituzzjoni tranżitorja

1.   Sabiex l-għodda tal-istituzzjoni transitorja tkun effettiva u b’kont meħud tal-ħtieġa li jinżammu l-funzjonijiet kritiċi fl-istituzzjoni transitorja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu lill-istituzzjoni transitorja:

(a)

strumenti ta’ sjieda maħruġa minn istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni;

(b)

l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta’ istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni.

Soġġett għall-Artikolu 85, it-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra l-istituzzjoni transitorja, u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali taħt il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli.

2.   L-istituzzjoni transitorja għandha tkun persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

hija kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ jew hija kontrollata minn awtorità pubblika jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni u hija kkontrollata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(b)

hija maħluqa għall-fini li tirċievi u żżomm strumenti ta’ sjieda kollha jew uħud minnhom maħruġin minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew uħud minnhom ta’ istituzzjoni waħda jew iżjed taħt riżoluzzjoni bil-ħsieb li jinżamm aċċess għall-funzjonijiet kritiċi u li tinbiegħ l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

L-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għall-għan imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 43(2) ma għandhiex tinterferixxi mal-kapaċità tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tikkontrolla l-istituzzjoni transitorja.

3.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapplika l-għodda tal-istituzzjoni transitorja, għandha tiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet trasferiti lill-istituzzjoni transitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u l-assi trasferiti mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew ipprovduti minn sorsi oħra.

4.   Soġġett għall-Artikolu 37(7), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mill-istituzzjoni transitorja għandu jibbenefika:

(a)

l-azzjonisti, fejn it-trasferiment lill-istituzzjoni transitorja jkun sar permezz tat-trasferiment ta’ strumenti tas-sjieda maħruġin mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-azzjonisti lill-istituzzjoni transitorja;

(b)

lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, fejn it-trasferiment lill-istituzzjoni transitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet kollha, jew parti minnhom, tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lill-istituzzjoni transitorja.

5.   Meta tapplika l-għodda tal-istituzzjoni transitorja l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-setgħa tat-trasferiment aktar minn darba sabiex isiru trasferimenti supplementari ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġin minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont kif ikun il-każ, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

6.   Wara l-applikazzjoni tal-għodda tal-istituzzjoni transitorja, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a)

tittrasferixxi drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lura għall-istituzzjoni transitorja, jew strumenti ta’ sjieda lura għas-sidien oriġinali tagħhom, u l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati jieħdu lura dawn l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet, jew strumenti oħra ta’ sjieda, sakemm il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 7 jiġu ssodisfatti;

(b)

tittrasferixxi strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni transitorja lil parti terza.

7.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura mill-istituzzjoni transitorja f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:

(a)

il-possibbiltà li strumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura huwa ddikjarat espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment;

(b)

l-istrumenti ta’ sjieda jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jkunux fil-fatt jaqgħu fi ħdan il-klassijiet, jew jissodisfaw il-kondizzjonijiet tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda, jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment.

Tali trasferiment lura jista’ jsir fi kwalunkwe żmien u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe kondizzjoni oħra ddikjarata f’dak l-istrument għall-iskop rilevanti.

8.   Trasferimenti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew l-azzjonisti min-naħa, u l-istituzzjoni transitorja min-naħa l-oħra għandhom ikunu soġġetti għas-salvagwardji msemmija fil-Kapitolu VII tat-Titolu IV.

9.   Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta’ stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE, istituzzjoni transitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u tista’ tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Għal finijiet oħra, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni transitorja titqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jkunu jistgħu jkomplu jeżerċitaw kwalunkwe dritt li ġie eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni transitorja tista’ tkompli teżerċita d-drittijiet ta’ sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu, il-Boroż, skemi ta’ kumpens tal-investituri u skemi ta’ garanzija ta’ depożiti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sakemm tissodisfa l-kriterji ta’ sħubija u parteċipazzjoni f’tali sistemi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-aċċess ma jiġix miċħud għar-raġuni li l-istituzzjoni transitorja ma għandhiex klassifikazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jew dik il-klassifikazzjoni mhijiex proporzjonata mal-livelli ta’ klassifikazzjoni meħtieġa biex jingħata aċċess għas-sistemi msemmijin fl-ewwel subparagrafu;

(b)

meta l-istituzzjoni transitorja ma tissodisfax il-kriterji ta’ appartenenza jew parteċipazzjoni għal sistema rilevanti ta’ pagament, ikklerjar jew saldu, Borża, skema ta’ kumpens għall-investituri jew skema ta’ garanzija tad-depożiti, id-drittijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu jiġu eżerċitati għal perijodu ta’ żmien tali kif speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, fejn tali perijodu m’għandux jaqbeż l-24 xhar, rinovabbli fuq applikazzjoni mill-istituzzjoni transitorja lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

11.   Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu VII tat-Titolu IV, l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li l-assi, d-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-istituzzjoni transitorja, lill-korp maniġerjali tagħha jew lill-maniġment superjuri.

12.   L-objettivi tal-istituzzjoni transitorja m’għandhom jimplikaw la obbligi u lanqas responsabbiltajiet fil-konfront ta’ partijiet interessati jew kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-korp maniġerjali jew maniġment superjuri m’għandhomx ikollhom responsabbiltà għal tali partijiet interessati jew kredituri għal atti u omissjonijiet fl-eżerċizzju tal-obbligi tagħhom sakemm l-att jew l-ommissjoni ma jkunux jimplikaw negliġenza kbira jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li taffettwa direttament id-drittijiet ta’ tali partijiet interessati jew kredituri.

L-Istati Membri jistgħu ikomplu jillimitaw ir-responsabbiltà ta’ istituzzjoni transitorja u tal-korp maniġjerjali jew maniġment superjuri tagħha skont id-dritt nazzjonali rigward atti u ommissjonijiet fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 41

Operat ta’ istituzzjoni transitorja

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta’ istituzzjoni tranżitorja jirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kontenut tad-dokumenti kostituzzjonali tal-istituzzjoni transitorja huwa approvat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(b)

soġġett għall-istruttura ta’ sjieda tal-istituzzjoni transitorja, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni taħtar jew tapprova il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni transitorja;

(c)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapprova r-rinumerazzjoni tal-membri tal-korp maniġerjali u tiddetermina r-responsabbiltajiet adegwati tagħhom;

(d)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni transitorja;

(e)

l-istituzzjoni tranżitorja tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE, kif applikabbli, u jkollha l-awtorizzazzjoni meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali applikabbli biex twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li takkwista bis-saħħa ta’ trasferiment magħmul skont l-Artikolu 63 ta’ din id-Direttiva;

(f)

l-istituzzjoni transitorja tikkonforma mar-rekwiżiti ta’, u hija soġġetta għas-superviżjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE, kif applikabbli.

(g)

l-operazzjoni tal-istituzzjoni transitorja għandha tkun skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tispeċifika restrizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet tagħha b’dan il-mod.

Minkejja d-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu u fejn meħtieġ biex jiġu sodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-istituzzjoni transitorja tista’ tiġi stabbilita u approvata mingħajr konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE għal perijodu qasir ta’ żmien fil-bidu tal-operat tagħha. Għal dak il-għan, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippreżenta talba f’dak is-sens lill-awtorità kompetenti. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti din l-awtorizzazzjoni, hija għandha tindika l-perijodu li matulu l-istituzzjoni transitorja tkun eżenti milli tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi.

2.   Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni imposta skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, il-maniġment tal-istituzzjoni transitorja għandha topera l-istituzzjoni transitorja bil-għan li żżomm l-aċċess għall-funzjonijiet kritiċi u li tbiegħ l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, lil xerrej wieħed jew aktar tas-settur privat meta l-kondizzjonijiet jkunu xierqa u fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu deċiżjoni li istituzzjoni transitorja m’għadhiex istituzzjoni transitorja fis-sens tal-Artikolu 40(2) fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin, liema minnhom jiġri l-ewwel:

(a)

l-istituzzjoni transitorja tiġi fuża ma’ entità oħra;

(b)

l-istituzzjoni transitorja ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 40(2);

(c)

il-bejgħ tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew sostanzjalment kollha tal-istituzzjoni transitorja, lil parti terza;

(d)

l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 6.

(e)

l-assi tal-istituzzjoni transitorja jiġu kompletament likwidati u l-obbligazzjonijiet tagħha jiġu kompletament ikklerjati.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-każijiet fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tfittex li tbiegħ l-istituzzjoni transitorja jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, li l-istituzzjoni transitorja jew l-assi jew l-obbligazzjonijiet rilevanti jiġu kkummerċjalizzati b’mod miftuħ u trasparenti, u li l-bejgħ ma jirrappreżentahomx b’mod ħażin materjalment jew jiffavorixxi b’mod mhux dovut jew jiddiskrimina bejn xerrejja potenzjali.

Kwalunkwe tali bejgħ, għandu jsir fuq termini kummerċjali, b’kont meħud taċ-ċirkustanzi u skont il-qafas tal-għajnuna mill-Stat tal-Unjoni.

5.   Jekk ma japplika l-ebda riżultat imsemmi fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-paragrafu 3, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha ttemm l-operat tal-istituzzjoni transitorja kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe avveniment sentejn wara d-data li fiha jkun sar l-aħħar trasferiment minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni permezz tal-għodda tal-istituzzjoni transitorja.

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ testendi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 għal perjodu addizzjonali ta’ sena wieħed jew iżjed fejn tali estensjoni:

(a)

tappoġġja r-riżultati msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (e) tal-paragrafu 3; jew

(b)

tkun meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità ta’ servizzi finanzjarji jew bankarji essenzjali.

7.   Kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżioluzzjoni biex testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għandha tkun ġġustifikata u għandu jkun fiha valutazzjoni ddettaljata tas-sitwazzjoni, inkluż tal-kondizzjonijiet tas-suq u l-prospettiva, li tiġġustifika l-estensjoni.

8.   Fejn l-operazzjonijiet ta’ istituzzjoni transitorja jintemmu fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni transitorja għandha tkun stralċjata taħt proċeduri normali ta’ insolvenza.

Soġġett għall-Artikolu 37(7), kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-operat tal-istituzzjoni transitorja għandu jibbenefika lill-azzjonisti tal-istituzzjoni transitorja.

9.   Fejn istituzzjoni transitorja tintuża sabiex jiġu ttrasferiti assi u obbligazzjonijiet ta’ iżjed minn istituzzjoni waħda taħt riżoluzzjoni, l-obbligu msemmi fil-paragrafu 8 għandu jirreferi għall-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti minn kull istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u mhux għall-istituzzjoni transitorja nnfisha.

Taqsima 4

Għodda tas-Separazzjoni tal-Assi

Artikolu 42

Għodda tas-separazzjoni tal-assi

1.   Sabiex l-għodda tas-separazzjoni tal-assi tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni transitorja għal vettura tal-immaniġġjar tal-assi waħda jew iżjed.

Soġġett għall-Artikolu 85, it-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra l-istituzzjoni transitorja, u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali taħt il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli.

2.   Għall-finijiet tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi, vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandha tkun persuna ġuridika li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

hija kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ jew hija kontrollata minn awtorità pubblika jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-arrangament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni u hija kkontrollata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(b)

tkun inħolqot biex tirċievi l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta’ istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni tranżitorja.

3.   Il-vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandha timmaniġġja l-assi ttrasferiti fiha bil-għan li timmassimizza il-valur tagħhom permezz ta’ bejgħ eventwali jew likwidazzjoni b’mod ordnat.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta’ vettura tal-immaniġġjar tal-assi jirrispetta d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kontenut tad-dokumenti kostituzzjonali tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi huwa approvat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(b)

soġġett għall-istruttura ta’ sjieda tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni taħtar jew tapprova l-korp maniġerjali tal-vettura,

(c)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapprova r-rinumerazzjoni tal-membri tal-korp maniġerjali u tiddetermina r-responsabbiltajiet adegwati tagħhom;

(d)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi.

5.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 li jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet biss jekk:

(a)

is-sitwazzjoni tas-suq partikolari għal dawk l-assi tkun ta’ tali natura li l-likwidazzjoni ta’ dawk l-assi taħt proċeduri normali ta’ insolvenza jista’ jkollha effett ħażin fuq is-suq finanzjarju wieħed jew iżjed.

(b)

trasferiment bħal dan huwa meħtieġ biex jiżgura il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni transitorja; jew

(c)

trasferiment bħal dan huwa meħtieġ biex jimmassimizza ir-rikavati mill-likwidazzjoni.

6.   Meta japplikaw l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw l-korrispettiv li għalih l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet huma ttrasferiti fil-vettura tal-immaniġġjar tal-assi skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 36 u skont il-qafas għall-għajnuna mill-Stat tal-Unjoni. Dan il-paragrafu ma jimpedixxix li l-korrispettiv ikollu valur nominali jew negattiv.

7.   Soġġett għall-Artikolu 37(7), kull korrispettiv imħallas mill-vetturi tal-immaniġġjar tal-assi fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet akkwistati direttament mill-istituzzjoni għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. Il-korrispettiv jista’ jitħallas fil-forma ta’ dejn maħruġ mill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi.

8.   Fejn l-għodda tal-istituzzjoni transitorja tkun ġiet applikata, vettura tal-immaniġġjar tal-assi tista’, sussegwentement għall-applikazzjoni tal-għodda tal-istituzzjoni transitorja, takkwista assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni transitorja.

9.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għal vettura waħda jew aktar tal-immaniġġjar tal-assi jew f’aktar minn okkażjoni waħda u jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura minn vettura waħda jew aktar tal-immaniġġjar tal-assi lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sakemm il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 10 jiġu sodisfatti.

L-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandha tkun obbligata tieħu lura kwalunkwe tali assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet.

10.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet lura mill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:

(a)

il-possibbiltà li d-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment;

(b)

id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jkunux fil-fatt jaqgħu fi ħdan il-klassijiet, jew jissodisfaw il-kondizzjonijiet għat-trasferiment tad-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment.

Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b), it-trasferiment lura jista’ jsir fi kwalunkwe żmien, u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe kondizzjoni oħra, iddikjarata f’dak l-istrument għall-iskop rilevanti.

11.   Trasferimenti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandhom ikunu soġġetti għal salvagwardji tat-trasferimenti parzjali ta’ propjetà speċifikati fil-Kapitolu VII tat-Titolu IV.

12.   Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu VII tat-Titolu IV, l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ttrasferiti lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi jew il-korp maniġerjali jew maniġment superjuri tagħha.

13.   L-objettivi ta’ vettura tal-immaniġġjar tal-assi m’għandhomx jimplikaw xi obbligu jew responsabbiltà lil partijiet interessati jew kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-korp maniġerjali jew maniġment superjuri m’għandhomx ikollhom responsabbiltà għal tali partijiet interessati jew kredituri għal atti u omissjonijiet fl-eżerċizzju tal-obbligi tagħhom sakemm l-att jew l-ommissjoni ma tkunx timplika negliġenza kbira jew mġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li taffettwa direttament id-drittijiet ta’ tali partijiet interessati jew kredituri.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw aktar ir-responsabbiltà ta’ vettura tal-immaniġġjar tal-assi u tal-korp maniġerjali jew maniġment superjuri tagħha skont il-liġi nazzjonali rigward atti u ommissjonijiet fil-qadi ta’ dmirijiethom.

14.   L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konverġenza ta’ prassi superviżorja u ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni meta, skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-likwidazzjoni tal-assi jew l-obbligazzjonijiet taħt il-proċeduri normali ta’ insolvenza tkun tista’ jkollha effett negattiv fuq suq finanzjarju jew iktar.

Taqsima 5

Strument ta’ rikapitalizzazzjoni interna

Subtaqsima 1

Għan u skop tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna

Artikolu 43

Strument ta’ rikapitalizzazzjoni interna

1.   Sabiex l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat tar-riżoluzzjoni speċifikati tal-Artikolu 63(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-objettivi ta’ riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 31, skont il-prinċipji ta’ riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 34 għal kwalunkwe minn dawn l-iskopijiet:

(a)

tiġi rikapitalizzata istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti li tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni (sal-punt li dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-entità) u li twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE, fejn l-entità hija awtorizzata skont dawk id-Direttivi, u biex tingħata biżżejjed kunfidenza tas-suq fl-istituzzjoni jew l-entità;

(b)

jikkonvertu għall-ekwità jew inaqqsu l-ammont kapitali ta’ pretensjonijiet jew strumenti ta’ dejn li huma ttrasferiti:

(i)

lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jipprovdu kapital għal dik l-istituzzjoni transitorja; jew

(ii)

taħt l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju jew l-għodda tas-separazzjoni tal-assi.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-istrument ta’ rikapitazzazzjoni interna għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss jekk ikun hemm prospett raġonevoli li l-applikazzjoni ta’ dak l-istrument, flimkien ma’ miżuri oħra rilevanti inklużi miżuri implimentati skont il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju meħtieġa mill-Artikolu 52 se, apparti li tilħaq l-għanijiet rilevanti tar-riżoluzzjoni, tirrestawra l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) inkwistjoni għal sodizza finanzjarja u vijabbiltà fit-tul.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw kwalunkwe għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 37(3), u l-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ma jkunux ntlaħqu.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-istrument ta’ rikapitulazzjoni interna għall-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c), jew (d) tal-Artikolu 1(1) filwaqt li jirrispettaw f’kull każ il-forma legali tal-istituzzjoni jew entità kkonċernata jew li jkunu jistgħu jibdlu l-forma legali.

Artikolu 44

Kamp ta’ applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitulazzjoni interna

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna jkun jista’ jiġi applikat għall-obbligazzjonijiet kollha ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik l-għodda skont il-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin kemm jekk jitmexxew mil-liġi ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz:

(a)

depożiti koperti;

(b)

obbligazzjonijiet iggarantiti inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta’ strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta’ iħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta’ kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b’mod simili bħal bonds koperti;

(c)

kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva ta’ assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti inklużi assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti miżmuma f’isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew tal-AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), sakemm tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli;

(d)

kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta’ relazzjoni fiduċjarja bejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja) sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;

(e)

obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b’maturità oriġinali ta’ anqas minn sebat ijiem;

(f)

obbligazzjonijiet b’maturità li jifdal ta’ anqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta’ sistemi maħsuba għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE jew il-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’tali sistema;

(g)

obbligazzjoni għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

impjegat, fir-rigward ta’ salarji, benefiċċji ta’ pensjoni dovuti jew remunerazzjoni fissa oħra, ħlief għall-komponent varjabbli tar-renumerazzjoni li mhux regolat bi ftehim kollettiv ta’ xogħol;

(ii)

kreditur kummerċjali jew ta’ negozju li jinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta’ kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta’ postijiet;

(iii)

awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli;

(iv)

skemi ta’ garanzija ta’ depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

Il-punt (g)(i) tal-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-rinumerazzjoni ta’ dawk li jieħdu r-riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assi ggarantiti kollha relatati ma’ pula tal-kopertura ta’ bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b’finanzjament suffiċjenti. La dak ir-rekwiżit u lanqas il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhom iwaqqfu l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta’ kwalunkwe parti ta’ obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, pleġġ, rahan jew kollateral li huwa garanti tiegħu.

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont ta’ depożitu li jaqbeż il-livell ta’ kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE

3 ta' Lulju 2015. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ skopertura fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sabiex jistipulaw għar-riżolvabbiltà tal-istituzzjonijiet u tal-gruppi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jillimitaw, skont il-punt (b) tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-Direttiva, sa fejn istituzzjonijiet oħra jżommu obbligazzjonijiet eliġibbli għal għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, ħlief għal obbligazzjonijiet miżmuma minn entitajiet li huma parti mill-istess grupp.

3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna jiġi applikat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teskludi jew parzjalment teskludi ċertu obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni fejn:

(a)

mhux possibbli li tirrikapitalizza internament dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli minkejja l-isforzi b’rieda tajba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(b)

l-esklużjoni hija strettament neċessarja u hija proporzjonata biex tinkiseb il-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin tan-negozji b’mod li jżomm l-abbiltà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tkompli l-operazzjonijiet, is-servizzi u t-transazzjonijiet ewlenin;

(c)

l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u proporzjonata biex tevita li twassal għal kontaġju wiesa’, partikolarment rigward depożiti eliġibbli miżmuma minn persuni fiżiċi u mikroimpriżi, impriżi ta’ daqs żgħir u medju, li jista’ jħarbat b’mod sever il-funzjonament tas-swieq finanzjarji, inklużi l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, b’mod li jista’ jikkawża tħarbit serju lill-ekonomija ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni; jew

(d)

l-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna għal dawk l-obbligazzjonijiet tikkawża qerda fil-valur b’mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħra jkun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna.

Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi jew teskludi parzjalment obbligazzjoni eliġibbli jew klassi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli taħt dan il-paragrafu, il-livell ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet eliġibbli oħra jikkonforma mal-prinċipju fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1).

4.   Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni eliġibbli jew klassi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan l-Artikolu, u t-telf imġarrab minn dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunux għaddew b’mod sħiħ għal fuq kredituri oħrajn, l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jista’ jagħmel kontribuzzjoni għall-istituzzjoni li tkun qed tiġi riżolta biex tagħmel azzjoni waħda jew it-tnejn li ġejjin:

(a)

tkopri kwalunkwe telf li ma jkunx ġie assorbit minn obbligazzjonijiet eliġibbli u jiġi restawrat għal żero il-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(1);

(b)

jiġu mixtrija l-istrumenti ta’ sjieda jew strumenti kapitali fl-istituzzjoni li tkun qed tiġi riżolta, sabiex tiġi rikapitalizzata l-istituzzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 46(1).

5.   L-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni għandu jagħmel kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 4 biss fejn:

(a)

tkun saret kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tkun ta’ ammont mhux inqas minn 8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet inkluż il-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 36, mill-azzjonisti u d-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra, permezz ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni jew mod ieħor; u

(b)

il-kontribuzzjoni tal-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni ma taqbiżx 5 % tat-total tal-obbligazzjonijiet inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni li tkun qed tiġi riżolta, imkejla fiż-żmien tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni skont il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 36.

6.   Il-kontribuzzjoni tal-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 5 tista’ tiġi ffinanzjata minn:

(a)

l-ammont disponibbli għall-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni li jkun inġabar permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet u fergħat fl-Unjoni skont l-Artikolu 100(6) u l-Artikolu 103;

(b)

l-ammont li jista’ jinġabar permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex post skont l-Artikolu 104 fi żmien perjodu ta’ tliet snin; u

(c)

fejn l-ammonti msemmija f’(a) u (b) ta’ dan il-paragrafu mhumiex biżżejjed, ammonti miġbura minn sorsi alternattivi ta’ finanzjament skont l-Artikolu 105.

7.   F’ċirkostanzi straordinarji, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tfittex aktar finanzjament minn sorsi alternattivi ta’ finanzjament wara li:

(a)

li jkun intlaħaq il-limitu ta’ 5 % speċifikat fil-paragrafu 5(b); u

(b)

obbligazzjonijiet mhux garantiti, mhux bi preferenza, minbarra d-depożiti eliġibbli, ikunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertit b’mod sħiħ.

Bħala alternattiva jew b’żieda ma’ dan, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew sodisfatti, l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jista’ jagħmel kontribuzzjoni minn riżorsi li jkunu nġabru permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex-ante skont l-Artikolu 100(6) u l-Artikolu 103 u li jkunu għadhom ma ntużawx.

8.   B’deroga mill-paragrafu 5(a), l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jista’ jagħmel ukoll kontribuzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 dment li:

(a)

il-kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 tkun daqs ammont mhux anqas minn 20 % tal-assi ppeżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkonċernata;

(b)

l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru kkonċernat ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex-ante (minbarra kontribuzzjonijiet għal skema ta’ garanzija tad-depożiti) miġbura skont l-Artikolu 100(6) u l-Artikolu 103, ammont li huwa mill-inqas daqs 3 % tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; u

(c)

l-istituzzjoni kkonċernata jkollha assi inqas minn EUR 900 biljun fuq bażi konsolidata.

9.   Meta jkunu qed jiġu eżerċitati d-diskrezzjonijiet taħt il-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw b’mod dovut:

(a)

il-prinċipju li t-telf għandu jiġġarrab l-ewwel mill-azzjonisti u mbagħad, b’mod ġenerali, mill-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’ordni ta’ preferenza;

(b)

il-livell ta’ kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf li jibqa’ fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jekk l-obbligazzjoni jew klassi ta’ obbligazzjonijiet jiġu esklużi; u

(c)

il-ħtieġa li jinżammu riżorsi adegwati għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni.

10.   L-esklużjonijiet skont il-paragrafu 3 jistgħu jiġu applikati jew biex jeskludu kompletament obbligazzjoni ta’ valwazzjoni negattiva jew biex jillimitaw sa fejn il-valwazzjoni negattiva tapplika għal dik l-obbligazzjoni.

11.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 sabiex tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

12.   Qabel teżerċita d-diskrezzjoni li teskludi obbligazzjoni skont paragrafu 3, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tavża lill-Kummissjoni. Fejn l-esklużjoni tkun teħtieġ kontribuzzjoni mill-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jew sors alternattiv ta’ finanzjament skont paragrafi 4 sa 8, il-Kumissjoni tista’, fi żmien 24 siegħa li tirċievi din in-notifika, jew perjodu itwal bil-qbil tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, tipprojbixxi jew titlob emendi għall-esklużjoni proposta jekk ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u l-atti delegati ma jiġux sodisfatti sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Kummissjoni tar-regoli tal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Subtaqsima 2

Rekwiżit Minimu għal Fondi Proprji u Obbligazzjonijiet Eliġibbli

Artikolu 45

Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jissodisfaw, il-ħin kollu, rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli. Ir-rekwiżit minimu għandu jiġi kkalkulat bħala l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espressi bħala perċentwal tat-total tal-obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji tal-istituzzjoni.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-obbligazzjonijiet ta’ derivattivi għandhom jiġu inklużi fit-total tal-obbligazzjonijiet fuq il-bażi li jingħata rikonoxximent sħiħ lid-drittijiet ta’ netting tal-kontraparti.

2.   L-ABE għandha tabbozza standards tekniċi regolatorji li jkomplu jispeċifikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 6 li abbażi tagħhom, għal kull istituzzjoni, għandu jiġi determinat rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż dejn subordinat u dejn mhux garantit ta’ preferenza b’tal-anqas 12-il xahar rimanenti fuq it-termini tagħhom li huma soġġetti għas-setgħa ta’ rikapitulazzjoni internat u dawk li jikkwalifikaw bħala fondi proprji.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kriterji addizzjonali li abbażi tagħhom għandu jiġi determinat ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżentaw istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju ffinanzjati minn bonds koperti li, skont il-liġi nazzjonali, ma jistgħux jirċievu depożiti mill-obbligu li jissodisfaw, f’kull ħin, rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, billi:

(a)

dawk l-istituzzjonijiet jiġu stralċjati permezz ta’ proċeduri ta’ insolvenza nazzjonali, jew tipi oħra ta’ proċeduri implimentati skont l-Artikoli 38, 40 jew 42 ta’ din id-Direttiva, provdut għal dawk l-istituzzjonijiet; u

(b)

tali proċeduri nazzjonali ta’ insolvenza, jew tipi oħra ta’ proċeduri, se jiżgura li l-kredituri ta’ dawk l-istituzzjonijiet, inklużi d-detenturi ta’ bonds koperti fejn ikun rilevanti, se jġarrbu t-telf b’mod li jissodisfa l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

4.   L-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istrument ikun inħareġ u tħallas għal kollox;

(b)

l-obbligazzjoni mhux dovuta lill-istituzzjoni stess jew assigurata minnha jew garantita minnha stess;

(c)

ix-xiri tal-istrument ma kienx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

(d)

l-obbligazzjoni jkun baqagħlha maturità ta’ mill-inqas sena;

(e)

l-obbligazzjoni ma tirriżultax minn derivattiv;

(f)

l-obbligazzjoni ma tirriżultax minn depożitu li jibbenefika minn preferenza fil-ġerarkija tal-insolvenza nazzjonali skont l-Artikolu 108.

Għall-fini tal-punt (d) fejn obbligazzjoni tagħti lil sidha d-dritt għal rimbors kmieni, il-maturità ta’ dik l-obbligazzjoni għandha tkun l-ewwel data meta jirriżulta dan id-dritt.

5.   Fejn obbligazzjoni tkun regolata minn liġi ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjoni li turi li kwalunkwe deċiżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tivvalwa negattivament jew tikkonverti dik l-obbligazzjoni tkun effettiva taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz, b’kont meħud tat-termini tal-kuntratt li jirregola dik l-obbligazzjoni, ftehimiet internazzjonali dwar ir-rikonoxximent tal-proċeduri ta’ riżoluzzjoni u kwistjonijiet oħrajn rilevanti. Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx sodisfatta li kwalunkwe deċiżjoni tkun effettiva taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz, l-obbligazzjoni m’għandhiex jitqies fir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli.

6.   Ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ kull istituzzjoni skont paragrafu 1 għandu jkun determinat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għall-inqas fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-istituzzjoni tista’ tiġi riżolta bl-applikazzjoni tal-istrumenti tar-riżoluzzjoni inkluża, fejn xieraq, l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna, b’mod li jiġu sodisfatti l-għanijiet tar-riżoluzzjoni;

(b)

il-ħtieġa li jiġi żgurat, f’każijiet xierqa, li l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet eliġibbli biżżejjed biex jiżguraw li, jekk jiġi applikat l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna, it-telf ikun jista’ jiġi assorbit u l-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jkun jista’ jiġi restawrat għal livell neċessarju biex jippermettilha tkompli tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE u li tingħata biżżejjed kunfidenza tas-suq fl-istituzzjoni jew fl-entità;

(c)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li, jekk il-pjan ta’ riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna taħt l-Artikoli 44(3) jew li ċerti klassijiet ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jintbagħtu kollha kemm huma lil benefiċjarju taħt trasferiment parzjali, li l-istituzzjoni għandha obbligazzjonijiet eliġibbli oħra biżżejjed biex tiżgura li t-telf jista’ jiġi assorbit u l-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jkun jista’ jiġi restawrat għal livell neċessarju biex jippermettilha tkompli tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(d)

id-daqs, il-mudell kummerċjali, il-mudell ta’ finanzjament u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;

(e)

il-punt safejn l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti tkun tista’ tikkontribbwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 109;

(f)

safejn il-falliment tal-istituzzjoni jkollu effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż, minħabba l-interkonnettività tagħha ma’ istituzzjonijiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja permezz ta’ kontaġju lil istituzzjonijiet oħra.

7.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi previsti f’dan l-Artikolu fuq bażi individwali.

Awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’, wara konsultazzjoni ma’ awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżit minimu previst f’dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

8.   Minbarra l-paragrafu 7, l-impriżi prinċipali tal-Unjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu fuq bażi konsolidata.

Ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-livell konsolidat ta’ impriża prinċipali tal-Unjoni għandu jkun determinat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mas-superviżur ta’ konsolidazzjoni, skont il-paragrafu 9, talanqas abbażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 6 u ta’ jekk is-sussidjarji tal-pajjiżi terzi tal-grupp għandhomx jiġu riżolti separatament skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni.

9.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji fuq bażi individwali għandhom jagħmlu dak kollu fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar il-livell tar-rekwiżit minimu applikat fil-livell konsolidat.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun ġġustifikata bis-sħiħ u għandha tkun ipprovduta lill-impriża prinċipali tal-Unjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp.

Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni konġunta fi żmien erba’ xhur, għandha tittieħed deċiżjoni dwar ir-rekwiżit minimu konsolidat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp wara konsiderazzjoni dovuta tal-valutazzjoni tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti. Jekk, fit-tmien il-perijodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp.

Id-deċiżjoni konġunta u d-deċiżjoni meħuda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta għandha tkun vinkolanti fuq l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni mittieħda fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta għandha tiġi rieżaminata u fejn huwa rilevanti aġġornata fuq bażi regolari.

10.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu ir-rekwiżit minimu li għandu jiġi applikat għas-sussidjarji tal-grupp fuq bażi individwali. Dawk ir-rekwiżiti minimi għandhom jistabbilixxu livell xieraq għas-sussidjarja wara li jkun ħa kont ta’:

(a)

il-kriterji elenkati fil-paragrafu 6, b’mod partikolari id-daqs, il-mudell kummerċjali u l-profil tar-riskju tas-sussidjarja, inklużi l-fondi proprji tagħha; u

(b)

ir-rekwiżit konsolidat li ġie stabbilit għall-grupp taħt il-paragrafu 9.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji fuq bażi individwali għandhom jagħmlu dak kollu fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar il-livell tar-rekwiżit minimu li għandu jiġi applikat f’kull sussidjarju rispettiv fil-livell individwali.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun ġġustifikata bis-sħiħ u għandha tkun ipprovduta lis-sussidjarji u lil istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji u mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp, rispettivament.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bħal din bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi żmien erba’ xhur, id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rispettivi tas-sussidjarji b’konsiderazzjoni dovuta tal-veduti u r-riservi espressi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp.

Jekk, fi tmien il-perijodu ta’ erba’ xhur, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp tkun irreferiet il-kwistjoni għand l-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji fuq bażi individwali għandhom jiddifferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp ma għandhiex tirreferi l-kwistjoni lill-ABE għal medjazzjoni vinkolanti fejn il-livell stipulat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja jkun sa punt perċentwali ‘l bogħod mil-livell konsolidat stabbilit taħt il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji.

Id-deċiżjonijiet konġunti u kwalunkwe deċiżjoni mittieħda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kkonċernati.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni mittieħda fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta għandha tiġi rieżaminata u fejn huwa rilevanti aġġornata fuq bażi regolari.

11.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp tista’ ma tesiġix l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu individwali għal istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni fejn:

(a)

l-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni hija konformi fuq bażi konsolidata mar-rekwiżit minimu stabbilit taħt il-paragrafu 8; u

(b)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni ma tesiġix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kapital individwali għall-istituzzjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

12.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ sussidjarja tista’ ma tesiġi bl-ebda mod l-applikazzjoni tal-paragrafu 7 għal dik is-sussidjarja meta:

(a)

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-impriża prinċipali tagħha jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni mill-istess Stat Membru;

(b)

is-sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali;

(c)

l-istituzzjoni ta’ grupp tal-ogħla livell fl-Istati Membri tas-sussidjarja, meta jkun differenti mill-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, tikkonforma fuq bażi subkonsolidata mar-rekwiżit minimu stabbilit taħt il-paragrafu 7;

(d)

ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet lis-sussidjarja mill-impriża prinċipali tagħha;

(e)

l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward it-tmexxija prudenti tas-sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-kunsens tal-awtorità kompetenti, li hi tiggarantixxi l-impenji li s-sussidjarja tkun daħlet għalihom, jew ir-riskji tas-sussidjarji jkunu ta’ ebda sinifikat;

(f)

il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jkunu jkopru s-sussidjarja;

(g)

l-impriża prinċipali ikollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja; u

(h)

l-awtorità kompetenti tas-sussidjarja ma tesiġi bl-ebda mod l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ kapital individwali għas-sussidjarja taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

13.   Id-deċiżjonijiet li ġew meħuda skont dan l-Artikolu jistgħu jipprevedu li r-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli huwa milħuq parzjalment fil-livell konsolidat jew individwali permezz tal-istrumenti kontrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna.

14.   Biex jikkwalifika bħala strument kontrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna taħt il-paragrafu 13, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid tkun sodisfatta li dak l-istrument:

(a)

ikun fih it-terminu kontrattwali li jipprevedi li, awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna lil dik l-istituzzjoni, l-istrument għandu jiġi valwat negattivament jew jiġi konvertit sa fejn meħtieġ qabel obbligazzjonijiet eliġibbli oħra jiġu valwati b’mod negattiv jew jiġu konvertiti; u

(b)

jkun soġġett għal ftehim, impenn jew dispożizzjoni ta’ subordinazzjoni vinkolanti skont liema fil-każ ta’ proċedimenti normali ta’ insolvenza, jikklassifika taħt obbligazzjonijiet eliġibbli l-oħra u ma jistax jitħallas lura sakemm l-obbligazzjonijiet eliġibbli pendenti l-oħra f’dawk il-waqt ikun ġew saldati.

15.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jirrekjedu u jivverifikaw li l-istituzzjonijiet jilħqu r-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli previsti fil-paragrafu 1 u fejn rilevanti r-rekwiżit previst fil-paragrafu 13, u għandhom jieħdu kwalunkwe deċiżjoni skont dan l-Artikolu b’mod parallel mal-iżvilupp u ż-żamma tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni.

16.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jinformaw lill-ABE bir-rekwiżit minimu għall-fondi proprja u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, u fejn rilevanti r-rekwiżit previst fil-paragrafu 13, li ġie stabbilit għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

17.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, lill-ABE għall-finijiet tal-paragrafu 16.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

18.   Abbażi tar-riżultati tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 19, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tippreżenta sal-31 ta’ Diċembru 2016 quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill proposta leġislattiva dwar l-applikazzjoni armonizzata tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. Dik il-proposta għandha tinkludi, fejn xieraq, proposti għall-introduzzjoni ta’ għadd xieraq ta’ livelli minimi tar-rekwiżit minimu b’kont meħud tal-mudelli ta’ negozju differenti ta’ istituzzjonijiet u gruppi. Il-proposta għandha tinkludi kwalunkwe aġġustament xieraq għall-parametri tar-rekwiżit minimu, u jekk meħtieġ, emendi xierqa għall-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-gruppi.

19.   L-ABE għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2016 dwar mill-inqas dan li ġej:

(a)

kif ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ġie implimentat fuq livell nazzjonali, u b’mod partikolari jekk kienx hemm diverġenzi fil-livelli stipulati għal istituzzjonijiet kumparabbli fl-Istati Membri kollha;

(b)

kif is-setgħa li titlob lill-istituzzjonijiet jilħqu r-rekwiżit minimu permezz ta’ rikapitalizzazzjoni interna kuntrattwali ġiet applikata fl-Istati Membri kollha, u jekk kienx hemm diverġenzi f’dawk l-approċċi;

(c)

l-identifikazzjoni ta’ mudelli ta’ negozju li jirriflettu l-profili ġenerali tar-riskju tal-istituzzjoni;

(d)

il-livell xieraq tar-rekwiżit minimu għal kull wieħed mill-mudelli ta’ negozju identifikati fil-punt (c);

(e)

jekk għandhiex tiġi stabbilita firxa għar-rekwiżit minimu ta’ kull mudell ta’ negozju;

(f)

il-perijodu ta’ transizzjoni xieraq li fih l-istituzzjonijiet iridu jiksbu konformità ma’ kwalunkwe livelli ta’ armonizzazzjoni preskritti;

(g)

jekk ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45 humiex biżżejjed biex jiżguraw li kull istituzzjoni għandha kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf adatta u, jekk le, liema aktar titjib huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat dak l-objettiv;

(h)

liema bidliet għall-metodoloġija ta’ kalkolu prevista f’dan l-Artikolu huma meħtieġa biex jiġi żgurat li r-rekwiżit minimu jista’ jintuża bħala indikatur xieraq tal-kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf ta’ istituzzjoni;

(i)

jekk huwiex xieraq li r-rekwiżit jiġi bbażat fuq it-total tal-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji, u b’mod partikolari jekk huwiex aktar xieraq li jintużaw l-assi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni bħala denominatur għar-rekwiżit;

(j)

jekk l-approċċ ta’ dan l-Artikolu dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal gruppi huwiex xieraq, u b’mod partikolari jekk l-approċċ jiżgurax b’mod xieraq li l-kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf fil-grupp tinsabx, jew hijiex aċċessibbli, għall-entitajiet fejn jista’ jkun hemm telf;

(k)

jekk il-kondizzjonijiet f’derogi mir-rekwiżit minimu humiex xierqa, u b’mod partikolari jekk tali derogi għandhomx ikunu disponibbli għal sussidjarji fuq bażi transkonfinali;

(l)

jekk ikunx xieraq li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu li r-rekwiżit minimu jintlaħaq permezz ta’ strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni interna kuntrattwali, u jekk tkunx xierqa aktar armonizzazzjoni tal-approċċ għal strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni interna kuntrattwali;

(m)

jekk ir-rekwiżiti għal strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni interna kuntrattwali stipulati fil-paargrafu 14 humiex xierqa; u

(n)

jekk ikunx xieraq għal istituzzjonijiet u gruppi li jintalbu jiżvelaw ir-rekwiżit minimu tagħhom għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, jew il-livell tagħhom ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, u jekk iva l-frekwenza u l-format ta’ tali informazzjoni.

20.   Ir-rapport fil-paragrafu 19 għandu jkopri tal-inqas il-perjodu mit-2 ta’ Lulju 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2016 u għandu jikkunsidra tal-inqas dan li ġej:

(a)

l-impatt tar-rekwiżit minimu, u kwalunkwe livelli armonizzati proposti tar-rekwiżit minimu, dwar:

(i)

swieq finanzjarji inġenerali u swieq għal dejn mhux assigurat u derivattivi b’mod partikolari;

(ii)

il-mudelli kummerċjali u l-istrutturi tal-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet, b’mod partikolari tal-profil ta’ finanzjament u l-istrateġija ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet, u l-istruttura legali u operazzjonali tal-gruppi;

(iii)

il-profitabbiltà tal-istituzzjonijiet, b’mod partikolari tal-ispiża ta’ finanzjament tagħhom;

(iv)

il-migrazzjoni ta’ skoperturi għal entitajiet li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni prudenzjali;

(v)

l-innovazzjoni fil-finanzjament;

(vi)

il-prevalenza tal-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni interna kuntrattwali, u n-natura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn l-istrumenti;

(vii)

imġiba tal-istituzzjonijiet fir-rigward tat-teħid tar-riskji;

(viii)

il-livell ta’ tfixkil għall-assi tal-istituzzjonijiet;

(ix)

l-azzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi, u b’mod partikolari l-punt sa fejn ir-rekwiżiti minimi ġew sodisfatti mid-diżingranaġġ tal-assi, il-ħruġ ta’ dejn dejjiemi u ż-żieda tal-kapital; u

(x)

il-livell ta’ self mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, b’enfasi partikolari fuq is-self lil impriżi żgħar ħafna, żgħar u medji, l-awtoritajiet lokali, il-gvernijiet reġjonali u entitajiet tas-settur pubbliku u fuq l-iffinanzjar tan-negozju, inkluż is-self taħt skemi uffiċjali ta’ assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni;

(b)

l-interazzjoni tar-rekwiżiti minimi bir-rekwiżiti tal-fondi proprji, proporzjon ta’ lieva u r-rekwiżiti ta’ likwidità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jżidu independentement il-kapital jew il-finanzjament mis-swieq sabiex jissodisfaw kull rekwiżit minimu armonizzat propost;

(d)

il-konsistenza mar-rekwiżiti minimi marbuta ma’ standards internazzjonali żviluppati minn fora internazzjonali.

Subtaqsima 3

Implimentazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna

Artikolu 46

Valutazzjoni tal-ammont tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jivvalutaw, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni li tikkonforma mal-Artikolu 36, l-aggregat ta’:

(a)

fejn ikun rilevanti, l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jridu jiġu mnaqqsa sabiex jiġi żgurat li l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkun żero; u

(b)

fejn ikun rilevanti, l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jridu jiġu kkonvertiti f’ishma jew tipi oħra ta’ strumenti kapitali sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ kwalunkwe wieħed minnhom:

(i)

l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; jew

(ii)

l-istituzzjoni transitorja.

2.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jeħtiġilhom jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew fejn applikabbli jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni transitorja filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ kapital mill-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 101(1) ta’ din id-Direttiva u biex tiġi sostnuta biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni transitorja u jkun possibbli li tkompli tikkonforma fuq orizzont tal-anqas ta’ sena mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE.

Fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bi ħsiebhom jużaw l-għodda ta’ separazzjoni tal-assi msemmija fl-Artikolu 42, l-ammont li bih jeħtieġ li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jqis stima prudenti tal-ħtiġijiet ta’ kapital tal-vettura tal-immaniġġjar tal-assi bħala adegwat.

3.   Fejn il-kapital ikun ġie valwat negattivament skont l-Artikoli 59 sa 62 u tkun ġiet applikata rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 43(2) u l-livell ta’ valwazzjoni negattiva ibbażata fuq il-valwazzjoni preliminari skont l-Artikolu 36 jinsab li jeċċedi r-rekwiżiti meta vvalutat kontra l-valwazzjoni definittiva skont l-Artikolu 36(10), jista’ jiġi applikat mekkaniżmu ta’ żieda fil-valur biex jitħallsu lura l-kredituri u mbagħad l-azzjonisti safejn huwa neċessarju.

4.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-valutazzjoni u l-valwazzjoni jkunu bbażati fuq informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkun aġġornata u komprensiva kemm huwa raġonevolment possibbli.

Artikolu 47

Trattament ta’ azzjonisti fir-rikapitalizzazzjoni interna jew fil-valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna fl-Artikolu 43(2) jew il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali fl-Artikolu 59, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu, fir-rigward tal-azzjonisti ’ waħda mill-azzjonijiet li ġejjin, jew it-tnejn:

(a)

jikkanċellawstrumenti ta’ sjieda eżistenti jew jittrasferixxuhom lil kredituri suġġetti għal rikapitulazzjoni interna;

(b)

bil-kundizzjoni li, skont il-valwazzjoni mwettqa taħt l-Artikolu 36, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkollha valur nett pożittiv, inaqqsu l-azzjonisti eżistenti b’riżultat tal-konverżjoni fi strumenti ta’ sjieda ta’:

(i)

strumenti kapitali rilevanti maħruġa mill-istituzzjoni skont is-setgħa msemmija fl-Artikolu 59(2); jew

(ii)

obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont is-setgħa msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 63(1).

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-konverżjoni għandha ssir b’rata ta’ konverżjoni li tnaqqas ferm il-parteċipazzjonijiet eżistenti ta’ strumenti ta’ sjieda.

2.   L-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ azzjonisti meta l-istrumenti ta’ sjieda inkwistjoni jkunu nħarġu jew ġew konferiti fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

skont il-konverżjoni ta’ strumenti tad-dejn għal strumenti ta’ sjieda skont it-termini kuntrattwali tal-istrumenti oriġinali tad-dejn fuq l-okkorrenza ta’ ġrajja li ppreċediet jew seħħet fl-istess żmien tal-valutazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) sodisfatt il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni;

(b)

skont il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont l-Artikolu 60.

3.   Meta jikkunsidraw liema azzjoni għandha tittieħed skont il-paragarfu 1, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu:

(a)

il-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36;

(b)

l-ammont li bih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat li elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandhom jitnaqqsu u strumenti kapitali rilevanti għandhom jiġu vvalutati negattivament jew konvertiti skont l-Artikolu 60(1).

(c)

l-ammont aggregat vvalutat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 46.

4.   B’deroga mill-Artikoli 22 sa 25 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit li jingħata avviż fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikoli 10(3), l-Artikolu 11(1) u (2) u l-Artikolu 12 u 13 tad-Direttiva 2014/65/UE u r-rekwiżit li jingħata avviż fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, meta l-applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali tirriżulta f’akkwist ta’ jew żieda fil-parteċipazzjoni (holding) kwalifikanti f’istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-valutazzjoni meħtieġa taħt dawk l-Artikoli fil-ħin, b’mod li ma jdewwimx l-applikazzjoni tal-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali, u ma jipprevjenix l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni milli tilħaq l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti;

5.   Jekk l-awtorità kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ma tkunx lestiet il-valutazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 4 fid-data tal-applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali, l-Artikolu 38(9) għandu japplika għal kwalunkwe akkwist jew żieda f’parteċipazzjoni kwalifikanti minn akkwirent li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew mill-konverżjoni ta’ strumenti kapitali.

6.   L-ABE għandha, sat-3 ta’ Lulju 2016, toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar iċ-ċirkostanzi li fihom tkun xierqa kull waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara li tkun kkunsidrat il-fatturi speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 48

Sekwenza ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni, soġġett għal kwalunkwe esklużjoni taħt l-Artikolu 44(2) u (3), filwaqt li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Oġġetti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jitnaqqsu skont il-punt (a) tal-Artikolu 60(1);

(b)

jekk, u biss jekk, it-total tat-tnaqqis skont il-punt(a) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali safejn ikun meħtieġ u safejn tasal il-kapaċità tagħhom;

(c)

jekk, u biss jekk, it-total tat-tnaqqis skont il-punti (a) u (b) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 2 Addizzjonali safejn ikun meħtieġ u safejn tasal il-kapaċità tagħhom;

(d)

jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali ta’ ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda u strumenti kapitali rilevanti skont il-punti (a), (b) u (c) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu sa fejn meħtieġ l-ammont prinċipali ta’ dejn subordinat li mhuwiex kapital tal-Grad Addizzjonali 1 jew 2 skont il-ġerarkija ta’ pretensjonijiet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza, flimkien mal-valwazzjoni negattiva skont il-punti (a), (b) u (c) biex jiġi prodott biex tiġi prodotta s-somma tal-ammonti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47;

(e)

jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali ta’ ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda, strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu jkun anqas mis-somma tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu sa fejn meħtieġ l-ammont prinċipali ta’, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-bqija tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-ġerarkija ta’ pretensjonijiet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza, inkluża l-klassifikazzjoni ta’ depożiti prevista fl-Artikolu 108, skont l-Artikolu 44, flimkien mal-valwazzjoni negattiva skont il-punti (a), (b), (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu biex tiġi prodotta s-somma tal-ammonti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3).

2.   Meta japplikaw is-setgħat tal-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jallokaw it-telf rappreżentat mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3) ugwalment bejn l-istrumenti ta’ sjieda u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istess livell billi jnaqqsu l-ammont prinċipali ta’, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti ta’ sjieda u l-obbligazzjonijiet eliġibbli sal-istess punt pro rata skont il-valur tagħhom minbarra fejn tiġi permessa allokazzjoni differenti tat-telf fost l-obbligazzjonijiet tal-istess livell fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 44(3).

Dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni li obbligazzjonijiet li ġew esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2) u (3) jirċievu trattament aktar favorevoli mill-obbligazzjonijiet eliġibbli li huma tal-istess livell fi proċedimenti normali ta’ insolvenza.

3.   Qabel ma japplikaw il-valwazzjoni jew konverżjoni msemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkonvertu jew inaqqsu l-ammont prinċipali fuq l-istrumenti msemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 meta dawk l-istrumenti jkun fihom it-termini li ġejjin u ma jkunux diġà ġew konvertiti:

(a)

termini li jipprevedu li l-ammont kapitali tal-istrument jitnaqqas fl-okkorrenza ta’ kwalunkwe avveniment li jirreferi għas-sitwazzjoni finanzjarja, is-solvenza jew il-livelli ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b)

termini li jipprevedu l-konverżjoni tal-istrumenti għal strumenti ta’ sjieda fl-okkorrenza ta’ tali każ.

4.   Fejn l-ammont kapitali ta’ strument ġie mnaqqas, iżda mhux għal żero, skont termini tat-tip imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 qabel l-applikazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw is-setgħat tal-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni fuq l-ammont residwu ta’ dik il-kapital skont il-paragrafu 1.

5.   Meta jiddeċiedu dwar jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jiġu valwati negattivament jew jinqalbu f’ekwità, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jaqilbu klassi waħda ta’ obbligazzjonijiet, waqt li klassi ta’ obbligazzjonijiet li tkun subordinata għal dik il-klassi tibqa’ sostanzjalment mhux maqluba f’ekwità jew valwati negattivament, sakemm ma jkunx permess mod ieħor skont l-Artikolu 44(2) u (3).

6.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għal kwalunkwe interpretazzjoni marbuta mar-relazzjoni reċiproka bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u dawk tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 49

Derivattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jiġu segwiti meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni f’rabta ma’ obbligazzjoni li tirriżulta minn derivattiv biss malli jingħalqu d-derivattivi jew wara li jingħalqu. Mad-dħul fir-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jingħataw is-setgħa li jtemmu u jagħlqu kwalunkwe kuntratt ta’ derivattivi għal dak l-iskop.

Fejn obbligazzjoni ta’ derivattiv tkun ġiet eskluża mill-applikazzjoni tal-għodda ta’ kapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni m’għandhomx ikunu obbligati li jtemmu jew jagħlqu l-kuntratt tad-derivattivi.

3.   Fejn transazzjonijiet derivattivi jkunu soġġetti għal ftehim ta’ netting, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew evalwatur indipendenti għandu jiddetermina bħala parti mill-valwazzjoni skont l-Artikolu 36 l-obbligazzjoni li tirriżulta minn dawk it-transazzjonijiet fuq bażi netta skont it-termini tal-ftehim.

4.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-valur tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi skont dan li ġej:

(a)

metodoloġiji xierqa għad-determinazzjoni tal-valur ta’ klassijiet ta’ derivattivi, inklużi tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal ftehimiet ta’ netting;

(b)

prinċipji biex jiġi stabbilit il-waqt rilevanti li fih għandu jiġi stabbiliti l-valur ta’ pożizzjoni ta’ derivattiv; u

(ba)

metodoloġiji xierqa biex titqabbel il-qerda tal-valur li tirriżulta mill-għeluq u r-rikapitalizzazzjoni interna ta’ derivattivi mal-ammont ta’ telf li jiġġarrab minn derivattivi f’rikapitalizzazzjoni interna.

5.   L-ABE, wara li tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea Superviżorja (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“ESMA”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji u l-prinċipji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jinħolqu mid-derivattivi:

Fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet derivattivi li jkunu suġġetti għal ftehim ta’ netting, l-ABE għandha tikkunsidra l-metodoloġija għall-konklużjoni stabbilita fil-ftehim ta’ netting.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Jannar 2016.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 50

Rata tal-konverżjoni tad-dejn f’ekwità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat speċifikati fl-Artikolu 59(3) u l-punt (f) tal-Artikolu 63(1), huma jkunu jistgħu japplikaw rata ta’ konverżjoni differenti għal klassijiet differenti ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet f’konformità ma’ wieħed mill-prinċipji msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, jew mat-tnejn.

2.   Ir-rata tal-konverżjoni għandha tirrappreżenta kumpens xieraq lill-kreditur affettwat għal kwalunkwe telf imġarrab permezz tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni.

3.   Meta jiġu applikati rati differenti ta’ konverżjoni skont il-paragrafu 1, ir-rata ta’ konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet meqjusin bħala preferenzjali taħt il-liġi tal-insolvenza applikabbli għandha tkun ogħla mir-rata ta’ konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet subordinati.

4.   L-ABE għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-iffissar tar-rati ta’ konverżjoni.

Dawk il-linji gwida għandhom jindikaw, partikolarment, kif kredituri affettwati jistgħu jiġu kkumpensati b’permezz tar-rata tal-konverżjoni, u r-rati tal-konverżjoni relattivi li jistgħu jkunu xierqa biex jirriflettu l-prijorità ta’ obbligazzjonijiet ta’ preferenza skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli.

Artikolu 51

Miżuri ta’ rkupru u riorganizzazzjoni li jakkumpanjaw rikapitalizzazzjoni interna

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni japplikaw l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna biex jirrikapitalizzaw istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 43(2), jiġu adottati arranġamenti biex jiġi żgurat li jitfassal u jiġi implimentat pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għal dik l-istituzzjoni jew entità f’konformità mal-Artikolu 53.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinkludu l-ħatra mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) bil-għan li tfassal u timplimenta l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju meħtieġ mill-Artikolu 52.

Article 52

Pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fi żmien xahar wara l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fuq istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) skont il-punt (a) tal-Artikolu 43(2), il-korp maniġerjali jew l-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) għandhom iħejju u jippreżentaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu. Fejn ikun applikabbli l-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali pjan ikun kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni skont dak il-qafas.

2.   Meta l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna fil-punt (a) tal-Artikolu 43(2) tiġi applikata għal żewġ jew aktar entitajiet fi gruppi, il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jitħejja mill-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni u jkopri l-istituzzjonijiet kollha fil-grupp f’konformità mal-proċedura speċifikata fl-Artikoli 7 u 8 u jiġi preżentat lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp għandha tikkomunika l-pjan lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra kkonċernati u lill-ABE.

3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u jekk ikun neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tipproroga l-perjodu fil-paragrafu 1 sa massimu ta’ xahrejn mill-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna.

Fejn ikun meħtieġ li l-pjan tar-riorganizzazzjoni tan-negozju jiġi nnotifikat fl-ambitu tal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tipproroga l-perjodu fil-paragrafu 1 sa massimu ta’ xahrejn mill-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew sal-iskadenza stipulata taħt il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, skont liema jaħbat l-ewwel.

4.   Pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jistabbilixxi miżuri bil-għan li jerġa’ jġib l-vijabbiltà fuq perjodu fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew partijiet min-negozju tagħha fi żmien raġonevoli. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tas-suq li fihom topera l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, l-istat attwali tas-swieq finanzjarji kif ukoll il-prospetti futuri tagħhom, u jirrifletti s-suppożizzjonijet l-aktar ottimisti kif ukoll l-aktar pessimisti, inkluża kombinazzjoni ta’ avvenimenti li tippermetti l-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet prinċipali tal-istituzzjoni. Is-suppożizzjonijiet għandhom jitqabblu ma’ punti ta’ referenza xierqa u għas-settur kollu.

5.   Pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu mill-inqas jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

djanjosi dettaljata tal-fatturi u l-problemi li kkawżaw lill-istituzzjoni jew lill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tfalli jew probabbli tfalli, u ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tagħha;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri bil-għan li terġa’ tinġieb il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li għandhom jiġu adottati;

(c)

skeda għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

6.   Il-miżuri bil-għan li terġa’ tinġieb il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jistgħu jinkludu:

(a)

ir-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b)

bidliet fis-sistemi operattivi u fl-infrastruttura fl-istituzzjoni;

(c)

l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf;

(d)

ir-ristrutturar ta’ attivitajiet eżistenti li jistgħu jsiru kompetittivi;

(e)

il-bejgħ ta’ assi jew linji ta’ negozju.

7.   Fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandha tivvaluta l-probabbilità li l-pjan, jekk jiġi implimentat, se jerġa’ jġib il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1). Il-valutazzjoni għandha titlesta bi qbil mal-awtorità kompetenti rilevanti.

Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti jkunu sodisfatti li l-pjan jilħaq dak l-għan, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tapprova l-pjan.

8.   Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx sodisfatta li l-pjan jilħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 7, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, bi qbil mal-awtorità kompetenti, tinnotifika lill-korp maniġerjali jew lill-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) dwar it-tħassib tagħha u teħtieġ l-emenda tal-pjan b’mod li jindirizza dan it-tħassib.

9.   Fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċezzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8, il-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni pjan emendat lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-pjan emendat, u għandha tinnotifika lill-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) fi żmien ġimgħa jekk hijiex sodisfatta li l-pjan, kif emendat, jindirizza t-tħassib innotifikat jew jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri.

10.   Il-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) għandhom jimplimentaw il-pjan ta’ riorganizzazzjoni kif miftiehem mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u mal-awtorità kompetenti, u għandhom iressqu rapport mill-inqas kull sitt xhur għand l-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan.

11.   Il-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) għandhom jirrevedu l-pjan jekk, fl-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni bil-qbil tal-awtorità kompetenti, dan ikun meħtieġ biex jinkiseb l-għan imsemmi fil-paragrafu 2, u għandu jissottometti kwalunkwe reviżjoni bħal din lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni għall-approvazzjoni.

12.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar:

(a)

l-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 5; u

(b)

il-kontenut minimu tar-rapporti skont il-paragrafu 10.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Jannar 2016.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

13.   L-ABE għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 bil-għan li jispeċifikaw il-kriterji minimi li pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 7.

14.   B’kont meħud tal-esperjenza miksuba, fejn xieraq, fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 13, l-ABE tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji bil-għan li jiġu sodisfatti ulterjorment il-kriterji minimi li pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 7.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Subtaqsima 4

Għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna: dispożizzjonijiet anċillari

Artikolu 53

Effett tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni teżerċita setgħa msemmija fl-Artikolu 59(2) u fil-punti (e) sa (i) tal-Artikolu 63(1), it-tnaqqis fil-kapital jew fl-ammont pendenti dovut, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni jidħlu fis-seħħ u jkunu immedjatament vinkolanti fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-kredituri u l-azzjonisti affettwati.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha s-setgħa li tlesti jew li titlob it-tlestija tal-kompiti amministrattivi u proċedurali kollha meħtieġa biex jagħtu effett lill-eżerċizzju ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 59(2) u fil-punti (e) sa (i) tal-Artikolu 63(1), inkluż:

(a)

l-emenda tar-reġistri rilevanti kollha;

(b)

it-tneħħija mill-elenkar jew it-tneħħija mill-kummerċ ta’ strumenti ta’ sjieda jew strumenti ta’ dejn;

(c)

l-elenkar jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta’ strumenti ta’ sjieda ġodda;

(d)

l-elenkar mill-ġdid jew l-ammissjoni mill-ġdid ta’ kwalunkwe strument ta’ dejn li ġie valwat negattivament, mingħajr ir-rekwiżit għall-ħruġ ta’ prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).

3.   Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tnaqqas għal żero l-ammont kapitali prinċipali ta’, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta’ obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 63(1), dik l-obbligazzjoni u kwalunkwe obbligu jew pretensjoni li tirriżulta f’relazzjoni magħha li mhumiex dovuti fil-mument meta tiġi eżerċitata s-setgħa għandhom jiġu ttrattati bħala mħallsa għal għanijiet kollha, u ma għandhomx ikun jistgħu jiġu ppruvati fi kwalunkwe proċedura sussegwenti fir-rigward l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe entità suċċessur fi kwalunkwe stralċ sussegwenti.

4.   Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tkun naqqset parzjalment, imma mhux għal kollox, l-ammont kapitali ta’, jew l-ammont pagabbli pendenti fir-rigward ta’ obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 63(1):

(a)

l-obbligazzjoni għandha tiġi meħlusa sal-punt tal-ammont imnaqqas;

(b)

l-istrument rilevanti jew il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont kapitali residwu, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-obbligazzjoni, soġġett għal kwalunkwe modifika tal-ammont tal-interess pagabbli biex tirrifletti t-tnaqqis tal-ammont kapitali, u kwalunkwe modifika ulterjuri fit-termini li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’ tagħmel permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 63(1).

Artikolu 54

Tneħħija ta’ impedimenti proċedurali għar-rikapitalizzazzjoni interna

1.   Mingħajr preġudizzju għall-punt (i) tal-Artikolu 63(1), l-Istati Membri għandhom, fejn applikabbli, jeħtieġu lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) iżommu l-ħin kollu ammont suffiċjenti ta’ kapital azzjonarju awtorizzat jew strumenti oħrajn tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, sabiex, fil-każ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat imsemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 63(1) fir-rigward ta’ istituzzjoni jew ta’ entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha, l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tkunx prevenuta milli toħroġ biżżejjed strumenti ta’ sjieda ġodda biex tiżgura li l-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f’ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda tista’ titwettaq b’mod effikaċi.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw jekk huwiex xieraq li jiġi impost ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 fil-każ ta’ istituzzjoni jew ta’ entità partikolari msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fil-kuntest tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni għal dik l-istituzzjoni jew dak il-grupp, wara li jikkunsidraw, b’mod partikolari, l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni kkontemplati f’dak il-pjan. Jekk il-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi l-applikazzjoni possibbli tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet għandhom jivverifikaw li l-kapital azzjonarju awtorizzat jew strumenti oħrajn tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ikunu suffiċjenti biex ikopru t-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3)

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma hemm l-ebda impediment proċedurali għall-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet fi strumenti ta’ sjieda eżistenti permezz tal-istrumenti tagħhom ta’ inkorporazzjoni jew statuti, inkluż drittijiet ta’ prelazzjoni għall-azzjonisti jew rekwiżiti għall-kunsens tal-azzjonisti biex jiżdied il-kapital.

4.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal emendi fid-Direttivi 82/891/KEE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE u 2012/30/UE stabbiliti fit-Titolu X ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 55

Rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li jinkludu terminu kuntrattwali li biha il-kreditur jew il-parti fil-ftehim li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxu li tista’ tiġi soġġetta għal setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni u jaqblu li jkunu marbuta bi kwalunkwe tnaqqis fil-kapital jew l-ammont pendenti dovuti, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni li jseħħu bl-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni,: sakemm li tali obbligazzjoni’

(a)

ma tkunx eskluża taħt l-Artikolu 44(2);

(b)

ma tkunx depożitu msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 108;

(c)

tkun regolata mil-liġi ta’ pajjiż terz; u

(d)

tkun maħruġa jew magħmula wara d-data li fiha Stat Membru japplika d-dispożizzjonijiet adottati sabiex issir traspożizzjoni ta’ din it-Taqsima.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru tiddetermina li l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu suġġetti għal setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni min-naħa ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru skont il-liġi tal-pajjiż terz jew skont ftehim vinkolanti konkluż ma’ tali pajjiż terz.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jesiġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jagħtu lill-awtoritajiet opinjoni ġuridika marbuta mal-eżegwibbiltà u l-effikaċja ġuridika ta’ terminu bħal dan.

2.   Jekk istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tonqos milli tinkludi fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti t-terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, dak in-nuqqas ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni milli teżerċita s-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni fir-rigward ta’ dik l-obbligazzjoni.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji bil-għan li tiddetermina ulterjorment il-lista ta’ obbligazzjonijiet li għalihom tapplika l-esklużjoni tal-paragrafu 1, u l-kontenut tat-terminu meħtieġ f’ dak il-paragrafu, fid-dawl tad-diversimudelli operatorji tal-banek.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 56

Għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju permezz ta’ għodod ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 37(10) u l-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, għall-fini ta’ parteċipazzjoni fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), anki permezz ta’ intervent dirett sabiex jiġi evitat l-istralċ tagħha, bil-għan li jiġu sodisfatti l-objettivi għar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) b’rabta mal-Istat Membru jew mal-Unjoni fit-totalità tagħha. Tali azzjoni għandha titwettaq taħt it-tmexxija tal-ministeru kompetenti jew tal-gvern f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

2.   Sabiex jingħata effett lill-għodda governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jew il-ministeri kompetenti jew tal-gvernijiet tagħhom ikollhom is-setgħat ta’ riżoluzzjoni rilevanti kif speċifikati fl-Artikoli 63 sa 72, kif ukoll jiggarantixxu li l-Artikolu 66, 68, 83 u 117 japplikaw.

3.   L-għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja għandhom jintużaw meta jkun falla kull tentattiv ieħor wara li jkunu ġew ivvalutati u sfruttati l-għodod ta’ riżoluzzjoni l-oħra sal-livell massimu prattikabbli filwaqt li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, kif determinat mill-ministeru kompetenti jew il-gvernt wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

4.   Fl-applikazzjoni tal-għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ministeri kompetenti jew il-gvernijiet tagħhom u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni japplikaw l-għodod biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 32(1) kif ukoll tiġi sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali u mal-awtorità kompetenti, jiddeterminaw li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni ma tkunx biżżejjed biex ikunu evitati effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja;

(b)

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni ma tkunx biżżejjed biex tħares l-interessi pubbliċi, meta l-assistenza ta’ likwidità straordinarja mill-bank ċentrali tkun diġà ngħatat preċedentement lill-istituzzjoni;

(c)

fir-rigward tal-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja, il-ministeru kompetenti jew il-gvern, wara li ssir konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jiddetermina li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni ma tkunx biżżejjed biex tħares l-interessi pubbliċi, meta l-appoġġ ta’ ekwità pubblika permezz tal-istrument ta’ appoġġ pubbliku ta’ ekwità jkun diġà ngħata preċedentement lill-istituzzjoni.

5.   L-għodod ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja għandhom jikkonsistu fis-segwenti:

(a)

l-għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità kif imsemmija fl-Artikolu 57;

(b)

l-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja kif imsemmija fl-Artikolu 58.

Artikolu 57

Għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità

1.   L-Istati Membri jistgħu, fir-rispett tad-dritt soċjetarju nazzjonali, jipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva billi jfornu kapital lil din tal-aħħar bħala skambju għall-istrumenti li ġejjin, suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a)

strument tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b)

strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, jew strumenti tal-Grad 2.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sa fejn ikun permess mill-kwota tal-azzjonarjat tagħhom f’istituzzjoni jew f’entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), li tali istituzzjonijiet jew entitajiet sottoposti għall-għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità skont dan l-Artikolu jkunu ġestiti fuq bażi kummerċjali u professjonali.

3.   Fejn Stat Membru jforni l-għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità skont dan l-Artikolu, għandu jiżgura li s-sehem tiegħu fl-istituzzjoni jew fl-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jiġi trasferit lis-settur privat malli ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji jippermettu.

Artikolu 58

Għodda ta’ sjieda pubblika temporanja

1.   L-Istati Membri jistgħu jissottoponu istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għal sjieda pubblika temporanja.

2.   Għal dak il-għan Stat Membru jista’ jagħmel ordni wieħed jew aktar ta’ trasferiment tal-ishma li fiha ċ-ċessjonarju jkun:

(a)

rappreżentant tal-Istat Membru; jew

(b)

kumpanija ta’ proprjetà sħiħa ta’ Stat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) sottoposti għall-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja skont dan l-Artikolu jkunu ġestiti fuq bażi kummerċjali u professjonali u jkunu trasferiti lis-settur privat malli ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji jippermettu.

KAPITOLU V

Valwazzjoni negattivatal-istrumenti kapitali

Artikolu 59

Rekwiżit għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta’ strumenti kapitali

1.   Is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti tista’ tiġi eżerċitata:

(a)

indipendentement mill-azzjoni ta’ riżoluzzjoni; jew

(b)

flimkien ma’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni, meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32 u 33.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jivvalwaw negattivament l-istrumenti kapitali rilevanti jew jikkonvertuhom fi strumenti ta’ sjieda ta’ istituzzjonijiet u ta’ entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).

3.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni, skont l-Artikolu 60 u mingħajr dewmien, fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti maħruġa minn istituzzjoni jew minn entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) meta waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin japplikaw:

(a)

meta d-determinazzjoni tkun saret li l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32 u 33 kienu ġew sodisfatti, qabel ma tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni;

(b)

l-awtorità xierqa tiddetermina li jekk dik is-setgħa ma tiġix eżerċitata fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti, l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tibqax aktar vijabbli;

(c)

fil-każ ta’ strumenti kapitali rilevanti maħruġa minn sussidjarja u fejn dawk l-istrumenti kapitali huma rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-sussidjarja jagħmlu determinazzjoni konġunta li tieħu l-għamla ta’ deċiżjoni konġunta f’konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) li sakemm ma tiġix eżerċitata s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;

(d)

il-każ ta’ strumenti kapitali rilevanti maħruġa fil-livell tal-impriża prinċipali u fejn dawk l-istrumenti kapitali jkunu rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali fil-livell tal-impriża prinċipali jew fuq bażi konsolidata, u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħmel determinazzjoni li sakemm is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti, il-grupp mhux ser jibqa’ aktar vijabbli;

(e)

l-appoġġ pubbliku finanzjarju straordinarju huwa meħtieġ mill-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ħlief fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li jidhru fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 32(4).

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew grupp għandu jitqies li mhux aktar vijabbli biss jekk iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew il-grupp qed ifalli jew x’aktarx ifalli;

(b)

b’kont meħud taż-żmien u taċ-ċirkostanzi l-oħra rilevanti, ma hemm ebda prospett raġonevoli li xi azzjoni, inklużi miżuri alternattivi mis-settur privat jew azzjoni ta’ superviżjoni (inklużi l-miżuri ta’ intervent bikri), minbarra l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali, indipendentement jew flimkien ma’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni, tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew tal-grupp fi żmien raġonevoli.

5.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għandha titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli jekk isseħħ waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 32(4).

6.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, grupp għandu jitqies li qed ifalli jew x’aktarx ifalli meta l-grupp jikser jew jissussistu elementi oġġettivi li jsostnu d-determinazzjoni li l-grupp, fil-futur qrib, ser jikser ir-rekwiżiti prudenzjali konsolidati tiegħu b’mod li jiġġustifika l-azzjoni mill-awtorità kompetenti inkluż iżda mhux limitat għar-raġuni li l-grupp ikun ġarrab jew x’aktarx ser iġarrab telf li ser inaqqas il-fondi proprji tagħha kollha jew ammont sinifikattiv minnhom.

7.   Strument kapitali rilevanti maħruġ minn sussidjarja ma għandux jiġi valwat negattivament sa punt ulterjuri jew jiġi konvertit skont termini agħar skont il-punt (c) tal-paragrafu 3 aktar minn kemm ġew valwati negattivament jew konvertiti strumenti kapitali tal-istess klassifikazzjoni fil-livell tal-impriża prinċipali.

8.   Fejn awtorità xierqa tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, hi għandha immedjatament tinnotifika l-awtorità ta’ riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni jew għall-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) inkwistjoni, jekk differenti.

9.   Qabel tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ sussidjarja li toħroġ l-istrumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, l-awtorità xierqa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ notifika u konsultazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 62.

10.   Qabel ma jeżerċitaw is-setgħa li jiġu valwati negattivament l-istrumenti kapitali jew jiġu konvertiti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) skont l-Artikolu 36. Dik il-valwazzjoni se tkun il-bażi tal-kalkolu tal-valwazzjoni negattiva li għandu jiġi applikat lill-istrumenti kapitali rilevanti sabiex jiġi assorbit it-telf u l-livell ta’ konverżjoni li għandu jiġi applikat lill-istrumenti kapitali rilevanti għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

Artikolu 60

Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali

1.   Fl-osservanza tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 59, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni skont il-prijorità tal-pretensjonijiet taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, b’mod li jipproduċi r-riżultati li ġejjin:

(a)

l-elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jitnaqqsu l-ewwel, fi proporzjon tat-telf u sal-estent tal-kapaċità tagħhom u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tieħu waħda mill-azzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 47(1), jew it-tnejn li huma, fir-rigward tad-detenturi ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b)

l-ammont kapitali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 31 jew sal-estent tal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti, skont liema huwa inqas;

(c)

l-ammont kapitali tal-istrumenti tal-Grad 2 Addizzjonali jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 31 jew sal-estent tal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti, skont liema huwa inqas;

2.   Meta l-ammont prinċipali ta’ strument kapitali rilevanti jiġi valwat negattivament:

(a)

it-tnaqqis ta’ dak l-ammont kapitali għandu jkun permanenti soġġett għal kwalunkwe valwazzjoni pożittiva skont il-mekkaniżmu ta’ rimborż taħt l-Artikolu 46(3);

(b)

l-ebda obbligazzjoni lejn id-detentur tal-istrument kapitali rilevanti ma għandha tibqa’ taħt jew marbuta mal-ammont tal-istrument li jkun ġie valwat negattivament, ħlief għal xi obbligazzjoni diġà dovuta, u kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta’ appel li jikkontesta l-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa tal-valwazzjoni negattiva.

(c)

ebda kumpens ma jitħallas lil ebda detentur tal-istrumenti kapitali rilevanti għajr skont il-paragrafu 3.

Il-punt (b) ma għandux jimpedixxi l-forniment ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni lil detentur ta’ strumenti kapitali rilevanti skont il-paragrafu 3.

3.   Biex issir konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) joħorġu strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni lid-detenturi tal-istrumenti kapitali rilevanti. L-istrumenti kapitali rilevanti jistgħu jiġu konvertiti biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jinħarġu mill-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew minn impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew mill-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), bil-qbil tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew, fejn rilevanti, tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-impriża prinċipali;

(b)

dawk l-strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta’ strumenti ta’ sjieda minn dik l-istituzzjoni jew minn dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għall-finijiet tal-għoti ta’ fondi proprji mill-Istat jew entità governattiva;

(c)

dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jingħataw u jiġu ttrasferiti mingħajr dewmien wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ konverżjoni;

(d)

ir-rata ta’ konverżjoni li tiddetermina l-għadd ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jiġu pprovduti fir-rigward ta’ kull strument kapitali rilevanti tikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 50 u ma’ kwalunkwe linja gwida żviluppata mill-ABE skont l-Artikolu 50(4).

4.   Għall-finijiet tal-forniment ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex f’kull ħin iżommu l-awtorizzazzjoni meħtieġa minn qabel biex joħorġu l-għadd rilevanti ta’ strumenti fil-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

5.   Fejn istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika strument ta’ riżoluzzjoni lil dik l-istituzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 59(3) qabel tapplika l-għodda ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 61

Awtoritajiet responsabbli mid-determinazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 59(3) huma dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnomina fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-awtorità xierqa li ser ikollha r-responsabbiltà li tagħmel determinazzjonijiet skont l-Artikolu 59. L-awtorità xierqa tista’ tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 32.

3.   Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti huma rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3) ta’ din id-Direttiva għandha tkun l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ġiet awtorizzata skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.   Fejn strumenti kapitali rilevanti jinħarġu minn istituzzjoni jew minn entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tkun sussidjarja u jkunu rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 59(1) għandha tkun:

(a)

l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li ħarġet dawk l-istrumenti ġiet stabbilita skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tkun responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) tal-Artikolu 59(3) ta’ din id-Direttiva;

(b)

l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva li ħarġet dawk l-istrumenti ġiet stabbilita skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tkun responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni konġunta li tieħu l-għamla ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 59(3) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 62

Applikazzjoni konsolidata: proċedura għad-determinazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel jagħmlu determinazzjoni kif imsemmi fil-punt (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3) fir-rigward ta’ sussidjarja li toħroġ l-istrumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, l-awtoritajiet xierqa jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

awtorità xierqa li tkun qed tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punt (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3) tinnotifika, mingħajr dewmien, lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u, jekk differenti, lill-awtorità xierqa fl-Istat Membru fejn jinsab is-superviżur tal-konsolidazzjoni;

(b)

awtorità xierqa li tkun qed tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 59(3) tinnotifika, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti responsabbli għal kull istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li ħarġet l-istrumenti kapitali rilevanti li fir-rigward tagħhom trid tiġi eżerċitata s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni kieku ssir dik id-determinazzjoni, u, jekk differenti, lill-awtorità xierqa fl-Istat Membru fejn jinsabu tali awtoritajiet kompetenti u s-superviżur tal-konsolidazzjoni.

2.   Meta jagħmlu determinazzjoni msemmija fil-punt (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3) fil-każ ta’ istituzzjoni jew grupp b’attività transkonfinali, l-awtoritajiet xierqa għandhom iqisu l-impatt potenzjali tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha fejn l-istituzzjoni jew il-grupp joperaw.

3.   Awtorità xierqa għandha takkumpanja notifika magħmula skont il-paragrafu 1 bi spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex qed tikkunsidra tagħmel id-determinazzjoni inkwistjoni.

4.   Fejn tkun saret notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità xierqa, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet innotifikati, għandha tivvaluta l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk hijiex disponnibbli miżura alternattiva għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni f’konformità mal-Artikolu 59(3);

(b)

jekk tali miżura alternattiva hija disponibbli, jekk tistax tiġi applikata b’mod vijabbli;

(c)

jekk tali miżura alternattiva tista’ tiġi applikata b’mod vijabbli, jekk hemmx prospett realistiku li dan jindirizza, f’limitu ta’ żmien adegwat, iċ-ċirkostanzi li altrimenti jkunu jeħtieġu li ssir determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3).

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, miżuri alternattivi tfisser miżuri ta’ intervent bikri msemmija fl-Artikolu 27 ta’ din id-Direttiva, miżuri msemmija fl-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jew trasferiment ta’ fondi jew kapital mill-impriża prinċipali.

6.   Fejn, skont il-paragrafu 4, l-awtorità xierqa, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet innotifikati, tivvaluta li miżura alternattiva waħda jew aktar huma disponibbli, jistgħu jiġu applikati b’mod vijabbli u jwasslu għall-eżitu msemmi fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu, għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jiġu applikati.

7.   Fejn, f’każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità xierqa, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet innotifikati, tivvaluta li ma hija disponibbli l-ebda miżura alternattiva li twassal għall-eżitu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 4, l-awtorità xierqa għandha tiddeċiedi jekk id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3) li qed jiġi kkunsidrat hijiex xierqa.

8.   Fejn awtorità xierqa tiddeċiedi li tagħmel determinazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 59(3), hija għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri li fihom jinsabu s-sussidjarji milquta u d-determinazzjoni għandha tieħu l-għamla ta’ deċiżjoni konġunta kif imniżżel fl-Artikolu 92(3) u (4). Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta ma għandha ssir l-ebda determinazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 59(3).

9.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn jinsablu kull waħda mis-sussidjarji milquta għandhom fil-pront jimplimentaw deċiżjoni għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni tal-istrumenti kapitali, meħuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu, wara li jqisu kif xieraq l-urġenza taċ-ċirkostanzi.

KAPITOLU VI

Setgħat ta’ riżoluzzjoni

Artikolu 63

Setgħat ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat kollha neċessarji biex japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet u għall-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li jissodisfaw il-kondizzjonijiet applikabbli għal riżoluzzjoni. Partikolarment, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat ta’ riżoluzzjoni li ġejjin, li jistgħu jeżerċitaw individwalment jew b’mod konġunt:

(a)

is-setgħa li jitolbu lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rikjesta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tiddeċiedi u tipprepara azzjoni ta’ riżoluzzjoni, inklużi aġġornamenti u supplimenti ta’ informazzjoni pprovduta fil-pjani ta’ riżoluzzjoni u inkluż li jirrikjedu informazzjoni li tingħata permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post;

(b)

is-setgħa li jieħdu kontroll ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u li jeżerċitaw id-drittijiet u s-setgħat kollha konferiti fuq l-azzjonisti, is-sidien oħrajn u l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(c)

is-setgħa li jittrasferixxu strumenti ta’ sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d)

is-setgħa li jittrasferixxu lil entità oħra, bil-kunsens ta’ dik l-entità, drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(e)

is-setgħa li jnaqqsu, inkluż li jnaqqsu għal żero, l-ammont kapitali ta’ jew l-ammont pendenti dovut fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(f)

is-setgħa li jikkonvertu obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi strumenti ta’ sjieda ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), istituzzjoni prinċipali rilevanti jew istituzzjoni tranżitorja li fiha jiġu trasferiti assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(g)

is-setgħa li jikkanċellaw strumenti ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ħlief għal obbligazzjonijiet iggarantiti soġġett għall-Artikolu 44(2);

(h)

is-setgħa li jnaqqsu, inkluż inaqqsu sa żero, l-ammont nominali ta’ strumenti ta’ sjieda ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u li jikkanċellaw tali strumenti ta’ sjieda;

(i)

is-setgħa li jesiġu istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni prinċipali rilevanti biex toħroġ strumenti ta’ sjieda ġodda, jew strumenti kapitali oħra, inklużi ishma privileġġati u strumenti konvertibbli kontinġenti;

(j)

is-setgħa li jemendaw jew jibdlu l-maturità ta’ strumenti ta’ dejn u obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew jemendaw l-ammont ta’ mgħax pagabbli fl-ambitu ta’ dawn l-istrumenti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn, jew id-data li fiha l-imgħax isir pagabbli, inkluż billi jissospendu l-ħlas għal perjodu temporanju, għajr għall-obbligazzjonijiet iggarantiti soġġetti għall-Artikolu 44(2);

(k)

is-setgħa li jingħalqu u jitterminaw kuntratti finanzjarji jew kuntratti ta’ derivati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 49;

(l)

is-setgħa li jneħħu jew jibdlu l-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(m)

is-setgħa li jesiġu li l-awtorità kompetenti tivvaluta x-xerrej ta’ holding kwalifikanti fil-ħin permezz ta’ deroga mill-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/65/UE.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jkunu soġġetti għall-ebda rekwiżit li ġejjin, li kieku jkunu japplikaw minħabba d-dritt nazzjonali jew kuntratti jew xort’oħra:

(a)

soġġett għall-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 85(1), ir-rekwiżiti li jiksbu approvazzjoni jew kunsens mingħand kwalunkwe persuna kemm pubblika jew privata, inklużi l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b)

qabel l-eżerċizzju tas-setgħa, ir-rekwiżiti proċedurali li jinnotifikaw kwalunkwe persuna inkluż kwalunkwe rekwiżit ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż jew prospett jew ta’ ffajljar jew reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe dokument ma’ kwalunkwe awtorità oħra.

B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat skont dan l-Artikolu irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni fuq, jew rekwiżit għal kunsens, trasferiment tal-istrumenti finanzjarji, drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet inkwistjoni li li kieku jistgħu japplikaw.

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huwa mingħajr ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 81 u 83 u kwalunkwe rekwiżit ta’ notifika taħt il-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn kwalunkwe waħda mis-setgħat elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx applikabbli għal entità fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva b’riżultat tal-forma ġuridika speċifika tiegħu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom setgħat li huma kemm jista’ jkun simili inklużi f’termini tal-effetti tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat skont il-paragrafu 3, is-salvagwardji previsti f’din id-Direttiva, jew is-salvagwardji li jwasslu għall-istess effett, għandhom japplikaw għall-persuni milquta, inklużi l-azzjonisti, il-kredituri u l-kontropartijiet.

Artikolu 64

Setgħat anċillari

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jeżerċitaw setgħa ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa biex:

(a)

soġġett għall-Artikolu 78, jipprovdu li t-trasferiment rilevanti jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti; għal dak l-iskop, kull dritt għal kumpens skont din id-Direttiva ma jitqiesx bħala obbligazzjoni jew tfixkil;

(b)

ineħħu d-drittijiet għall-akkwist ta’ aktar strumenti ta’ sjieda;

(c)

jesiġu li l-awtorità rilevanti twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat fl-elenkar uffiċjali ta’ strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

(d)

jipprovdu li r-riċevitur jiġi trattat bħallikieku kien l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għall-finijiet ta’ kwalunkwe dritt jew obbligu ta’, jew azzjoni meħuda minn, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, inkluż, soġġett għall-Artikolu 38 u 40, kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f’infrastruttura tas-suq;

(e)

jeħtieġu lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew lir-riċevitur jipprovdi lill-parti l-oħra b’informazzjoni u assistenza; u

(f)

jikkanċellaw jew jimmodifikaw it-termini ta’ kuntratt li għalih l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun parti jew jissostitwixxu riċevitur bħala parti.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 1 fejn huwa meqjus mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li jkun xieraq li tgħin biex jiġi żgurat li azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun effettiva jew biex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-għanijiet ta’ riżoluzzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jeżerċitaw setgħa ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jipprovdu għal arranġamenti ta’ kontinwazzjoni biex jiżguraw li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun effettiva u, fejn rilevanti, in-negozju ttrasferit jista’ jkun operat mir-riċevitur. Arranġamenti ta’ kontinwazzjoni bħal dawn għandhom jinkludu, partikolarment:

(a)

il-kontinwazzjoni ta’ kuntratti konklużi mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex ir-riċevitur jassumi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni relatati ma’ kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti u hija sostitwita għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, kemm jekk espressament jew impliċitament, fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;

(b)

is-sostituzzjoni tar-riċevitur mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe proċedura ġudizzjarja li jirrelataw ma’ kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti.

4.   Is-setgħat fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 3 ma għandhomx jaffettwaw dan li ġej:

(a)

id-dritt ta’ impjegat tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li jittermina kuntratt ta’ impjieg;

(b)

soġġett għall-Artikoli 69, 70 u 71, kwalunkwe dritt ta’ parti ta’ kuntratt li teżerċita drittijiet skont il-kuntratt, inkluż id-dritt li ttemm, fejn intitolata tagħmel hekk skont it-termini tal-kuntratt minħabba att jew ommissjoni mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni qabel it-trasferiment rilevanti, jew mir-riċevitur wara t-trasferiment rilevanti.

Artikolu 65

Setgħa li jkun meħtieġ il-forniment ta’ servizzi u faċilitajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jesiġu istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet fil-grupp tagħha, inkluż fejn tkun soġġetta għal proċeduri normali ta’ insolvenza, u kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni, biex tipprovdi kwalunkwe servizz jew faċilità li huma neċessarji biex jippermettu lil riċevitur jopera b’mod effettiv in-negozju ttrasferit lilu.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika anki meta l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-entità fi grupp rilevanti tkun daħlet fi proċeduri normali ta’ insolvenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom ikollhom setgħat jinfurzaw l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, minn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi Stati Membri oħra fuq entitajiet fi grupp stabbiliti fit-territorju tagħhom.

3.   Is-servizzi u l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ristretti għal servizzi operazzjonali u faċilitajiet u ma jinkludu l-ebda forma ta’ għajnuna finanzjarja.

4.   Is-servizzi u l-faċilitajiet ipprovduti skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu skont it-termini li ġejjin:

(a)

fejn is-servizzi u l-faċilitajiet kienu pprovduti fl-ambitu ta’ ftehim lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni immedjatament qabel ittieħdet l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni u għad-durata tal-ftehim, fuq l-istess termini;

(b)

fejn ma jeżisti l-ebda ftehim jew fejn il-ftehim ikun skada, f’termini raġonevoli.

5.   L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tiġi speċifikata l-lista minima ta’ servizzi jew faċilitajiet li huma meħtieġa biex riċevitur ikun jista’ effettivament jopera negozju trasferit lilu.

Artikolu 66

Setgħa li jiġu infurzati miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet jew miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet minn Stati Membri oħrajn

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jinkludi attivi li jinsabu fi Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew drittijiet jew obbligazzjonijiet skont id-dritt ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, it-trasferiment għandu effett fi jew skont id-dritt ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tkun għamlet jew biħsiebha tagħmel it-trasferiment bl-assistenza raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-istrumenti ta’ sjieda jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jiġu ttrasferit lir-riċevitur skont kwalunkwe rekwiżit applikabbli tad-dritt nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonisti, kredituri u partijiet terzi li huma affettwati bit-trasferiment ta’ ishma, strumenti oħra ta’ sjieda, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx dritt jimpedixxu, jikkontestaw, jew jannullaw it-trasferiment taħt kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-assi jew tad-dritt li tirregola l-istrumenti ta’ sjieda, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet.

4.   Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru (Stat Membru A) teżerċita s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni, inkluż fir-rigward ta’ strumenti kapitali skont l-Artikolu 59, u l-obbligazzjonijiet eliġibbli jew l-istrumenti kapitali rilevanti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

strumenti jew obbligazzjonijiet li huma rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni (Stat Membru B);

(b)

obbligazzjonijiet dovuti lil kredituri li jinsabu fl-Istat Membru B.

L-Istat Membru B għandu jiżgura li l-ammont kapitali ta’ dawk l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti jitnaqqas, jew li l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti jiġu kkonvertiti, skont l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru A,

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri li huma affettwati mill-eżerċizzju tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux intitolati jikkontestaw it-tnaqqis tal-ammont kapitali tal-istrument jew l-obbligazzjonijiet jew il-konverżjoni tiegħu, kif jista’ jkun il-każ, taħt kwalunkwe dispożizzjoni ġuridika tal-Istat Membru B.

6.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawn li ġejjin jiġu determinati skont id-dritt tal-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni:

(a)

id-dritt tal-azzjonisti, il-kredituri u l-partijiet terzi li jikkontestaw permezz ta’ appell skont l-Artikolu 85, trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

id-dritt tal-kredituri li jikkontestaw permezz ta’ appell skont l-Artikolu 85, it-tnaqqis tal-ammont kapitali, jew il-konverżjoni, ta’ strument jew obbligazzjoni kopert(a) mill-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu VII, fir-rigward ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 67

Setgħa fir-rigward ta’ assi, drittijiet, obbligazzjonijiet, u strumenti ta’ sjieda li jinsabu f’pajjiżi terzi

1.   L-Istati Membri għandhom jiddisponi li, f’każijiet fejn azzjoni ta’ riżoluzzjoni tinvolvi azzjoni li tittieħed fir-rigward ta’ assi li jinsabu f’pajjiż terz jew strumenti ta’ sjieda, drittijiet jew obbligazzjonijiet regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jesiġu li:

(a)

l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u r-riċevitur jintalbu jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li t-trasferiment, il-valwazzjoni negattiva, il-konverżjoni jew l-azzjoni jsiru effettivi;

(b)

l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jintalbu jżommu l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi jew id-drittijiet jew jirrilaxxaw l-obbligazzjonijiet f’isem ir-riċevitur sakemm it-trasferiment, il-valwazzjoni negattiva, il-konverżjoni jew l-azzjoni jsiru effettivi;

(c)

l-ispejjeż raġonevoli tar-riċevitur korrettament imġarrbin fit-twettiq ta’ kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu jitħallsu fi kwalunkwe wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 37(7).

2.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li, minkejja l-passi meħtieġa meħuda mill-amministratur, mir-riċevitur jew mill-persuni skont il-paragrafu 1(a), huwa improbabbli ħafna li t-trasferiment, il-konverżjoni jew l-azzjoni jkunu effettivi fir-rigward ta’ ċerti assi li jinsabu f’pajjiż terz jew ta’ ċerti strumenti ta’ sjieda, drittijiet jew obbligazzjonijiet taħt il-liġi ta’ pajjiż terz, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandhiex tipproċedi bit-trasferiment, għall-valwazzjoni negattiva, għall-konverżjoni jew għall-azzjoni. Jekk tkun diġà ordnat it-trasferiment, il-valwazzjoni negattiva, il-konverżjoni jew l-azzjoni, tali ordni għandu jkun null fir-rigward tal-istrumenti ta’ sjieda, jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 68

Esklużjoni ta’ ċerti termini kuntrattwali f’intervent bikri u riżoluzzjoni

1.   Miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi waħidha, meħuda fir-rigward ta’ entità f’konformità ma’ din id-Direttiva, inkluża l-okkorrenza ta’ xi avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta’ tali miżura, ma għandhiex, fl-ambitu ta’ kuntratt li tkun daħlet fih l-entità, titqies bħala avveniment ta’ infurzar fis-sens tad-Direttiva 2002/47/jew bħala proċeduri ta’ insolvenza fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE sakemm l-obbligi sostantivi fl-ambitu tal-kuntratt, inkluż l-obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja u l-forniment ta’ kollateral jibqgħu jiġu osservati.

Barra minn hekk, tali miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi jew din il-miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi ma għandhiex, waħdiha, titqies bħala avveniment ta’ infurzar jew proċeduri ta’ insolvenza fl-ambitu ta’ kuntratt li daħlet fih:

(a)

sussidjarja, li l-obbligi tagħha huma garantiti jew altrimenti sostnuti mill-impriża prinċipali jew minn kwalunkwe entità fi grupp; jew

(b)

kwalunkwe entitài ta’ grupp bħall-istituzzjoni li tinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza.

2.   Meta l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 94, jew altrimenti meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi hekk, tali proċeduri għandhom jikkostitwixxu, għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi.

3.   Bil-kundizzjoni li l-obbligi sostanzjali fl-ambitu ta’ dan il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja, u l-forniment ta’ kollateral jibqgħu jiġu sodisfatti, miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi waħidha, inkluż l-okkorrenza ta’ kwalunkwe avveniment direttament marbut mal-applikazzjoni ta’ tali miżura, għandha fiha nnifisha ma tippermetti lil ħadd:

(a)

jeżerċita ebda dritt ta’ terminazzjoni, sospensjoni, modifika, netting jew tpaċija, inkluż fir-rigward ta’ kuntratt li jsir minn

(i)

sussidjarja, li l-obbligi taħthom ikunu ggarantiti jew altrimenti sostnuti minn entità ta’ grupp;

(ii)

kwalunkwe entità ta’ grupp li tinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza;

(b)

jieħu pussess, jeżerċita kontroll jew jinforza xi garanzija fuq kwalunkwe proprjetà tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ikkonċernata jew kwalunkwe entita’ ta’ grupp fir-rigward ta’ kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjanza;

(c)

jolqot kwalunkwe dritt kuntrattwali tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ikkonċernata jew kwalunkwe entita’ ta’ grupp fir-rigward ta’ kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjanza.

4.   Dan l-Artikolu ma għandux jolqot id-dritt ta’ persuna li tieħu azzjoni msemmija fil-paragrafu 2 meta dak id-dritt jirriżilta bis-saħħa ta’ avveniment li mhuwiex miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi, miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi, jew l-okkorrenza ta’ xi avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta’ tali miżura.

5.   Sospensjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 69, 70 jew 71 ma għandhiex tikkostittwixxi ksur ta’ obbligu kuntrattwali għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet obbligatorji li jieħdu preċedenza fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34).

Artikolu 69

Setgħa ta’ sospensjoni ta’ ċerti obbligi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta’ ħlas jew konsenja skont kwalunkwe kuntratt li istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun parti fih mill-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sospensjoni skont l-Artikolu 83(4) sa nofsillejl fl-Istat Membru fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sa tmiem il-ġurnata ta’ negozju wara dik il-pubblikazzjoni.

2.   Meta obbligu ta’ ħlas jew konsenja kien ikun dovut matul il-perjodu tas-sospensjoni l-obbligu ta’ ħlas jew konsenja għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza tal-perjodu ta’ sospensjoni.

3.   Jekk l-obbligi ta’ ħlas jew konsenja fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkunu sospiżi skont il-paragrafu 1, l-obbligi ta’ ħlas jew konsenja tal-kontropartijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt għandhom jiġu sospiżi għall-istess perjodu ta’ żmien.

4.   Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:

(a)

depożiti eliġibbli;

(b)

obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja dovuti lis-sistemi jew lill-operaturi ta’ sistemi maħsuba għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, kontropartijiet ċentrali u banek ċentrali;

(c)

depożiti eliġibbli għall-finijiet tad-Direttiva 97/9/KE.

5.   Fl-eżerċizzju ta’ setgħa fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li l-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa jista’ jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji.

Artikolu 70

Setgħa li jiġu ristretti l-interessi ta’ titoli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jirrestrinġu lill-kredituri ipotekarji ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni milli jinfurzaw interessi ta’ garanzija fir-rigward ta’ kwalunkwe attivta’ dik l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni ta’ avviż tar-restrizzjoni skont l-Artikolu 83(4) sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta riżoluzzjoni fejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi tmiem il-ġurnata tan-negozju wara dik il-pubblikazzjoni.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ kwalunkwe interess ta’ garanzija ta’ sistemi jew operaturi ta’ sistemi nnominati għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, kontropartijiet ċentrali, u banek ċentrali fuq attivi mirhuna jew ipprovduti permezz ta’ marġini jew kollateral mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

3.   Fejn japplika l-Artikolu 80, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni imposta skont is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun konsistenti għall-entitajiet kollha fi grupp li fir-rigward tagħhom tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

4.   Fl-eżerċizzju ta’ setgħa fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li l-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa jista’ jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji.

Artikolu 71

Setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet ta’ terminazzjoni ta’ kwalunkwe parti f’kuntratt ma’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 83(4) sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi tmiem il-ġurnata ta’ negozju wara dik il-pubbikazzjoni, sakemm l-obbligi ta’ ħlas u twassil u l-provvista ta’ kollateral jibqgħu jsiru.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet ta’ terminazzjoni ta’ kwalunkwe parti għal kuntratt ma’ sussidjarja ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fejn:

(a)

l-obbligi fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt ikunu ggarantiti jew ikunu b’xi mod ieħor appoġġati mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b)

id-drittijiet ta’ terminazzjoni fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt huma bbażati unikament fuq l-insolvenza jew il-kondizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; u

(c)

f’każ ta’ setgħa ta’ trasferiment li tkun ġiet jew tista’ tkun ġiet eżerċitata fir-rigward tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew:

(i)

l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tas-sussidjarja marbuta ma’ dak il-kuntratt ġew jew jistgħu jkunu ġew trasferiti lir-riċevitur u assunti minnu; jew

(ii)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tagħti fi kwalunkwe mod ieħor protezzjoni adegwata għal tali obbligi.

Is-sospensjoni għandu jkollha effett mill-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 83(4) sa nofsillejl fl-Istat Membru fejn is-sussidjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun stabbilita tal-ġurnata tan-negozju wara dik il-pubblikazzjoni.

3.   Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 ma għandhiex tapplika għal sistemi jew operaturi ta’ sistemi nominati għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, għall-kontropartijiet ċentrali jew għall-banek ċentrali.

4.   Persuna tista’ teżerċita dritt ta’ terminazzjoni fl-ambitu ta’ kuntratt qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jew 2 jekk dik il-persuna tirċievi l-avviż mingħand l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ma għandhomx jiġu:

(a)

ittrasferiti lil entità oħra; jew

(b)

soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew għal konverżjoni mal-applikazzjoni tal-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna skont il-punt (a) tal-Artikolu 43(2).

5.   Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu li tissospendi d-drittijiet ta’ terminazzjoni, u fejn ma jkun ingħata ebda avviż skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, dawk id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati mal-iskadenza tal-perjodu tas-sospensjoni, soġġett għall-Artikolu 68, kif ġej:

(a)

jekk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra, kontroparti tista’ terżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni skont it-termini ta’ dak il-kuntratt biss fuq l-okkorrenza ta’ kwalunkwe avveniment kontinwat jew sussegwenti ta’ infurzar mir-riċevitur;

(b)

jekk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt jibqgħu għand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 43(2)(a) għal dak il-kuntratt, kontroparti tista’ teżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni skont it-termini ta’ dak il-kuntratt mal-iskadenza ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1.

6.   Fl-eżerċizzju ta’ setgħa skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li l-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa jista’ jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji.

7.   L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jesiġu istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) iżżomm dokumentazzjoni dettaljata ta’ kuntratti.

Fuq talba ta’ awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jpoġġi l-informazzjoni neċessarja għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni sabiex dawk ikunu jistgħu jadqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

8.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi li ġejjin għall-finijiet tal-paragrafu 7:

(a)

ġabra minima ta’ informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li għandha tkun fid-dokumentazzjoni dettaljata; u

(b)

iċ-ċirkostanzi li fihom ir-rekwiżit għandu jkun impost.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 72

Eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex:

(a)

joperaw u jmexxu l-attivitajiet u s-servizzi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni bis-setgħat kollha tal-azzjonisti tagħha, u l-korp maniġerjali; u

(b)

jimmaniġġjaw u jiddisponu mill-assi u mill-proprjetà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

Il-kontroll previst fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna jew persuni maħtura mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet ta’ vot ikkonferiti mill-istrumenti ta’ sjieda tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ma jistgħux jiġu eżerċitati waqt il-perjodu ta’ riżoluzzjoni.

2.   Soġġett għall-Artikolu 85(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu kapaċi jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ ordni eżekuttiva skont il-kompetenzi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, mingħajr ma jeżerċitaw kontroll fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

3.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiddeċiedu f’kull każ partikolari jekk huwiex xieraq li jwettqu azzjoni ta’ riżoluzzjoni permezz tal-mezzi speċifikati fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, wara li jikkunsidraw l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni, iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transkonfinali.

4.   Ma għandux jitqies li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni huma viċi diretturi jew diretturi de facto skont id-dritt nazzjonali.

KAPITOLU VII

Salvagwardji

Artikolu 73

Trattament tal-azzjonisti u l-kredituri f’każ ta’ trasferimenti parzjali u l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi applikata għodda waħda jew aktar ta’ riżoluzzjoni u, b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 75:

(a)

ħlief meta japplika l-punt (b), fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jittrasferixxu biss partijiet mid-drittijiet, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-azzjonisti u dawk il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ma jkunux ġew ittrasferiti, jirċievu b’risarċiment għall-pretensjonijiet tagħhom mill-inqas kemm kieku kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew meta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 82 ittieħdet;

(b)

fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-azzjonisti u l-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti f’ekwità ma jġarrbux telf akbar milli kienu jġarrbu kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza immedjatament jew meta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 82 ittieħdet.

Artikolu 74

Valwazzjoni tad-differenza fit-trattament

1.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk l-azzjonisiti u l-kredituri jkunux ħadu trattament aħjar kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni kienet daħlet fi proċeduri normali ta’ insolvenza, inkluż iżda mhux limitat għall-finijiet tal-Artikolu 73, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni minn persuna indipendenti mill-aktar fis possibbli wara li titwettaq azzjoni jew azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni. Dik il-valwazzjoni għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36.

2.   Il-valwazzjoni fil-paragrafu 1 għandha tiddetermina:

(a)

it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri, jew l-iskemi rilvanti ta’ garanzija ta’ depożiti, kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu seħħu, daħlet fi proċeduri normali ta’ insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 82;

(b)

it-trattament effettiv li l-azzjonisti u l-kredituri rċevew, fir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; u;

(c)

jekk hemmx xi differenza fit-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b).

3.   Il-valutazzjoni għandha:

(a)

tassumi li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu seħħu, daħlet fi proċeduri normali ta’ insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 82;

(b)

tassumi li l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni ma kinux seħħu;

(c)

tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

4.   L-ABE tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni f’dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-metodoloġija għall-valutazzjoni tat-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċeduri ta’ insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 82.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 75

Salvagwardja tal-azzjonisti u l-kredituri

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk il-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 74 tiddetermina li kwalunkwe azzjonista jew kreditur imsemmi fl-Artikolu 73, jew l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 109(1), ikun ġarrab telf akbar milli kieku kien iġarrab fi stralċ taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, huwa jkollu d-dritt għal pagament tad-differenza mill-arranġamenti tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 76

Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-protezzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 japplikaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

awtorità ta’ riżoluzzjoni tittrasferixxi xi assi, dritt jew obbligazzjoniet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, iżda mhux kollha, lil entità oħra jew, fl-eżerċizzju ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni, minn istituzzjoni tranżitorja jew vettura tal-immaniġġjar tal-assi lil persuna oħra;

(b)

l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat speċifikati fil-punt (f) tal-Artikolu 64(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni xierqa tal-arranġamenti li ġejjin u tal-kontropartijiet għall-arranġamenti li ġejjin:

(a)

arranġamenti tat-titoli, taħt liema persuna jkollha bħala titolu interess effettiv jew kontinġenti f’assi jew drittijiet li huma soġġetti għal trasferiment, irrispettivament minn jekk dak l-interess huwiex iggarantit b’assi jew drittijiet speċifiċi jew permezz ta’ imposta flessibbli jew arranġament simili;

(b)

arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju għat-trasferiment ta’ titoli li taħthom kollateral li jiggarantixxi jew ikopri t-twettiq ta’ obbligi speċifikati jiġi pprovdut bi trasferiment ta’ sjieda sħiħa ta’ attiv minn min jipprovdi l-kollateral lir-riċevitur tal-kollateral, fuq termini li jipprevedu li r-riċevitur tal-kollateral jittrasferixxi attivi jekk dawk l-obbligi speċifikati jitwettqu;

(c)

arranġamenti ta’ tpaċija li taħthom żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;

(d)

arranġamenti ta’ netting;

(e)

bonds koperti;

(f)

arranġamenti finanzjarji strutturati, inkluż titolizzazzjonijiet u strumenti użati għall-finijiet ta’ ħħeġġjar li jiffurmaw parti integrali tal-pula tal-kopertura u li skont id-dritt nazzjonali huma ggarantiti b’mod simili għal bonds koperti, li jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta’ titoli minn parti fl-arranġament jew fiduċjarju, aġent jew persuna nominata.

Il-forma ta’ protezzjoni li hija xierqa, għall-klassijiet tal-arranġamenti speċifikati fil-punti (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu hija speċifikata aktar fl-Artikoli 77 sa 80, u għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 68 sa 71.

3.   Ir-rekwiżit taħt il-paragrafu 2 japplika irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet involuti fl-arranġamenti u minn jekk l-arranġamenti:

(a)

humiex maħluqa b’kuntratt, fiduċjarji jew mezzi oħra, jew jirriżultaw awtomatikament bl-operat tad-dritt;

(b)

jinħolqux taħt jew humiex regolati bi sħiħ jew parzjalment mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115, tispeċifika aktar il-klassijiet tal-arraġament li jaqgħu fl-ambitu tal-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 77

Protezzjoni għal kollateral finanzjarju, tpaċija u arranġamenti ta’ netting

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal arranġamenti tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli u għal arranġamenti ta’ tpaċija u netting sabiex jimpedixxu t-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li huma protetti taħt arranġament tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli, arranġament ta’ tpaċija jew netting bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u persuna oħra u l-modifika jew it-terminazzjoni ta’ drittijiet u obbligazzjonijiet li huma protetti taħt tali arranġament tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli, arranġamenti ta’ tpaċija jew netting, permezz tal-użu ta’ setgħat anċillari.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala protetti taħt tali arranġament jekk il-partijiet fl-arranġament ikollhom id-dritt ipaċu jew jinnettjaw dawk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, fejn meħtieġ, sabiex jiżgura d-disponibbiltà tad-depożiti koperti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a)

tittrasferixxi d-depożiti koperti li huma parti minn kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma tittrasferixxi assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li huma parti mill-istess arranġament; u

(b)

tittrasferixxi, timmodifika jew ittermina dak l-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mingħajr ma tittrasferixxi d-depożiti koperti.

Artikolu 78

Protezzjoni għal arranġamenti tat-titoli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal obbligazzjonijiet iggarantiti b’arranġament tat-titoli sabiex jimpedixxu waħda minn dan li ġej:

(a)

it-trasferiment ta’ attivi li jiggarantixxi l-obbligazzjoni sakemm dak il-obbligazzjoni u l-benefiċċju tal-garanzija ma jiġux ittrasferiti wkoll;

(b)

it-trasferiment ta’ obbligazzjoni garantita sakemm il-benefiċċju tat-titolu ma jiġix ittrasferit ukoll;

(c)

it-trasferiment tal-benefiċċju tat-titolu sakemm l-obbligazzjonijiet garantiti ma jiġix ittrasferit ukoll;

(d)

il-modifika jew it-terminazzjoni ta’ arranġament tat-titoli permezz tal-użu ta’ setgħat anċillari, jekk l-effett ta’ dik il-modifika jew it-terminazzjoni jkun li l-obbligazzjoni ma tibqax garantita.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, fejn meħtieġ, sabiex jiżgura d-disponibbiltà tad-depożiti koperti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a)

tittrasferixxi d-depożiti koperti li huma parti minn kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma tittrasferixxi assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li huma parti mill-istess arranġament; u

(b)

tittrasferixxi, timmodifika jew ittermina dak l-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mingħajr ma tittrasferixxi d-depożiti koperti;

Artikolu 79

Protezzjoni għal arranġamenti finanzjarji strutturati u bonds koperti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal arranġamenti finanzjarji strutturati, inklużi l-arranġamenti msemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 76(2) sabiex jimpedixxu kwalunkwe minn dan li ġej:

(a)

it-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mill-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jiffurmaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat, inklużi l-arranġamenti msemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 76(2), li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti fih;

(b)

it-terminazzjoni jew il-modifika permezz tal-użu ta’ setgħat anċillari tal-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jiffurmaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat, inklużi l-arranġamenti msemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 76(2), li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti fih.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, fejn meħtieġ sabiex tiżgura d-disponibbiltà tad-depożiti koperti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a)

tittrasferixxi d-depożiti koperti li huma parti minn kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma tittrasferixxi assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li huma parti mill-istess arranġament, u

(b)

tittrasferixxi, timmodifika jew ittermina dak l-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mingħajr ma tittrasferixxi d-depożiti koperti

Artikolu 80

Trasferimenti parzjali: protezzjoni ta’ sistemi ta’ negozjar, tal-kklirjar u tas-saldu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ għodda tar-riżoluzzjoni ma taffettwax l-operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti bid-Direttiva 98/26/KE, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni:

(a)

tittrasferixxi xi assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, iżda mhux kollha, lil entità oħra; jew

(b)

tuża setgħat skont l-Artikolu 64 li tikkanċella jew temenda t-termini ta’ kuntratt li għalih l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti jew tissostitwixxi riċevitur bħala parti.

2.   Partikolarment, trasferiment, kanċellazzjoni jew emenda kif imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jirrevokaw ordni ta’ trasferiment bi ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE, u ma għandhomx jimmodifikaw jew jinnegaw l-infurzabbiltà ta’ ordnijiet ta’ trasferiment u netting kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 ta’ dik id-Direttiva, l-użu ta’ fondi, titoli jew il-faċilitajiet ta’ kreditu kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tagħha jew il-protezzjoni ta’ titoli kollaterali kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tagħha.

KAPITOLU VIII

Obbligi proċedurali

Artikolu 81

Rekwiżiti ta’ notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni jew ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta jikkunsidra li l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) qed tfalli jew probabbli li tfalli skont it-tifsira speċifikata fl-Artikolu 32(4).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti bi kwalunkwe notifika li jirċievu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u bi kwalunkwe miżura ta’ prevenzjoni tar-riskju, jew bi kwalunkwe azzjoni msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE li jeħtieġu lil istituzzjoni jew lil entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva tieħu.

3.   Fejn awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1) huma sodisfatti fir-rigward ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), għandha tikkomunika dik id-determinazzjoni mingħajr dewmien lil dawn l-awtoritajiet li ġejjin, jekk differenti:

(a)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(b)

l-awtorità kompetenti għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(c)

l-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe fergħa ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(d)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe fergħa ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(e)

il-bank ċentrali;

(f)

l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha istituzzjoni ta’ kreditu hija affiljata fejn meħtieġ biex tippermetti li l-funzjonijiet tal-iskema ta’ garanzija jitwettqu;

(g)

il-korp inkarigat mill-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni fejn meħtieġ biex jippermetti li l-funzjonijiet tal-arranġamenti tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni jitwettqu;

(h)

fejn applikabbli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(i)

il-ministeru kompetenti;

(j)

fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni; u

(k)

il-BERS u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nominata.

4.   Meta t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3(f) u 3(g) ma tiggarantixxix il-livell adegwat ta’ kunfidenzjalità, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi proċeduri alternattivi ta’ komunikazzjoni li jilħqu l-istess objettivi filwaqt li jiżguraw il-livell adegwat ta’ kunfidenzjalità.

Artikolu 82

Deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni

1.   Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 81, jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina, skont l-Artikolu 32(1) u l-Artikolu 33, jekk il-kondizzjonijiet ta’ tali paragrafu humiex sodisfatti fir-rigward tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) inkwistjoni.

2.   Deċiżjoni li l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni humies sodisfatti jew le fir-rigward ta’ istituzzjoni jew ta’ entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni, inklużi d-determinazzjoni li l-istituzzjoni tissodisfa jew le l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni;

(b)

l-azzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni biħsiebha tieħu inklużi, jekk ikun il-każ, id-determinazzjoni ta’ applikazzjoni għal stralċ, il-ħatra ta’ amministratur jew kwalunkwe miżura oħra skont proċeduri normali ta’ insolvenza applikabbli jew, soġġett għall-Artikolu 37(9) skont id-dritt nazzjonali.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri u l-kontenut relatati mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

in-notifiki msemmija fl-Artikolu 81(1), (2) u (3);

(b)

l-avviż ta’ sospensjoni msemmi fl-Artikolu 83.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 83

Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, malajr kemm raġonevolment prattiku wara li jieħdu l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet li ġejjin, jekk differenti:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b)

l-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe fergħa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(c)

il-bank ċentrali;

(d)

l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha dik l-istituzzjoni tal-kreditu taħt riżoluzzjoni tkun affiljata;

(e)

il-korp inkarigat tal-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;

(f)

fejn applikabbli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(g)

il-ministeru kompetenti;

(h)

fejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni;

(i)

l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata u l-BERS;

(j)

il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) ESMA, (‘EIOPA’) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-ABE;

(k)

fejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija istituzzjoni kif definita fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 98/26/KE, l-operaturi tas-sistemi li tipparteċipa fihom.

3.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi kopja ta’ kwalunkwe ordni jew strument li bihom jiġu eżerċitati s-setgħat rilevanti u għandha tindika d-data minn meta l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni huma effettivi.

4.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni, jew ta’ kopja tal-ordni jew l-istrument li bih ittieħdet l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, jew ta’ avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, u b’mod partikolari tal-effetti fuq il-klijenti bl-imnut u, jekk applikabbli, it-termini u l-perjodu ta’ sospensjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikoli 69, 70 u 71, bil-mezzi li ġejjin:

(a)

fuq il-websajt uffiċjali tagħha;

(b)

fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u fuq il-websajt tal-ABE;

(c)

fuq il-websajt tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d)

fejn l-ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda jew strumenti tad-dejn tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni huma ammessi għal negozjar f’suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni regolata dwar l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

5.   Jekk l-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti tad-dejn mhumiex ammessi għan-negozjar fuq suq regolat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 4 jintbagħtu lill-azzjonisti u l-kredituri magħrufa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li huma magħrufa mir-reġistri jew mill-bażijiet tad-data tal-istituzzjoni tħat riżoluzzjoni li huma disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 84

Sigriet professjonali

1.   Ir-rekwiżiti tas-sigriet professjonali għandhom jorbtu fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE;

(c)

ministeri kompetenti;

(d)

maniġers speċjali jew amministraturi temporanji maħtura skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(e)

akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew solleċitazzjoni sarx bħala preparazzjoni għall-użu tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju, u irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultax f’akkwist;

(f)

awdituri, kontabbilisti, konsulenti legali u professjonali, valwaturi u esperti oħra direttament jew indirettament imqabbda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jew ministeri kompetenti jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (e);

(g)

korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija tad-depożiti;

(h)

korpi li jamministraw skemi ta’ kumpens ta’ investituri;

(i)

il-korp inkarigat mill-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;

(j)

banek ċentrali u awtoritajiet oħra involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(k)

istituzzjoni tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġjar tal-assi;

(l)

kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, lill-persuni msemmija fil-punti (a) sa (k);

(m)

il-maniġment superjuri, membri tal-korp maniġerjali, u l-impjegati tal-korpi jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (k) qabel, matul jew wara l-ħatra tagħhom.

2.   Bil-għan li jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 ikunu segwiti, il-persuni fil-punti (a), (b), (c), (g), (h), (j) u (k) tal-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ regoli interni, inklużi regoli intiżi li jassgiraw is-segretezza tal-informazzjoni bejn persuni direttament involuti fil-proċess ta’ riżoluzzjoni.

3.   Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tar-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1, il-persuni msemmija f’dak il-paragrafu għandhom ikunu pprojbiti milli jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu matul il-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom jew mingħand awtorità kompetenti jew mingħand awtorità ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tagħha skont din id-Direttiva, lil kwalunkwe persuna jew awtorità sakemm ma tkun fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew f’għamla ta’ sommarju jew b’mod kollettiv li l-istituzzjonijiet individwali jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew il-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tkun forniet l-informazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni divulgata mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunx fiha informazzjoni kunfidenzjali u li, b’mod partikolari l-effetti li dik id-divulgazzjoni jista’ jkollha fuq l-interessi pubbliċi fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq l-iskop tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq l-awditjar jiġu evalwati.

Il-proċedura tal-verifika tal-effetti tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta’ kwalunkwe divulgazzjoni tal-kontenut u tad-dettalji tal-pjan ta’ rkupru u riżoluzzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 5, 7, 10, 11 u 12 u r-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 6, 8 u 15.

Kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għar-responsabbilà ċivili fil-każ ta’ ksur ta’ dan l-Artikolu, skont id-dritt nazzjonali.

4.   Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni:

(a)

lill-impjegati u lill-esperti tal-korpi jew tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 1 milli jikkondividu informazzjoni bejniethom jew fi ħdan kull korp jew entità; jew

(b)

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma’ xulxin u ma’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni oħra tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra tal-Unjoni, mal-ministeri kompetenti, mal-banek ċentrali, ma’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti, ma’ skemi ta’ kumpens ta’ investituri, mal-awtoritajiet responsabbli mill-proċeduri normali ta’ insolvenza, mal-awtoritajiet responabbli miż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta’ regoli makroprudenzjali, mal-persuni inkarigati bit-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijiet, mal-ABE, jew, soġġett għall-Artikolu 98, ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jew, suġġett għal rekwiżiti stretti ta’ sigriet professjonali, għal akkwirent potenzjali għall-finijiet ta’ pjanar jew twettiq ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

5.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

soġġett għal rekwiżiti stretti ta’ sigriet professjonali, lil kwalunkwe persuna oħra fejn meħtieġ għall-finijiet ta’ ppjanar jew biex titwettaq azzjoni ta’ riżoluzzjoni;

(b)

kumitati ta’ inkjesta parlamentari, qrati tal-awdituri u entitajiet oħra inkarigati minn inkjesti f’dak l-Istat Membru taħt kondizzjonijiet xierqa; u

(c)

lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza ta’sistemi ta’ ħlas, dawk responsabbli għal proċedimenti ta’ insolvenza normali, dawk fdati bid-dover pubbliku ta’ superviżjoni ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju oħra, dawk responsabbli għas-superviżjoni ta’ swieq finanzjarji u impriżi ta’ assigurazzjoni u spetturi li jaġixxu f’isimhom; dawk responsabbli għaż-żamma tal-istabbilta’ tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta’ regoli makro-prudenzjali u dawk responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbilta’ tas-sistema finanzjarja, u persuni inkarigati li jwettqu verifiki statutorji;

6.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni għal finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’kawżi kriminali jew ċivili.

7.   L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika kif l-informazzjoni għandha tingħata f’sommarju jew f’forma kollettiva għall-finijiet tal-paragrafu 3.

KAPITOLU IX

Dritt ta’ appell u esklużjoni ta’ azzjonijiet oħra

Artikolu 85

Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet li jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet

1.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li deċiżjoni li tittieħed miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi tkun soġġetta għal approvazzjoni ġudizzjarja ex ante, bil-kondizzjoni li fir-rigward tad-deċiżjoni li tittieħed miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi, skont id-dritt nazzjonali, il-proċedura relatata mal-applikazzjoni għal approvazzjoni u l-eżami tal-qorti jkunu b’ħeffa.

2.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw fil-liġi nazzjonali dritt ta’ appell kontra deċiżjoni biex tittieħed miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew deċiżjoni biex tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, għajr miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi, skont din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed miżura ta’ ġestjoni ta’ kriżi, ikollhom id-dritt ta’ appell kontra dik id-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istħarriġ isir b’ħeffa u li l-qrati nazzjonali jużaw il-valutazzjonijiet ekonomiċi kumplessi tal-fatti mwettqa mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tagħhom stess.

4.   Id-dritt ta’ appell imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-preżentazzjoni ta’ appell ma għandux jinvolvi xi sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata;

(b)

id-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u għandha tagħti lok għal suppożizzjoni konfutabbli li s-sospensjoni tal-infurzar tagħha tkun kontra l-interess pubbliku.

Fejn jeħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi li jaġixxu in bona fide li akkwistaw strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni permezz tal-użu ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni minn awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandhiex tolqot l-ebda att jew tranżazzjoni amministrattiva sussegwenti konklużi permezz tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata. F’dak il-każ, ir-rimedji għal deċiżjoni jew azzjoni inġusta mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab mill-applikant bħala riżultat tad-deċiżjoni jew l-azzjoni.

Artikolu 86

Restrizzjonijiet fuq proċeduri oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 82(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw fir-rigward ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li fir-rigward tagħha ġie ddeterminat li l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni ġew sodisfatti, li ma għandhomx jinbdew proċeduri normali ta’ insolvenza ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u li għandha tittieħed deċiżjoni li tqiegħed istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fi proċeduri normali ta’ involvenza ħlief bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiġu nnotifikati mingħajr dewmien dwar kull applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri normali ta’ insolvenza fir-rigward ta’ istituzzjoni jew ta’ entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) hijiex taħt riżoluzzjoni jew deċiżjoni tkun saret pubblika f’konformità mal-Artikolu 83(4) u (5);

(b)

l-applikazzjoni mhijiex ddeterminata sakemm in-notifiki msemmija fil-punt (a) ikunu saru u jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni nnotifikat lill-awtoritajiet responsabbli minn proċeduri ta’ insolvenza normali li hija ma għandhiex l-intenzjoni li tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(ii)

ikun skada l-perjodu ta’ sebat ijiem li jibda bid-data li fiha jkunu saru n-notifiki msemmija fil-punt (a).

3.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ interessi ta’ titoli imposti skont l-Artikolu 70, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod u tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-qorti tapplika waqfa għal perjodu ta’ żmien xieraq skont l-għan fil-mira, ta’ kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċeduri li fiha l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija jew issir parti.

TITOLU V

RIŻOLUZZJONI TA’ GRUPP TRANSKONFINALI

Artikolu 87

Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet jew it-teħid ta’ azzjoni skont din id-Direttiva li jista’ jkollhom impatt fuq Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet tagħhom għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a)

l-imperattivi tal-effikaċja tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ż-żamma tal-ispejjeż tar-riżoluzzjoni baxxi kemm jista’ jkun meta tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni;

(b)

li jittieħdu deċiżjonijiet u tittieħed azzjoni fil-ħin u bl-urġenza dovuta fejn ikun hemm bżonn;

(c)

li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħrajn jikkooperaw biex jiżguraw li jittieħdu deċiżjonijiet u tittieħed azzjoni b’mod ikkoordinat u effiċjenti;

(d)

li r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rilevanti f’kull Stat Membru ikunu definiti b’mod ċar;

(e)

li jitqiesu b’mod dovut l-interessi tal-Istati Membri fejn huma stabbiliti l-impriżi prinċipali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-impatt ta’ deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi fiskali, il-fond ta’ riżoluzzjoni, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew l-skemi ta’ kumpens għall-investituri ta’ dawk l-Istati Membri;

(f)

li jitqiesu b’mod dovut l-interessi ta’ kull Stat Membru individwali fejn hija stabbilita sussidjarja b’mod partikolari l-impatt ta’ deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi fiskali, il-fond ta’ riżoluzzjoni, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew l-skemi ta’ kumpens għall-investituri ta’ dawk l-Istati Membri;

(g)

li jitqiesu b’mod dovut l-interessi ta’ kull Stat Membru fejn ikunu jinsabu fergħat sinifikanti b’mod partikolari l-impatt ta’ kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja ta’ dawk l-Istati Membri;

(h)

li jitqiesu b’mod dovut l-objettivi tal-bilanċ tal-interessi tad-diversi Stati Membri involuti u li jevitaw li jippreġudikaw b’mod inġust jew jipproteġu b’mod inġust l-interessi ta’ Stati Membri partikolari, inkluż li jiġi evitat allokazzjoni tal-piż inġust fl-Istati Membri;

(i)

li kwalunkwe obbligu skont din id-Direttiva li tiġi kkonsultata awtorità qabel ma tittieħed deċiżjoni jew azzjoni jimplika għall-inqas obbligu li tiġi kkonsultata dik l-awtorità dwar dawk l-elementi tad-deċiżjoni jew tal-azzjoni proposta li jkollhom jew li huwa probabbli li jkollhom:

(i)

effett fuq l-impriża prinċipali tal-Unjoni, is-sussidjarja jew il-fergħa; u

(ii)

impatt fuq l-istabbiltà tal-Istat Membru fejn l-impriża prinċipali tal-Unjoni, is-sussidjarja jew il-fergħa, hija stabbilita jew tinsab;

(j)

li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, meta jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, iqisu u jsegwu l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 sakemm l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jivvalutaw, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta’ riżoluzzjoni se jintlaħqu b’mod aktar effikaċi billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex provduti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

(k)

ir-rekwiżit għal trasparenza kull meta deċiżjoni jew azzjoni proposta x’aktarx ikollha implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi fiskali, il-fond ta’ riżoluzzjoni, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew l-iskema ta’ kumpens għall-investituri ta’ kwalunkwe Stat Membru rilevanti; u

(l)

ir-rikonoxximent li l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni għandhom probabbiltà kbira li jiksbu riżultat li jnaqqas in-nefqa globali tar-riżoluzzjoni;

Artikolu 88

Kulleġġi ta’ riżoluzzjoni

1.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp għandhom jistabbilixxu kulleġġi ta’ riżoluzzjoni biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikoli 12, 13, 16, 45, 91 u 92, u, fejn xieraq, biex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi.

Partikolarment, il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp, għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra u, fejn xieraq, għall-awtoritajiet kompetenti u għas-superviżuri tal-konsolidazzjoni konċernati fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin:

(a)

skambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ gruppi, għall-applikazzjoni fuq gruppi ta’ setgħat ta’ tħejjija u prevenzjoni u għar-riżoluzzjoni ta’ gruppi;

(b)

jiżviluppaw pjanijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ gruppi skont l-Artikoli 12 u 13;

(c)

jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta’ gruppi skont l-Artikolu 16;

(d)

jeżerċitaw is-setgħat biex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà ta’ gruppi skont l-Artikolu 18;

(e)

jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita skema tar-riżoluzzjoni tal-gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 91 jew 92;

(f)

jilħqu l-ftehim dwar skema ta’ riżoluzzjoni tal-gruppi propost f’konformità mal-Artikolu 91 jew 92;

(g)

jikkoordinaw il-komunikazzjoni pubblika tal-istrateġiji u l-iskemi tar-riżoluzzjoni tal-gruppi;

(h)

jikkoordinaw l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont it-Titolu VII;

(i)

jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għall-gruppi fil-livell konsolidat u ta’ sussidjarja skont l-Artikolu 45.

Barra minn hekk, il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni jistgħu jintużaw bħala forum biex jiġu diskussi kwistjonijiet marbutin mal-gruppi transkonfinali rigward ir-riżoluzzjoni.

2.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni:

(a)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(b)

l-awtoritjiet ta’ riżoluzzjoni ta’ kull Stat Membru li fih tkun stabbilita sussidjarja koperta b’superviżjoni konsolidata;

(c)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn tkun stabbilita impriża prinċipali ta’ istituzzjoni waħda jew iżjed tal-grupp, li hija entità msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(1);

(d)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn jinsabu fergħat sinifikattivi;

(e)

is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun membru fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma tkunx il-bank ċentrali tal-Istat Membru, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tiġi akkumpanjata minn rappreżentant tal-bank ċentrali tal-Istat Membru;

(f)

il-ministeri kompetenti, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mhumiex il-ministeri kompetenti;

(g)

l-awtorità li hija responsabbli għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ta’ Stat Membru, fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ dak l-Istat Membru hija membru ta’ kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(h)

l-ABE, soġġett għall-paragrafu 4.

3.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi, fejn impriża prinċipali jew istituzzjoni stabbilita fl-Unjoni jkollha istituzzjoni sussidjarja jew fergħa li tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti jekk kienet tinstab fl-Unjoni, jistgħu, fuq talba mingħandhom, jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bħala osservaturi, dment li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti ta’ sigriet professjonali, fl-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, bħal dawk stabbiliti bl-Artikolu 98.

4.   L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tat-tħaddim effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni, fid-dawl tal-istandards internazzjonali. L-ABE għandha tkun mistiedna tattendi għal-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għal tali skop. L-ABE ma jkollhiex dritt ta’ vot inkwantu kwalunkwe vot jittieħed fi ħdan il-qafas tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni.

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tippresjedi l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. F’dik il-kapaċità hija għandha:

(a)

tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(b)

tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(c)

tikkonvoka u tippresjedi l-laqgħat kollha tagħha u żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni informati bis-sħiħ u bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, dwar it-temi prinċipali li ser jiġu diskussi u dwar l-elementi li ser jiġu kkunsidrati;

(d)

tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar kwalunkwe laqgħa ppjanata sabiex ikunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw;

(e)

tiddeċiedi liema membri u osservaturi għandhom jiġu mistednin jattendu għal laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, fuq il-bażi tal-bżonnijiet speċifiċi, b’kont meħud tar-rilevanza tat-tema li ser tiġi diskussa għal dawk il-membri u osservaturi, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati;

(f)

iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżitu ta’ dawk il-laqgħat.

Il-membri li jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib.

Minkejja l-punt (e), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kull meta fuq l-aġenda jkun hemm temi soġġetti għal teħid ta’ deċiżjonijiet konġunti jew relatati mal-entità fi grupp li tinsab fl-Istat Membru tagħhom.

6.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp mhumiex obbligati li jistabbilixxu kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħra jaqdu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati f’dan l-Artikolu u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet u l-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru s-sħubija u l-parteċipazzjoni f’kulleġġi ta’ riżoluzzjoni, stabbiliti f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 90. F’tali każ, ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni f’din id-Direttiva għandhom ukoll jiġu mifhuma bħala referenzi għal dawn il-gruppi jew kulleġġi oħra.

7.   L-ABE għandha, fid-dawl tal-istandards kontabilistiċi internazzjonali, tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji sabiex tispeċifika l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni għat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafi 1.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 89

Kulleġġi ta’ riżoluzzjoni Ewropej

1.   Fejn istituzzjoni minn pajjiż terz jew impriża prinċipali minn pajjiż terz ikollha sussidjarji fl-Unjoni stabbiliti f’żewġ Stati Membri jew aktar, jew żewġ fergħat jew aktar fl-Unjoni li jkunu meqjusa bħala sinifikanti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn dawk is-sussidjarji fl-Unjoni jkunu stabbiliti jew fejn ikunu jinsabu dawk il-fergħat sinifikanti għandhom jistabblilixxu kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew.

2.   Il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew għandu jwettaq il-funzjonijiet u l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 88 fir-rigward tal-istituzzjonijiet sussidjarji u safejn dawn il-kompiti jkunu rilevanti għall-fergħat.

3.   Fejn sussidjarji fl-Unjoni jkunu miżmuma minn, jew il-fergħat sinifikanti jkunu ta’, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 127(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun ippresedut mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn ikun jinsab is-superviżur tal-konsolidazzjoni għall-finijiet tas-superviżjoni konsolidata skont dik id-Direttiva.

Fejn l-ewwel subparagrafu ma japplikawx, il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew għandhom jinnominaw u jaqblu dwar il-President.

4.   L-Istati Membri jistgħu, bi qbil reċiproku tal-partijiet rilevanti kollha, jidderogaw mir-rekwiżit li jistabbilixxu kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew jekk gruppi jew kulleġġi oħrajn, inkluż kulleġġ ta’ riżoluzzjoni stabbilit skont l-Artikolu 88, jaqdu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati f’dan l-Artikolu u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet u l-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru is-sħubija u l-parteċipazzjoni f’kulleġġi ta’ riżoluzzjoni Ewropej, kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 90. F’tali każ ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni Ewropej f’din id-Direttiva għandhom ukoll jitqiesu bħala referenza għal dawn il-gruppi jew kulleġġi oħra.

5.   Soġġett għall-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew għandu altrimenti jiffunzjona skont l-Artikolu 88.

Artikolu 90

Skambju ta’ informazzjoni

1.   Soġġett għall-Artikolu 84, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju tal-kompiti tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-gruppi għandha tikkoordina l-fluss tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Partikolarment, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi Stati Membri oħra bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin bil-għan li tiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fil-punti (b) sa (i) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 88(1).

3.   Fuq talba għal informazzjoni pprovduta minn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tfittex il-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-pajjiż terz għat-trażmissjoni ‘l quddiem ta’ dik l-informazzjoni, ħlief fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-pajjiż terz tkun diġà tat il-kunsens tagħha għat-trażmissjoni ‘l quddiem ta’ dik l-informazzjoni.

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx ikunu obbligati jikkomunikaw fuq talba informazzjoni pprovduta minn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz ma tkunx diġà tat il-kunsens tagħha għat-trażmissjoni ‘l quddiem tagħha.

4.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkondividu l-informazzjoni mal-ministeru kompetenti meta din titratta deċiżjoni jew kwistjoni li tirrikjedi n-notifikazzjoni, il-konsultazzjoni jew il-kunsens tal-ministeru kompetenti jew li jista’ jkollha implikazzjonijiet għall-fondi pubbliċi.

Artikolu 91

Riżoluzzjoni ta’ grupp li tinvolvi sussidjarja tal-grupp

1.   Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi ▐ li istituzzjoni jew kwalunkwe entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja fi grupp tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 32 jew 33, dik l-awtorità għandha tinnotifika l-informazzjoni li ġejja mingħajr dewmien lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, jekk differenti, lis-superviżur tal-konsolidazzjoni, u lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni:

(a)

id-deċiżjoni li l-istituzzjoni ▐ jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 32 jew 33;

(b)

l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri ta’ insolvenza li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis bħala xierqa għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

2.   Meta tirċievi notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni rilevanti, għandha tivvaluta l-impatt probabbli tal-azzjonijiet jew miżuri oħra ta’ riżoluzzjoni notifikati skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, fuq il-grupp u fuq l-entitajiet tal-grupp fi Stati Membri oħra, u, partikolarment, jekk permezz tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn ikunx aktar probabbli li l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jiġu sodisfatti fir-rigward ta’ entità fi grupp fi Stat Membru ieħor.

3.   Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni l-oħra, tivvaluta li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri nnotifikati l-oħra skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ma jagħmlux probabbli li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32 jew l-Artikolu 33 jiġu sodisfatti fir-rigward ta’ entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni responsabbli għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tista’ tieħu l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri oħra li tkun innotifikat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni l-oħra, tivvaluta li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri nnotifikati l-oħra skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma jagħmlux probabbli li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32 jew l-Artikolu 33 jiġu sodisfatti fir-rigward ta’ entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li tkun irċiviet in-notifika skont il-paragrafu 1, tipproponi skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp u tissottomettiha lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. Dan il-perjodu ta’ 24 siegħa jista’ jiġi estiż bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tkun għamlet in-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp fi żmien 24 siegħa, jew wara perjodu itwal ta’ żmien li jkun intlaħaq ftehim dwaru, wara li tkun rċeviet in-notifikazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tkun għamlet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 tista’ twettaq azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħra li tkun innotifikat bi qbil mal-punt (b) ta’ dak il-paragrafu.

6.   Skema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp meħtieġa skont il-paragrafu 4 għandha:

(a)

tikkunsidra u ssegwi l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 13 sakemm l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jivvalutawx, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jinkisbu b’mod aktar effikaċi bit-teħid ta’ azzjonijiet li mhumiex provduti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

tispjega l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti fir-rigward tal-impriża prinċipali tal-Unjoni jew entitajiet partikolari fil-grupp bil-għan li tissodisfa l-għanijiet u l-prinċipji ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 34;

(c)

tispeċifika kif dawk l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu kkoordinati;

(d)

tistabbilixxi pjan ta’ finanzjament li jqis il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, il-prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà kif stabbilit skont il-punt (f) tal-Artikolu 12(3) u l-mutwalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 107.

7.   Soġġett għall-paragrafu 8, l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji li huma koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp.

L-ABE tista’ fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta bi qbil mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.   Jekk kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni ma taqbilx jew tmur lil hinn mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp proposta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew tqis li għandha tieħu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni indipendenti jew miżuri differenti minn dawk proposti fl-iskema fir-rigward ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, hi għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ qbil, tinnotifika l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp bir-raġunijiet u tinformahom dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri li ser tieħu. Meta tistabbilixxi r-raġunijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ qbil, dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 dwar l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-effett potenzjali tal-azzjonijiet jew il-miżuri fuq partijiet oħrajn tal-grupp.

9.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li qablu skont il-paragrafu 8 jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp li tkopri l-entitajiet tal-grupp fl-Istat Membru tagħhom.

10.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 7 jew 9 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 8 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.

11.   L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha skont dan l-Artikolu mingħajr dewmien, u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.

12.   Fi kwalunkwe każ fejn skema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp ma tiġix implimentata u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe entità fi grupp, dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bil-ħsieb li tintlaħaq strateġija ta’ riżoluzzjoni kkoordinata għall-entitajiet tal-grupp kollha li qed ifallu jew li probabbli jfallu.

13.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jieħdu kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe entità fi grupp għandhom jinformaw lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni regolarment u bis-sħiħ dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri u l-progress kontinwu tagħhom.

Artikolu 92

Riżoluzzjoni tal-grupp

1.   Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tiddeċiedi li impriża prinċipali tal-Unjoni li għaliha hija responsabbli tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32 jew 33, hi għandha tinnotifika mingħajr dewmien l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 91(1) lis-superviżur tal-konsolidazzjoni, jekk tkun differenti, u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni.

L-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri ta’ insolvenza għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 91(1) jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp imfassla f’konformità mal-Artikolu 91(6) fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-impriża prinċipali innotifikati f’konformità mal-Artikolu 91(1), jagħmluha probabbli li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 jew 33 jiġu sodisfatti b’rabta mal-entità fi grupp fi Stat Membru ieħor.

(b)

l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-impriża prinċipali biss mhumiex biżżejjed biex tiġi stabbilizzata is-sitwazzjoni jew mhuwiex probabbli li jipprovdu l-aħjar eżitu possibbli;

(c)

sussidjarja waħda jew aktar li jilħqu l-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 32 jew 33 skont il-ġudizzju tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għal dawk is-sussidjarji; jew

(d)

l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-grupp ser ikunu ta’ benefiċċju għas-sussidjarji tal-grupp b’mod li skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp titqies xierqa.

2.   Meta l-azzjonijiet proposti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp skont il-paragrafu 1 ma jinkludux skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tikkonsulta l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkunsidra:

(a)

u ssegwi l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 13 sakemm l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jivvalutawx, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jinkisbu b’mod aktar effikaċi bit-teħid ta’ azzjonijiet li mhumiex provduti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

l-istabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri kkonċernati.

3.   Fejn l-azzjonjiet proposti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp skont il-paragrafu 1 jinkludu skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji li huma koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp.

L-ABE tista’ fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta bi qbil mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.   Jekk kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni ma taqbilx jew tmur lil hinn mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp proposta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew tqis li għandha tieħu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni indipendenti jew miżuri differenti minn dawk proposti fl-iskema fir-rigward ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, hi għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ qbil jew ir-raġunijiet għaliex għandha tmur lil hinn mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, tinnotifika l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp bir-raġunijiet u tinformahom dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri li ser tieħu. Meta tistabbilixxi r-raġunijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ qbil, dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 dwar l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-effett potenzjali tal-azzjonijiet jew il-miżuri fuq partijiet oħrajn tal-grupp.

5.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li qablu mal-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp skont il-paragrafu 4 jistgħu jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp li tkopri l-entitajiet tal-grupp fl-Istat Membru tagħhom.

6.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 jew 5 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.

7.   L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha skont dan l-Artikolu mingħajr dewmien, u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.

Fi kwalunkwe każ fejn skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp ma tiġix implimentata u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe entità fi grupp, dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bil-ħsieb li tinkiseb strateġija ta’ riżoluzzjoni kkoordinata għall-entitajiet tal-grupp kollha affettwati.

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jieħdu kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe entità fi grupp għandhom jinformaw lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni regolarment u b’mod sħiħ dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri u l-progress kontinwu tagħhom.

TITOLU VI

RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 93

Ftehimiet ma’ pajjiżi terzi

1.   Bi qbil mal-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni tista’ tibgħat proposti lill-Kunsill għal negozjar ta’ ftehim ma’ pajjiż terzi jew aktar rigward il-mezzi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti minn pajjiżi terzi, inter alia, bi skop ta’ skambju ta’ informazzjoni b’rabta mal-ippjanar għall-irkupru u r-riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-intrapriżi prinċipali, u l-istituzzjonijiet minn pajjiżi terzi, fir-rigward ta’ dawn is-sitwazzjonijiet:

(a)

f’każijiet fejn impriża prinċipali ta’ pajjiż terz għandha istituzzjonijiet sussidjarji jew fergħat fejn dawn il-fergħat huma meqjusa bħala sinifikanti f’żewġ Stati Membri jew aktar;

(c)

f’każijiet fejn impriża prinċipali stabbilita fi Stat Membru u li sussidjarja jew fergħa sinifikattiva f’tal-inqas Stat Membru ieħor ikollha istituzzjoni sussidjarja waħda jew aktar f’pajjiż terz;

(d)

f’każijiet fejn istituzzjoni stabbilita fi Stat Membru u li għandha impriża prinċipali, sussidjarja jew fergħa sinifikanti f’tal-inqas Stat Membru ieħor għandha fergħa jew fergħat sinifikanti f’pajjiż terz wieħed jew aktar.

2.   Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom, partikolarment, ifittxu li jiżguraw l-istabbiliment ta’ proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi għal kooperazzjoni fit-twettiq ta’ xi kompiti jew il-kompiti kollha u l-eżerċizzju ta’ xi setgħat jew is-setgħat kollha indikati fl-Artikolu 97.

3.   Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandux ikun fihom dispożizzjoni rigward istituzzjonijiet individwali, istituzzjonijiet finanzjarji, intrapriżi prinċipali jew istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.

4.   L-Istati Membri jistgħu jidħlu fi ftehimiet bilaterali ma’ pajjiż terz rigward il-materji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 mal-pajjiż terz rilevanti sakemm tali ftehimiet bilaterali ma jkunux inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 94

Rikonoxximent u infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi dment li jkun daħal fis-seħħ il-ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 93(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 93(1) mal-pajjiż terz rilevanti dment li r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi ma jkunux regolati minn dak il-ftehim.

2.   Fejn ikun hemm kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew stabbilit bi qbil mal-Artikolu 89, dan għandu jieħu deċiżjoni konġunta dwar jekk jirrikonoxxix, ħlief kif previst fl-Artikolu 95, proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz relatati ma’ istituzzjoni ta’ pajjiż terz jew ma’ impriża prinċipali li:

(a)

ikollha sussidjarji fl-Unjoni stabbiliti fi, jew fergħat fl-Unjoni li jkunu jinsabu fi, u li huma meqjusa bħala sinifikanti minn, żewġ Stati Membri jew aktar; jew

(b)

jkollha assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew aktar jew ikunu regolati mil-liġi ta’ dawk l-Istati Membri.

Meta tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar ir-rikonoxximent ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali rispettivi għandhom jaraw li jkun hemm l-infurzar tal-proċeduri ta’ riżoluzzjoni rikonoxxuti ta’ pajjiż terz, bi qbil mal-liġi nazzjonali tagħhom.

3.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni parteċipanti fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, jew fin-nuqqas ta’ kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, kull awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar jekk tirrikonoxxix jew tinfurzax, ħlief kif stipulat fl-Artikolu 95, il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz fir-rigward ta’ istituzzjoni jew impriża prinċipali ta’ pajjiż terz.

Din id-deċiżjoni għandha tagħti kusiderazzjoni xierqa għall-interessi ta’ kull Stat Membru individwali fejn topera istituzzjoni jew impriża prinċipali ta’ pajjiż terz, u b’mod partikolari lill-impatt potenzjali tar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni minn pajjiż terz dwar partijiet oħra tal-grupp u lill-istabilità finanzjarja f’dawk l-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom, bħala minimu, is-setgħa li jagħmlu dan li ġej:

(a)

jeżerċitaw setgħat ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

(i)

assi ta’ istituzzjoni jew impriża prinċipali minn pajjiż terz li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom jew regolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom;

(ii)

drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni minn pajjiż terz li ddaħħlu fil-kotba minn fergħa fl-Unjoni fl-Istat Membru tagħhom jew regolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-pretensjonijiet fir-rigward ta’ tali drittijiet u obbligazzjonijiet huma infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom.

(b)

jipperfezzjonaw, inkluż li jeħtieġu persuna oħra tieħu azzjoni biex jiġu pperfezzjonati, trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda f’sussidjarja fl-Unjoni stabbilita fl-Istat Membru tal-ħatra;

(c)

jeżerċitaw is-setgħat fl-Artikoli 69, 70 jew 71 fir-rigward tad-drittijiet ta’ kwalunkwe parti fil-kuntratt ma’ entità msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali setgħat huma meħtieġa sabiex jiġu nfurzati l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi; u

(d)

jirrendu mhux infurzabbli kwalunkwe dritt li iwaqqfu, jillikwidaw jew jaċċeleraw kuntratti, jew jaffettwaw id-drittijiet kuntrattwali, ta’ entitajiet msemmija fil-paragrafu 2 u entitajiet tal-grupp oħra, meta dan id-dritt ikun kaġun ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni meħuda fir-rigward ta’ istituzzjoni, ta’ pajjiż terz, ta’ impriża prinċipali ta’ tali entitajiet jew ta’ entitajiet oħra fi grupp, kemm jekk mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz innifisha jew inkella skont ir-rekwiżiti legali jew regulatorji fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ riżoluzzjojni f’dak il-pajjiż, sakemm ikomplu jitwettqu l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta’ pagament u provvista u l-provvista ta’ kollateral.

5.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu, fejn fl-interess pubbliku, jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ impriża prinċipali meta l-awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz tiddetermina li istituzzjoni inkorporata f’dak il-pajjiż terz tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jingħataw is-setgħha li jużaw kwalunkwe setgħa ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dik l-impriża prinċipali, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 68.

6.   Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedura ta’ insolvenza normali skont il-liġi nazzjonali applikabbli, fejn adatt, f’konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 95

Dritt li jirrifjutaw ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni oħra fejn ikun stabbilit kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew taħt l-Artikolu 89, tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi jew li tinforza proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 94(2) jekk tqis:

(a)

li il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni tal-pajjiż terz għandhom effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru li fih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ibbażata jew li l-proċeduri għandhom effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor;

(b)

li hija meħtieġa azzjoni ta’ riżoluzzjoni indipendenti skont l-Artikolu 96 fir-rigward ta’ fergħa fl-Unjoni biex jinkiseb għan wieħed jew aktar ta’ riżoluzzjoni;

(c)

li kredituri, inklużi partikolarment id-depożituri li jinsabu jew li jitħallsu fi Stat Membru, mhux se jirċievu l-istess trattament bħall-kredituri tal-pajjiż terz u depożitanti bl-istess drittijiet legali skont il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni domestiċi tal-pajjiż terz.

(d)

li r-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz ikollhom implikazzjonijiet fiskali materjali għall-Istat Membru; jew

(e)

li l-effetti ta’ tali rikonoxximent jew infurzar ikunu kuntrarji għal-liġi nazzjonali.

Artikolu 96

Riżoluzzjoni ta’ fergħat fl-Unjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat neċessarji biex jaġixxu fir-rigward ta’ fergħa fl-Unjoni li jew mhi soġġetta għall-ebda proċedura ta’ riżoluzzjoni jew li hi soġġetta għall-proċeduri ta’ pajjiż terz jew jekk tapplika waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 95.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 68 japplika għall-eżerċizzju ta’ tali setgħat.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-setgħat meħtieġa fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis dik l-azzjoni meħtieġa fl-interess pubbliku u waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

il-fergħa fl-Unjoni ma għadhiex tissodisfa, jew probabbilment mhux ser tissodisfa l-kondizzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali għall-awtorizzazzjoni u l-operat f’dak l-Istat Membru u ma hemmx prospett li kwalunkwe settur privat, superviżorju jew l-azzjoni ta’ pajjiż terz rilevanti jirrestawra l-fergħa biex tikkonforma jew tipprevjeni falliment fi żmien raġonevoli;

(b)

fl-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-istituzzjoni tal-pajjiż terz mhijiex kapaċi, jew ma tridx, jew x’aktarx li ma tkunx kapaċi tħallas l-obbligi tagħha lill-kredituri tal-Unjonii, jew obbligi li nħolqu jew iddaħħlu fil-kotba permezz tal-fergħa, hekk kif isiru dovuti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun sodisfatta li l-ebda proċeduri ta’ riżoluzzjoni jew proċeduri ta’ insolvenza f’pajjiż terz ma nbdew jew ser jinbdew fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ pajjiż terz fi żmien perjodu raġonevoli;

(c)

l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz bdiet proċeduri ta’ riżoluzzjoni f’pajjiż terz fir-rigward tal-istituzzjoni mill-pajjiż terz, jew innotifikat lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bl-intenzjoni tagħha li tibda proċeduri tali.

3.   Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni tieħu azzjoni indipendenti fir-rigward ta’ fergħa fl-Unjoni, għandha tqis l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni u tieħu azzjoni skont il-prinċipji u r-rekwiżiti li ġejjin, sakemm ikunu rilevanti:

(a)

il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 34;

(b)

ir-rekwiżiti relatati mal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni fil-Kapitolu III tat-Titolu IV.

Artikolu 97

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiż terz dment li u sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 93 mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 93(1) mal-pajjiż terz rilevanti sal-punt li s-suġġett ta’ dan l-Artikolu ma jkunx regolat minn dak il-ftehim.

2.   L-ABE tista’ tikkonkludi qafas ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

f’każijiet fejn sussidjarja fl-Unjoni tkun stabbilita f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali jew il-kumpannija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1);

(b)

f’każijiet fejn istituzzjoni minn pajjiż terz topera fergħat tal-Unjoni f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz fejn dik l-istituzzjoni tkun stabbilita;

(c)

f’każijiet fejn impriża prinċipali u, jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) stabbilita fi Stat Membru b’istituzzjoni sussidjarja jew b’fergħa sinifikanti fi Stat Membru ieħor għandha ukoll istituzzjoni sussidjarja waħda jew aktar f’pajjiż terz, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn dawk l-istituzzjonijiet sussidjarji jkunu stabbiliti;

(d)

f’każijiet fejn istituzzjoni b’sussidjarja jew fergħa sinifikattiva fi Stat Membru ieħor tkun stabbilit fergħa waħda jew aktar f’pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi fejn dawn il-fergħat ikunu jinsabu.

L-arranġamenti msemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx ikun fihom dispożizzjoni rigward istituzzjonijiet speċifiċi. Huma ma għandhomx jimponu obbligi legali fuq l-Istati Membri.

3.   Il-ftehimiet qafas ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meħtieġa u għall-kooperazzjoni fit-twettiq xi wħud mill-kompiti li ġejjin, jew kollha, u għall-eżerċizzju ta’ xi wħud mis-setgħat li ġejjin jew kollha, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jew ta’ gruppi li jinkludu tali istituzzjonijiet:

(a)

l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikoli 10 sa 13 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(b)

il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ tali istituzzjonijiet u gruppi, skont l-Artikolu 15 u 16 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)

l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 17 u 18 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)

l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(e)

l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ riżoluzzjoni u setgħat simili eżerċitabbli mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, għandhom jikkonkludu arranġamenti mhux vinkolanti ta’ kooperazzjoni skont l-arranġament qafas tal-ABE mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz rilevanti indikat fil-paragrafu 2.

Dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   Arranġamenti ta’ kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont dan l-Artikolu jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

konsultazzjoni u kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inklużi l-prinċipji għall-eżerċizzju tas-setgħat skont l-Artikoli 94 u 96 u s-setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)

l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)

twissija bikrija lil, jew konsultazzjoni mal-partijiet għall-arranġament ta’ koperazzjoni qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont din id-Direttiva jew il-liġi tal-pajjiż terz relevanti li taffettwa l-istituzzjoni jew il-grupp li għalih jgħodd l-arranġament;

(e)

il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni konġunti;

(f)

proċeduri u arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e), inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi tal-immaniġġjar tal-kriżijiet.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar kwalunkwe arranġamenti ta’ kooperazzjoni li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew skont dan l-Artikolu.

Artikolu 98

Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta’ rkupru, ma’ awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

dawk l-awtoritajiet tal-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti u standards tas-sigriet professjonali mill-anqas meqjusa bħala ekwivalenti fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 84;

Fir-rigward ta’ kif il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirrelata mad-dejta personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta’ din it-tip ta’ dejta personali lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhom jkunu governati mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

(b)

l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz tal-funzjonijiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma’ dawk taħt din id-Direttiva u, soġġett għall-punt (a) ta’ dan il-paragrafu 1, ma jintuża għall-ebda fini ieħor.

2.   Meta informazzjoni kunfidenzjali toriġina fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti u ministeri kompetenti ma għandhomx jiddivulgaw dik l-informazzjoni lil awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz sakemm ma jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn oriġinat l-informazzjoni (l-awtorità tal-oriġini) taqbel ma’ dik id-divulgazzjoni;

(b)

l-informazzjoni tiġi ddivulgata biss għall-iskopijiet permissibbli mill-awtorità tal-oriġini.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali jekk tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ sigriet professjonali skont il-liġi tal-Unjoni.

TITOLU VII

ARRANĠAMENTI TA’ FINANZJAMENT

Artikolu 99

Sistema Ewropea ta’ arranġamenti ta’ finanzjament

Hija b’dan stabbilita sistema Ewropea ta’ arranġamenti ta’ finanzjament li għandha tikkonsisti minn:

(a)

arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;

(b)

self bejn arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament kif speċifikat fl-Artikolu 106,

(c)

il-mutwalizzazzjoni ta’ arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp kif imsemmi fl-Artikolu 107.

Artikolu 100

Rekwiżiti biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġament ta’ finanzjament wieħed jew iżjed għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament jistgħu jitnedu mill-awtorità pubblika nominata jew awtorità fdata bis-setgħat amministrattivi pubbliċi.

L-arranġamenti ta’ finanzjament għandhom jintużaw biss skont l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 31 u 34.

2.   L-Istati Membri jistgħu jużaw l-istess struttura amministrattiva bħall-arranġamenti finanzjarji tagħhom għall-finijiet tal-iskema għall-garanzija tad-depożitu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti tal-finanzjament ikollhom riżorsi finanzjarji adegwati.

4.   Għall-għan previst fil-paragrafu 3, l-arranġamenti ta’ finanzjament għandhom partikolarment ikollhom is-setgħa li:

(a)

jiġbru kontribuzzjonijiet ex ante kif speċifikat fl-Artikolu 103 bil-ħsieb li jintlaħaq il-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 102;

(b)

jiġbru kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post kif speċifikat fl-Artikolu 104, meta l-kontribuzzjonijiet speċifikati fil-punt (a) ma jkunx biżżejjed, u

(c)

jiksbu self u forom oħra ta’ għajnuna kif speċifikat fl-Artikolu 105.

5.   Bl-eċċezzjoni tal-każijiet skont il-paragrafu 6, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-arranġament finanzjarju nazzjonali tiegħu permezz ta’ fond, li l-użu tiegħu jista’ jitnieda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiegħu, għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 101(1).

6.   Minkejja l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’, bil-għan li jaqdi l-obbligi tiegħu skont paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistabbilixxi l-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali tiegħu permezz ta’ kontribuzzjonijiet mandatorji minn istituzzjonijiet li huma awtorizzati fit-territorju tiegħu, liema kontribuzzjonijiet huma bbażati fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 103(7) u li mhumiex miżmuma permezz ta’ fond ikkontrollat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiegħu sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jintlaħqu:

(a)

l-ammont miġbur minn kontribuzzjonijiet huwa mill-inqas daqs l-ammont li huwa meħtieġ jinġabar taħt l-Artikolu 102;

(b)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru hija intitolata għal ammont ekwivalenti għall-ammont ta’ tali kontribuzzjonijiet, li l-Istat Membru jagħmel immedjatament disponibbli għal dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fuq it-talba ta’ din tal-aħħar, esklużivament għall-użu tal-finijiet stipulati fl-Artikolu 101;

(c)

l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jagħmel użu mid-diskrezzjoni li jisstruttura l-arranġamenti finanzjarji tiegħu skont dan il-paragrafu:

(d)

l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-ammont imsemmi fil-punt (b) mhux inqas minn darba fis-sena; u

(e)

ħlief kif stipulat f’dan il-paragrafu, l-arranġamenti finanzjarji jikkonformaw mal-Artikoli 99 sa 102, 103(1) sa (4) u (6), u l-Artikoli 104 sa 109.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu sabiex jintlaħaq il-livell immirat speċifikat fl-Artikolu 102 jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet mandatorji minn kull skema ta’ kontribuzzjonijiet mandatorji stabbilita minn Stat Membru fi kwalunkwe data bejn is-17 ta’ Ġunju 2010 u t-2 ta’ Lulju 2014 minn istituzzjonijiet fit-territorju tiegħu sabiex jiġu koperti l-ispejjeż marbuta mar-riskju sistemiku, il-falliment u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet, dment li l-Istat Membru jikkonforma ma’ dan it-Titolu. Kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti ma għandhomx jgħoddu għal-livell immirat għall-arranġamenti tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni stipulat fl-Artikolu 102.

Artikolu 101

Użu tal-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni

1.   L-arranġamenti tal-finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100 jistgħu jintużaw mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biss sal-punt meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod tar-riżoluzzjoni, għall-iskopijiet li ġejjin:

(a)

biex jiggarantixxu l-assi jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tas-sussidjarji tagħha, tal-istituzzjoni tranżitorja jew ta’ vettura tal-immaniġġar tal-assi;

(b)

biex jagħtu self lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, lis-sussidjarji tagħha, lill-istituzzjoni tranżitorja jew lil vettura tal-immaniġġar tal-assi;

(c)

biex jinxtraw assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d)

biex tagħmel kontribuzzjonijiet lil istituzzjoni tranżitorja u lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi;

(e)

biex jitħallas kumpens lill-azzjonisti jew il-kredituri f’konformità mal-Artikolu 75;

(f)

biex issir kontribuzzjoni lill-istituzzjoni f’riżoluzzjoni minflok il-valutazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ ċerti kredituri, meta tiġi applikata l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi ċerti kredituri minn l-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) sa (8);

(g)

biex jagħtu self lil arranġamenti ta’ finanzjament oħrajn fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 106;

(h)

biex tieħu kwalunkwe kombinazzjoni ta’ azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (g).

L-arranġamenti ta’ finanzjament jistgħu jintużaw sabiex jittieħdu l-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu anke fir-rigward tal-akkwirent fil-kuntest tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju.

2.   L-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni ma għandux jintuża direttament għall-assorbiment ta’ telf ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew għar-rikapitalizzazzjoni ta’ din it-tip ta’ istituzzjoni jew entità. Fil-każ li l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu indirettament jirriżulta fit-trasferiment ta’ parti mit-telf ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) lill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, għandhom japplikaw il-prinċipji li jirregolaw l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 44.

Artikolu 102

Livell immirat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-arranġamenti ta’ finanzjament tagħhom, jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli mmirati li jeċċedu dak l-ammont.

2.   Matul il-perjodu inizjali ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta’ finanzjament miġbura skont l-Artikolu 103 għandhom jinfirxu tul iż-żmien bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira, iżda b’kunsiderazzjoni xierqa tal-fażi taċ-ċiklu ta’ negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet pro-ċikliċi jista’ jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-instituzzjonijiet kontribwenti.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu inizjali ta’ żmien b’massimu ta’ erba’ snin fil-każ li l-arranġamenti ta’ finanzjament jkunu għamlu żborzi akkumulati ta’ aktar minn 0,5 % tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom li huma ggarantiti taħt id-Direttiva 2014/49/UE.

3.   Jekk, wara l-perjodu inizjali ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat f’dak il-paragrafu, għandhom jerġgħu jibdew jinġabru l-kontribuzzjonijiet regolari skont l-Artikolu 103 sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Wara li jkun intlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba u fejn il-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu sussegwentement tnaqqsu għal anqas minn żewġ terzi tal-livell immirat, dawk il-kontributi għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell immirat fi żmien sitt snin.

Il-kontribuzzjoni regolari għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa tal-fażi taċ-ċiklu ta’ negozju, u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista’ jkollhom fl-iffissar tal-kontribuzzjonijiet annwali fil-kuntest ta’ dan il-paragrafu.

4.   L-ABE għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2016 bir-rakkomandazzjonijiet dwar il-punt ta’ referenza adatt għat-twaqqif tal-livell fil-mira għall-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, u partikolarment jekk l-obbligazzjonijiet totali humiex bażi aktar xierqa minn depożiti koperti.

5.   Abbażi tar-riżultati tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tippreżenta sal-31 ta’ Diċembru 2016 lill-Parlament Ewropew u lill-Kusill proposta leġiżlattiva dwar il-bażi għal-livell fil-mira għar-riżoluzzjoni tal-arranġamenti ta’ finanzjament.

Artikolu 103

Kontribuzzjonijiet ex-ante

1.   Sabiex jilħqu l-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 102, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jinġabru mill-anqas annwalment mill-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom inkluż mill-fergħat fl-Unjoni.

2.   Il-kontribuzzjoni ta’ kull istituzzjoni għandha tkun pro rata għall-ammont tal-obbligazzjonijiet tagħha (esklużi l-fondi proprji) li minnhom jitnaqqsu d-depożiti koperti fir-rigward tal-obbligazzjonijiet aggregati (esklużi l-fondi proprji) li minnhom jitnaqqsu d-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tal-Istat Membru.

Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu aġġustati proporzjonalment għall-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, f’konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu biex jintlaħaq il-livell immirat speċifikat fl-Artikolu 102 jistgħu jinkludu impenji ta’ pagamenti irrevokabbli li huma kompletament sostnuti b’kollateral ta’ assi b’riskju baxx mhux ostakolati b’xi drittijiet ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklużiv tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 101(1). Is-sehem tal-impenji irrevokabbli ta’ pagament ma għandux jaqbeż 30 % tal-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet miġbura skont dan l-Artikolu.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet speċifikat f’dan l-Artikolu jkun infurzabbli skont il-liġi nazzjonali, u li l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu bis-sħiħ.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ kontabilità, ta’ rappurtar u oħrajn xierqa sabiex jiżguraw illi l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu bis-sħiħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw miżuri għal verifikazzjoni xierqa ta’ jekk il-kontribuzzjonijiet tħallsux korrettament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw miżuri li jimpedixxu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż.

5.   L-ammonti miġbura skont dan l-Artikolu għandhom jintużaw biss għall-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 101(1).

6.   Soġġett għall-Artikoli 37, 38, 40, 41 u 42, l-ammonti rċevuti mingħand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja, l-imgħax u qligħ ieħor fuq l-investimenti u kwalunkwe qligħ ieħor jistgħu jibbenefikaw l-arranġamenti ta’ finanzjament.

7.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 sabiex tispeċifika l-kunċett ta’ aġġustament tal-kontribuzzjonijiet fi proporzjon tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis dan kollu li ġej:

(a)

l-iskopertura tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluża l-importanza tal-attivitajiet tal-kummerċ tagħha, l-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħha u l-grad ta’ ingranaġġ tagħha;

(b)

l-istabbiltà u l-varjetà ta’ sorsi ta’ finanzjament tal-kumpanija u assi likwidi ħafna li mhux imfixkla;

(c)

il-kondizzjoni finanzjarji tal-istituzzjoni;

(d)

il-probabbiltà li l-istituzzjoni tidħol f’riżoluzzjoni;

(e)

il-punt safejn l-istituzzjoni tkun ibbenefikat preċedentement minn għajnuna finanzarja pubblika straordinarja;

(f)

il-kumplessità tal-istruttura tal-istituzzjoni u r-riżolvibbiltà tagħha, u

(g)

l-importanza tal-istituzzjoni għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija ta’ wieħed mill-Istati Membri jew aktar jew tal-Unjoni;

(h)

il-fatt li l-istituzzjoni hi parti minn IPS.

8.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 115 sabiex tispeċifika:

(a)

ir-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, l-obbligi tar-rappurtar u obbligi oħra msemmija fil-paragrafu 4 maħsuba biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jiġu effettivament imħallsa;

(b)

l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 biex tiżgura verifikazzjoni adegwata ta’ jekk il-kontribuzzjonijiet tħallsux korrettament.

Artikolu 104

Kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post

1.   Meta l-mezzi finanzjarji disponibbli mhumiex suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinġabbru kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post mingħand l-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom, sabiex jiġu koperti l-ammonti addizzjonali. Dawk il-kontribuzzjonijiet straordinarji ex post għandhom jiġu allokati bejn l-istituzzjonijiet skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 103(2).

Il-kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post ma għandhomx jeċċedu tliet darbiet l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 103.

2.   L-Artikolu 103(4) sa (8) għandu jkun applikabbli għall-kontribuzzjonijiet li jinġabru taħt dan l-Artikolu.

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tiddiferixxi l-ħlas, b’mod sħiħ jew parzjali, minn istituzzjoni ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji ex post għall-arranġament ta’ riżoluzzjoni ta’ finanzjament jekk il-kontribuzzjonijiet ikunu jipperikolaw il-likwidità jew is-solvenza tal-istituzzjoni. Tali differiment ma għandux jingħata għal perjodu itwal minn sitt xhur iżda jista’ jiġġedded fuq talba tal-istituzzjoni. Il-kontribuzzjonijiet differiti skont dan is-subparagrafu għandhom jitħallsu meta pagament ma jipperikolax aktar il-likwidità jew is-solvenza tal-istituzzjoni.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115 biex tispeċifika ċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet minnistituzzjoni jista’ jiġi differit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 105

Mezzi alternattivi ta’ finazjament

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jikkuntrattjaw self jew forom oħra ta’ għajnuna minn istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, jew partijiet terzi oħra f’każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 103 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament, u l-kontribuzzjonijiet straordinarji previsti fl-Artikolu 104 ma jkunux aċċessibbli jew suffiċjenti.

Artikolu 106

Self bejn arranġamenti ta’ finanzjament

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jistgħu jitolbu li jisselfu mill-arranġamenti ta’ finanzjament l-oħrajn kollha fl-Unjoni, fil-każ li:

(a)

l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 103 mhumiex biżżejjed biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew spejjeż oħrajn sostnuti minħabba l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament;

(b)

il-kontribuzzjonijiet straordinarji ex post provduti fl-Artikolu 104 mhumiex immedjatament aċċessibbli; kif ukoll

(c)

il-mezzi alternattivi ta’ finanzjament previsti fl-Artikolu 105 mhumiex immedjatament aċċessibbli b’kondizzjonijiet raġonevoli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jkollhom is-setgħa li jagħtu self lil arranġamenti ta’ finanzjament oħra fl-Unjoni fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-paragrafu 1.

3.   B’segwitu għal talba skont il-paragrafu 1, kull wieħed mill-arranġamenti ta’ finanzjament l-oħrajn fl-Unjoni għandu jiddeċiedi jekk għandux jagħti self lill-arranġament ta’ finanzjament li jkun għamel it-talba. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li dik id-deċiżjoni tittieħed wara konsultazzjoni, jew bil-kunsens tal-ministeru kompetenti jew tal-gvern. Id-deċiżjoni għandha tittieħed b’urġenza dovuta.

4.   Ir-rata tal-imgħax, il-perijodu tal-ħlas lura u termini u kondizzjonijiet oħrajn tas-self għandhom jiġu maqbula bejn l-arranġament ta’ finanzjament li jagħti s-self u l-arranġamenti ta’ finanzjament l-oħrajn li jkunu ddeċidew li jieħdu sehem. Is-self ta’ kull arranġament ta’ finanzjament parteċipanti għandu jkollu l-istess rata ta’ mgħax, perijodu ta’ ħlas lura u termini u kondizzjonijiet oħrajn, sakemm l-arranġamenti ta’ finanzjament parteċipanti kollha ma jaqblux mod ieħor.

5.   L-ammont misluf minn kull arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni parteċipanti għandu jkun pro rata għall-ammont ta’ depożiti koperti fl-Istat Membri ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni, rigward l-ammont aggregat ta’ depożiti koperti fl-Istati Membri tal-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni parteċipanti. Dawk ir-rati tal-kontribuzzjoni jistgħu jvarjaw bi qbil fost l-arranġamenti ta’ finanzjament parteċipanti kollha.

6.   Is-self dovut lil arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni ta’ Stat Membru ieħor skont dan l-Artikolu għandu jiġi trattat bħala assi tal-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni li jkun pprovda s-self u jista’ jingħad għall-fini tal-livell immirat tal-arranġament ta’ finanzjament.

Artikolu 107

Mutwalizzazzjoni ta’ arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp kif imsemmija fl-Artikolu 91 jew l-Artikolu 92, l-arranġament ta’ finanzjament nazzjonali ta’ kull istituzzjoni li tkun parti minn grupp tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni tal-grupp skont dan l-Artikolu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp, għandha tipproponi, jekk meħtieġ qabel ma tieħu kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni, pjan finanzjarju, bħala parti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp stipulata fl-Artikoli 91 u 92.

Il-pjan ta’ finanzjament għandu jiġi maqbul f’konformità mal-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 91 u 92.

3.   Il-pjan ta’ finanzjament għandu jinkludi:

(a)

valutazzjoni bi qbil mal-Artikolu 36 fir-rigward tal-entitajiet tal-grupp affettwati;

(b)

it-telf li għandu jiġi rikonoxxut minn kull entità fi grupp affettwata fil-mument li fih jiġu eżerċitati l-għodod ta’ riżoluzzjoni;

(c)

għal kull entità fi grupp affettwata, it-telf sostnut minn kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri;

(d)

kwalunkwe kontribuzzjoni meħtieġa li ssir mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti f’konformità mal-Artikolu 109(1);

(e)

il-kontribuzzjoni totali mill-arranġamenti ta’ riżoluzzjoni ta’ finanzjament u l-għan u l-forma tal-kontribuzzjoni;

(f)

il-bażi biex jiġi kkalkulat l-ammont li kull wieħed mill-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikunu jinstabu l-entitajiet tal-grupp affettwati, hi meħtieġa biex issir kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni tal-grupp sabiex tinbena l-kontribuzzjoni totali msemmija fil-punt (e);

(g)

l-ammont li l-arranġament ta’ finanzjament nazzjonali ta’ kull entità fi grupp affettwata hu meħtieġ li jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-grupp u l-forma ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet;

(h)

l-ammont ta’ self li l-arranġamenti ta’ finanzjament tal-Istati Membri fejn ikunu jinstabu l-entitajiet tal-grupp affettwati, ser jiksbu mill-istituzzjonijiet, l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet terzi oħrajn, skont l-Artikolu 105.

(i)

skeda ta’ żmien għall-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament tal-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-entitajiet fi grupp affettwati, li għandha tkun tista’ tiġi estiża fejn ikun xieraq.

4.   Il-bażi għat-tqassim tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3 għandha tkun konsistenti mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u mal-prinċipjistabbiliti fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 12(3), sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor fil-pjan ta’ finanzjament.

5.   Sakemm mhux maqbul mod ieħor fil-pjan ta’ finanzjament, il-bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni ta’ kull arranġament ta’ finanzjament nazzjonali għandu, b’mod partikolari, jikkunsidra:

(a)

il-proporzjon tal-assi tal-grupp miżmum f’istituzzjonijiet u entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) stabbiliti fl-Istat Membru ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;

(b)

il-proporzjon tal-assi tal-grupp miżmum f’istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(b), (c) u (d) stabbilit fl-Istat Membru ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;

(c)

il-proporzjoni tat-telf, li ta lok għall-ħtieġa ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, li oriġinat fl-entitajiet tal-grupp taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni; kif ukoll

(d)

il-proporzjoni tar-riżorsi tal-arranġamenti ta’ finanzjament tal-grupp li, skont il-pjan ta’ finanzjament, huma mistennija li ser jintużaw biex ikunu ta’ benefiċċju dirett għall-entitajiet tal-grupp stabbiliti fl-Istat Membru ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel, regoli u proċeduri biex jiżguraw li kull arranġament ta’ finanzjament nazzjonali jista’ jaffettwa l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżoluzzjoni ta’ finanzjament tal-grupp immedjatament mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

7.   Għall-fini ta’ dan l-Artiklu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament tal-grupp, bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 105, biex jinkiseb self jew forom oħrajn ta’ għajnuna, mingħand istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħrajn.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jistgħu jiggarantixxu kwalunkwe teħid ta’ self ikkuntrattjat mill-arranġamenti ta’ finanzjament tal-grupp skont il-paragrafu 7.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe qligħ jew benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tal-arranġamenti ta’ finanjament tal-grupp jiġu allokati lill-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament skont il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 2.

Artikolu 108

Klassifikazzjoni ta’ depożiti f’ġerarkija ta’ insolvenza

L-Istati Membru għandhom jiżguraw li fil-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri ta’ insolvenza normali:

(a)

dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri komuni mhux garantiti u mhux preferuti:

(i)

dik il-parti ta’ depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li taqbeż il-livell ta’ kopertura prevista fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE;

(ii)

depożiti minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jkunu depożiti eliġibbli kieku mhux għall-fatt li jkunu saru f’fergħat barra mill-Unjoni ta’ istituzzjonijiet stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.

(b)

dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni prevista fil-punt (a);

(i)

depożiti koperti;

(ii)

skemi ta’ garanzija ta’ depożiti surrogati għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ depożituri koperti f’insolvenza.

Artikolu 109

Użu tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni, u sakemm dik l-azzjoni tiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni hija affiljata magħha tkun responsabbli għal:

(a)

meta jiġi applikat l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-ammont li bih jitniżżel il-valur tad-depożiti koperti jkunu ġew żvalutati sabiex jiġi assorbit it-telf fl-istituzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(1), fil-każ li d-depożiti koperti kienu inklużi fl-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna u kien tniżżel il-valur tagħhom għall-istess livell bħall-kredituri bl-istess livell ta’ prijorità skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri ta’ insolvenza normali; jew

(b)

meta tiġi applikata waħda jew aktar mill-għodda ta’ riżoluzzjoni li ma jkunux l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-ammont tat-telf sostnut mid-depożituri koperti, fil-każ li d-depożituri koperti jkunu sostnew telf fi proporzjon mat-telf sostnut mill-kredituri bl-istess livell ta’ prijorità skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċedimenti ta’ insolvenza normali.

F’kull każ, l-obbligazzjonijiet tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ma għandhomx ikunu ta’ ammont akbar mill-ammont tat-telf li kien ikollha ssostni kieku l-istituzzjoni kienet ġiet soġġetta għal stralċ skont proċeduri ta’ insolvenza normali.

Meta tiġi applikata l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ma għandhiex tkun meħtieġa tagħmel l-ebda kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż ta’ rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja skont il-punt (b) tal-Artikolu 46(1).

Meta jiġi stabbilit permezz ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 74 li l-iskema ta’ garanzija tad-depożitu għar-riżoluzzjoni kienet ta’ aktar mit-telf nett li kieku kienet issostni kieku l-istituzzjoni kienet soġġetta għal stralċ skont proċeduri ta’ insolvenza normali, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandu jkollha d-dritt għall-pagament tad-differenza mill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 75.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni tal-ammont li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36.

3.   Il-kontribuzzjoni mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għall-iskop tal-paragrafu 1 għandha ssir fi flus.

4.   Fejn depożiti eliġibbli f’istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti lil entità oħra permezz tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, id-depożituri ma jkollhom l-ebda pretensjoni skont id-Direttiva 2014/49/UE kontra l-iskema ta’ garanzija tad-depożitu fir-rigward ta’ kwalunkwe parti tad-depożiti tagħhom fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li ma jiġux ittrasferiti, sakemm dak l-ammont ta’ fondi trasferiti jkun daqs jew iktar mil-livell aggregat ta’ kopertura provduti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE.

5.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożiti jintużaw bi qbil magħha u jitnaqqsu sussegwentement għal anqas minn żewġ terzi tal-livell immirat tal-iskema ta’ garanzija ta’ depożiti, il-kontribuzzjoni regolari għall-iskema ta’ garanzija ta’ depożiti għandha tkun iffissata f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell immirat fi żmien sitt snin.

Fi kwalunkwe każ, ir-responsabilità ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożiti ma għandhiex tkun akbar mill-ammont ekwivalenti għal 50 % tal-livell immirat tagħha skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/49/UE. L-Istati Membri, jistgħu, b’kunsiderazzjoni tal-ispeċifitajiet tas-settur bankarju nazzjonali tagħhom, jiffissaw perċentwal li jkun ogħla minn 50 %.

Fi kwalunkwe ċirkostanza, il-parteċipazzjoni għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont din id-Direttiva ma għandhiex teċċedi t-telf li ġġarrab fi stralċ skont il-proċedimenti ta’ insolvenza normali.

TITOLU VIII

PENALI

Artikolu 110

Penali u miżuri amministrattivi oħrajn

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli fejn ma jiġux rispettati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi għal ksur li hu soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali. Il-penali u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw l-obbligi obbligi għal msemmija fl-ewwel paragrafu għall-istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji u intrapriżi prinċipali tal-Unjoni, fil-każ ta’ ksur jkunu jistgħu jiġu applikati penali amministrattivi, soġġett għal kondizzjonijiet stipulati fid-dritt nazzjonali, lill-membri tal-entità maniġerjali, u lil persuna fiżika oħra li skont il-liġi nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.

3.   Is-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali amministrattivi previsti f’din id-Direttiva għandha tiġi attribwita lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti, skont it-tip ta’ ksur. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigattivi kollha u ta’ ġbir ta’ informazzjoni li huma neċċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħrajn jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.

4.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi f’konformità ma’ din id-Direttiva u mad-dritt nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil tali awtoritajiet;

(d)

permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 111

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali u miżuri oħra tal-inqas fir-rigward taċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

nuqqas li jitfasslu, jinżammu u jiġu aġġornati pjanijiet ta’ rkupru u pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp, li jiksru l-Artikoli 5 jew 7;

(b)

nuqqas ta’ notifika lill-awtorità kompetenti bl-intenzjoni li tingħata għajnuna finanzjarja lil grupp li jiksru l-Artikolu 25;

(c)

nuqqas li tkun provduta l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni li jiksru l-Artikolu 11;

(d)

nuqqas tal-maniġment ta’ korp ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun qed tfalli jew probabbli tfalli, li jiksru l-Artikolu 81(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali u l-miżuri amministrattivi l-oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jkunu mill-anqas jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja, intrapriża prinċipali tal-Unjoni jew persuna ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)

projbizzjoni temporanja kontra membru tal-korp maniġerjali jew maniġment anzjan tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet f’istituzzjonijiet jew entitajiet msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(d)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti. Fejn il-persuna ġuridika hija sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontabilità konsolidata tal-intrapriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

(e)

fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi pekunarji ta’ sa EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(f)

multi amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub minħabba l-ksur fejn fejn dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi determinat.

Artikolu 112

Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fil-websajt uffiċjali tagħhom tal-inqas kwalunkwe penali amministrattiva li tkun ġiet imposta minnhom għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva fejn tali penali ma kienux is-suġġett ta’ appell jew fejn id-dritt ta’ appell jkun ġie eżawrit. Tali publikazzjoni għandha ssir mingħajr dewmien mhux dovut wara li l-persuna fiżika jew ġuridika li tirċievi l-penali tiġi infurmata b’dik id-deċiżjoni, inkluż informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tiegħu tiġi imposta l-penali.

Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ penali li dwarhom ikun hemm appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw fuq il-websajt uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus ta’ dak l-appell u l-eżitu tiegħu.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali imposti minnhom fuq bażi anonima, b’mod li jikkonforma mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta l-penali tiġi imposta fuq persuna fiżika u jintwera li l-pubblikazzjoni ta’ dejta personali hi sproporzjonata minn valutazzjoni a priori obbligatorja tal-proporzjonalità ta’ tali pubblikazzjoni;

(b)

meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;

(c)

meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn jista’ jiġi ddeterminat, dannu sproporzjonat għall-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew l-persuni fiżiċi involuti.

Alternattivament, f’dawn il-każijiet, il-pubblikazzjoni tad-dejta inkwistjoni tista’ tiġi posposta għal perjodu ta’ żmien raġonevoli, jekk jista’ jkun previst li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima jieqfu milli jeżistu f’dak il-perjodu.

3.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tibqa’ fuq il-websajt uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin. Id-dejta personali li tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fil-websajt uffiċjali tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti għall-perijodu li jkun meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

4.   Sat-3 ta’ Lulju 2016 l-ABE għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ penali mill-Istati Membri fuq bażi anonima kif previst taħt paragrafu 2 u, partikolarment fejn kien hemm diverġenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f’dak ir-rigward. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll kwalunkwe diverġenza sinifikattiva matul il-pubblikazzjoni ta’ penali skont id-dritt nazzjonali għall-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-penali.

Artikolu 113

Żamma ta’ bażi ta’ dejta ċentrali mill-ABE

1.   Soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali stretta msemmija fl-Artikolu 84, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE bil-penali amministrattivi kollha imposti minnhom taħt l-Artikolu 111 bl-istatus ta’ dak l-appell u l-eżitu tiegħu. L-ABE għandha żżomm bażi ta’ dejta ċentrali ta’ penali irrapportati lilha unikament għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. L-ABE għandha żżomm bażi ta’ dejta ċentrali ta’ sanzjonijiet irrapportati lilha unikament għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-ABE għandha żżomm webpejġ b’ħoloq għall-pubblikazzjoni ta’ penalitajiet ta’ kull awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ penali ta’ kull awtorità kompetenti skont l-Artikolu 112 u tindika l-perijodu li matulu kull Stat Membru jippubblika l-penali.

Artikolu 114

Applikazzjoni effikaċi tal-penali u l-eżerċizzju tas-setgħat impożizzjoni ta’ penali mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell tal-multi amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, inkluż fejn adatt:

(a)

il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, pereżempju, kif indikata mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, safejn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)

it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn ikun jista’ jiġi determinat;

(f)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(g)

ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(h)

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

TITOLU IX

SETGĦAT TA’ EŻEKUZZJONI

Artikolu 115

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikoli 2, l-Artikolu 44(11), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 103(7) u (8) jew l-Artikolu 104(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni- għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mit-2 ta’ Lulju 2014.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikoli 2, l-Artikolu 44(11), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 103(7) u (8) jew l-Artikolu 104(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont fit-tieni paragrafu tal-Artikoli 2, l-Artikolu 44(11), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 103(7) u (8) jew l-Artikolu 104(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

6.   Il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta atti delegati meta ż-żmien tal-iskrutinju tal-Parlament Ewropew huwa mnaqqas permezz ta’ waqfa għal inqas minn ħames xhur inkluża kwalunkwe estensjoni.

TITOLU X

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 82/891/KEE, 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE. 2012/30/UE U 2013/36/UE U GĦAR-REGOLAMENTI (UE) Nru 1093/2010 U (UE) Nru 648/2012

Artikolu 116

Emenda għad-Direttiva 82/891/KEE

L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 82/891/KEE jiġi ssostitwit minn dan li ġej:

“4.   L-Artikolu 1(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) għandhom japplikaw.

Artikolu 117

Emendi għad-Direttiva 2001/24/KE

Id-Direttiva 2001/24/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal ditti ta’ investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) u l-fergħat tagħhom li jinsabu fi Stati Membri li mhumiex dak li fihom għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom.

4.   Fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni previsti fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****), din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji, id-ditti u l-impriżi prinċipali li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/59/UE.

5.   L-Artikoli 4 u 7 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw fejn japplika l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/59/UE.

6.   L-Artikolu 33 ta’ din id-Direttiva m’għandux japplika fejn japplika l-Artikolu 84 tad-Direttiva 2014/59/UE.

(***)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 tas-dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)."

(****)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).”;"

(2)

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (43) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (44) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

‘fergħa’ tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (40) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew awtorità ta’ risoluzzjoni skont it-tifsira fl-Artikolu 2(18) tad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tar-riorganizzazzjoni tal-miżuri meħuda skont dik id-Direttiva;

‘amministratur’ tfisser kull persuna jew korp maħtur mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li l-kompitu tagħha huwa li tamministra miżuri ta’ riorganizzazzjoni;

‘awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji’ tfisser dawk l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istati Membri li huma kompetenti għall-finijiet tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri tal-istralċ;

‘miżuri ta’ riorganizzazzjoni’ tfisser miżuri li huma maħsuba sabiex jippreservaw jew ireġġgħu lura s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jistgħu jaffettwaw id-drittijiet preżistenti ta’ parijiet terzi, inklużi l-miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ pagamenti, is-sospensjoni ta’ miżuri ta’ infurzar jew it-tnaqqis ta’ pretensjonijiet; dawk il-miżuri jinkludu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni previsti fid-Direttiva 2014/59/UE;

‘likwidatur’ tfisser kull persuna jew korp maħtur mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li l-kompitu tiegħu hu li jamministra l-proċeduri ta’ stralċ;

‘proċeduri ta’ stralċ’ tfisser proċeduri kollettivi mibdija u sorveljati mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ Stat Membru bl-għan tar-realizzazzjoni tal-assi taħt is-superviżjoni ta’ dawk l-awtoritajiet, inkluż fejn il-proċeduri jintemmu b’kompożizzjoni jew miżura simili oħra;

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (21) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****);

‘strument’ tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (50)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(*****)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)”"

(3)

L-Artikolu 25 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Ftehimiet ta’ netting

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 60a u 63 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-ftehimiet ta’ netting għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-kuntratt li jirregola tali ftehimiet.”

(4)

L-Artikolu 26 jinbidel b’li ġej:

“Artikolu 26

Ftehimiet ta’ riakkwist

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva, il-ftehimiet ta’ riakkwist għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-kuntratt li jirregola tali ftehimiet.”

Artikolu 118

Emenda għad-Direttiva 2002/47/KE

Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   L-Artikoli 4 sa 7 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju jew kwalunkwe restrizzjoni fuq l-effett ta’ arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ garanzija, dispożizzjoni ta’ saldu abbażi tal-valur net jew ta’ tpaċija imposta skont it-Titolu IV Kapitolu V jew VI jew l-Artikolu 77 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta’ setgħat simili fid-dritt domestiku ta’ Stat Membru biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordinata ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punti (c)(iv) u (d) tal-paragrafu 2 li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV Kapitolu VII tad-Direttiva 2014/59/UE (******);

(******)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).”;"

(2)

L-Artikolu 9a huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 9a

Direttivi 2008/48/KE u 2014/59/UE

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2008/48/KE u 2014/59/UE.”

Artikolu 119

Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE

Fl-Arikolu 4(5) tad-Direttiva 2004/25/KE, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva ma japplikax f’każ ta’ użu ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******).

Artikolu 120

Emenda għad-Direttiva 2005/56/KE

Fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/56/KE għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpannija jew kumpanniji li huma s-suġġett tal-użu ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE, u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********).

Artikolu 121

Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/KE tiġi emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ tal-użu ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********).

(*********)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).”;"

(2)

fl-Artikolu 5 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva 2014/59/UE, il-laqgħa ġenerali tista’ tiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti validi, tiddeċiedi jew timmodifika l-istatut biex tippreskrivi li sejħa għal laqgħa ġenerali sabiex jiġi deċiż dwar żieda fil-kapital tista’ tissejjaħ b’avviż iqsar minn dak previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm dik il-laqgħa ma sseħħx fi żmien għaxart ijiem kalendarji mis-sejħa u li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 27 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE jiġu sodisfatti u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa sabiex jiġu evitati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33 ta’ dik id-Direttiva.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa skadenza waħda fl-Artikolu 6(3), l-obbligu li jiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta’ agenda riveduta fl-Artikolu 6(4) u l-obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa data ta’ reġistrazzjoni waħda fl-Artikolu 7(3) ma għandhomx japplikaw.”

Artikolu 122

Emenda għad-Direttiva 2011/35/UE

Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/35/UE, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpannija jew kumpanniji li huma s-suġġett tal-użu ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE, u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********).

Artikolu 123

Emenda għad-Direttiva 2012/30/UE

Fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2012/30/UE, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 10, 19(1), 29(1), (2) u (3), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 31(2), l-Artikoli 33 sa 36 u l-Artikoli 40, 41 u 42 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx fil-każ tal-użu tal-għodod, is-setgħat u l-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 (***********).

Artikolu 124

Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

Fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, jitħassar il-paragrafu 4.

Artikolu 125

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)   ‘awtorità kompetenti’ tfisser:

(i)

l-awtorità kompetenti kif iddefinita fl-Artikolu 4(1) (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fis-sens tad-Direttivi 2007/64/KE u 2009/110/KE;

(ii)

fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji;

(iii)

f’dak li jirrigwarda d-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (************), awtorità maħtura kif definita fl-Artikolu 2(1)(18) ta’ dik id-Direttiva;

(iv)

fir-rigward tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*************) awtorità tar-riżoluzzjoni kif definita fl-Artikolu 2(1)(18) ta’dik id-Direttiva.

(************)  Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)."

(*************)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).”;"

(2)

Fl-Artikolu 40(6), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-finijiet li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 2014/59/UE il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità tar-riżoluzzjoni f’kull Stat Membru, li ma għandux ikollu vot.”

Artikolu 126

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012/UE, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“(k)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**************).

TITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 127

Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-ABE

L-ABE għandha toħloq kumitat intern permanenti f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għall-għan li jħejji d-deċiżjonijiet tal-ABEli għandhom jittieħdu bi qbil mal-Artikolu 44 tagħha, inklużi deċiżjonijiet relattivi għall-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u l-abbozz tal-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi, fir-rigward ta’ kompiti li jkunu ngħataw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kif stipulat f’din id-Direttiva. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tiegħu l-ABE għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni msemmija f’dak l-Artikolu ma taffettwa b’xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Dak il-kumitat intern għandu jkun kompost mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tikkoopera mal-ESMA u mal-EIOPA fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2011.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżgura separazzjoni strutturali bejn il-kumitat ta’ riżoluzzjoni u funzjonijiet oħra msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-kumitat ta’ riżoluzzjoni għandu jippromwovi l-iżvilupp u l-koordinament ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li qed ifallu.

Artikolu 128

Kooperazzjoni mal-ABE

L-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni għandhom, bla dewmien, jipprovdu lill-ABE bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 129

Reviżjoni

Sal-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tressaq rapport dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hija għandha tivvaluta partikolarment dan li ġej:

(a)

abbażi tar-rapport mill-ABE msemmi fl-Artikolu 4(7), il-ħtieġa għal emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali;

(b)

abbażi tar-rapport mill-ABE msemmi fl-Artikolu 45(16), il-ħtieġa għal emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali;

(c)

il-funzjonament u l-effikaċja tar-rwol konferit lill-ABE f’din id-Direttiva, inkluż fit-twettiq tal-medjazzjoni.

Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

Minkejja r-reviżjoni prevista fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha sat-3 ta’ Lulju 2017, tanalizza speċifikament l-applikazzjoni tal-Artikoli 13, 18 u 45 fir-rigward tas-setgħat tal-ABE li twettaq medjazzjoni vinkolanti biex jittieħed kont tal-iżviluppi futuri fil-liġi tas-servizzi finanzjarji. Dak ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 130

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sal-31 ta’ Diċembru 2014 liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2015.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw dispożizzjonijiet adottati sabiex jikkonformaw mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu IV tat-Titolu IV mill-1 ta’ Jannar 2016 l-aktar tard.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 131

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 124 għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 132

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 39, 12.2.2013, p. 1.

(2)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 68.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2014 [għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali] u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2014.

(4)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1

(7)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data (ĠU L 201, 27.2.2012, p. 1).

(8)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(9)  Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(10)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(11)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar swieq fl-istrumenti strumenti li temenda id-Direttiva 2004/39/KE fid-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2011/61/UE (ara paġna 349 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(13)  Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (Ara paġna 149 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(14)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(15)  Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).

(16)  Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat- Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is- salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74).

(17)  Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-mergers ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1).

(18)  Is-sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3)(g) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji b’responsabbilta pubblika limitata (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47).

(19)  Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar fużjonijiet transkonfinali ta’ kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).

(20)  Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).

(21)  Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

(22)  Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(23)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(24)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(25)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(26)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(27)  Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(28)  Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).

(29)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(30)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 82 22,3. 2001, p. 16).

(31)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(32)  Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(33)  Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta’ titoli għal elenkar uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk it-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).

(34)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(*)  Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).


ANNESS

TAQSIMA A

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjanijiet ta’ rkupru

Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1)

Sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan u sommarju tal-kapaċità kumplessiva tal-irkupru;

(2)

sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni minn meta ġie ffajljat l-aktar pjan ta’ rkupru riċenti;

(3)

komunikazzjoni u pjan ta’ divulgazzjoni li jiddeskrivi kif id-ditta għandha l-ħsieb timmaniġġja kwalunkwe reazzjoni potenzjalment negattiva tas-suq;

(4)

firxa ta’ azzjonijiet kapitali u ta’ likwidità meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabbiltà tal-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni;

(5)

stima tal-qafas ta’ żmien għall-eżekuzzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

(6)

deskrizzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe impediment materjali tal-eżekuzzjoni effettiva u f’waqtha tal-pjan, inkluża l-konsiderazzjoni tal-impatt fuq il-bqija tal-grupp, il-konsumaturi u l-kontropartijiet;

(7)

identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi;

(8)

deskrizzjoni dettaljata tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjalizzazzjonibbiltà tal-linji tan-negozju ewlenin, l-operazzjonijiet u l-assi tal-istituzzjoni;

(9)

deskrizzjoni dettaljata ta’ kif l-ippjanar tal-irkupru huwa integrat fl-istruttura tal-governanza korporattiva tal-istituzzjoni kif ukoll il-politiki u l-proċeduri li jirregolaw l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru u l-identifikazzjoni tal-persuni fl-organizzazzjoni responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan;

(10)

arranġamenti u miżuri li jikkonservaw jew li jirrestawraw il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

(11)

arranġamenti u miżuri sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjoni għandha aċċess adegwat għas-sorsi tal-finanzjament ta’ kontinġenza, inklużi sorsi potenzjali ta’ likwidità, valutazzjoni tal-kollateral disponibbli u valutazzjoni tal-possibbiltà li tiġi trasferita likwidità bejn l-entitajiet fil-grupp u l-linji tan-negozju, sabiex jiġi żgurat li tista’ twettaq l-operazzjonijiet tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha meta jsiru dovuti;

(12)

arranġamenti u miżuri sabiex jitnaqqsu r-riskju u l-ingranaġġ;

(13)

arranġamenti u miżuri sabiex jiġu ristrutturati l-obbligazzjonijiet;

(14)

arranġamenti u miżuri sabiex jiġu ristrutturati linji tan-negozju;

(15)

arranġamenti u miżuri meħtieġa sabiex jinżamm aċċess kontinwu għal infrastrutturi tas-swieq finanzjarji;

(16)

arranġamenti u miżuri meħtieġa sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni, inklużi l-infrastruttura u s-servizzi tal-IT;

(17)

arranġamenti preparatorji sabiex jiġi faċilitat il-bejgħ tal-assi jew il-linji tan-negozju f’qafas taż-żmien xieraq sabiex tiġi restawrata s-sodezza finanzjarja;

(18)

azzjonijiet jew strateġiji oħra ta’ mmaniġġjar sabiex jiġu rrestawrati s-sodezza finanzjarja u l-effett finanzjarju antiċipat ta’ dawk l-azzjonijiet jew l-istrateġiji;

(19)

miżuri preparatorji li l-istituzzjoni tkun ħadet jew pjanijiet li jridu jittieħdu sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, inklużi dawk meħtieġa sabiex tiġi permessa r-rikapitalizzazzjoni f’waqtha tal-istituzzjoni;

(20)

qafas ta’ indikaturi li jidentifikaw il-punti li fihom jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet adatti msemmija fil-pjan.

TAQSIMA B

Informazzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet biex jipprovdu għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni:

(1)

deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni inkluża lista tal-persuni ġuridiċi kollha;

(2)

identifikazzjoni tad-detentur dirett u l-perċentwali tad-drittijiet tal-vot u drittijiet bla vot ta’ kull persuna ġuridika;

(3)

il-post, il-ġurisdizzjoni tal-inkorporazzjoni, il-liċenzjar u l-immaniġġjar ewlenin assoċjata ma’ kull persuna ġuridika;

(4)

immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tal-istituzzjoni inklużi l-assi materjali u l-obbligazzjonijiet relatati ma’ dawn l-operazzjonijiet u l-linji tan-negozju, b’referenza għall-persuni ġuridiċi;

(5)

deskrizzjoni dettaljata tal-komponenti tal-istituzzjoni u l-obbligazzjonijiet kollha tal- entitajiet legali tagħha, isseparati, bħala minimu skont it-tipi u l-ammonti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir u perjodu ta’ żmien twil, obbligazzjonijiet garantiti, mhux garantiti u subordinati;

(6)

id-dettalji ta’ dawk l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li huma obbligazzjonijiet eliġibbli;

(7)

identifikazzjoni tal-proċessi meħtieġa sabiex jiġi determinat lil minn l-istituzzjoni tkun ippleġġjat kollateral, il-persuna li żżomm il-kollateral u l-ġurisdizzjoni li fiha jinsab il-kollateral;

(8)

deskrizzjoni tal-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni u l-entitajiet legali tagħha, inkluż immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

(9)

il-ħeġġijiet materjali tal-istituzzjoni inkluż l-immappjar ta’ persuni ġuridiċi;

(10)

identifikazzjoni tal-kontropartijiet prinċipali jew l-aktar kritiċi tal-istituzzjoni kif ukoll analiżi tal-impatt tal-falliment tal-kontropartijiet prinċipali fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni;

(11)

kull sistema li fiha l-istituzzjoni twettaq għadd materjali jew ammont tal-valur ta’ kummerċ, inkluż immappjar tal-persuni ġuridiċi tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

(12)

kull sistema ta’ pagament, ikklerjar jew saldu li tagħhom l-istituzzjoni hija direttament jew indirettament membru, inkluż l-immappjar tal-persuni ġuridiċi tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

(13)

inventarju u deskrizzjoni dettaljati tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-informazzjoni ewlenin, inklużi dawk għall-immaniġġjar tar-riskju, il-kontabbiltà u rrapportar finanzjarju u regolatorju użati mill-istituzzjoni inkluż immappjar tal-persuni ġuridiċi tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

(14)

identifikazzjoni tas-sidien tas-sistemi identifikati fil-punt (13) ftehimiet fil-livell ta’ servizz relatati magħhom, u kwalunkwe softwer u sistemi jew liċenzji, inkluż l-immappjar mal-entitajiet legali tagħha, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

(15)

identifikazzjoni u mmappjar tal-persuni ġuridiċi u l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenzi bejn l-persuni ġuridiċi differenti bħal:

persunal, faċilitajiet u sistemi komuni jew kondiviżi;

arranġamenti ta’ kapital, finanzjament jew likwidità;

skoperturi ta’ kreditu eżistenti jew kontinġenti;

ftehimiet ta’ kontrogaranziji, ftehimiet ta’ kontrokollateral, dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza u arranġamenti ta’ netting tal-kontroaffiljati;

riskji tat-trasferimenti u arranġamenti kummerċjali spalla ma’ spalla; ftehimiet fil-livell ta’ servizz;

(16)

l-awtorità kompetenti u ta’ riżoluzzjoni għal kull persuna ġuridika;

(17)

il-membru tal-korp tal-immaniġġjar responsabbli li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jitħejja l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni kif ukoll dawk responsabbli, jekk differenti, għall-persuni ġuridiċi differenti, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

(18)

deskrizzjoni tal-arranġamenti li l-istituzzjoni għandha fis-seħħ sabiex tiżgura li, fil-każ ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif determinat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni;

(19)

il-ftehimiet kollha li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet legali tagħhom ma’ partijiet terzi li t-terminazzjoni tagħhom tista’ tiskatta permezz ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet li japplikaw għodda tar-riżoluzzjoni u jekk il-konsegwenzi tat-terminazzjoni jistgħux jaffettwaw l-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni.

(20)

deskrizzjoni ta’ sorsi possibbli tal-likwidità biex isostnu riżoluzzjoni;

(21)

informazzjoni dwar tfixkil għall-assi, l-assi likwidi, l-attivitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-istrateġiji tal-iħħeġjar u prassi tad-dħul fil-kotba.

TAQSIMA C

Kwistjonijiet li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqis meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ istituzzjoni jew grupp

Meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ istituzzjoni jew grupp, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

Fil-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ grupp, ir-referenzi għal istituzzjoni għandha titqies li tinkludi kwalunkwe istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fi ħdan il-grupp:

(1)

il-punt safejn l-istituzzjoni tkun tista’ timmappja l-linji tan-negozju ewlenin u operazzjonijiet kritiċi għal persuni ġuridiċi;

(2)

il-punt safejn l-istrutturi legali u korporattivi jkunu allinjati mal-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi;

(3)

il-punt safejn ikun hemm arranġamenti fis-seħħ sabiex jipprovdu għal persunal essenzjali, infrastruttura, finanzjament, likwidità u kapital sabiex jiġu sostnuti u miżmuma l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi;

(4)

il-punt safejn il-ftehimiet tas-servizz li l-istituzzjoni iżżomm huma infurzabbli b’mod sħiħ fil-każ tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni;

(5)

il-punt safejn l-istruttura tal-governanza tal-istituzzjoni hija adegwata għall-immaniġġjar u l-iżgurar tal-konformità mal-politiki interni tal-istituzzjoni fir-rigward tal-ftehimiet fil-livell tas-servizz;

(6)

il-punt safejn l-istituzzjoni għandha proċess għat-tranżizzjoni tas-servizzi provduti skont il-ftehimiet fil-livell tas-servizz lil partijiet terzi fil-każ tas-separazzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi jew tal-linji tan-negozju ewlenin;

(7)

il-punt safejn hemm pjanijiet u miżuri ta’ kontinġenza fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-aċċess għas-sistemi tal-pagamenti u s-saldu;

(8)

l-adegwatezza tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment fl-iżgurar li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiġbru informazzjoni eżatta u kompleta fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi sabiex jiġi faċilitat it-teħid rapidu ta’ deċiżjonijiet;

(9)

il-kapaċità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment li jipprovdu l-informazzjoni essenzjali għar-riżoluzzjoni effettiva tal-istituzzjoni fil-ħinijiet kollha anke taħt kondizzjonijiet li jinbidlu b’mod rapidu;

(10)

il-punt safejn l-istituzzjoni ikunu ttestjaw is-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tagħhom taħt xenarji ta’ stress kif definiti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(11)

il-punt safejn l-istituzzjoni jista’ jiżgura l-kontinwità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tiegħu kemm għall-istituzzjoni affettwata kif ukoll għall-istituzzjoni l-ġdida fil-każ li l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin jiġu sseparati mill-bqija tal-operazzjonijiet u l-linji tan-negozju;

(12)

il-punt safejn l-istituzzjoni ikunu stabbilixxew proċessi adegwati sabiex jiżguraw li jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex jidentifikaw depożituri u l-ammont koperti mill-iskemi tal-garanzija għal depożiti;

(13)

meta l-grupp juża garanziji intragrupp, il-punt safejn dawk il-garanziji jiġu provduti b’kondizzjonijiet tas-suq u kemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-garanziji huma robusti;

(14)

fejn il-grupp jinvolvi ruħu fi tranżazzjonijiet spalla ma’ spalla, il-punt safejn dawk it-tranżazzjonijiet jitwettqu b’kondizzjonijiet tas-suq u kemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-prassi ta’ tranżazzjonijiet huma robusti;

(15)

il-punt safejn l-użu ta’ tranżazzjonijiet ta’ garanziji intragrupp jew tranżizzjonijiet ta’ dħul fil-kotba spalla ma’ spalla jżidu kontaġju fil-grupp;

(16)

il-punt safejn l-istruttura legali tal-grupp tinebixxi l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni b’riżultat tal-għadd ta’ persuni ġuridiċi, il-kumplessità tal-istruttura tal-grupp jew id-diffikultà fl-allinjament tal-linji tan-negozju għall-entitajiet fi grupp;

(17)

l-ammont u t-tip ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni;

(18)

fejn il-valutazzjoni tinvolvi kumpanija b’parteċipazzjoni b’attività mħallta, il-punt safejn ir-riżoluzzjoni tal-entitajiet fi grupp li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp;

(19)

l-eżistenza u s-solidità ta’ ftehimiet fil-livell ta’servizz;

(20)

jekk awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhomx l-għodda tar-riżoluzzjoni meħtieġa biex jappoġġjaw azzjonijiet mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Unjoni, u l-ambitu għal azzjoni koordinata bejn l-Unjoni u awtoritajiet ta’ pajjiż terz;

(21)

il-fattibbiltà tal-użu tal-għodod ta’ riżoluzzjoni b’tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, fid-dawl tal-għodod disponibbli u l-istruttura tal-istituzzjoni;

(22)

il-punt sa fejn l-istruttura tal-grupp tippermetti lill-awtorità tar-riżoluzzjoni tirriżolvi l-grupp kollu jew waħda jew aktar mill-entitajiet tal-grupp mingħajr ma toħloq effett negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja tas-suq jew l-ekonomija u bil-ħsieb li jiġi mmassimizzat il-valur tal-grupp kollu;

(23)

l-arranġamenti u l-meżżi li permezz tagħhom ir-riżoluzzjoni tista’ tiġi ffaċilitata fil-każijiet ta’ gruppi li għandhom sussidjarji stabbiliti f’ġuriżdizzjonijiet differenti;

(24)

il-kredibilità tal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni b’tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, minħabba l-impatti possibbli fuq kredituri, kontropartijiet, konsumaturi u impjegati u azzjonijiet possibbli li l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz jistgħu jieħdu;

(25)

il-punt safejn l-impatt tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni fuq is-sistema finanzjarja u fuq il-fiduċja fis-suq finanzjarju jistgħu jiġu evalwati adegwatament;

(26)

il-punt safejn ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jista’ jkollha effett negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja fis-suq jew l-ekonomija;

(27)

il-punt safejn il-kontaġju lil istituzzjonijiet oħra jew lis-swieq finanzjarji jista’ jiġi kontenut permezz tal-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni;

(28)

il-punt safejn ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jista’ jkollha effett sinifikanti fuq l-operat tas-sistemi tal-pagamenti u tas-saldu.