28.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/243


DIRETTIVA 2014/25/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fid-dawl tar-riżultati tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju2011 intitolat “Rapport ta’ Evalwazzjoni - l-Impatt u l-Effettività tal-Leġislazzjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-UE” (traduzzjoni mhux uffiċjali) jidher xieraq li jinżammu r-regoli dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta peress li l-awtoritajiet nazzjonali jibqgħu jkunu jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta’ dawk l-entitajiet, inklużi l-parteċipazzjoni fil-kapital tagħhom u r-rappreżentazzjoni fil-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-entitajiet. Raġuni oħra għalfejn għandu jibqa’ jiġi rregolat l-akkwist f’dawk is-setturi tinsab fin-natura magħluqa tas-swieq li fihom joperaw l-entitajiet f’dawk is-setturi, minħabba l-eżistenza ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri li jikkonċernaw il-provvista lil, il-provvediment jew l-operazzjoni tan-netwerks għall-għoti tas-servizz ikkonċernat.

(2)

Sabiex jiġi żgurat il-ftuħ għall-kompetizzjoni tal-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri tal-akkwist fir-rigward ta’ kuntratti ‘l fuq minn ċertu valur. Din il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex tiżgura l-effett tal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u b’mod partikolari l-moviment liberu tal-oġġetti, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll il-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament indaqs, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Fid-dawl tan-natura tas-setturi affettwati, il-koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist fil-livell tal-Unjoni għandha, filwaqt li tissalvagwardja l-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, tistabbilixxi qafas għal prattika kummerċjali tajba u għandha tippermetti flessibilità massima.

(3)

Għal akkwisti li l-valur tagħhom huwa inqas mil-limitu meħtieġ biex tinbeda l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi mfakkra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward l-applikazzjoni xierqa tar-regoli u l-prinċipji tat-TFUE.

(4)

L-akkwist pubbliku għandu rwol ċentrali fl-istrateġija Ewropa 2020, stipulata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020, strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, (“l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”), bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom jiġu riveduti u modernizzati sabiex tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, tiġi ffaċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) fl-akkwist pubbliku u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-għanijiet soċjali komuni. Barra minn hekk, hemm il-bżonn li jiġu ċċarati l-ideat u l-kunċetti bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti tal-każistika stabbilita sew u relatata tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Meta tkun qed tiġi implimentata din id-Direttiva, għandu jittieħed kont tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (6) b’mod partikolari f’rabta mal-għażla tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, speċifikazzjonijiettekniċi, kriterji ta’ għoti u kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(6)

Ikun xieraq li l-kunċett ta’ akkwist ikun viċin kemm jista’ jkun ta’ dak applikat skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), billi jiġu kkunsidrati b’mod debitu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi koperti b’din id-Direttiva.

(7)

Għandu jiġi mfakkar li xejn f’din id-Direttiva ma jobbliga lill-Istati Membri biex jagħtu kuntratt jew jesternalizzaw il-forniment ta’ servizzi li huma jixtiequ jipprovdu huma stess jew jorganizzaw b’mezzi oħra għajr akkwist fis-sens ta’ din id-Direttiva. Il-forniment ta’ servizzi bbażati fuq il-liġijiet, ir-regolamenti jew kuntratti ta’ impjieg, ma għandhomx jiġu koperti. F’ċerti Stati Membri, dan jista’ pereżempju jkun il-każ għall-forniment ta’ ċerti servizzi għall-komunità, bħall-provvista tal-ilma għax-xorb.

(8)

Huwa wkoll xieraq li jiġi mfakkar li din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri. Lanqas ma għandha tittratta l-liberalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, riservat għall-entitajiet pubbliċi jew privati, jew il-privatizzazzjoni tal-entitajiet pubbliċi li jipprovdu s-servizzi.

Bl-istess mod għandu jiġi mfakkar ukoll li l-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħra bħal servizzi postali jew bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali jew bħala taħlita tagħhom. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali ma għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(9)

Fl-aħħar, għandu jiġi mfakkar li din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jiddefinixxu, f’konformità mad-Dritt tal-Unjoni, servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, l-ambitu tagħhom u l-karatteristiċi tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, inkluż kwalunkwe kondizzjoni marbuta mal-kwalità tas-servizz, sabiex jiġu segwiti l-objettivi tal-politika pubblika tagħhom. Din id-Direttiva għandha tkun ukoll mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’konformità mal-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26 dwar Servizzi ta’ Interess Ġenerali anness għat-TFUE u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tittrattax il-finanzjament ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali, skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(10)

Kuntratt għandu jitqies biss bħala kuntratt għal xogħlijiet jekk is-suġġett tiegħu jkopri speċfikament l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Anness 1, anke jekk il-kuntratt ikopri l-forniment ta’ servizzi oħra neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet bħal dawn. Kuntratti ta’ servizz, partikolarment fl-isfera ta’ servizzi tal-ġestjoni ta’ proprjetà, jistgħu, f’ċerti ċirkostanzi, jinkludu xogħlijiet. Madankollu, sa fejn dawn ix-xogħlijiet huma inċidentali għall-kontenut tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u huma konsegwenza possibbli tiegħu jew kumpliment tiegħu, il-fatt li dawn ix-xogħlijiet huma inklużi fil-kuntratt ma jiġġustifikax il-kwalifika tal-kuntratt ta’ servizz bħala kuntratt ta’ xogħol.

Madankollu, bil-ħsieb tad-diversità tal-kuntratti ta’ xogħol, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għal kuntratti għad-disinn u l-eżekuzzjoni ta’ xogħol li għandhom jingħataw jew separatament jew b’mod konġunt. Din id-Direttiva mhix intiża li tippreskrivi għotjiet ta’ kuntratti konġunti jew separati.

(11)

It-twettiq ta’ xogħol li jikkorrispondi mar-rekwiżiti speċifikati minn entità kontraenti jitlob li l-entità inkwistjoni għandha tkun ħadet miżuri biex tiddefinixxi t-tip ta’ xogħol jew, tal-inqas, kellha influwenza deċiżiva fuq it-tfassil tiegħu. Jekk il-kuntrattur jwettaqx ix-xogħol kollu jew parti minnu bil-mezzi tiegħu stess jew jiżgurax li dan isir b’mezzi oħra ma għandux ibiddel il-klassifikazzjoni tal-kuntratt bħala kuntratt ta’ xogħlijiet, sakemm il-kuntrattur jassumi obbligu dirett jew indirett li huwa legalment infurzabbli biex jiżgura li x-xogħlijiet ser jitwettqu.

(12)

Il-kunċetti ta’ “awtoritajiet kontraenti” u b’mod partikolari dak ta’ “korpi rregolati mil-liġi pubblika” ġew eżaminati ripetutament fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Biex jiġi ċċarat li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ratione personae għandu jibqa’ l-istess, huwa xieraq li tinżamm id-definizzjoni li l-Qorti bbażat fuqha u li jiġu inkorporati ċertu għadd ta’ kjarifiki mogħtija minn dik il-każistika bħala mezz biex jinftiehmu d-definizzjonijiet infushom, mingħajr l-intenzjoni li jinbidel il-fehim tal-kunċett kif elaborat mill-każistika.

Għal dak l-iskop, għandu jiġi ċċarat li korp li jopera f’kondizzjonijiet normali tas-suq, għandu l-għan li jagħmel profitt, u jġarrab it-telf li jirriżulta mill-eżerċizzju tal-attività tiegħu, ma għandux jitqies bħala “korp irregolat mil-liġi pubblika” peress li l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li jkun ġie stabbilit biex jissodisfa jew ikun ingħata l-inkarigu biex jissodisfa, jistgħu jitqiesu li huma ta’ natura industrijali jew kummerċjali. Bl-istess mod, il-kondizzjoni dwar l-oriġini tal-finanzjament tal-korp ikkunsidrat ġiet ukoll eżaminata mill-każistika, li ċċarat fost oħrajn li jkun iffinanzjat “fil-biċċa l-kbira” tfisser għal aktar min-nofs u li dak il-finanzjament jista’ jinkludi ħlasijiet minn utenti li huma imposti, ikkalkulati u miġbura f’konformità mar-regoli tal-liġi pubblika.

(13)

Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati fir-rigward tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt fejn il-partijiet differenti li jifformaw il-kuntratt għandhom objettiv inseparabbli. Għandu għalhekk jiġi ċċarat kif l-entitajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw jekk il-partijiet humiex separabbli jew le. Dik il-kjarifika għandha tkun ibbażata fuq il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Id-determinazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ, fejn l-intenzjonijiet espressi jew preżunti tal-entità kontraenti rigward id-diversi aspetti li jifformaw kuntratt imħallat bħala indiviżibbli ma għandhomx ikunu suffiċjenti, iżda għandhom ikunu sostnuti b’evidenza oġġettiva li tista’ tiġġustifikahom u tistabbilixxi l-ħtieġa li jsir kuntratt waħdieni. Ħtieġa ġustifikata bħal din biex isir kuntratt waħdieni tista’ pereżempju tkun fil-każ tal-kostruzzjoni ta’ bini wieħed, li parti minnu tkun ser tintuża direttament mill-entità kontraenti kkonċernata u parti oħra titħaddem fuq bażi ta’ konċessjonijiet, pereżempju biex jingħataw faċilitajiet ta’ parkeġġ għall-pubbliku. Għandu jiġi ċċarat li l-ħtieġa li jiġi konkluż kuntratt waħdieni tista’ tkun minħabba raġunijiet kemm ta’ natura teknika kif ukoll ta’ natura ekonomika.

(14)

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta, li jistgħu jiġu sseparati, l-entitajiet kontraenti huma, dejjem liberi li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati tal-kuntratt imħallat, f’liema każ, id-dispożizzjonijiet applikabbli għal kull parti separata għandhom ikunu ddeterminati esklużivament fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ dak il-kuntratt speċifiku. Min-naħa l-oħra, meta l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jinkludu elementi oħra fl-akkwist, ikun xi jkun il-valur tagħhom u r-reġim legali li l-elementi miżjuda jkunu b’mod ieħor soġġetti għalihom, il-prinċipju ewlieni għandu jkun li, meta jingħata kuntratt skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jekk jingħata waħdu, din id-Direttiva għandha tkompli tapplika għall-kuntratt imħallat kollu.

(15)

Madankollu, għandha ssir dispożizzjoni speċjali għal kuntratti mħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà jew partijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-TFUE. F’każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun possibbli sakemm l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u li d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma tittiħidx biex jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Għandu jiġi ċċarat li l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jinżammu milli jagħżlu li japplikaw din id-Direttiva għal ċerti kuntratti mħallta minflok japplikaw id-Direttiva 2009/81/KE.

(16)

Barra minn hekk, il-kuntratti jistgħu jingħataw bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ diversi attivitajiet, li possibbilment huma soġġetti għal reġimi legali differenti. Għandu jiġi ċċarat li r-reġim legali applikabbli għal kuntratt waħdieni maħsub li jkopri diversi attivitajiet għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha huwa maħsub prinċipalment. Id-determinazzjoni tal-attività li għaliha l-kuntratt huwa prinċipalment maħsub tista’ tkun ibbażata fuq analiżi tar-rekwiżiti li l-kuntratt speċifiku jrid jilħaq, li għandha titwettaq mill-entità kontraenti bil-għan li jiġi stmat il-valur tal-kuntratt u biex jitfasslu d-dokumenti ta’ akkwist. F’ċerti każijiet, bħax-xiri ta’ biċċa waħda ta’ tagħmir għas-segwiment ta’ attivitajiet li għalihom ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni li tippermetti stima tar-rati rispettivi ta’ użu, jista’ jkun oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività l-kuntratt ġie prinċipalment maħsub. Ir-regoli applikabbli għal każijiet bħal dawn għandhom jiġu indikati.

(17)

Għandu jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ “operaturi ekonomiċi” għandha tiġi interpretata b’mod wiesa’ sabiex tiġi inkluża kwalunkwe persuna u/jew entitità li toffri l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xogħol, il-provvista ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq, irrispettivament mill-forma legali li taħtha hija għażlet li topera. Għalhekk, ditti, fergħat, sussidjarji, sħubiji, soċjetajiet kooperattivi, kumpanniji limitati, universitajiet, u forom oħra ta’ entitajiet pubbliċi jew privati li mhumiex persuni fiżiċi kollha għandhom jaqgħu taħt il-kunċett ta’ operatur ekonomiku, sew jekk huma “persuni ġuridiċi” jew le fiċ-ċirkostanzi kollha.

(18)

Għandu jiġi ċċarat li gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inkluż fejn dawn ikunu ngħaqdu fil-forma ta’ assoċjazzjoni temporanja, jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti mingħajr ma jkun meħtieġ li huma jieħdu forma legali speċifika. Sa fejn dan hu meħtieġ, pereżempju fejn hi mitluba responsabbiltà konġunta u diversa, tista’ tintalab forma speċifika meta tali gruppi jingħataw il-kuntratt.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu b’mod espliċitu kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw il-kriterji u r-rekwiżiti għall-kwalifikazzjoni u l-għażla kwalitattiva stabbiliti f’din id-Direttiva, li huma meħtieġa minn operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw waħedhom.

It-twettiq tal-kuntratti minn gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jista’ jirrikjedi l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet, li mhumiex imposti fuq il-parteċipanti individwali. Dawn il-kondizzjonijiet, li għandhom ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u jkunu proporzjonati, jistgħu pereżempju jinkludu r-rekwiżiti tal-ħatra ta’ rappreżentazzanza konġunta jew ta’ sieħeb mexxej għall-finijiet tal-proċedura tal-akkwist jew jitolbu informazzjoni dwar l-iffurmar tagħhom.

(19)

Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u tal-posta huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati fuq bażi li mhuwiex l-istatus legali tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi żgurat, li ma jiġix preġudikat it-trattament ugwali ta’ entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 TFUE, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema ta’ sjieda għall-proprjetà fl-Istati Membri.

(20)

Il-kunċett ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi huwa ċentrali għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, peress li l-entitajiet li la huma awtoritajiet kontraenti u lanqas impriżi pubbliċi fit-tifsira ta’ din id-Direttiva huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha sal-punt biss li dawn jeżerċitaw waħda mill-attivitajiet koperti abbażi ta’ dawn id-drittijiet. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat li d-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura bbażata fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni, u li għalihom ġiet żgurata pubbliċità adegwata ma jikkostitwixxux drittijiet speċjali jew esklużivi għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Dik il-leġislazzjoni għandha tinkludi d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (13).

Għandu jiġi ċċarat ukoll li dik il-lista ta’ leġislazzjoni mhix eżawrjenti u li d-drittijiet fi kwalunke forma, inkluż permezz ta’ atti ta’ konċessjoni, li ngħataw permezz ta’ proċeduri oħra bbażati fuq kriterji oġġettivi u li għalihom ġiet żgurata pubbliċità adegwata ma jikkostitwixxux drittijiet speċjali jew esklużivi għall-finijiet tad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ratione personae. Il-kunċett ta’ drittijiet esklużivi għandu jintuża wkoll fil-kuntest li jiddetermina jekk l-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr sejħa minn qabel għal kompetizzjoni jkunx ġustifikat minħabba li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu fornuti biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba l-protezzjoni ta’ ċerti drittijiet esklużivi.

Madankollu, b’kont meħud tar-ratio legis differenti wara dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ drittijiet esklużivi ma jeħtieġx li jkollu l-istess tifsira fiż-żewġ kuntesti. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li entità, li kisbet id-dritt esklużiv biex tipprovdi servizz partikolari f’żona ġeografika, mogħti b’segwitu għal proċedura bbażata fuq kriterji oġġettivi li għalihom ġiet żgurata trasparenza adegwata, ma tkunx, jekk korp privat, entità kontraenti fiha nfisha, iżda madankollu tkun l-unika entità li tista’ tipprovdi s-servizz ikkonċernat f’dak il-qasam.

(21)

Ċerti entitajiet huma attivi fl-oqsma tal-produzzjoni, it-trasmissjoni jew id-distribuzzjoni kemm tat-tisħin kif ukoll tat-tkessiħ. Jista’ jkun hemm xi inċertezzi rigward liema regoli japplikaw għal attivitajiet relatati mat-tisħin u mat-tkessiħ rispettivament. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti, l-impriżi pubbliċi u l-kumpanniji privati, li huma attivi fis-settur tat-tisħin huma soġġetti għal din id-Direttiva., madankollu, fil-każ ta’ impriżi privati, dwar il-kondizzjoni addizzjonali ta’ operazzjoni abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi. Min-naħa l-oħra, awtoritajiet kontraenti li jaħdmu fil-qasam tat-tkessiħ huma soġġetti għar-regoli tad-Direttiva 2014/24/UE, filwaqt li impriżi pubbliċi u impriżi privati, irrispettivament minn jekk dawn tal-aħħar jaħdmux abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, mhumiex soġġetti għal regoli dwar l-akkwist. Fl-aħħar għandu jiġi ċċarat li kuntratti mogħtija għat-twettiq kemm ta’ kuntratti tat-tisħin kif ukoll tat-tkessiħ għandhom jiġu eżaminati skont id-dispożizzjonijiet dwar kuntratti għat-twettiq ta’ diversi attivitajiet biex jiġi ddeterminat liema regoli dwar l-akkwist, jekk hemm, ser jirregolaw l-għoti.

(22)

Qabel ma tiġi prevista kwalunkwe bidla għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u d-Direttiva 2014/24/UE għal dan is-settur, is-sitwazzjoni tas-settur tat-tkessiħ għandha tiġi eżaminata sabiex tinkiseb biżżejjed informazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni kompetittiva, il-livell tal-akkwist transkonfinali u l-fehmiet tal-partijiet interessati. Peress li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) dwar il-Konċessjonijiet għal dan is-settur jista’ jkollha impatt sostanzjali f’termini ta’ ftuħ tas-suq, dan l-eżami għandu jitwettaq meta jiġi vvalutat l-impatt tad-Direttiva 2014/23/UE.

(23)

Mingħajr ma jiġi estiż b’xi mod il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi ċċarat li l-produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku huma koperti meta din id-Direttiva tirreferi għall-provvista tal-elettriku.

(24)

L-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur tal-ilma tajjeb għax-xorb jistgħu jittrattaw ukoll attivitajiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-ilma, bħall-proġetti fil-qasam tal-inġinerija idrawlika, l-irrigazzjoni, id-dranaġġ tal-art jew ir-rimi u t-trattament tad-dranaġġ. F’dan il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu japplikaw il-proċeduri tal-akkwist previsti f’din id-Direttiva fir-rigward tal-attivitajiet kollha tagħhom li għandhom x’jaqsmu mal-ilma, tkun xi tkun il-parti miċ-ċiklu tal-ilma kkonċernata. Madankollu, ir-regoli dwar l-akkwist tat-tip propost għall-provvista ta’ prodotti mhumiex xierqa għax-xiri tal-ilma, minħabba li hemm il-bżonn li l-ilma jinkiseb minn għejun li jinsabu ħdejn iż-żona fejn ser jintuża l-ilma.

(25)

Huwa xieraq li jiġu esklużi l-akkwisti magħmula bl-iskop ta’ esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass peress li dan is-settur b’mod konsistenti nstab li huwa soġġett għal tali pressjoni kompetittiva li d-dixxiplina ta’ akkwist li rriżultat mir-regoli dwar l-akkwist tal-Unjoni ma għadhiex meħtieġa. Hekk kif l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass tkompli taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jista’ jkun hemm il-bżonn li ssir distinzjoni bejn esplorazzjoni u estrazzjoni. Meta jsir dan, “esplorazzjoni” għandha tiġi kkunsidrata li tinkludi l-attivitajiet li twettqu sabiex jiġi vverifikat jekk iż-żejt u l-gass humiex preżenti f’żona partikolari, u, jekk hemm, jekk jistax jiġi sfruttat b’mod kummerċjali, waqt li “estrazzjoni” għandha tiġi kkunsidrata bħala l-“produzzjoni” ta’ żejt u gass. F’konformità mal-prattika stabbilita f’każijiet ta’ amalgamazzjoni, “produzzjoni” għandha titqies ukoll li tinkludi “żvilupp”, jiġifieri l-istabbiliment ta’ infrastruttura adegwata għal produzzjoni fil-futur (pjattaformi taż-żejt, pajpijiet, terminals, eċċ.).

(26)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu l-użu mill-mezzi kollha possibbli disponibbli għalihom fil-liġi nazzjonali sabiex jipprevjenu distorsjonijiet fil-proċeduri tal-akkwist li jirriżutaw minn kunflitti ta’ interess. Dan jista’ jinkludi proċeduri sabiex jiġu identifikati, evitati u rimedjati kunflitti ta’ interess.

(27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (15), approvat b’mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (il-“FAP”). L-għan tal-FAP huwa li jistabbilixxi qafas multilaterali ta’ drittijiet u dmirijiet ibbilanċjati marbuta mal-kuntratti pubbliċi bil-għan li tinkiseb il-liberalizzazzjoni u t-twessigħ tal-kummerċ dinji. Għal kuntratti koperti mill-Annessi 3, 4 u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP, kif ukoll permezz ta’ ftehimiet internazzjonali rilevanti oħrajn li l-Unjoni hija marbuta bihom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jissodisfaw l-obbligi skont dawn il-ftehimiet billi japplikaw din id-Direttiva għall-operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-ftehimiet.

(28)

Il-FAP japplika għall-kuntratti li jaqbżu ċerti limiti, stipulati fil-FAP u mfissra bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. Il-limiti stabbiliti b’din id-Direttiva għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li dawn jikkorrispondu mal-ekwivalenti f’euro tal-limiti tal-FAP. Huwa meħtieġ ukoll li jsiru dispożizzjonijiet għal reviżjonijiet perjodiċi tal-limiti mfissra f’euro sabiex jiġu aġġustati, permezz ta’ operazzjoni purament matematika, għall-varjazzjonijiet possibbli fil-valur tal-euro fir-rigward ta’ dawk id-drittijiet speċjali ta’ prelevament.

Barra minn dawk l-aġġustamenti matematiċi perijodiċi, matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss għandha tiġi esplorata żieda fil-limiti mniżżla fil-FAP.

Sabiex tiġi evitata multiplikazzjoni tal-limiti huwa barra minn hekk xieraq, mingħajr preġudizzju għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni, li jkomplu japplikaw l-istess limiti għall-entitajiet kontraenti kollha, irrispettivament mis-settur li joperaw fih.

(29)

Għandu jiġi ċċarat li, għall-istima tal-valur ta’ kuntratt, għandu jiġi kkunsidrat id-dħul kollu, sew jekk jasal mill-entità kontraenti jew mill-partijiet terzi.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li, għall-iskop tal-istima tal-limiti, il-kunċett ta’ provvisti simili għandu jinftiehem bħala prodotti li huma maħsuba għal użi identiċi jew simili, bħal provvisti ta’ firxa ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ diversi oġġetti ta’ għamara tal-uffiċċju. Tipikament, operatur ekonomiku attiv fil-qasam ikkonċernat x’aktarx jinkludi dawk il-provvisti bħala parti mill-firxa normali tiegħu ta’ prodotti.

(30)

Għall-finijiet tal-istima tal-valur ta’ akkwist partikolari, għandu jiġi ċċarat li għandu jkun permess li l-istima tal-valur tiġi bbażata fuq subdiviżjoni tal-akkwist biss meta dan huwa ġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Pereżempju, jista’ jkun iġġustifikat li valuri kuntrattwali jiġu stmati fil-livell ta’ unità operazzjonali separata tal-awtorità kontraenti dment li l-unità partikolari tkun responsabbli b’mod indipendenti għall-akkwist tagħha. Wieħed jista’ jassumi dan meta unità operazzjonali separata tmexxi b’mod indipendenti l-proċeduri tal-akkwist u tieħu d-deċiżjonijiet dwar xiri, ikollha linja ta’ baġit separata għad-dispożizzjoni tagħha għall-akkwisti kkonċernati, tikkonkludi l-kuntratt b’mod indipendenti u tiffinanzjah minn baġit li hi għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Subdiviżjoni ma tkunx iġġustifikata meta l-entità kontraenti sempliċiment torganizza l-akkwist biss b’mod deċentralizzat.

(31)

Din id-Direttiva, peress li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt din id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwist irregolat minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(32)

Għandu jiġi mfakkar li s-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni u forom oħra simili ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim normalment jiġu pprovduti minn korpi jew individwi li jkun hemm qbil dwarhom, jew magħżula, b’mod li ma jistax jiġi regolat minn regoli dwar l-akkwist. Għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti ta’ servizzi għall-provvista ta’ dawn is-servizzi, irrispettivament mid-denominazzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali.

(33)

Ċertu għadd ta’ servizzi legali jitwettqu minn fornituri ta’ servizz li huma maħturin minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, jinvolvu rappreżentanza ta’ klijenti fi proċedimenti ġudizzjarji minn avukati, għandhom jiġu pprovduti minn nutari jew huma konnessi mal-eżerċitar tal-awtorità uffiċjali. Tali servizzi legali ġeneralment huma pprovduti minn korpi jew individwi maħtura jew magħżula b’mod li ma jistax jiġi rregolat minn regoli dwar l-akkwist, bħal pereżempju il-ħatra ta’ Avukati tal-Istat f’ċerti Stati Membri. Dawk is-servizzi legali għandhom għalhekk ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(34)

Huwa adatt li jiġi speċifikat li l-kunċett ta’ strumenti finanzjarji kif imsemmi f’din id-Direttiva tingħata l-istess tifsira bħal f’leġislazzjoni oħra tas-suq intern u, fid-dawl tal-ħolqien riċenti tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, għandu jiġi stipulat li l-operazzjonijiet li jsiru ma’ dik il-Faċilità u dak il-Mekkaniżmu għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Finalment għandu jiġi ċċarat li s-self, ikunx marbut jew le mal-ħruġ ta’ titoli jew ta’ strumenti finanzjarji oħra jew operazzjonijiet oħra magħhom, għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(35)

Għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jipprevedi espliċitament li d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE japplikaw, rispettivament, għal kuntratti ta’ servizzi u għal kuntratti ta’ servizz pubbliku għas-servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tramm, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplika għal konċessjonijiet għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tramm. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li dak ir-Regolament ikompli japplika għal kuntratti ta’ servizz pubbliku kif ukoll għal konċessjonijiet ta’ servizz għat-trasport pubbliku ta’ passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro. Biex jiġu ċċarati r-relazzjonijiet bejn din id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jiġi previst espliċitament li din id-Direttiva ma għandhomx ikunu applikabbli għal kuntratti ta’ servizz għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro, li l-għoti tagħhom għandu jibqa’ soġġett għal dak ir-Regolament. Sa fejn ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jħalli f’idejn il-liġi nazzjonali biex tiddevja mir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li kuntratti ta’ servizz għas-servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro għandhom jingħataw bi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt b’segwitu għar-regoli ġenerali tagħhom tal-akkwist pubbliku.

(36)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċerti servizzi ta’ emerġenza fejn dawn jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, peress li jkun diffiċli li tiġi ppreservata n-natura partikolari ta’ dawk l-organizzazzjonijiet f’każ li l-fornituri tas-servizz kellhom jintgħażlu f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, l-esklużjoni ma għandhiex tiġi estiża lil hinn min dak li hu strettament meħtieġ. Għandu għalhekk jiġi stabbilit b’mod espliċitu li s-servizzi tat-trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza ma għandhomx jiġu esklużi. Barra minn hekk, f’dak il-kuntest, jeħtieġ li jiġi ċċarat li Grupp 601 tas-CPV “Servizzi tat-Trasport fuq l-Art” ma jkoprix is-servizzi tal-ambulanza, li jinsabu fil-klassi 8514 tas-CPV. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li s-servizzi, li huma koperti mill-kodiċi 85143000-3 tas-CPV li jikkonsistu esklużivament minn servizzi ta’ trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza għandhom ikunu soġġetti għar-reġim speċjali stipulat għal servizzi soċjali u servizzi oħra speċifiċi “(ir-reġim inqas strett”); Konsegwentement, kuntratti mħallta għall-forniment ta’ servizzi ta’ ambulanzi b’mod ġenerali għandhom ukoll ikunu soġġetti għal reġim inqas strett jekk il-valur tas-servizzi tat-trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza ikun akbar mill-valur ta’ servizzi oħra tal-ambulanza.

(37)

F’ċerti każijiet, awtorità kontraenti jew assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti tista’ tkun l-uniku sors għal servizz partikolari, fir-rigward tal-forniment ta’ liema hija tgawdi minn dritt esklużiv f’konformità ma’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ppubblikati li huma kompatibbli mat-TFUE. Għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva m’hemmx bżonn li tapplika għall-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz lil dik l-awtorità kontraenti jew assoċjazzjoni.

(38)

Hemm inċertezza legali kbira dwar sa liema punt kuntratti konklużi bejn l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu koperti mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti fost l-Istati Membri u anke fost l-awtoritajiet kontraenti. Peress li dik il-każistika tkun applikabbli bl-istess mod għall-awtoritajiet pubbliċi meta dawn joperaw fis-setturi koperti b’din id-Direttiva, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-istess regoli japplikaw u huma interpretati bl-istess mod kemm f’din id-Direttiva kif ukoll fid-Direttiva 2014/24/UE.

(39)

Ħafna entitajiet kontraenti huma organizzati bħala grupp ekonomiku li jista’ jinkludi sensiela ta’ impriżi separati; spiss kull waħda minn dawn l-impriżi jkollha rwol speċjalizzat fil-kuntest ġenerali tal-grupp ekonomiku. Huwa għalhekk xieraq li jiġu esklużi ċerti kuntratti ta’ servizzi, provvista u xogħlijiet mogħtija lil impriża assoċjata li jkollha bħala l-attività prinċipali tagħha l-forniment ta’ dawn is-servizzi, provvista jew xogħlijiet lill-grupp li hija tagħmel parti minnu, aktar milli jiġu offruti fis-suq. Huwa xieraq ukoll li jiġu esklużi ċerti kuntratti ta’ servizz, provvista u xogħlijiet mogħtija minn entità kontraenti lil impriża konġunta li hija magħmula minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-għan li jitwettqu attivitajiet koperti minn din id-Direttiva u li l-entità hija parti minnhom. Madankollu, huwa adatt li jiġi żgurat li din l-esklużjoni ma toħloqx distorsjonijiet fil-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-impriżi jew l-impriżi konġunti li huma affiljati mal-entitajiet kontraenti; huwa adatt li jiġi pprovdut sett adegwat ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-limiti massimi li fihom l-impriżi jistgħu jiksbu parti mill-fatturat tagħhom mis-suq u li ‘l fuq minnhom jistgħu jitilfu l-possibbiltà li jingħataw konċessjonijiet mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni, il-kompożizzjoni ta’ tali impriżi konġunti u l-istabbiltà tar-rabtiet bejn dawn l-impriżi konġunti u l-entitajiet kontraenti li huma magħmula minnhom.

(40)

Huwa xieraq ukoll li tiġi ċċarata l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ kuntratti lil impriżi assoċjati jew fil-kuntest ta’ impriżi konġunti.

(41)

L-impriżi għandhom jitqiesu bħala affiljati meta jkun hemm influwenza dominanti diretta jew indiretta bejn l-entità kontraenti u l-impriża kkonċernata jew meta t-tnejn ikunu soġġetti għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra, f’dan il-kuntest, parteċipazzjoni privata per se ma għandhiex tkun rilevanti. Il-verifika ta’ jekk impriża hijiex affiljata ma’ entità kontraenti partikolari jew le għandha tkun tista’ tiġi mwettqa bl-aktar mod faċli possibbli. B’konsegwenza, u minħabba li l-eżistenza possibbli ta’ tali influwenza dominanti diretta jew indiretta kellha diġà tkun ivverifikata għall-finijiet li jiġi deċiż jekk il-kontijiet annwali tal-impriżi u l-entitajiet ikkonċernati għandhomx ikunu kkonsolidati, impriżi għandhom jiġu kkunsidrati bħala affiljati fejn l-kontijiet annwali tagħhom ikunu kkonsolidati. Madankollu, ir-regoli tal-Unjoni dwar kontijiet konsolidati mhumiex applikabbli f’ċertu numru ta’ każijiet, pereżempju minħabba d-daqs tal-impriżi involuti jew minħabba li ċerti kondizzjonijiet relatati mal-forma legali tagħhom ma jkunux ġew sodisfatti. F’każijiet bħal dawn, fejn id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) mhijiex applikabbli, ser ikun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk hijiex preżenti influwenza dominanti diretta jew indiretta billi jitqiesu s-sjieda, il-parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolaw dawn l-impriżi.

(42)

Il-kofinanzjament ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp (R&Ż) minn sorsi tal-industrija għandu jkun inkoraġġut. Konsegwentement għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva tapplika biss fejn mhemm l-ebda kofinanzjament bħal dan u fejn ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ R&Ż imorru għand l-entità kontraenti kkonċernata. Dan ma għandux jeskludi l-possibbiltà li l-fornitur tas-servizz li jkun wettaq dawk l-attivitajiet jista’ jippubblika kont dwarhom dment li l-awtorità kontraenti żżomm id-dritt esklużiv li tuża r-riżultati tar-R&Ż fit-tħaddim tal-affarijiet tagħha stess. Madankollu kondiviżjoni fittizja tar-riżultati tar-R&Ż jew parteċipazzjoni purament simbolika fir-rimunerazzjoni tal-fornitur tas-servizz m’għandiex tipprevjeni l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(43)

Din id-Direttiva la għandha tapplika għal kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ attività li hija soġġetta għal din id-Direttiva u lanqas għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jiġu organizzati għas-segwiment ta’ din l-attività jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq din l-attività, hi tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex limitat. Huwa għalhekk xieraq li tinżamm il-proċedura, applikabbli għas-setturi kollha, jew partijiet minnha, koperti minn din id-Direttiva li tippermetti li jitqiesu l-effetti ta’ ftuħ attwali jew fil-ġejjieni għall-kompetizzjoni. Din il-proċedura għandha tipprovdi ċertezza legali għall-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll proċess xieraq ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li tiżgura, applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-Unjoni f’dan il-qasam, f’terminu qasir ta’ żmien. Fl-interess taċ-ċertezza legali għandu jiġi ċċarat li d-Deċiżjonijiet kollha adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva dwar l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jibqgħu jkunu applikabbli.

(44)

L-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ kriterji oġġettivi, b’kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi tas-settur jew tal-partijiet ikkonċernati tiegħu. Madanakollu, din il-valutazzjoni hija limitata mid-dati ta’ skadenza qosra applikabbli u mill-bżonn li wieħed joqgħod fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni - jew mis-sorsi diġà għad-dispożizzjoni jew mill-informazzjoni miksuba fil-kuntest tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 35 - li ma tistax tiġi ssupplimentata b’metodi li jieħdu aktar żmien, inklużi, b’mod partikolari l-inkjesti pubbliċi indirizzati lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati. Il-valutazzjoni tal-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni li tista’ titwettaq fil-kuntest ta’ din id-Direttiva konsegwentement hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-kompetizzjoni.

(45)

Il-valutazzjoni ta’ jekk settur partikolari, jew partijiet minnu, huwiex espost direttament għall-kompetizzjoni għandha tiġi eżaminata fir-rigward tal-qasam speċifiku li fih l-attività, jew il-partijiet kkonċernati tagħha, jitwettqu mill-operaturi ekonomiċi rilevanti, ‘l hekk imsejjaħ “suq ġeografiku rilevanti”. Billi dak il-kunċett huwa kruċjali għall-valutazzjoni, huwa għandu jingħata definizzjoni xierqa, ibbażata fuq kunċetti eżistenti fil-liġi tal-Unjoni. Għandu jiġi ċċarat ukoll li s-suq ġeografiku rilevanti jista’ ma jikkonċidix mat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat; konsegwentement, għandu jkun possibbli li jiġu limitati deċiżjonijiet dwar l-applikabbiltà tal-eżenzjoni għal partijiet tat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

(46)

L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni xierqa tal-Unjoni li tiftaħ settur partikolari, jew parti minnu, ser jitqiesu li jipprovdu raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stmat li hemm aċċess liberu għas-suq inkwistjoni. Din il-leġislazzjoni xierqa għandha tiġi identifikata bħala anness li jista’ jiġi aġġornat mill-Kummissjoni. Meta tkun qed taġġorna dak l-anness, il-Kummissjoni għandha tqis partikolarment l-adozzjoni possibbli ta’ miżuri li jitolbu ftuħ ġenwin għall-kompetizzjoni ta’ setturi oħra għajr dawk li diġà hemm leġislazzjoni li tirreferi għalihomf’dak l-Anness, bħal dik ta’ trasport ferrovjarju nazzjonali tal-passiġġieri.

(47)

Fejn aċċess liberu għal suq imsemmi mhuwiex preżunt abbażi tal-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni adatta, għandu jintwera li, de jure u de facto, dan l-aċċess huwa liberu. Meta Stat Membru jestendi l-applikazzjoni ta’ att legali tal-Unjoni li jiftaħ settur partikolari għal kompetizzjoni għal sitwazzjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-att legali, pereżempju billi tiġi applikata d-Direttiva 94/22/KE għas-settur tal-faħam jew id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) għas-servizz tal-passiġġieri fil-livell nazzjonali, dik iċ-ċirkostanza għandha titqies meta jiġi vvalutat jekk l-aċċess għas-settur ikkonċernat huwiex liberu.

(48)

L-awtoritajiet nazzjonali indipendenti, bħar-regolaturi settorjali jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, normalment ikollhom kompetenza, informazzjoni u għarfien speċjalizzati li jkunu rilevanti meta jiġi vvalutat jekk attività partikolari jew partijiet minnha humiex esposti direttament għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. Talbiet għal eżenzjoni għandhom għalhekk fejn adatt ikunu akkumpanjati minn, jew jinkorporaw, pożizzjoni riċenti dwar is-sitwazzjoni kompetittiva fis-settur ikkonċernat, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata.

Fin-nuqqas ta’ pożizzjoni raġunata u ssostanzjata adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, aktar ħin huwa meħtieġ għall-valutazzjoni ta’ talba għal eżenzjoni. Il-perijodi li fihom il-Kummissjoni trid twettaq il-valutazzjonijiet tagħha ta’ tali talbiet għandhom għalhekk jiġu mmodifikati kif adatt.

(49)

Il-Kummissjoni għandha dejjem tkun obbligata teżamina talbiet, li huma f’konformità mar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-proċeduri biex jiġi stabbilit jekk attività partikolari, jew partijiet minnha, tkunx esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-kumplessità ta’ tali talbiet tista’ tkun tali li mhux dejjem ikun possibbli li tiġi żgurata l-adozzjoni, fl-iskadenzi applikabbli, tal-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu jekk attività partikolari jew partijiet minnha tkunx direttament esposta għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett.

(50)

Għandu jiġi ċċarat li l-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li titlob lill-Istati Membri jew l-entitajiet kontraenti biex jipprovdu jew jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien xieraq biex tagħmel dan li, b’kont debitu meħud ukoll tal-ħtieġa li jintlaħqu l-iskadenzi stabbiliti għall-adozzjoni tal-Kummissjoni tal-att ta’ implimentazzjoni tagħha, għandu jqis fatturi bħall-kumplessità tal-informazzjoni mitluba u jekk l-informazzjoni hijiex lesta biex tkun aċċessibbli.

(51)

L-impjiegi u x-xogħol jikkontribwixxu għall-integrazzjoni fis-soċjetà u huma elementi prinċipali fil-garanzija ta’ opportunitajiet ugwali għal kulħadd. F’dan il-kuntest, sessjonijiet ta’ ħidma protetti jista’ jkollhom rwol sinifikanti. L-istess jgħodd għal impriżi soċjali oħra li l-għan prinċipali tagħhom hu li jappoġġaw l-integrazzjoni jew ir-reintegrazzjoni soċjali u professjonali tal-persuni diżabbli u żvantaġġati, bħal ma huma n-nies qiegħda, il-membri ta’ minoranzi żvantaġġati jew gruppi soċjalment emarġinati. Madankollu, dawn is-sessjonijiet ta’ ħidma jew negozji jistgħu ma jkunux kapaċi jiksbu kuntratti b’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, huwa adatt li jkun previst li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirriservaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew ta’ ċerti gruppi minnhom għal sessjonijiet ta’ ħidma jew negozji bħal dawn jew jirriservaw it-twettiq tal-kuntratti għall-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

(52)

Bil-ħsieb ta’ integrazzjoni adatta ta’ rekwiżiti ambjentali, soċjali u tax-xogħol fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku huwa ta’ importanza partikolari li l-Istati Membri u l-entitajiet kontraenti jieħdu miżuri rilevanti biex jiżguraw konformità mal-obbligi fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet jew jiġu pprovduti s-servizzi u li jirriżultaw minn liġijiet, regolamenti, digrieti u deċiżjonijiet, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni, kif ukoll minn ftehimiet kollettivi, dejjem jekk tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. Bl-istess mod, obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri kollha u elenkati fl-Anness XIV għandhom japplikaw matul it-twettiq tal-kuntratt. Madankollu, dan ma għandu bl-ebda mod iżomm l-applikazzjoni ta’ termini u kondizzjonijiet ta’ impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.

Il-miżuri rilevanti għandhom jiġu applikati f’konformità mal-prinċipji bażiċi tad-dritt tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li jiġi żgurat trattament ugwali. Tali miżuri rilevanti għandhom jiġu applikati f’konformità mad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u b’mod li jiżgura trattament ugwali u li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi u ħaddiema minn Stati Membri oħra.

(53)

Is-servizzi għandhom jitqiesu bħala pprovduti fil-post li fih jitwettqu l-prestazzjonijiet karatteristiċi. Meta s-servizzi jiġu pprovduti mill-bogħod, pereżempju servizzi pprovduti minn call centres, dawk is-servizzi għandhom jitqiesu li ġew ipprovduti fil-post fejn jitwettqu s-servizzi, irrispettivament mill-postijiet u l-Istati Membri li għalihom jiġu mmirati s-servizzi.

(54)

L-obbligi rilevanti jistgħu jiġu riflessi fi klawsoli kuntrattwali. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġu inklużi klawsoli li jiżguraw konformità mal-ftehimiet kollettivi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni f’kuntratti pubbliċi. In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi rilevanti jista’ jitqies bħala kondotta serjament ħażina min-naħa tal-operatur ekonomiku kkonċernat, li tista’ twassal għall-esklużjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku.

(55)

Il-kontroll tal-osservanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-liġiambjentali, soċjali u tax-xogħol għandu jsir fl-istadji rilevanti tal-procedura tal-akkwist, meta jiġu applikati l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-għażla tal-parteċipanti u l-għoti tal-kuntratti, meta jiġi applikat il-kriterju ta’ esklużjoni u meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw offerti baxxi b’mod anormali. Il-verifika meħtieġa għal dak il-għan għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-mezzi ta’ prova u l-awtodikjarazzjonijiet.

(56)

F’din id-Direttiva xejn ma għandu jxekkel l-impożizzjoni jew l-infurzar ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu protetti l-politika pubblika, il-moralità pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa, il-ħajja tal-bniedem u dik tal-annimali, il-preservazzjoni tal-ħajja tal-pjanti jew miżuri ambjentali oħrajn, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-iżvilupp sostenibbli, dment li dawk il-miżuri jkunu konformi mat-TFUE.

(57)

Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-ekoinnovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni u tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b’hekk jixprunaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta’ prodotti, xogħlijiet u servizzi innovattivi għandhom irwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza sfidi soċjali kbar. Huwa jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus kif ukoll għall-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa’ f’termini ta’ ħolqien ta’ ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b’hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Għandu jitfakkar li għadd ta’ mudelli ta’ akkwist ġew deskritti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2007 intitolata “L-akkwist pubbliku pre-kummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa” (traduzzjoni mhux uffiċjali), li tittratta l-akkwist ta’ dawk is-servizzi ta’ R&Ż li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawk il-mudelli għandhom jibqgħu disponibbli, iżda din id-Direttiva għandha wkoll tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist tal-innovazzjoni u tgħin lill-Istati Membri biex jiksbu l-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni.

(58)

Minħabba l-importanza tal-innovazzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jiġu inkoraġġuti jippermettu varjanti spiss kemm jista’ jkun. Konsegwentement għandha tinġibed l-attenzjoni ta’ dawk l-entitajiet għall-ħtieġa li jiġu definiti r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu minn varjanti qabel jiġu indikati li jistgħu jiġu ppreżentati varjanti.

(59)

Meta l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodott jew servizz innovattiv jew ta’ xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li jirriżultaw ma tistax tiġi sodisfatta bis-soluzzjonijiet diġà disponibbli fis-suq, l-entitajiet kontraenti għandu jkollhom aċċess għal proċedura tal-akkwist speċifika fir-rigward ta’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din il-proċedura speċifika għandha tippermetti lill-entitajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija għall-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet ġodda u innovattivi dment li dak il-prodott jew servizz jew xogħlijiet innovattivi jkunu jistgħu jitwasslu bil-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż miftiehma mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura tal-akkwist separata għax-xiri. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli proċedurali li japplikaw għall-proċedura kompetittiva nnegozjata b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, u l-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi biss tal-aħjar relazzjoni bejn il-press u l-kwalità, li hija l-aktar xierqa biex jitqabblu l-offerti għal soluzzjonijiet innovattivi. Kemm fir-rigward ta’ proġetti kbar ħafna kif ukoll fir-rigward ta’ proġetti innovattivi iżgħar, is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tkun strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi d-“domanda tas-suq” meħtieġa, biex b’hekk tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq. L-entitajiet kontraenti għalhekk ma għandhomx jużaw is-sħubiji għall-innovazzjoni b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni. F’ċerti każijiet, l-istabbiliment ta’ sħubiji għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab jista’ jikkontribwixxi biex jiġu evitati effetti bħal dawn.

(60)

L-esperjenza wriet li d-djalogu kompetittiv, li huwa previst fid-Direttiva 2014/24/UE, intuża f’każijiet fejn l-awtoritajiet kontraenti ma jkunux jistgħu jiddefinixxu l-mezzi biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom jew biex jivvalutaw x’jista’ joffri s-suq f’termini ta’ soluzzjonijiet tekniċi, finanzjarji jew legali. Din is-sitwazzjoni tista’ tinħoloq b’mod partikolari fil-każ ta’ proġetti innovattivi, l-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali kbar fit-trasport integrat, netwerks kbar ta’ kompjuters jew proġetti li jinvolvu finanzjament kumpless u strutturat. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jitħallew iqiegħdu din l-għodda għad-dispożizzjoni tal-entitajiet kontraenti. Fejn rilevanti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jaħtru mexxej tal-proġett sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni tajba bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtorità kontraenti matul il-proċedura tal-għoti tal-kuntratt.

(61)

Minħabba l-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, il-proċeduri negozjati mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel għandhom jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għal każijiet fejn il-pubblikazzjoni ma tkunx possibbli, minħabba raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżata minn ġrajjiet imprevedibbli għall-awtorità kontraenti u li ma jistgħux jiġu attribwiti lilha, jew fejn ikun ċar mill-bidu nett li l-pubblikazzjoni mhux ser toħloq aktar kompetizzjoni jew riżultati ta’ akkwist aħjar, b’mod speċjali minħabba li jkun hemm oġġettivament operatur ekonomiku wieħed biss li jista’ jwettaq il-kuntratt. Dan huwa l-każ tax-xogħlijiet artistiċi, fejn l-identità tal-artist tiddetermina intrinsikament il-karattru uniku u l-valur tal-oġġett artistiku nnifsu. L-esklużività tista’ tirriżulta wkoll minn raġunijiet oħrajn, iżda huma biss sitwazzjonijiet ta’ esklużività oġġettiva li jistgħu jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklużività ma tkunx inħolqot mill-entità kontraenti stess bil-ħsieb ta’ proċedura tal-akkwist futura.

L-entitajiet kontraenti li jirrikorru għal din l-eċċezzjoni għandhom jipprovdu raġunijiet għalfejn ma hemmx alternattivi jew sostituti raġonevoli bħal ma hu l-użu ta’ kanali tad-distribuzzjoni alternattivi inkluż barra l-Istat Membru tal-entità kontraenti jew billi jitqiesu xogħlijiet, provvisti u servizzi funzjonalment komparabbli.

Fejn is-sitwazzjoni ta’ esklużività tkun minħabba raġunijiet tekniċi, huma għandhom jiġu ddefiniti rigorożament u jiġu ġġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ. Huma jistgħu jinkludu, pereżempju, il-fatt li jkun teknikament kważi impossibbli li operatur ekonomiku ieħor jilħaq il-prestazzjoni meħtieġa jew in-neċessità li jintużaw kompetenza, għodod jew mezzi speċifiċi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu operatur ekonomiku wieħed biss. Ir-raġunijiet tekniċi jistgħu jirriżultaw ukoll minn rekwiżiti speċifiċi ta’ interoperabbiltà li jridu jiġu sodisfatti sabiex ikun żgurat il-funzjonament tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li ser jiġu akkwistati.

Fl-aħħar nett, proċedura tal-akkwist ma tkunx siewja meta l-provvisti jinxtraw direttament minn suq ta’ prodotti bażiċi, inklużi pjattaformi tan-negozju għal prodotti bażiċi bħal ma huma skambji ta’ prodotti agrikoli, materja prima u enerġija, fejn l-istruttura ta’ negozjar multilaterali rregolata u ssorveljata tiggarantixxi l-prezzijiet tas-suq b’mod naturali.

(62)

Għandu jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali ma tipprevjeni bl-ebda mod l-iżvelar pubbliku ta’ partijiet mhux kunfidenzjali tal-kuntratti konklużi, inkluż kwalunkwe bidla sussegwenti.

(63)

Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi tal-akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist, peress li huma jsaħħu bil-kbir il-possibbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi biex jipparteċipaw fi proċeduri tal-akkwist fis-suq intern. Għal dak il-għan, it-trasmissjoni ta’ avviżi f’forma elettronika, id-disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist u - wara perijodu ta’ transizzjoni ta’ 30 xahar - il-komunikazzjoni elettronika kompleta, jiġifieri il-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluża t-trasmissjoni ta’ talbiet għal parteċipazzjoni u, b’mod partikolari, it-trasmissjoni tal-offerti (preżentazzjoni elettronika) għandhom ikunu obbligatorji. L-Istati Membri u l-entitajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi li jmorru lil hinn jekk ikunu jixtiequ. Għandu jiġi ċċarat li l-użu obbligatorju tal-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni skont din id-Direttiva ma għandux, madankollu, jobbliga lill-entitajiet kontraenti biex iwettqu pproċessar elettroniku tal-offerti, lanqas ma għandu jobbliga evalwazzjoni elettronika jew ipproċessar awtomatiku. Barra minn hekk, skont din id-Direttiva, l-ebda element tal-proċess tal-akkwist pubbliku wara l-għoti tal-kuntratt ma għandu jkun kopert mill-obbligu li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, lanqas ma għandha tkun il-komunikazzjoni interna fl-entità kontraenti.

(64)

L-entitajiet kontraenti għandhom, ħlief f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, jużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mhux diskriminatorji, ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) f’użu ġenerali u li ma jirristrinġux l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal- akkwist. L-użu ta’ tali mezzi ta’ komunikazzjoni għandhom jieħdu kont ukoll tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu li jintużaw mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist pubbliku mhix adatta lanqas fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi tirrikjedi għodod speċjalizzati jew formati ta’ fajls li ġeneralment mhumiex disponibbli lanqas fejn il-komunikazzjoni kkonċernata setgħet tiġi ttrattata biss bl-użu ta’ tagħmir speċjalizzat tal-uffiċċju. Għalhekk l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx ikunu obbligati li jirrikjedu l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni f’ċerti każijiet, li għandhom jiġu elenkati b’mod eżawrjenti. Din id-Direttiva tistipula li tali każijiet għandhom jinkludu sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-użu ta’ tagħmir speċjalizzat tal-uffiċċju li mhux ġeneralment disponibbli għall-entitajiet kontraenti bħal printers b’format wiesa’. F’xi proċeduri tal-akkwist, id-dokumenti tal-akkwist jistgħu jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ mudell fiżiku jew fuq skala li ma jistax jiġi ppreżentat lill-entitajiet kontraenti bl-użu ta’ mezzi elettroniċi. F’tali sitwazzjonijiet, il-mudell għandu jkun trażmess lill-entitajiet kontraenti bil-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor.

Għandu jiġi ċċarat madankollu li l-użu ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għandu jkun limitat għal dawk l-elementi tal-offerta li għalihom mhumiex meħtieġa mezzi ta’ komunikazzjoni.

Huwa xieraq li jiġi ċċarat li, fejn meħtieġ għal raġunijiet tekniċi, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu limitu massimu tad-daqs tal-fajls li jistgħu jiġu ppreżentanti.

(65)

Jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu permessi ma jużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fejn in-nuqqas tal-użu ta’ tali mezzi ta’ komunikazzjoni hija meħtieġ sabiex tiġi protetta n-natura partikolarment sensittiva tal-informazzjoni. Għandu jiġi ċċarat li fejn l-użu ta’ għodod elettroniċi li mhumiex ġeneralment disponibbli jista’ joffri l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni, dawn l-għodod elettroniċi għandhom jintużaw. Dan jista’ pereżempju jkun il-każ fejn awtoritajiet kontraenti jitolbu l-użu ta’ mezzi siguri dedikati ta’ komunikazzjoni li għalihom huma joffru aċċess.

(66)

Formati tekniċi jew standards ta’ proċeesi u messaġġi li huma differenti jistgħu joħolqu ostakoli għall-interoperabbiltà, mhux biss f’kull Stat Membru iżda wkoll u speċjalment bejn l-Istati Membri. Pereżempju, biex jipparteċipaw fi proċedura tal-akkwist li fiha l-użu ta’ katalgi elettroniċi, li huwa format għall-preżentazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li huwa komuni għall-offerenti kollha li jipparteċipaw u li jista’ jiġi ttrattat elettronikament, huwa permess jew meħtieġ, l-operaturi ekonomiċi huma, fin-nuqqas ta’ standardizzazzjoni, meħtieġa li jbiddlu l-katalgi tagħhom stess skont kull proċedura tal-akkwist, li jinvolvi l-provvediment ta’ informazzjoni simili ħafna f’formati differenti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-entitajiet kontraenti kkonċernati. Għalhekk l-istandardizzazzjoni tal-formati tal-katalgu ttejjeb il-livell ta’ interoperabbiltà, issaħħaħ l-effiċjenza kif ukoll tnaqqas l-isforz meħtieġ mill-operaturi ekonomiċi.

(67)

Meta tikkunsidra jekk hux meħtieġ li tiġi żgurata jew imsaħħa l-interoperabbiltà bejn formati tekniċi jew standards ta’ proċessi jew ta’ messaġġi differenti billi tagħmel l-użu ta’ standards speċifiċi obbligatorji, u jekk ikun hekk, liema standards timponi, il-Kummissjoni għandha tieħu l-akbar kont tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati kkonċernati. Hija għandha tikkunsidra wkoll sa liema punt standard partikolari diġà intuża fil-prattika mill-operaturi ekonomiċi u mill-entitajiet kontraenti u kemm dan iffunzjona tajjeb. Qabel ma jsir l-użu ta’ kwalunkwe standard partikolari obbligatorju, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra bir-reqqa l-ispejjeż li dan jista’ jinkludi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software.

Fejn l-istandards ikkonċernati mhumiex żviluppati minn organizzazzjoni ta’ standardizzazzjoni internazzjonali, Ewropea jew nazzjonali, huma għandhom jilħqu r-rekwiżiti applikabbli għall-istandards tal-ICT kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

(68)

Qabel ma jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw fl-istadji differenti tal-proċedura tal-għoti, l-Istati Membri u l-entitajiet kontraenti għandhom jevalwaw il-proporzjonalità bejn min-naħa waħda r-rekwiżiti mmirati biex tiġi żgurata identifikazzjoni korretta u affidabbli tal-ispedituri tal-komunikazzjoni kkonċernata kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħha u min-naħa l-oħra r-riskju tal-problemi bħal f’sitwazzjonijiet fejn messaġġi jintbagħtu minn speditur li huwa differenti minn dak indikat. Jekk il-kondizzjonijiet ikunu l-istess, dan ikun ifisser li l-livell ta’ sigurtà meħtieġ għal, pereżempju, posta elettronika li titlob konferma tal-indirizz eżatt fejn tkun ser issir laqgħa ta’ informazzjoni, ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit fl-istess livell tal-offerta nnifisha li tikkostitwixxi offerta vinkolanti għall-operatur ekonomiku. Bl-istess mod, l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tista’ tirriżulta fil-ħtieġa ta’ livelli aktar baxxi ta’ sigurtà fir-rigward mal-preżentazzjoni mill-ġdid ta’ katalgi elettroniċi jew il-preżentazzjoni ta’ offerti fil-kuntest ta’ minikompetizzjonijiet taħt il-ftehim qafas jew l-aċċess tad-dokumenti tal-akkwist.

(69)

Filwaqt li elementi essenzjali ta’ proċedura tal-akkwist bħad-dokumenti ta’ akkwist, it-talbiet għal parteċipazzjoni, il-konferma ta’ interess u l-offerti għandhom dejjem isiru bil-miktub, komunikazzjoni verbali mal-operaturi ekonomiċi għandha tkompli tkun altrimenti possibbli, kemm-il darba l-kontenut tagħha jkun iddokumentat sa livell suffiċjenti. Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ trasparenza li jippermetti verifika ta’ kemm il-prinċipju ta’ trattament ugwali ikun ġie rispettat. B’mod partikolari, huwa essenzjali li l-komunikazzjoni bil-fomm mal-offerenti li jista’ jkollha impatt fuq il-kontenut u l-valutazzjoni tal-offerti tkun iddokumentata sa punt suffiċjenti u b’mezzi adatti, bħal reġistrazzjonijiet bil-miktub jew bl-awdjo jew sommarji tal-elementi prinċipali tal-komunikazzjoni.

(70)

Madwar is-swieq tal-Unjoni tax-xiri pubbliku qed tinbet tendenza qawwija lejn l-aggregazzjoni tad-domanda mix-xerrejja pubbliċi, bil-ħsieb li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, inklużi prezzijiet aktar baxxi u spejjeż ta’ tranżazzjoni, u għat-titjib u l-professjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akkwisti. Dan jista’ jintlaħaq permezz tal-konċentrazzjoni tax-xiri skont l-għadd ta’ entitajiet kontraenti involuti, jew il-volum u l-valur matul iż-żmien. Madankollu, l-aggregazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tax-xiri għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva tal-kapaċità tal-akkwist u l-kollużjoni, u biex jiġu ppreservati t-trasparenza u l-kompetizzjoni, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq tal-SMEs.

(71)

Rikors għal ftehimiet qafas jista’ jkun teknika ta’ akkwist pubbliku effiċjenti madwar l-Unjoni kollha; madankollu, hemm bżonn li l-kompetizzjoni tissaħħaħ billi jitjiebu t-trasparenza tal-akkwisti mwettqa permezz ta’ ftehimiet qafas u l-aċċess għalihom. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet applikabbli għal dawk il-ftehimiet, b’mod partikolari billi jiġi previst li l-għoti ta’ kuntratti speċifiċi bbażat fuq tali ftehimiet isir abbażi ta’ regoli u kriterji oġġettivi, pereżempju wara kompetizzjoni żgħira, u billi jiġi limitat it-tul tal-ftehimiet qafas.

(72)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li filwaqt li kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw il-kuntratt qabel tmiem l-obbligu tal-ftehim qafas innifsu, it-tul tal-kuntratti individwali bbażati fuq ftehim qafas ma jeħtieġx li jikkoinċidi mat-tul ta’ dak il-ftehim qafas, iżda jista’ jkun, kif adegwat, iqsar jew itwal. B’mod partikolari, għandu jiġi permess li t-tul tal-kuntratti individwali jiġi stabbilit abbażi ta’ ftehim qafas li jqis fatturi bħaż-żmien meħtieġ għat-twettiq tagħhom; fejn tkun inkluża l-manutenzjoni tat-tagħmir li l-ħajja utli mistennija tiegħu tkun ta’ aktar minn tmien snin jew fejn ikun meħtieġ taħriġ estensiv tal-persunal biex jitwettaq il-kuntratt.

Għandu wkoll jiġi ċċarat li jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom it-tul tal-ftehimiet qafas infushom għandu jitħalla jkun itwal minn tmien snin. Dawn il-każijiet, li għandhom ikunu ġustifikati kif mistħoqq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas, jistgħu jseħħu pereżempju meta l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jarmu t-tagħmir li l-perjodu tal-amortizzament tiegħu jkun itwal minn tmien snin u li għandu jkun disponibbli fi kwalunkwe mument matul it-tul sħiħ tal-ftehim qafas. Fil-kuntest partikolari ta’ utilitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali lill-pubbliku jista’ jkun hemm il-ħtieġa f’ċerti każijiet kemm għal ftehimiet qafas itwal kif ukoll ta’ kuntratti individwali itwal; pereżempju fil-każ tal-ftehimiet qafas li għandhom l-għan li jiżguraw manutenzjoni ordinarja jew straordinarja ta’ netwerks li jistgħu jeħtieġu li jitħaddem tagħmir għoli minn persunal li jkun irċieva taħriġ ferm speċjalizzat ad hoc bil-għan li tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tas-servizzi u l-minimizzazzjoni ta’ xkiel possibbli.

(73)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ ukoll li jiġu aġġustati r-regoli li jirregolaw is-sistemi dinamiċi ta’ xiri biex b’hekk l-entitajiet kontraenti jieħdu vantaġġ sħiħ mill-possibbiltajiet li joffri dak l-istrument. Jeħtieġ li s-sistemi jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari huma għandhom jitħaddmu fil-forma ta’ proċedura ristretta, biex b’hekk jeliminaw il-bżonn għall-offerti indikattivi, li ġew identifikati bħala wieħed mill-piżijiet ewlenin assoċjati mas-sistemi dinamiċi ta’ xiri. Għalhekk, kull operatur ekonomiku li jippreżenta talba għall-parteċipazzjoni u jissodisfa l-kriterji tal-għażla għandu jkun permess jieħu sehem fil-proċeduri tal-akkwist li jitwettqu permezz tas-sistema dinamika ta’ xiri matul il-perijodu ta’ validità tagħha.

It-teknika ta’ xiri tippermetti li l-entità kontraenti jkollha firxa partikolarment wiesgħa ta’ offerti u b’hekk tiżgura l-użu ottimu ta’ fondi pubbliċi permezz ta’ kompetizzjoni wiesgħa fir-rigward ta’ prodotti użati komunament jew minn fuq l-ixkaffa, xogħlijiet jew servizzi li huma ġeneralment disponibbli fis-suq.

(74)

L-eżami ta’ dawk it-talbiet għall-parteċipazzjoni għandu normlament isir fi żmien massimu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, peress li l-evalwazzjoni tal-kriterji tal-għażla ser issir fuq il-bażi tar-rekwiżiti għal dokumentazzjoni stabbiliti mill-entitajiet kontraenti, fejn applikabbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet issimplifikati tad-Direttiva 2014/24/UE. Madankollu, meta sistema dinamika ta’ xiri hija stabbilta l-ewwel darba, l-entitajiet kontraenti jistgħu, bi tweġiba għall-ewwel pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt jew tal-istedina biex jiġi kkonfermat l-interess, jiġu ffaċċjati b’għadd tant kbir ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni li huma jista’ jkollhom bżonn aktar żmien biex jeżaminaw it-talbiet. Dak għandu jkun ammissibbli, kemm-il darba ma jkun tnieda l-ebda akkwist speċifiku qabel ma t-talbiet kollha jkunu ġew eżaminati.

L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu liberi li jorganizzaw il-mod li bih huma beħsiebhom jeżaminaw it-talbiet għal parteċipazzjoni, pereżempju billi jiddeċiedu li jwettqu tali eżamijiet darba biss fil-ġimgħa, dment li l-iskadenzi għall-eżami ta’ kull talba ta’ ammissjoni jiġu osservati. L-entitajiet kontraenti li jużaw il-kriterji tal-esklużjoni jew tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE fil-kuntest ta’ sistema dinamika ta’ xiri, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva bl-istess mod bħall-awtoritajiet kontraenti li joperaw sistema dinamika ta’ xiri skont id-Direttiva 2014/24/UE.

(75)

Sabiex tavvanza l-possibiltajiet tal-SMEs li jipparteċipaw f’sistema dinamika ta’ xiri fuq skala kbira, pereżempju waħda li titħaddem minn korp ta’ xiri ċentrali ta’ xiri, l-awtorità jew l-entità kontraenti kkonċernata għandha tkun tista’ tartikola s-sistema f’kategoriji ddefiniti oġġettivament ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi. Tali kategoriji għandhom jiġu ddefiniti b’referenza għal fatturi oġġettivi li jistgħu pereżempju jinkludu d-daqs massimu permess ta’ kuntratti speċifiċi li għandhom jingħataw fil-kategorija kkonċernata jew żona ġeografika speċifika li fiha għandhom jitwettqu kuntratti speċifiċi sussegwenti.Fejn sistema dinamika ta’ xiri tinqasam f’kategoriji, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tapplika kriterji tal-għażla li huma proporzjonali għall-karatteristiċi tal-kategorija kkonċernata.

(76)

Għandu jiġi ċċarat li rkanti elettroniċi normalment mhumiex xierqa għal ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet u ċerti kuntratti ta’ servizzi li jkollhom bħala s-suġġett tagħhom prestazzjonijiet intellettwali, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, għaliex huma biss l-elementi xierqa għal evalwazzjoni awtomatika b’mezzi elettroniċi, mingħajr l-ebda intervent jew apprezzament mill-entità kontraenti, jiġifieri elementi li huma kwantifikabbli sabiex ikunu espressi f’ċifri jew perċentwali, li jistgħu jkunu soġġetti għal irkanti elettroniċi.

Madankollu, għandu jkun iċċarat ukoll li l-irkantijiet elettroniċi jistgħu jintużaw fi proċedura tal-akkwist għax-xiri ta’ dritt speċifiku ta’ propjetà intellettwali. Huwa wkoll xieraq li jiġi mfakkar li filwaqt li entitajiet kontraenti jibqgħu ħielsa li japplikaw kriterji tal-għażla li jippermettulhom inaqqsu l-għadd ta’ kandidati jew offerenti dment li jkun għadu ma bediex l-irkant, ma għandu jkun permess l-ebda tnaqqis ieħor tal-għadd ta’ offerenti parteċipanti fl-irkant elettroniku wara li jkun beda l-irkant.

(77)

Qegħdin jiġu żviluppati kontinwament tekniki ġodda ta’ xiri elettroniku, bħalma huma l-katalgi elettroniċi. Il-katalgi elettroniċi huma format għall-preżentazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li jkun komuni għall-offerenti parteċipanti kollha u li jista’ jiġi ttrattat elettronikament. Eżempju jista’ jkun offerti preżentati fil-forma ta’ spreadsheet. L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu katalgi elettroniċi fil-proċeduri disponibbli kollha fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huwa mitlub. Il-katalgi elettroniċi jgħinu biex tiżdied il-kompetizzjoni u jiġi ssimplifikat ix-xiri pubbliku, b’mod partikolari f’termini ta’ ffrankar ta’ ħin u flus. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli biex jiġi żgurat li dan l-użu jkun konformi ma’ din id-Direttiva u mal-prinċipji ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza. Għalhekk, l-użu ta’ katalgi elettroniċi għall-preżentazzjoni tal-offerti ma għandux jimplika l-possibbiltà ta’ operaturi ekonomiċi li jillimitaw lilhom infushom għat-trasmissjoni tal-katalgu ġenerali tagħhom. L-operaturi ekonomiċi xorta għandhom jadattaw il-katalgi ġenerali minħabba l-proċedura speċifika tal- akkwist. Tali adattament jiżgura li l-katalgu li jiġi trażmess bi tweġiba għal proċedura speċifika tal-akkwist ikun fih biss prodotti, xogħlijiet jew servizzi li l-operaturi ekonomiċi jkunu vvalutaw - wara eżami attiv - li jikkorrispondu għar-rekwiżiti tal-entità kontraenti. Meta jagħmlu dan, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jikkuppjaw informazzjoni li tinsab fil-katalgi ġenerali tagħhom, iżda m’għandhomx jitħallew jippreżentaw il-katalgu ġenerali bħala tali. Barra minn hekk, fejn jiġu offruti garanziji suffiċjenti fir-rigward tal-assigurazzjoni tat-traċċabbiltà, it-trattament ugwali u l-prevedibbiltà, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jiġġeneraw offerti fir-rigward ta’ xiri speċifiku fuq il-bażi tal-katalogi elettroniċi trasmessi qabel, b’mod partikolari fejn il-kompetizzjoni tkun reġgħet infetħet skont ftehim qafas jew fejn tkun qed tintuża sistema dinamika ta’ xiri.

Fejn ikunu ġenerati offerti mill-entità kontraenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-possibbiltà li jivverifika li l-offerta hekk kostitwita mill-entità kontraenti ma jkunx fiha żbalji materjali. Fejn ikun hemm żbali materjali, l-operatur ekonomiku m’għandux ikun marbut mill-offerta ġġenerata mill-entità kontraenti sakemm ma jkunx ikkoreġut l-iżball.

F’konformità mar-rekwiżiti tar-regoli għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jevitaw ostakli mhux iġġustifikati għall-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċeduri tal-akkwist li fihom l-offerti għandhom ikunu ppreżentati fil-forma ta’ katalgi elettroniċi u li jiggarantixxu l-konformità mal-prinċipji ġenerali tan-nondiskriminazzjoni u trattament ugwali.

(78)

It-tekniki ta’ xiri ċentralizzat qed jintużaw dejjem aktar fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Il-korpi ta’ xiri ċentrali huma responsabbli għat-twettiq tal-akkwisti, il-ġestjoni ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri jew jew l-għoti ta’ kuntratti/ftehimiet qafas għal awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti oħrajn, b’rimunerazzjoni jew mingħajrha. L-entitajiet kontraenti li għalihom ġie konkluż ftehim qafas għandhom ikunu jistgħu jużawh għal xiri individwali jew ripetittiv. Fid-dawl tal-volumi kbar mixtrija, tali tekniki jistgħu jgħinu biex iżidu l-kompetizzjoni u għandhom jgħinu sabiex jipprofessjonalizzaw l-akkwist pubbliku. Għalhekk għandha tiġi prevista definizzjoni tal-Unjoni ta’ korpi ta’ xiri ċentrali dedikati għal entitajiet kontraenti u għandu jiġi ċċarat li korpi ta’ xiri ċentrali joperaw b’żewġ modi differenti.

L-ewwel nett, huma għandhom ikunu kapaċi jaġixxu bħala bejjiegħa bl-ingrossa billi jbigħu, jaħżnu, ibigħu mill-ġdid jew, it-tieni nett, għandhom ikunu jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji billi jagħtu kuntratti, joperaw sistemi dinamiċi ta’ xiri jew jikkonkludu ftehimiet qafas li għandhom jintużaw minn entitajiet kontraenti.

Rwol intermedjarju bħal dan jista’ f’xi każijiet jitwettaq billi l-proċeduri tal-akkwist rilevanti jsiru b’mod awtonomu, mingħajr struzzjonijiet dettaljati mill-entitajiet kontraenti kkonċernati; f’każijiet oħra, bit-twettiq tal-proċeduri ta’ għoti rilevanti taħt l-istruzzjonijiet tal-entitajiet kontraenti kkonċernati, f’isimhom u għall-kont tagħhom.

Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-osservanza tal-obbligi skont din id-Direttiva, anke fil-każ ta’ rimedji, bejn il-korp ta’ xiri ċentrali u l-entitajiet kontraenti li jakkwistaw minn jew permezz tiegħu. Meta l-korp ċentrali ta’ xiri jkun responsabbli biss għat-twettiq tal-proċeduri tal-akkwist, din għandha wkoll tkun unikament u direttament responsabbli għal-legalità tal-proċeduri. Meta entità kontraenti tmexxi ċerti partijiet tal-proċedura, pereżempju l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-għoti ta’ kuntratti individwali bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri, hija għandha tibqa’ responsabbli għall-istadji li tmexxi.

(79)

L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħtu kuntratt ta’ servizz għall-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati lil korp ta’ xiri ċentrali mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva. Għandu jkun permess ukoll li tali kuntratti ta’ servizz jinkludu l-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari. Kuntratti ta’ servizz bħal dawn għall-forniment ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari għandhom, meta mwettqa b’mod ieħor minn korp ta’ xiri ċentrali b’rabta mal-forniment ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentrali lill-awtorità kontraenti kkonċernata, jingħataw skont din id-Direttiva. Għandu jitfakkar ukoll li din id-Direttiva ma għandhiex tapplika fejn attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati jew anċillari jiġu pprovduti jekk mhux b’kuntratt għal interess pekunarju li jikkostitwixxi akkwist fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

(80)

It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-korpi ta’ xiri ċentrali m’għandu bl-ebda mod jostakola l-prattiki attwali tal-akkwist konġunt okkażjonali, jiġifieri akkwist komuni inqas istituzzjonalizzat u sistematiku jew il-prattika stabbilita li jsir rikors għal fornituri ta’ servizz li jħejju u jiġġestixxu l-proċeduri tal-akkwist f’isem u għall-kont ta’ entità kontraenti u taħt l-istruzzjonijiet tagħha. Għall-kuntrarju, ċerti karatteristiċi ta’ akkwist konġunt għandhom jiġu ċċarati minħabba r-rwol importanti li l-akkwist konġunt jista’ jkollu, mhux l-inqas b’rabta ma’ proġetti innovattivi.

L-akkwist konġunt jista’ jieħu ħafna forom differenti, li jvarjaw minn akkwist ikkoordinat permezz tat-tħejjija ta’ speċifikazzjonijet tekniċi komuni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati minn għadd ta’ entitajiet kontraenti, li kull waħda minnhom twettaq proċedura tal-akkwist separata, għal sitwazzjonijiet fejn l-entitajiet kontraenti kkonċernati jwettqu konġuntament proċedura waħda tal-akkwist jew billi jaġixxu flimkien jew billi jafdaw entità kontraenti waħda bil-ġestjoni tal-proċedura tal-akkwist f’isem l-entitajiet kontraenti kollha.

Fejn diversi entitajiet kontraenti jwettqu konġuntament proċedura tal-akkwist, huma għandhom ikunu konġuntament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. Madankollu, fejn partijiet biss tal-proċedura tal-akkwist jitwettqu konġuntament mill-entitajiet kontraenti, ir-responsabbiltà konġunta għandha tapplika biss għal dawk il-partijiet tal-proċedura li twettqu flimkien. Kull entità kontraenti għandha tkun kompletament responsabbli rigward il-proċedura jew parti mill-proċeduri li hija twettaq waħidha, bħall-għoti ta’ kuntratt, il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-operazzjoni ta’ sistema dinamika ta’ xiri jew il-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni skont ftehim qafas.

(81)

Mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huma partikolarment xierqa biex jappoġġaw prattiki u għodod ta’ xiri ċentralizzat minħabba li joffru l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid u pproċessar awtomatiku tad-data u ta’ tnaqqis fl-ispejjeż relatati mal-informazzjoni u t-transazzjonijiet. Għaldaqstant, bħala l-ewwel pass, l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bħal dawn għandu jsir obbligatorju għall-korpi ta’ xiri ċentrali, filwaqt li għandhom jiġu ffaċilitati wkoll il-prattiki konverġenti madwar l-Unjoni. Dan għandu jiġi segwit minn obbligu ġenerali li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist kollha wara perijodu tranżitorju ta’ 30 xahar.

(82)

Attwalment, l-għoti konġunt ta’ kuntratti minn entitajiet kontraenti ta’ Stati Membri differenti qed jiffaċċja diffikultajiet legali speċifiċi rigward konflitti tal-liġijiet nazzjonali. Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2004/17/KE ppermettiet impliċitament akkwist pubbliku konġunt transkonfinali, l-entitajiet kontraenti għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet legali u prattiċi konsiderevoli fix-xiri minn korpi ta’ xiri ċentrali fi Stati Membri oħra jew fl-għoti b’mod konġunt ta’ kuntratti. Sabiex l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jiksbu benefiċċju massimu mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u kondiviżjoni tar-riskji u l-benefiċċji, mhux l-anqas għal proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta’ riskju minn dak raġonevolment tollerabbli minn entità kontraenti waħda, dawk id-diffikultajiet għandhom jiġu remedjati. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar l-akkwist konġunt transkonfinali sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-entitajiet kontraenti u jissaħħu l-benefiċċji tas-suq intern bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ negozju transkonfinali għall-fornituri u għal min jipprovdi servizz. Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għal użu transkonfinali ta’ korpi ta’ xiri ċentralizzati u jagħżlu l-leġislazzjoni applikabbli għall-akkwist pubbliku, inkluż il-leġislazzjoni applikabbli dwar ir-rimedji, f’każijiet ta’ proċeduri konġunti transkonfinali li jikkumplimentaw il-konflitt ta’ regoli ta’ liġi tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (21). Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti differenti minn Stati Membri għandhom ikunu jistgħu jwaqqfu entitajiet legali konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għal dan it-tip ta’ akkwist konġunt.

Madankollu, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw possibbiltajiet għal akkwist konġunt transkonfinali għall-iskop ta’ ċirkomvenzjoni ta’ regoli ta’ liġi pubbliċi obbligatorji, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li huma applikabbli għalihom fl-Istat Membru fejn jinsabu. Regoli bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-aċċess ta’ dokumenti jew rekwiżiti speċifiċi għat-traċċabbiltà ta’ provvisti sensittivi.

(83)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mix-xerrejja jeħtieġ li jippermettu li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni kif ukoll jilħaq l-objettivi ta’ sostenibbiltà. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fis-suq, inklużi dawk imfassla abbażi tal-kriterji ta’ prestazzjoni marbuta maċ-ċiklu tal-ħajja u s-sostenibilità tal-proċess tal-produzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi.

Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitfasslu b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni, permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil operatur ekonomiku speċifiku, billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-oepratur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dak l-objettiv jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli. Ir-rekwiżiti funzjonali u dawk relatati mal-prestazzjoni huma wkoll mezzi adatti li jiffavorixxu l-innovazzjoni fl-akkwist pubbliku u għandhom jintużaw b’mod kemm jista’ jkun wiesa’. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-entitajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw l-offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti oħrajn li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-entitajiet kontraenti u li huma ekwivalenti f’termini ta’ sikurezza. Għandha tkun ir-responsabilità tal-operatur ekonomiku li jagħti prova tal-ekwivalenza mat-tikketta mitluba.

Sabiex jagħtu prova ta’ ekwivalenza, għandu jkun possibli li jintalab li l-offerenti jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza. Madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal dossier tekniku tal-manifattur fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kriterji tal-għoti jew il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(84)

Għal kull akkwist maħsub biex jintuża minn persuni, sew jekk il-pubbliku ġenerali jew il-persunal tal-entità kontraenti, jeħtieġ li l-entitajiet kontraenti jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex iqisu l-kriterji ta’ aċċessibilità għal persuni b’diżabbiltà, jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f’każijiet iġġustifikati kif adatt.

(85)

L-entitajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Ekotikketta Ewropea, l-ekotikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm il-ħtiġijiet għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħalma huma d-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawk ir-rekwiżiti jitfasslu u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, permezz ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri u organizzazzjonijiet ambjentali, filwaqt li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Għandu jiġi ċċarat li l-partijiet interessati jistgħu jkunu korpi pubbliċi jew privati, kumpanniji jew kwalunkwe xorta ta’ organizzazzjoni mhux governattiva (organizzazzjoni li mhijiex parti minn gvern u li mhijiex kumpanniji konvenzjonali).

Għandu jiġi ċċarat bl-istess mod li korpi jew organizzazzjonijiet nazzjonali jew governattivi speċifiċi jistgħu jkunu involuti fl-istabbiliment ta’ rekwiżiti ta’ tikkettar li jistgħu jintużaw b’rabta mal-akkwisti minn awtoritajiet pubbliċi mingħajr ma dawk il-korpi jew organizzazzjonijiet jitilfu l-istatus tagħhom bħala partijiet terzi. Referenzi għal tikketti m’għandhomx ikollhom l-effett li jirrestrinġu l-innovazzjoni.

(86)

Fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu kont tar-rekwiżiti li joriġinaw mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari b’rabta mad-disinn tal-ipproċessar tad-data personali (protezzjoni tad-data mid-disinn).

(87)

L-akkwist pubbliku għandu jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-SMEs. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu inkoraġġuti jużaw il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki li jinsab fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 bit-titolu “Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għall-Iffaċilitar tal-Aċċess mill-SMEs għall-Kuntratti tal-Akkwist Pubbliku, li jipprovdi gwida dwar kif jistgħu japplikaw il-qafas tal-akkwist pubbliku b’mod li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs. Għal dak il-għan, għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-kuntratti jistgħu jinqasmu f’lottijiet. Tali diviżjoni tista” ssir fuq bażi kwantitattiva, billi d-daqs tal-kuntratti individwali jkun jikkorrispondi aħjar għall-kapaċità tal-SMEs, jew fuq bażi kwalitattiva, skont is-snajja’ u l-ispeċjalizzazzjonijiet differenti involuti, biex il-kontenut tal-kuntratti individwali jiġi adattat aktar mill-qrib għas-setturi speċjalizzati tal-SMEs jew skont il-fażijiet differenti sussegwenti tal-proġett. Id-daqs u s-suġġett tal-lottijiet għandhom jiġi ddeterminati liberament mill-entità kontraenti, li, skont ir-regoli rilevanti dwar il-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist, għandha wkoll titħalla tagħti wħud mil-lottijiet mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jmorru lil hinn fl-isforzi tagħhom biex jiffaċilitaw l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, billi jintorduċu obbligu li tiġi kkunsidrata l-adegwatezza tad-diviżjoni tal-kuntratti f’lottijiet għal kuntratti li jkunu iżgħar, u billi jesiġu li l-entitajiet kontraenti jipprovdu ġustifikazzjoni għal deċiżjoni li l-kuntratti ma jiġux diviżi f’lottijiet jew billi jagħmlu diviżjoni f’lottijiet obbligatorja taħt ċerti kondizzjonijiet. Bl-istess skop, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu liberi li jipprovdu mekkaniżmi għal pagamenti diretti lis-sottokuntratturi.

(88)

Fejn il-kuntratti jiġu maqsuma f’lottijiet, l-entitajiet kontraenti għandhom, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw l-affidabbiltà tal-provvista, jitħallew jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jista’ jippreżenta offerta għalihom operatur ekonomiku; għandhom jitħallew jillimitaw ukoll l-għadd ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent partikolari.

Madankollu, l-objettiv ta’ ffaċilitar ta’ aċċess akbar għall-akkwist pubbliku mill-SMEs jista’ jixxekkel jekk l-entitajiet kontraenti jkunu obbligati jagħtu l-kuntratti lott b’lott anke meta dan ikun ifisser li jkollhom jaċċettaw soluzzjonijiet sostanzjalment anqas vantaġġużi meta mqabbla mal-għoti li jiġbor fih bosta lottijiet jew kollha kemm huma. Fejn il-possibbiltà li jiġi applikat metodu bħal dan tkun ġiet indikata b’mod ċar minn qabel, għandu jkun għalhekk possibbli għall-entitajiet kontraenti li jwettqu valutazzjoni komparattiva tal-offerti sabiex jistabbilixxu jekk l-offerti ppreżentati minn offerent partikolari għal kombinazzjoni speċifika ta’ lottijiet, bħala unità sħiħa, jissodisfawx il-kriterji ta’ għoti stipulati skont din id-Direttiva fir-rigward ta’ dawk il-lottijiet aħjar mill-offerti għal-lottijiet individwali kkonċernati meta jittieħdu b’mod iżolat. Jekk dan ikun il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jagħtu kuntratt li jiġbor il-lottijiet inkwistjoni lill-offerent ikkonċernat. Għandu jiġi ċċarat li l-entitajiet kontraenti għandhom iwettqu valutazzjoni komparattiva ta’ dan it-tip billi l-ewwel jiddeterminaw liema offerti jissodisfaw l-aħjar il-kriterji tal-għoti stipulati għal kull lott individwali u mbagħad jqabbluha mal-offerti ppreżentati minn offerent partikolari għal kombinazzjoni speċifika ta’ lottijiet, mittieħda bħala unità sħiħa.

(89)

Sabiex jitħaffu l-proċeduri u jsiru aktar effiċjenti, il-limiti ta’ żmien għall-parteċipazzjoni fi proċeduri tal-akkwist għandhom jinżammu kemm jista’ jkun qosra mingħajr il-ħolqien ta’ ostakoli mhux meħtieġa għall-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi mis-suq intern u partikolarment tal-SMEs. Għandu jinżamm preżenti għalhekk li, meta jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu kont b’mod partikolari tal-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, anke jekk dan jimplika stabbiliment ta’ limiti ta’ żmien li huma itwal minn dawk minimi previsti f’din id-Direttiva. L-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, b’mod partikolari d-disponibbiltà elettronika sħiħa ta’ dokumenti tal-akkwist u t-trasmissjoni elettronika ta’ komunikazzjoni għal operaturi ekonomiċi, offerenti u kandidati, iwassal min-naħa l-oħra għal iżjed trasparenza u ffrankar ta’ ħin. Għalhekk, għandu jiġi previst it-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien minimi applikabbli għal proċeduri miftuħa f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-FAP u soġġett għall-kondizzjoni li huma jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trasmissjoni ppjanat fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti għandu jkollhom l-opportunità li jqassru aktar il-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-offerti fi proċeduri miftuħa f’każijiet fejn stat ta’ urġenza jagħmel il-limiti ta’ żmien fi proċeduri miftuħa mhux prattiċi, iżda ma jagħmilx proċedura miftuħa bi skadenza mqassra impossibbli. Huwa biss f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti imprevedibbli mill-entità kontraenti kkonċernata li mhumiex attribwibbli lil dik l-entità kontraenti, tagħmilha impossibbli li titwettaq proċedura regolari anke b’limiti ta’ żmien imqassra, li l-entitajiet ikkonċernati għandhom u jkollhom, sa fejn ikun strettament neċessarju, ikollhom il-possibbiltà li jagħtu kuntratti bi proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel. Dan jista’ jkun il-każ fejn katastrofi naturali jeħtieġu azzjoni immedjata.

(90)

Għandu jiġi ċċarat li l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ħin biżżejjed li fih ifasslu offerti li joffru tweġiba tista’ tinkludi li l-iskadenzi li jkunu ġew stabbiliti inizjalment jista’ jkun li jkollhom jittawlu. B’mod partikolari, dan ikun il-każ, fejn isiru bidliet sinifikanti lid-dokumenti tal-akkwist. Għandu jiġi speċifikat ukoll li, f’dak il-każ, bidliet sinifikanti għandhom jinftiehmu bħala bidliet li jkopru, b’mod partikolari l-ispeċifiċitajiet tekniċi, li fir-rigward tagħhom l-operaturi ekonomiċi jkunu jeħtieġu ħin addizzjonali sabiex jifhmu u jwieġbu b’mod xieraq. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li bidliet bħal dawn ma għandhomx ikunu tant sostanzjali li l-ammissjoni ta’ kandidati oħra minbarra dawk magħżula inizjalment tkun ġiet permessa jew ikunu attirati parteċipanti addizzjonali. Dak jista’, b’mod partikolari, jkun il-każ fejn il-bidliet jagħmlu l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fil-karattru minn dak inizjalment stipulat fid-dokumenti tal-akkwist.

(91)

Għandu jiġi ċċarat li l-informazzjoni dwar ċerti deċiżjonijiet meħuda matul proċedura tal-akkwist, inkluża d-deċiżjoni li ma jingħatax kuntratt jew li ma jiġix konkluż ftehim qafas għandha tinbagħat mill-entitajiet kontraenti, mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom jitolbu tali informazzjoni. Għandu jitfakkar ukoll li d-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE (22) tipprevedi obbligu għall-entitajiet kontraenti, għal darba oħra mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom jitlobu dan, li jipprovdu lill-kandidati jew l-offerenti kkonċernati sommarju tar-raġunijiet rilevanti għal xi wħud mid-deċiżjonijiet ċentrali li jittieħdu matul il-proċedura tal-akkwist. Fl-aħħar nett għandu jiġi ċċarat li l-kandidati u l-offerenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu aktar informazzjoni dettaljata dwar dawn ir-raġunijiet, li l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu meħtieġa jagħtu ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex ma jagħmlux dan. Dawk ir-raġunijiet għandhom jiġu stabbiliti f’din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza neċessarja fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist li jinvolvu negozjati u djalogi mal-offerenti, l-offerenti li jkunu għamlu offerta ammissibbli għandhom, ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex dan ma jsirx, ikunu jistgħu jitolbu informazzjoni dwar it-twettiq u l-progress tal-proċedura.

(92)

Sakemm tinżamm il-kompatibilità mal-ħtieġa li jiġi żgurat l-għan ta’ prattika kummerċjali soda filwaqt li titħalla flessibilità massima, huwa xieraq li tiġi prevista l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku fir-rigward ta’ rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħila ekonomika u finanzjarja u l-evidenza dokumentarja. L-entitajiet kontraenti għalhekk għandhom ikunu jistgħu japplikaw il-kriterji tal-għażla previsti f’dik id-Direttiva u, fejn jagħmlu dan, huma imbagħad għandhom ikunu obbligati li japplikaw ċerti dispożizzjonijiet oħra li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-limitu massimu għal rekwiżiti dwar id-dħul minimu kif ukoll dwar l-użu tad-Dokument Uniku Ewropew għall-Akkwist.

(93)

L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu li l-miżuri jew l-iskemi ta’ ġestjoni ambjentali jiġu applikati matul it-twettiq ta’ kuntratt. L-iskemi ta’ ġestjoni ambjentali, sew jekk huma rreġistrati kif ukoll jekk le taħt l-istrumenti tal-Unjoni bħar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), jistgħu juru li l-operatur ekonomiku għandu l-kapaċità teknika li jwettaq il-kuntratt. Deskrizzjoni tal-miżuri implimentati mill-operatur ekonomiku biex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni ambjentali għandha tiġi aċċettata bħala alternattiva għall-iskemi ta’ reġistrazzjoni ta’ ġestjoni ambjentali bħala forma ta’ evidenza, meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal skemi ta’ reġistrazzjoni ta’ ġestjoni ambjentali jew l-ebda possibbiltà li jiksbihom fil-limiti ta’ żmien rilevanti.

(94)

Il-kunċett tal-kriterji ta’ għoti huwa ċentrali għal din id-Direttiva, għalhekk huwa importanti li d-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu ppreżentati bl-aktar mod sempliċi u simplifikat possibbli. Dan jista’ jinkiseb bl-użu tat-terminoloġija “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża” bħala l-ogħla kunċett, peress li l-offerti kollha rebbieħa għandhom finalment jintgħażlu skont dak li l-entità kontraenti individwali tqis li jkun ekonomikament l-aħjar soluzzjoni fost dawk offruti. Biex tiġi evitata l-konfużjoni bil-kriterji tal-għoti li attwalment hija magħrufa bħala “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża” fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, għandha tintuża terminoloġija differenti biex tkopri dak il-kunċett, “l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità”;. Konsegwentement, għandha tiġi interpretata skont il-każistika marbuta ma’ dawk id-Direttivi, ħlief fejn ikun hemm soluzzjoni materjalment differenti f’din id-Direttiva.

(95)

Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali, bil-ħsieb li jiġi żgurat tqabbil oġġettiv tal-valur relattiv tal-offerti sabiex jiġi determinat, f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, liema offerta hija l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Għandu jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għandha tkun ivvalutata abbażi tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità li għandha dejjem tinkludi element ta’ prezz jew spiża. Għandu jiġi ċċarat bl-istess mod li din il-valutazzjoni tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża tista’ sseħħ ukoll abbażi tal-effettività tal-prezz jew il-kosteffettività biss. Huwa għalhekk aktar xieraq li jiġi mfakkar li l-entitajiet kontraenti huma ħielsa li jistabbilixxu standards ta’ kwalità xierqa billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Sabiex jiġi mħeġġeġ akkwist pubbliku orjentat aktar lejn il-kwalità, l-Istati Membri għandhom jitħallew jipprojbixxu jew jagħmlu restrizzjonijiet fuq l-użu tal-prezz biss jew il-kost biss biex tiġi vvalutata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża meta jqisu dan xieraq.

Biex tiġi żgurata konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali fl-għoti ta’ kuntratti, l-entitajiet kontraenti għandhom jiġu obbligati joħolqu t-trasparenza meħtieġa biex l-offerenti kollha jkunu jistgħu jkunu informati b’mod raġonevoli dwar il-kriterji u l-arranġamenti li ser jiġu applikati fid-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt. Għaldaqstant l-entitajiet kontraenti għandu jkollhom l-obbligu li jindikaw il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt u l-piż relattiv mogħti lil kull wieħed minn dawk il-kriterji. L-entitajiet kontraenti għandhom, madankollu, jitħallew jidderogaw minn dak l-obbligu li jindikaw il-piż tal-kriterji f’każijiet ġustifikati kif meħtieġ li għalihom għandhom ikunu kapaċi jagħtu raġunijiet, fejn il-piż ma jistax jiġi stabbilit bil-quddiem, b’mod partikolari minħabba l-kumplessità tal-kuntratt. F’tali każijiet, huma għandhom jindikaw il-kriterji billi jibdew mill-aktar importanti.

(96)

L-Artikolu 11 TFUE, jeħtieġ illi r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(97)

Meta jivvalutaw l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità l-entitajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u kwalitattivi tal-għoti marbuta mas-suġġett tal-kuntratt li abbażi tagħhom huma ser jivvalutaw l-offerti sabiex tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża mill-perspettiva tal-entità kontraenti. Dawk il-kriterji għandhom għaldaqstant jippermettu valutazzjoni komparattiva tal-livell ta’ prestazzjoni offrut minn kull offerta li għandha tiġi vvalutata fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Fil-kuntest tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, lista mhux eżawrjenti ta’ kriterji tal-għoti possibbli tinsab f’din id-Direttiva. L-entitajiet kontraenti għandhom jiġu mħeġġa jagħżlu kriterji tal-għoti li jippermettulhom jiksbu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-aktar adatti għall-ħtiġijiet tagħhom.

Il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu libertà tal-għażla mingħajr limitu fuq l-entità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u ġusta u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effettiv.

Biex tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt ma għandhiex tkun ibbażata biss fuq kriterji ta’ nuqqas ta’ spiża. Għaldaqstant kriterji kwalitattivi għandhom jiġu akkumpanjati minn kriterju ta’ spiża li jista’, fuq l-għażla tal-entità kontraenti, ikun jew il-prezz jew approċċ ta’ kosteffettività bħall-ispiża taċ-ċiklu ta’ ħajja. Madankollu, il-kriterji tal-għoti ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni ta’ ċerti servizzi jew jistabbilixxu prezzijiet fissi għal ċerti provvisti.

(98)

Fejn dispożizzjonijiet nazzjonali jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni ta’ ċerti servizzi jew jistabbilixxu prezzijiet fissi għal ċerti provvisti, għandu jiġi ċċarat li jibqa’ jkun possibbli li jiġi vvalutat il-valur għall-flus abbażi ta’ fatturi oħra lil hinn mill-prezz jew id-dħul biss. Skont is-servizz jew il-prodott ikkonċernat, dawn il-fatturi jistgħu pereżempju, jinkludu kondizzjonijiet ta’ distribuzzjoni u pagament, aspetti tal-assistenza lill-klijenti wara l-bejgħ (eż. sas-servizzi ta’ konsulenza u ta’ tibdil) jew l-aspetti ambjentali jew soċjali (eż. jekk kotba ġewx stampati fuq karta riċiklata jew fuq karta minn injam sostenibbli, l-ispejjeż fuq l-esternalitajiet ambjentali jew jekk żdiditx l-integrazzjoni soċjali tal-persuni żvantaġġati jew ta’ membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni maħtura biex iwettqu l-kuntratt). Minħabba l-bosta possibbiltajiet tal-evalwazzjoni tal-valur għall-flus abbażi ta’ kriterji sostantivi, għandu jiġi evitat li l-lottijiet jittellgħu bix-xorti bħala l-uniku mezz ta’ għoti ta’ kuntratt.

(99)

Kull meta l-kwalità tal-persunal impjegat tkun rilevanti għal-livell ta’ prestazzjoni tal-kuntratt, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu wkoll jużaw bħala kriterju tal-għoti l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-twettiq tal-kuntratt u, b’riżultat ta’ dan, il-valur ekonomiku tal-offerta. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’kuntratti għal servizzi intellettwali bħal servizzi ta’ konsulenza jew ta’ arkitettura. L-entitajiet kontraenti li jużaw din il-possibbiltà għandhom jiżguraw, bil-mezzi kuntrattwali adatti, li l-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt effettivament jissodisfa l-istandards ta’ kwalità speċifikati u li tali persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-entità kontraenti li tivverifika li l-persunal li ser jeħodlu postu jkun jista’ jilħaq livell ekwivalenti ta’ kwalità.

(100)

Huwa ta’ importanza fundamentali li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. F’dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li l-akkwist pubbliku huwa kruċjali biex tiġi stimolata l-innovazzjoni, li hija ta’ importanza kbira għat-tkabbir futur fl-Ewropa. Minħabba d-differenzi importanti bejn is-setturi u s-swieq individwali, madankollu ma jkunx xieraq li jiġu ffissati rekwiżiti obbligatorji għall-akkwist ambjentali, soċjali u tal-innovazzjoni.

Il-leġislatura tal-Unjoni diġà ffissat rekwiżiti tal-akkwist obbligatorji għall-kisba ta’ għanijiet speċifiċi fis-setturi tal-vetturi tat-trasport bit-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24)) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25)). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b’mod sinifikanti.

Għalhekk jidher xieraq li wieħed ikompli f’din it-triq, fejn il-leġislazzjoni speċifika skont is-settur tieħu ħsieb tiffissal-objettivi u l-miri obbligatorji għall-funzjoni tal-politiki partikolari u l-kondizzjonijiet prevalenti fis-settur rilevanti u biex tippromwovi l-iżvilupp u l-użu tal-approċċi Ewropej għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja bħala rinforz ulterjuri tal-użu tal-akkwist pubbliku f’appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

(101)

Dawk il-miżuri speċifiċi għas-settur għandhom jiġu kkumplimentati minn adattament tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li għandhom jagħtu s-setgħa lill-entitajiet kontraenti sabiex isegwu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-istrateġiji tax-xiri tagħhom. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li, minbarra meta tiġi vvalutata abbażi tal-prezz biss, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeterminaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u l-anqas spejjeż billi jużaw approċċ li jikkalkula l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja.Il-kunċett tal-kalkolu tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja jinkludi l-ispejjeż kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi.

Dan ifisser spejjeż interni bħar-riċerka li għad trid issir, l-iżvilupp, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu, il-manutenzjoni u l-ispejjeż tar-rimi fi tmiem il-ħajja, iżda jista’ jinkludi wkoll spejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali, bħat-tniġġis ikkawżat mill-estrazzjoni tal-materja prima użata fil-prodott jew ikkawżata mill-prodott innifsu jew mill-manifattura tiegħu, dment li dawn ikunu jistgħu jiġu immonetizzati u sorveljati. Il-metodi li l-entitajiet kontraenti jużaw biex jivvalutaw l-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorju u jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Tali metodi jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew dak lokali, iżda għandhom, biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni permezz ta’ metodoloġiji mfasslin apposta, jibqgħu ġenerali fis-sens li ma għandhomx jiġu stabbiliti speċifikament għal proċedura partikolari tal-akkwist pubbliku. Għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni fil-livell tal-Unjoni għall-kalkolu tal-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategoriji speċifiċi ta’ provvisti jew servizzi. Fejn jiġu żviluppati tali metodoloġiji komuni, l-użu tagħhom għandu jsir obbligatorju.

Barra minn hekk, il-fattibbiltà tal-ħolqien ta’ metodoloġija komuni dwar l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali għandha tiġi eżaminata, b’kont meħud tal-metodoloġiji eżistenti bħal-Linji Gwida għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja Soċjali tal-Prodotti adottati fi ħdan il-qafas tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent.

(102)

Barra minn hekk, bil-għan ta’ integrazzjoni aħjar tal-konsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali fil-proċeduri tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jużaw kriterji tal-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti taħt il-kuntratt pubbliku f’kull aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċikli tal-ħajja tagħhom mill-estrazzjoni ta’ materja prima għall-prodott sal-istadju tar-rimi tal-prodott, inklużi fatturi involuti fil-proċess speċifiku tal-produzzjoni, il-provvista jew il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu għal dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jew proċess speċifiku waqt stadju aħħari taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, anke meta tali fatturi mhumiex parti mis-sustanza materjali tagħhom. Il-kriterji u l-kondizzjonijiet li jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni jew provvista bħal dan huma, pereżempju, li l-manifattura tal-prodotti mixtrija ma involvietx sustanzi kimiċi tossiċi, jew li s-servizzi mixtrija jiġu pprovduti bl-użu ta’ magni effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

F’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan jinkludi wkoll kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti relatati mal-provvista jew l-użu ta’ prodotti minn kummerċ ġust matul it-twettiq tal-kuntratt li jkun ser jingħata. Il-kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti marbuta ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali jistgħu jinkludu, pereżempju, il-kunsinna, l-imballaġġ u d-disponiment tal-prodotti, u fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u servizzi, it-tnaqqis tal-iskart u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

Madankollu, il-kondizzjoni ta’ rabta mas-suġġett tal-kuntratt teskludi kriterji u kondizzjonijiet relatati mal-politika korporattiva ġenerali, li ma tistax titqies fattur li jikkaratterizza l-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mixtrija. L-entitajiet kontraenti għalhekk ma għandhomx jitħallew jirrikjedu li l-offerenti jkollhom ċerta politika ta’ responsabbiltà soċjali jew ambjentali korporattiva stabbilita.

(103)

Huwa essenzjali li l-kriterji għall-għoti jew il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt li jirrigwardaw l-aspetti soċjali tal-proċess ta’ produzzjoni jkunu relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jkunu ser jiġu pprovduti taħt il-kuntratt. Barra minn hekk, huma għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u ma għandhomx jintgħażlu jew jiġu applikati b’mod li jiddiskrimina direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi partijiet għall-FAP jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li għalihom l-Unjoni hija parti. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet bażiċi ta’ ħidma rregolati fid-Direttiva 96/71/KE, bħar-rati minimi ta’ ħlas, għandhom jibqgħu fil-livell stabbilit mil-leġislazzjoni nazzjonali jew minn ftehimiet kollettivi applikati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva.

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt jistgħu wkoll ikollhom l-intenzjoni li jiffavorixxu l-promozzjoni tal-ugwaljanza tan-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, aktar parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik privata, il-ħarsien tal-ambjent jew il-ġid tal-annimali u, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u biex jiġu impjegati aktar persuni żvantaġġati milli huwa meħtieġ skont il-leġislazzjoni nazzjonali.

(104)

Il-miżuri bil-għan li titħares is-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni, li tiġi ffavorita l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew ta’ membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt jew biex jitħarrġu fil-ħiliet meħtieġa għall-kuntratt inkwistjoni, jistgħu wkoll ikunu s-suġġett ta’ kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt dment li dawn ikunu marbuta max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti taħt il-kuntratt. Pereżempju, tali kriterji jew kondizzjonijiet jistgħu jirreferu, fost l-oħrajn, għall-impjieg ta’ persuni li ilhom ifittxu xogħol, l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew żgħażagħ waqt it-twettiq tal-kuntratt li jkun ser jingħata. Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-entitajiet kontraenti jistgħu jipprovdu rekwiżiti soċjali bħal dawn li jikkaratterizzaw direttament il-prodott jew is-servizz inkwistjoni, bħall-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet jew tfassil għall-utenti kollha.

(105)

Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lil operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, reati terroristiċi, ħasil tal-flus jew finanzjament ta’ terroriżmu. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu wkoll iwassal għal esklużjoni obbligatorja fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu deroga minn dawk l-esklużjonijiet obbligatorji f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ħtiġijiet aktar importanti fl-interess ġenerali jagħmlu l-għoti tal-kuntratt indispensabbli. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ meta tilqim jew tagħmir ta’ emerġenza meħtieġa b’mod urġenti jkunu jistgħu jinxtraw biss mingħand operatur ekonomiku li għalih tapplika b’xi mod ieħor waħda mir-raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni. Peress li l-entitajiet kontraenti, li mhumiex awtoritajiet kontraenti, jista’ ma jkollhomx aċċess għal prova mingħajr dubju dwar il-kwistjoni, huwa xieraq li l-għażla ta’ jekk jiġux applikati l-kriterji ta’ esklużjoni mniżżla fid-Direttiva 2014/24/UE titħalla f’idejn dawn l-entitajiet kontraenti. Għalhekk, l-obbligu li japplikaw l-Artikolu 57(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24/UE għandu b’hekk jiġi limitat għall-entitajiet kontraenti li huma awtoritajiet kontraenti.

(106)

Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu operaturi ekonomiċi li wrew li mhumiex affidabbli, pereżempju minħabba ksur ta’ obbligi ambjentali jew soċjali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew forom oħra ta’ kondotta professjonali serjament skorretta, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Għandu jiġi ċċarat li kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità tista’ twassal għad-dubju fl-integrità ta’ operatur ekonomiku u għalhekk twassal biex l-operatur ekonomiku ma jkunx adattat biex jingħata kuntratt pubbliku irrispettivament minn jekk l-operatur ekonomiku jkollux il-kapaċità ekonomika u teknika biex jitwettaq il-kuntratt.

Filwaqt li wieħed iqis li l-entità kontraenti ser tkun responsabbli għall-konsegwenzi tad-deċiżjoni possibbilment żbaljata tagħha, l-entitajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi wkoll li jqisu li kien hemm kondotta professjonali serjament skorretta, fejn, qabel issir deċiżjoni finali u vinkolanti dwar il-preżenza ta’ raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni, huma jkunu jistgħu juru bi kwalunkwe mezz adatt li l-operatur ekonomiku kiser l-obbligi tiegħu, inklużi obbligi dwar il-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, sakemm mhux previst mod ieħor fil-liġi nazzjonali. Huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jeskludu kandidati jew offerenti li t-twettiq tagħhom ta’ kuntratti pubbliċi preċedenti jew kuntratti ma’ entitajiet kontraenti oħra wera nuqqasijiet kbar fir-rigward ta’ rekwiżiti sostantivi, pereżempju n-nuqqas ta’ twassil jew prestazzjoni ta’ suċċess, nuqqasijiet sinifikanti tal-prodott jew is-servizz mogħti, li b’hekk ma setax jintuża għall-iskop maħsub, jew imġiba skorretta li tqajjem dubji serji dwar l-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku. Il-liġi nazzjonali għandha tipprevedi t-tul massimu għal esklużjonijiet bħal dawn.

Fl-applikazzjoni ta’ raġunijiet fakultattivi għall-esklużjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-prinċipju tal-proporzjonalità. Irregolaritajiet minuri għandhom iwasslu għall-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Madankollu każijiet ripetuti ta’ irregolaritajiet minuri jistgħu jqajmu dubji dwar l-affidibbiltà ta’ operatur ekonomiku li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjoni tiegħu.

(107)

Meta l-entitajiet kontraenti jkunu obbligati jew jagħżlu li japplikaw tali kriterji ta’ esklużjoni li għadhom kif issemmew, huma għandhom japplikaw id-Direttiva 2014/24/UE rigward il-possibilità li l-operaturi ekonomiċi jadottaw miżuri ta’ konformità bil-għan li jirrimedjaw il-konsegwenzi ta’ xi reati jew kondotta skorretta u sabiex b’mod effettiv jipprevjenu ripetizzjonijiet ta’ mġiba ħażina.

(108)

L-offerti li jidhru baxxi wisq fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex tajbin. Meta l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-entità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. Ir-rifjut għandu jkun obbligatorju f’każijiet fejn l-entità kontraenti tkun stabbilixxiet li l-prezz baxx b’mod anormali jew l-ispejjeż proposti jkunu rriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni obbligatorja tal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali kompatibbli magħha fl-oqsma tal-liġi soċjali jew tax-xogħol jew ambjentali jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

(109)

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt huma biex jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi marbutin mat-twettiq tal-kuntratt. B’differenza għall-kriterji tal-għoti ta’ kuntratti li huma l-bażi għal valutazzjoni komparattiva tal-kwalità tal-offerti, il-kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt jikkostitwixxu rekwiżiti oġġettivi fissi li ma għandhom l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-offerti. Il-kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt għandhom ikunu kumpatibbli ma’ din id-Direttiva dment li mhumiex direttament jew indirettament diskriminatorji u huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, li jkopri l-fatturi kollha involuti fil-proċess speċifiku ta’ produzzjoni, forniment jew kummerċjalizzazzjoni. Dan jinkludi kondizzjonijiet dwar il-proċess tat-twettiq tal-kuntratt, iżda jeskludi rekwiżiti li jirreferu għall-politika korporattiva ġenerali.

(110)

Huwa importanti li l-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati f’din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, tkun żgurata permezz ta’ azzjonijiet adatti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-ambitu tar-responsabbiltajiet u l-kompetenzi tagħhom, bħal aġenziji tal-ispezzjoni tax-xogħol jew aġenziji tal-ħarsien ambjentali.

Huwa wkoll meħtieġ li tiġi żgurata xi ftit ta’ trasparenza fil-katina tas-sottokuntratti, peress li din tagħti informazzjoni lill-entitajiet kontraenti dwar min hu preżenti fis-siti tal-bini li fuqhom qed isiru x-xogħlijiet għalihom, jew dwar liema impriżi qed jipprovdu servizzi fil-bini, infrastrutturi jew żoni, bħal fil-kunsilli lokali, skejjel tal-istat, faċilitajiet sportivi, portijiet jew awtostradi, li għalihom l-entitajiet kontraenti huma responsabbli jew li fuqhom jagħmlu superviżjoni diretta. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu tat-tqassim tal-informazzjoni meħtieġa ser ikun responsabbiltà tal-kuntrattur ewlieni, jew abbażi ta’ klawsoli speċifiċi, li kull entità kontraenti jkollha tinkludi fil-proċeduri kollha tal-akkwist, jew abbażi tal-obbligi li l-Istati Membri jimponu fuq il-kuntratturi ewlenin permezz ta’ dispożizzjonijiet ġeneralment applikabbli.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kondizzjonijiet relatati mal-infurzar tal-osservanza tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati kull meta l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur ewlieni. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jmorru lil hinn, pereżempju billi jestendu l-obbligi ta’ trasparenza, billi jippermettu pagament dirett lis-sottokuntratturi jew billi jippermettu jew jitolbu lill-awtoritajiet kontraenti biex jivverifikaw li s-sottokuntratturi mhuma fl-ebda sitwazzjonili twassal għall-esklużjoni tal-operaturi ekonomiċi. Fejn tali miżuri jiġu applikati fuq sottokuntratturi, għandha tiġi żgurata koerenza mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratturi prinċipali sabiex l-eżistenza ta’ raġunijiet għall-esklużjoni obbligatorja jiġu segwiti minn talba li l-kuntrattur ewlieni jissostitwixxi s-sottokuntrattur imsemmi. Meta tali verifika turi l-preżenza ta’ raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jitolbu s-sostituzzjoni. Madankollu, għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu wkoll li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jkunu obbligati jitolbu s-sostituzzjoni tas-sottokuntrattur ikkonċernat fejn l-esklużjoni tal-kuntratturi ewlenin tkun obbligatorja f’tali każijiet.

Għandu jkun stabbilit ukoll b’mod espliċitu li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jipprevedu regoli ta’ passivi aktar stretti skont il-liġi nazzjonali jew li jmorru lil hinn skont il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi.

(111)

B’kont meħud tad-diskussjonijiet attwali dwar dispożizzjonijiet orizzontali li jirregolaw relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku, huwa adegwat li għal perijodu interim jinżamm l-istatus quo tal-iskema li tapplika għas-settur tas-servizzi skont l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE. Konsegwentement, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jibqgħu kif inhuma, inkluż id-dispożizzjoni għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fejn impriżi tal-Unjoni għandhom diffikultajiet biex ikollhom aċċess għal swieq ta’ pajjiżi terzi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jibqgħu jiġu adottati mill-Kunsill.

(112)

Għandu jiġi mfakkar li r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (26) japplika għall-kalkolazzjoni ta’ limiti ta’ ħin miġbura f’din id-Direttiva.

(113)

Huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet skont liema, il-modifiki għal kuntratt matul it-twettiq tiegħu jeħtieġu proċedura ta’ akkwist ġdida, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija meħtieġa proċedura ta’ akkwist ġdida fil-każ fejn isiru bidliet materjali fil-kuntratt inizjali, b’mod partikolari għall-ambitu u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluż id-distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Dawn il-bidliet juru l-intenzjoni tal-partijiet li jerġgħu jinnegozjaw it-termini jew il-kondizzjonijiet essenzjali tal-kuntratt. Dan huwa l-każ b’mod partikolari jekk il-kondizzjonijiet emendati kellhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura, kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali.

Modifiki għall-kuntratt li jirriżultaw f’bidla żgħira tal-valur tal-kuntratt sa ċertu valur għandhom dejjem ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li ssir proċedura tal-akkwist ġdida. Għal dan il-għan u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, din id-Direttiva għandha tipprovdi limiti de minimis, li taħthom proċedura tal-akkwist mhijiex meħtieġa. Modifiki għall-kuntratt ‘il fuq minn dawn il-limiti għandhom ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li ssir proċedura tal-akkwist ġdida sakemm ikunu konformi mal-kondizzjonijiet relevanti stipulati f’din id-Direttiva.

(114)

Awtoritajiet kontraenti jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet fejn isiru meħtieġa xogħlijiet, provvisti jew servizzi addizzjonali; f’każijiet bħal din modifika tal-kuntratt inizjali mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida tista’ tkun ġustifikata, b’mod partikolari fejn l-għoti ta’ provvisti addizzjonali huma maħsuba jew bħala tibdil parzjali nkella bħala estensjoni tas-servizzi, provvisti jew installazzjonijiet eżistenti fejn bidla fil-fornitur tobbliga lill-entità kontraenti takkwista materjal, xogħlijiet jew servizzi b’karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manutenzjoni

(115)

L-enitatijiet kontraenti jistgħu jkunu ffaċċjati b’ċirkostanzi esterni li ma setgħux jipprevedu meta mogtħija l-kuntratt, b’mod partikolari meta t-twettiq tal-kuntratt ikopri perijodu twil. F’dan il-każ, huwa meħtieġ ċertu livell ta’ flessibilità biex il-kuntratt jiġi adattat għal dawk iċ-ċirkostanzi mingħajr il-bżonn ta’ proċedura talakkwist ġdida. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jirreferi għal ċirkostanzi li ma setgħux ikunu mbassra minkejja tħejjija raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-entità kontraenti, filwaqt li jitqiesu l-mezzi disponibbli tiegħu, in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett speċifiku, il-prattika tajba fil-qasam inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi żgurata relazzjoni xierqa bejn ir-riżorsi li jintefqu fit-tħejjija tal-għoti u l-valur prevedibbli tiegħu.

Madankollu, dan ma jistax japplika fil-każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-akkwist ġenerali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati b’xi ħaġa differenti jew billi jinbidel fundamentalment it-tip ta’ akkwist, minħabba li, f’sitwazzjoni bħal din, wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza ipotetika fuq ir-riżultat.

(116)

F’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux, pereżempju meta kuntratt jintemm minħabba defiċjenzi fit-twettiq, jiġi sostitwit minn operatur ekonomiku ieħor mingħajr ma jerġa’ jinfetaħ il-kuntratt għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent magħżul li jwettaq il-kuntratt għandu jkun jista’, b’mod partikolari meta l-kuntratt jingħata lil aktar minn impriża waħda, jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-kuntratt, bħal riorganizzazzjonijiet purament interni, xiri, amalgamazzjonijiet u akkwisti jew insolvenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri tal-akkwist ġodda għall-kuntratti kollha mwettqa minn dak l-offerent.

(117)

L-entitajiet kontraenti għandhom, fil-kuntratti individwali stess, ikollhom il-possibbiltà li jipprevedu modifiki permezz ta’ klawżoli ta’ reviżjoni jew għażla, iżda dawn il-klawsoli ma għandhomx jagħtuhom diskrezzjoni illimitata. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi sa liema punt jistgħu jiġu pprovduti modifiki fil-kuntratt inizjali. Konsegwentement għandu jiġi ċċarat li klawsoli ta’ reviżjoni jew ta’ għażla abbozzati b’mod ċar biżżejjed jistgħu pereżempju jipprevedu indiċizzazzjonijiet tal-prezzijiet jew jiżguraw li, pereżempju tagħmir ta’ komunikazzjoni li għandu jingħata tul perijodu partikolari jibqa’ jkun adattat, anke fil-każ ta’ tibdil fil-protokolli tal-komunikazzjoni jew bidliet teknoloġiċi oħra. Għandu jkun ukoll possibbli taħt klawsoli ċari biżżejjed li jiġu previsti adattamenti tal-kuntratt li jsiru meħtieġa minħabba diffikultajiet tekniċi li jkunu feġġew matul l-operazzjoni jew il-manutenzjoni. Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-kuntratti jistgħu, pereżempju, jinkludu kemm manutenzjoni ordinarja kif ukoll jipprevedu interventi ta’ manutenzjoni straordinarja li tista’ tkun meħtieġa sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta’ servizz pubbliku.

(118)

L-entitajiet kontraenti xi kultant jaffaċċaw ċirkostanzi li jitolbu tmiem bikri tal-kuntratti pubbliċi sabiex jikkonformaw mal-obbligi taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, skont il-kondizzjonijiet iddeterminati mil-liġi nazzjonali, li jtemmu l-kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu jekk mitlub mid-dritt tal-Unjoni.

(119)

Ir-riżultati tad-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2011 intotolata “Rapport ta’ Evalwazzjoni: Impatt u Effettivita tal-Leġislazzjoni tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku” ssuġġerew li l-esklużjoni ta’ ċerti servizzi mill-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2004/17/KE għandha tiġi riveduta. Bħala riżultat, l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva għandha tiġi estiża għal għadd ta’ servizzi.

(120)

Ċerti kategoriji ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, b’mod partikolari dawk li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawk is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti għal dawk is-servizzi, b’limitu ogħla minn dak li japplika għal servizzi oħra.

Fil-kuntest partikolari tal-akkwisti f’dawk is-setturi, is-servizzi lill-persuna b’valuri taħt dak il-limitu ġeneralment ma jkunux ta’ interess għall-fornituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet konkreti għall-kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali.

Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dak il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawk is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-Direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali, ippubblikat mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali. Meta jiddeterminaw il-proċeduri li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ kuntratti għal servizzi lill-persuna, l-Istati Membri għandhom ikunu jqisu l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jaħdmu wkoll għall-objettivi li jissimplifikaw u jtaffu l-piż amministrattiv għall-entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi, għandu jiġi ċċarat li dan jista’ jinvolvi wkoll li wieħed jiddependi fuq regoli applikabbli għal kuntratti għal servizzi mhux soġġetti għar-reġim speċifiku.

L-Istati Membri u/jew l-entitajiet kontraenti jibqgħu liberi li jipprovdu dawk is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni tal-kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-entità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

(121)

Bl-istess mod, servizzi ta’ lukandi u ristoranti huma tipikament offruti biss minn operaturi li jinsabu fil-post speċifiku tal-konsenja ta’ dawk is-servizzi u għalhekk għandhom ukoll dimensjoni transkonfinali limitata. Għalhekk huma għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett, minn limitu ta’ EUR 1 000 000. Kuntratti kbar għal servizzi ta’ lukandi u ristoranti ‘l fuq minn dak il-limitu jistgħu jkunu ta’ interess għal diversi operaturi ekonomiċi, bħal aġenziji tal-ivvjaġġar u intermedjarji oħra, anke fuq bażi transkonfinali.

(122)

Bl-istess mod, ċerti servizzi legali jikkonċernaw esklużivament kwistjonijiet ta’ liġi purament nazzjonali u għalhekk huma tipikament offruti biss minn operaturi li jinsabu fl-Istat Membru kkonċernat u konsegwentement għandhom ukoll dimensjoni transkonfinali limitata. Għalhekk huma għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett, minn limitu ta’ EUR 1 000 000. Kuntratti kbar ta’ servizz legali ‘l fuq minn dak il-limitu jistgħu jkunu ta’ interess għal diversi operaturi ekonomiċi, bħad-ditti legali internazzjonali, kif ukoll fuq bażi transkonfinali, b’mod partikolari fejn dawn jinvolvu kwistjonijiet legali li jirriżultaw minn jew għandhom bħala sfond tagħhom il-liġi tal-Unjoni jew liġi internazzjonali oħra jew li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed.

(123)

L-esperjenza wriet li serje ta’ servizzi oħra, bħas-servizzi ta’ salvataġġ, servizzi ta’ tifi tan-nar u servizzi tal-ħabs normalment huma biss ta’ interess transkonfinali fil-mument li huma jiksbu massa kritika suffiċjenti permezz tal-valur relattivament għoli tagħhom. Sa fejn huma mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu inklużi skont ir-reġim anqas strett. Sa fejn il-forniment tagħhom huwa fil-fatt ibbażat fuq kuntratti, kategoriji oħra ta’ servizzi, bħal servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà, dawn normalment x’aktarx jippreżentaw biss interess transkonfinali minn limitu ta’ EUR 1 000 000 u konsegwentement għandhom ikunu biss hemmhekk soġġetti għar-reġim anqas strett.

(124)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi, din id-Direttiva għandha tippermetti li l-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist għal ċerti servizzi fl-oqsma tas-servizzi tas-saħħa, soċjali u kulturali għandhom jiġu riservati għal organizzazzjonijiet li huma bbażati fuq is-sjieda tal-impjegat jew il-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati fit-tmexxija tagħhom, u għall-organizzazzjonijiet eżistenti bħal kooperattivi biex jipparteċipaw fit-twassil ta’ dawn is-servizzi lill-utenti aħħarin. Din id-dispożizzjoni hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni esklużivament għal ċerti servizzi tas-saħħa, soċjali u oħrajn relatati, ċerti servizzi ta’ edukazzjoni u taħriġ, libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra, servizzi sportivi, u servizzi għad-djar privati, u mhi maħsuba biex tkopri l-ebda waħda mill-esklużjonijiet previsti b’mod ieħor minn din id-Direttiva. Dawk is-servizzi għandhom ikunu koperti biss mir-“reġim anqas strett”.

(125)

Huwa xieraq li jiġu identifikati dawk is-servizzi permezz ta’ referenza għal pożizzjonijiet speċfiċi tal-“Vokabularju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV)” kif adottat bir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), li hija nomenklatura strutturata b’mod ġerarkiku, maqsuma f’diviżjonijiet, gruppi, klassijiet, kategoriji u subkategoriji. Biex tiġi evitata l-inċertezza legali, għandu jiġi ċċarat li referenza għal diviżjoni ma twassalx impliċitament għal referenza għal subdiviżjonijiet subordinati. Tali kopertura komprensiva minflok għandha tiġi stabbilita espliċitament billi jissemmew il-pożizzjonijiet rilevanti kollha, fejn xieraq bħala firxa ta’ kodiċi.

(126)

Tradizzjonalment kompetizzjonijiet ta’ disinn intużaw l-aktar fl-oqsma tal-ippjanar tat-territorju, l-arkitettura u l-inġinerija jew l-ipproċessar ta’ data. Madankollu jeħtieġ jiġi mfakkar li dawn l-istrumenti flessibbli jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet oħra u li jista’ jiġi stipulat li l-kuntratti ta’ servizzi sussegwenti jingħataw lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ disinn permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni.

(127)

L-evalwazzjoni wriet li għad hemm ħafna titjib xi jsir fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni. Bil-ħsieb ta’ applikazzjoni aktar effiċjenti u konsistenti tar-regoli, huwa essenzjali li wieħed ikollu ħarsa ġenerali tajba tal-problemi strutturali u x-xejriet ġenerali possibbli fil-politiki nazzjonali dwar l-akkwist, sabiex il-problemi possibbli jiġu indirizzati b’miri aktar preċiżi. Dik il-ħarsa ġenerali għandha tinkiseb permezz ta’ monitoraġġ adatt, li r-riżultati tiegħu għandhom jiġu ppubblikati regolarment, sabiex ikun jista’ jsir dibattitu infurmat dwar titjib possibbli għar-regoli u l-prattika ta’ akkwist. Il-kisba ta’ ħarsa ġenerali tajba bħal din ukoll tista’ tippermetti viżjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-akkwist pubbliku fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu kif u minn min għandu jsir dan il-monitoraġġ fil-prattika; meta jagħmlu hekk, huma għandhom jibqgħu liberi wkoll li jiddeċiedu jekk il-monitoraġġ għandux ikun ibbażat fuq kontroll ex post abbażi ta’ kampjuni jew fuq kontroll ex ante sistematiku tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku koperti minn din id-Direttiva. Għandu jkun possibbli li l-problemi potenzjali jinġiebu għall-attenzjoni tal-korpi adatti; dan ma għandux neċessarjament jirrikjedi li dawk li wettqu l-monitoraġġ jidhru quddiem qrati u tribunali.

Gwida, informazzjoni u għajnuna aħjar għall-entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi jistgħu wkoll jikkontribwixxu ferm għat-tisħiħ tal-effiċjenza tal-akkwist pubbliku, permezz ta’ għarfien aħjar, aktar ċertezza legali u professjonalizzazzjoni tal-prattiki tal-akkwist; tali gwida għandha ssir disponibbli għall-entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi kull fejn jidher li tkun meħtieġa biex tittejjeb l-applikazzjoni korretta tar-regoli. Il-gwida li għandha tingħata tista’ tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-akkwist pubbliku, bħall-ippjanar tal-akkwisti, il-proċeduri, l-għażla tat-tekniki u l-istrumenti u l-prattiki tajbin fit-twettiq tal-proċeduri. F’dak li jirrigwarda kwistjonijiet legali, il-gwida ma għandhiex neċessarjament tammonta għal analiżi legali kompleta tal-kwistjonijiet ikkonċernati; tista’ tkun limitata għal indikazzjoni ġenerali tal-elementi li għandhom jitqiesu għall-analiżi dettaljata sussegwenti tal-kwistjonijiet, pereżempju billi tindika każistika li tista’ tkun rilevanti jew noti ta’ gwida jew sorsi oħra li jkunu eżaminaw il-kwistjoni speċifika kkonċernata.

(128)

Id-Direttiva 92/13/KEE tipprevedi ċerti proċeduri ta’ reviżjoni li għandhom ikunu disponibbli għallinqas għal kull persuna li jkollha jew li kellha interess li tikseb kuntratt partikolari u li saritilha ħsara jew li qiegħda fir-riskju li ssirilha ħsara minn ksur allegat tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi. Dawk il-proċeduri ta’ reviżjoni ma għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva. Madankollu, iċ-ċittadini, il-partijiet interessati kkonċernati, kemm jekk organizzati jew le, u persuni jew korpi oħrajn li ma għandhomx aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni skont id-Direttiva 92/13/KEE xorta għandhom interess leġittimu, bħala persuni li jħallsu t-taxxa, fi proċeduri tal-akkwist tajbin. Għaldaqstant huma għandhom jingħataw possibbiltà, b’mod differenti mis-sistema ta’ reviżjoni skont id-Direttiva 92/13/KEE u mingħajr ma neċessarjament jinvolvi li huma jidhru quddiem qrati u tribunali, biex jindikaw ksur possibbli ta’ din id-Direttiva lil awtorità jew struttura kompetenti. Sabiex ma jiġux idduplikati awtoritajiet jew strutturi eżistenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu rikors għal awtoritajiet jew strutturi ta’ monitoraġġ ġenerali, korpi ta’ superviżjoni settorjali, awtoritajiet ta’ superviżjoni muniċipali, awtoritajiet ta’ kompetizzjoni, l-ombudsman jew l-awtoritajiet nazzjonali ta’ verifika.

(129)

Sabiex jiġi sfruttat b’mod sħiħ il-potenzjal tal-akkwist pubbliku biex jikseb l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv l-akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv ser ikollu jaqdi r-rwol tiegħu wkoll. Għaldaqstant huwa importanti li tinkiseb ħarsa ġenerali tal-iżviluppi fil-qasam tal-akkwist strateġiku sabiex wieħed ikollu idea infurmata tax-xejriet ġenerali fil-livell ġenerali f’dak il-qasam. Kwalunkwe rapport adatt diġà mħejji jista’ naturalment jintuża f’dan il-kuntest ukoll.

(130)

Fid-dawl tal-potenzjal tal-SMEs għall-ħolqien tax-xogħol, it-tkabbir u l-innovazzjoni, huwa importanti li jitħeġġu biex jieħdu sehem fl-akkwist pubbliku, kemm permezz ta’ dispożizzjonijiet adatti f’din id-Direttiva kif ukoll permezz ta’ inizjattivi fil-livell nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda previsti f’din id-Direttiva għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-livell ta’ suċċess, li jfisser is-sehem tal-SMEs fil-valur totali ta’ kuntratti mogħtija. Mhuwiex adatt li jiġu imposti ishma obbligatorji ta’ suċċess, madankollu, l-inizjattivi nazzjonali biex tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-SMEs għandha tiġi mmonitorjata mill-qrib minħabba l-importanza tagħha.

(131)

Diġà ġew stabbiliti għadd ta’ proċeduri u metodi ta’ ħidma fir-rigward tal-komunikazzjonijiet u l-kuntatti tal-Kummissjoni mal-Istati Membri, bħal komunikazzjonijiet u kuntatti marbuta mal-proċeduri previsti taħt l-Artikoli 258 u 260 tat-TFUE, in-Netwerk għas-Soluzzjoni tal-Problemi tas-Suq Intern (SOLVIT) u l-EU Pilot, li ma jiġux modifikati minn din id-Direttiva. Dawn għandhom, madankollu, jiġu kkomplementati mill-għażla ta’ punt waħdieni ta’ referenza f’kull Stat Membru għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, li jiffunzjona bħala punt uniku ta’ dħul għal materji li jirrigwardaw l-akkwist pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat. Din il-funzjoni tista’ titwettaq minn persuni jew strutturi li jkunu diġà regolarment f’kuntatt mal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-akkwist pubbliku, bħall-punti nazzjonali ta’ kuntatt, il-membri tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi, il-Membri tan-Netwerk tal-Akkwisti jew okkażjonijiet ta’ koordinazzjoni nazzjonali.

(132)

It-traċċabbiltà u t-trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi proċeduri tal-akkwist huma essenzjali biex jiġu żgurati proċeduri tajbin, inkluża l-ġlieda b’mod effiċjenti kontra l-korruzzjoni u l-frodi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom għalhekk iżommu kopji tal-kuntratti ta’ valur għoli konklużi, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu aċċess għal dawn id-dokumenti lill-partijiet interessati skont ir-regoli applikabbli dwar aċċess għad-dokumenti. Barra minn hekk, l-elementi u d-deċiżjonijiet essenzjali ta’ proċeduri tal-akkwist individwali għandhom jiġu ddokumentati minn entitajiet kontraenti f’rapport dwar l-akkwist. Biex jiġi evitat piż amministrattiv kull fejn possibbli, għandu jkun permess li r-rapport dwar l-akkwist jirreferi għal informazzjoni li diġà tinsab fl-avviż dwar l-għoti tal-kuntratt rilevanti. Is-sistemi elettroniċi għall-pubblikazzjoni ta’ dawn l-avviżi, ġestiti mill-Kummissjoni, għandhom ukoll jittejbu bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul ta’ data filwaqt li jsir eħfef li wieħed joħroġ rapporti globali u jagħmel skambju ta’ data bejn is-sistemi.

(133)

Bil-għan ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament jekk il-kwalità u l-kompletezza tal-informazzjoni fl-avviżi li jiġu ppubblikati f’rabta mal-proċeduri tal-akkwist pubbliku humiex biżżejjed biex jippermettu lill-Kummissjoni toħroġ l-informazzjoni statistika li inkella jkollha tintbagħat mill-Istati Membri.

(134)

Kooperazzjoni amministrattiva effettiva hija neċessarja għall-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ proċeduri tal-għoti f’sitwazzjonijiet transkonfinali, b’mod partikolari rigward il-verifika tar-raġunijiet għall-esklużjoni u l-kriterji u l-applikazzjoni ta’ standards ta’ kwalità u dawk ambjentali. Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) tista’ tipprovdi mezz elettroniku siewi biex tiġi ffaċilitata u msaħħa l-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġestjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni abbażi ta’ proċeduri sempliċi u unifikati li jegħlbu l-ostakoli lingwistiċi. Għandu konsegwentement jitnieda proġett pilota mill-aktar fis possibbli biex jiġi vverifikat jekk l-espansjoni tal-IMI tkunx xierqa biex tkopri l-iskambju ta’ informazzjoni skont din id-Direttiva.

(135)

Sabiex ikun hemm adattament għall-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u regolatorji rapidi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għadd ta’ elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva. Minħabba l-ħtieġa li jiġu rispettati l-ftehimiet internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li timmodifika l-proċeduri tekniċi għall-metodi ta’ kalkolu li jirrigwardaw il-livelli limiti stabbiliti kif ukoll li perjodikament tirrevedi l-istess livelli limiti nfushom; ir-referenzi għan-nomenklatura tas-CPV jistgħu jgħaddu minn bidliet regolatorji fil-livell tal-Unjoni u huwa neċessarju li dawn il-bidliet jiġu riflessi fit-test ta’ din id-Direttiva; id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir għall-irċevuta elettronika għandhom jinżammu aġġornati mal-iżviluppi teknoloġiċi; huwa meħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li trendi ċerti standards tekniċi obbligatorji għall-komunikazzjoni elettronika sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formati u proċessi u messaġġi fil-proċeduri tal-akkwist imwettqa b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni billi jittieħed kont tal-iżviluppi teknoloġiċi; il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-lista tal-atti leġislattivi tal-Unjoni li tistabbilixxi metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja,; il-lista ta’ Konvenzjonijiet Soċjali u Ambjentali Internazzjonali 9 u l-lista tal-leġislazzjoni tal-Unjoni li l-implimentazzjoni tagħha toħloq suppożizzjoni ta’ aċċess ħieles għal suq partikolari kif ukoll l-Anness II„ li jistabbilixxi lista ta’ atti legali li għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, għandhom jiġu adattati malajr sabiex jinkorporaw il-miżuri adottati fuq bażi settorjali. Sabiex tiġi sodisfatta din il-ħtieġa, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li żżomm il-listi aġġornati. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(136)

Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta gruppi ta’ esperti adatti fil-qasam tal-akkwist elettroniku biex tiżgura kompożizzjoni bilanċjata tal-gruppi ewlenin tal-partijiet interessati.

(137)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, rigward il-proċedura biex tintbagħat u tiġi ppubblikata d-data msemmija fl-Anness IX u l-proċedura biex jitfasslu u jintbagħtu avviżi, il-formoli standard għall-pubblikazzjoni tal-avviżi, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

(138)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-formoli standard għall-pubblikazzjoni tal-avviżi, li ma għandhom l-ebda impatt, la mil-lat finanzjarju u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawk l-atti huma kkaratterizzati minn għan amministrattiv sempliċi u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti b’din id-Direttiva.

Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet sabiex jiġi stabbilit jekk attività partikolari hijiex esposta direttament għal kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess huwa ħieles, għandhom jiġu adottati skont kondizzjonijiet li jiggarantixxu kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni anke fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-proċedura, kif previst fl-Artikolu 35, biex jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli kif ukoll l-atti ta’ implimentazzjoni nfushom. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

(139)

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti fuq is-suq intern li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta tagħmel dan, għandha tieħu kont ta’ fatturi bħal-livell tal-akkwisti transkonfinali, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u r-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji.

Skont l-Artikolu XXII(7) tiegħu, il-FAP għandu jkun soġġett għal aktar negozjati tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u perjodikament wara dan. F’dak il-kuntest, għandu wkoll jiġi eżaminat jekk il-livell ta’ limiti stabbiliti huwiex adatt, b’kont meħud tal-impatt tal-inflazzjoni fid-dawl ta’ perjodu twil mingħajr tibdil fil-limiti fil-FAP; fl-eventwalità li l-livell tal-limiti stabbiliti jinbidel bħala konsegwenza, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tadotta proposta għal att legali li temenda l-limiti stabbiliti kif stipulati f’din id-Direttiva.

(140)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li japplikaw għal ċerti proċeduri ta’ akkwist pubbliku, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda li jista’ minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(141)

Id-Direttiva 2004/17/KE għandha tiġi revokata.

(142)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni ta’ tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni b’wieħed jew aktar mid-dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur jikkunsidra t-trasmissjoni ta’ dawn id-dokumenti bħala waħda ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

TITOLU I:

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, U PRINĊIPJI ĠENERALI

KAPITOLU I:

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1:

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2:

Definizzjonijiet

Artikolu 3:

Awtoritajiet kontraenti

Artikolu 4:

Entitajiet kontraenti

Artikolu 5:

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività

Artikolu 6;

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet

KAPITOLU II:

Attivitajiet

Artikolu 7:

Dispożizzjonijiet Komuni

Artikolu 8:

Gass u tisħin

Artikolu 9:

Elettriku

Artikolu 10:

Ilma

Artikolu 11:

Servizzi ta’ trasport

Artikolu 12:

Portijiet u ajruporti

Artikolu 13:

Servizzi postali

Artikolu 14:

Estrazzjoni ta’ żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam jew karburanti solidi oħra

KAPITOLU III:

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

TAQSIMA 1:

LIMITI STABBILITI

Artikolu 15:

Limiti stabbiliti

Artikolu 16:

Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist

Artikolu 17:

Reviżjoni tal-limiti stabbiliti

TAQSIMA 2:

KUNTRATTI ESKLUŻI U KOMPETIZZJONIJIET TA’ DISINN

Subtaqsima 1:

Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija

Artikolu 18:

Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi

Artikolu 19:

Kuntratti u kompetizzjonjijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet, għajr it-twettiq ta’ attività koperta jew għat-twettiq ta’ attività bħal din f’pajjiż terz

Artikolu 20:

Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

Artikolu 21:

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Artikolu 22:

Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv

Artikolu 23:

Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta’ ilma u għall-provvista ta’ enerġija jew ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija

Subtaqsima 2:

Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża u sigurtà

Artikolu 24:

Difiża u sigurtà

Artikolu 25:

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 26:

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 27:

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

Subtaqsima 3:

Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi assoċjati u impriżi konġunti)

Artikolu 28:

Kuntratti bejn awtoritajiet kontraenti

Artikolu 29:

Kuntratti mogħtija lil impriża affiljata

Artikolu 30:

Kuntratti mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tifforma parti minn impriża konġunta

Artikolu 31:

Notifika tal-informazzjoni

Subtaqsima 4:

Sitwazzjonijiet speċifiċi

Artikolu 32:

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Artikolu 33:

Kuntratti soġġetti għal arranġamenti speċjali

Subtaqsima 5:

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet proċedurali relatati magħhom

Artikolu 34:

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni

Artikolu 35:

Proċedura għall-istabbiliment dwar jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli

KAPITOLU IV:

Prinċipji ġenerali

Artikolu 36:

Prinċipji tal-akkwisti

Artikolu 37:

Atturi ekonomiċi

Artikolu 38:

Kuntratti riżervati

Artikolu 39:

Kunfidenzjalità

Artikolu 40:

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

Artikolu 41:

Nomenklaturi

Artikolu 42

Kunflitti ta’ interess

TITOLU II:

REGOLI APPLIKABBLI GĦAL KUNTRATTI

KAPITOLU I:

Proċeduri

Artikolu 43:

Kundizzjonijiet relatati mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u ftehimiet internazzjonali oħra

Artikolu 44:

Għażla tal-proċeduri

Artikolu 45:

Proċedura miftuħa

Artikolu 46:

Proċedura ristretta

Artikolu 47:

Proċedura nnegozjata b’sejħa għall-kompetizzjoni minn qabel

Artikolu 48:

Djalogu kompetittiv

Artikolu 49:

Sħubija għall-innovazzjoni

Artikolu 50:

L-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni minn qabel

KAPITOLU II:

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 51:

Ftehimiet qafas

Artikolu 52:

Sistemi dinamiċi ta’ xiri

Artikolu 53:

Irkantijiet elettroniċi

Artikolu 54:

Katalogi elettroniċi

Artikolu 55:

Attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti u korpi ċentrali għall-akkwisti

Artikolu 56:

Akkwisti konġunti okkażjonali

Artikolu 57:

Akkwisti konġunti bejn entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

KAPITOLU III:

Kondotta tal-proċedura

TAQSIMA 1:

TĦEJJIJA

Artikolu 58:

Konslutazzjonijiet preliminari mas-suq

Artikolu 59:

Involviment minn qabel ta’ kandidati jew offerenti

Artikolu 60:

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 61:

Tikketti

Artikolu 62:

Rapporti tat-test, ċeritifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

Artikolu 63:

Komunikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 64

Varjanti

Artikolu 65:

Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet

Artikolu 66:

Tfassil ta’ limiti ta’ żmien

TAQSIMA 2:

PUBBLIKAZZJONI U TRASPARENZA

Artikolu 67:

Avviżi indikattivi perjodiċi

Artikolu 68:

Avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni

Artikolu 69:

Avviżi dwar kuntratti

Artikolu 70:

Avviżi dwar għoti ta’ kuntratti

Artikolu 71:

Mod u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

Artikolu 72:

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

Artikolu 73:

Disponibilità elettronika tad-dokumenti tal-akkwisti

Artikolu 74:

Stediniet lill-kandidati

Artikolu 75:

L-informar lill-applikanti għall-kwalifika, kandidati u offerenti

TAQSIMA 3:

GĦAŻLA TA’ PARTEĊIPANTI U L-GĦOTI TA’ KUNTRATTI

Artikolu 76:

Prinċipji ġenerali

Subtaqsima 1:

Kwalifikazzjoni u għażla kwalitattiva

Artikolu 77:

Sistemi ta’ kwalifikazzjoni

Artikolu 78:

Kriterji għall-għażla kwalitattiva

Artikolu 79

Affidabilità fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

Artikolu 80:

Użu tar-raġunijiet ta’ esklużjoni u l-kritejri tal-għażla speċifikati taħt id-Direttiva 2014/24/UE

Artikolu 81:

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u standards ta’ ġestjoni ambjentali

Subtaqsima 2:

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 82:

Kriterji ta’ għoti ta’ kuntratti

Artikolu 83:

Ċiklu tal-ħajja u l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja

Artikolu 84:

Offerti baxxi wisq

TAQSIMA 4:

OFFERTI LI JINKLUDU PRODOTTI LI JORIĠINAW F’PAJJIŻI TERZI U RELAZZJONIJIET MA’ DAWK IL-PAJJIŻI

Artikilu 85:

Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi

Artikolu 86:

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi rigward kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi

KAPITOLU IV:

Twettiq tal-kuntratt

Artikolu 87:

Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt

Artikolu 88:

Sottokuntrattar

Artikolu 89:

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 90:

Terminazzjoni ta’ kuntratti

TITOLU III:

REĠIMI TA’ AKKWISTI PARTIKOLARI

KAPITOLU I:

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 91:

Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 92:

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

Artikolu 93:

Prinċipji għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 94:

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

KAPITOLU II:

Regoli li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ta’ disinn

Artikolu 95:

Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 96:

Avviżi

Artikolu 97:

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-għażla tal-parteċipanti u tal-ġurija

Artikolu 98:

Deċiżjonijiet tal-ġurija

TITOLU IV:

GOVERNANZA

Artikolu 99:

Infurzar

Artikolu 100:

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 101:

Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika

Artikolu 102:

Kooperazzjoni amministrattiva

TITOLU V:

SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIRT FINALI

Artikolu 103:

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 104:

Proċedura ta’ urġenza

Artikolu 105:

Proċedura tal-kumitat

Artikolu 106:

Traspożizzjoni

Artikolu 107:

Tħassir

Artikolu 108:

Reviżjoni

Artikolu 109:

Dħul fis-seħħ

Artikolu 110:

Destinatarji

ANNESSI:

ANNESS I:

Lista ta’ attivitajiet kif stabbilit fil-punt 2(a) tal-Artikolu 2

ANNESS II:

Lista ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)

ANNESS III:

Lista ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 34(3)

ANNESS IV:

Dati ta’ skadenza għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35

ANNESS V:

Rekwiżiti relatati ma’ strumenti sabiex jaslu b’mod elettroniku offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifikazzjoni kif ukoll pjanijiet u proġetti fil-kompetizzjonijiet

ANNESS VI Parti A:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż indikattiv perjodiku (kif stipulat fl-Artikolu 67)

ANNESS VI Parti B:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar pubblikazzjoni ta’ avviż indikattiv perjodiku fuq profil ta’ xerrej mhux użat bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni (kif stipulat fl-Artikolu 67(1))

ANNESS VII:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET FL-IRKANTI ELETTRONIĊI (l-Artikolu 53(4))

ANNESS VIII:

Definizzjoni ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi

ANNESS IX:

Karatteristiċi li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni

ANNESS X:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni (kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(4) u fl-Artikolu 68)

ANNESS XI:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif stipulat fl-Artikolu 69)

ANNESS XII:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar għoti ta’ kuntratt (kif stipulat fl-Artikolu 70)

ANNESS XIII:

Kontenuti tal-istediniet għas-sottomissjoni ta’ offerta, għall-parteċipazzjoni fid-djalogu, għan-negozjar jew għall-konferma tal-interess speċifikati taħt l-Artikolu 74

ANNESS XIV:

Lista ta’ Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol imsemmija fl-Artikolu 36(2)

ANNESS XV:

Lista tal-leġislazzjoni tal-UE msemmija fl-Artikolu 83(3)

ANNESS XVI:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar modifiki ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu (kif stipulat fl-Artikolu 89(6))

ANNESS XVII:

Servizzi msemmija fl-Artikolu 91

ANNESS XVIII:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif stipulat fl-Artikolu 92)

ANNESS XIX:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar kompetizzjoni ta’ disinn (kif stipulat fl-Artikolu 96(1))

ANNESS XX:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-riżultati tal-avviżi dwar kompetizzjoni ta’ disinn (kif stipulat fl-Artikolu 96(1))

ANNESS XXI:

Tabella ta’ korrelazzjoni

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, U PRINĊIPJI ĠENERALI

KAPITOLU I

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-entitajiet kontraenti fir-rigward ta’ kuntratti kif ukoll kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stipulati fl-Artikolu 15.

2.   Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa l-akkwist, permezz ta’ kuntratt ta’ provvisti, xogħlijiet jew servizzi ta’ xogħlijiet, ta’ provvisti jew servizzi minn entità kontraenti waħda jew aktar mingħand operaturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-entitajiet kontraenti, dejjem jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jkunu maħsuba għall-kisba ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14.

3.   L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija soġġetta għall-Artikolu 346 TFUE.

4.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, bi qbil mal-liġi tal-Unjoni, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma taffettwax id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jekk, kif u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess skont l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26..

5.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-mod kif l-Istati Membri jorganizzaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom.

6.   Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandux jinkludi servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi” tfisser kuntratti għall-interess finanzjarju konklużi bil-miktub bejn entità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar u li għandhom bħala objettiv l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-provvista tas-servizzi;

(2)

“kuntratti ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-eżekuzzjoni jew, kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet, skont it-tifsira tal-Anness I;

(b)

l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħol;

(c)

it-twettiq bi kwalunkwe mezz ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-entità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew id-disinn tax-xogħol;

(3)

“xogħol” tfisser l-eżitu tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni u inġinerija ċivili meħuda bħala ħaġa waħda li fiha nnifiha hija suffiċjenti biex taqdi funzjoni ekonomika jew teknika;

(4)

“kuntratti ta’ provvista” tfisser kuntratti li għandhom bħala objettiv tagħhom ix-xiri, it-twellija, il-keri jew ix-xiri bil-kiri, b’għażla jew mingħajr għażla tal-fakultà tax-xiri, ta’ prodotti. Kuntratti ta’ provvista jistgħu jinkludu, bħala aspett sekondarju, attivitajiet fuq il-post u ta’ installazzjoni;

(5)

“kuntratti ta’ servizz” tfisser kuntratti li għandhom bħala għan il-forniment ta’ servizzi, minbarra dawk imsemmija fil-punt 2;

(6)

“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew entità kontraenti, jew grupp ta’ persuni u/jew entitajiet bħal dawn, inklużi kwalunkwe assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, li joffri li jagħmel xogħlijiet u/jew biċċa xogħol, li jipprovdi prodotti jew li jforni servizzi fis-suq;

(7)

“offerent” tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

(8)

“kandidat” tfisser operatur ekonomiku li jkun fittex stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura ristretta jew innegozjata, fi djalogu kompetittiv jew fi sħubija tal-innovazzjoni;

(9)

“dokument tal-akkwist” tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-entità kontraenti sabiex tiddeskrivi jew tiddetermina elementi tal-akkwist jew tal-proċedura, inkluż l-avviż ta’ kuntratt, l-avviż perjodiku indikattiv jew l-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki fejn dawn jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-dokument deskrittiv, il-kondizzjonijiet proposti tal-kuntratt, il-formati għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti mill-kandidati u l-offerenti, informazzjoni dwar l-obbligi applikabbli b’mod ġenerali u kwalunkwe dokumenti addizzjonali;

(10)

“attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri” tfisser attivitajiet imwettqa fuq bażi permanenti, f’waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

l-akkwist ta’ provvisti u/jew servizzi maħsuba għall-entitajiet kontraenti,

(b)

l-għoti ta’ kuntratti jew il-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-entitajiet kontraenti;

(11)

“attivitajiet anċillari ta’ xiri” tfisser l-attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet ta’ xiri, b’mod partikolari fil-forom li ġejjin:

(a)

infrastruttura teknika li tippermetti lill-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti ta’ pubbliċi jew jikkonkludu ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi;

(b)

pariri dwar it-tmexxija jew it-tfassil tal-proċeduri ta’ akkwist;

(c)

tħejjija u ġestjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist f’isem u akkont tal-entità kontraenti kkonċernata;

(12)

“korp ċentrali ta’ xiri” tfisser entità kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva jew awtorità kontraenti fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE dment li tipprovdi attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati u, possibbilment, attivitajiet ta’ xiri anċillari.

L-akkwist imwettaq minn korp ċentrali ta’ xiri sabiex jitwettqu attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri, għandu jitqies bħala akkwist biex titwettaq attività kif deskritt fl-Artikoli 8 sa 14. L-Artikolu 18 ma għandux japplika għal akkwist imwettaq minn korp ċentrali ta’ xiri sabiex jitwettqu attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri;

(13)

“fornitur ta’ servizzi ta’ akkwist” tfisser korp pubbliku jew privat li joffri attivitajiet ta’ xiri anċillari fis-suq;

(14)

“miktub” jew “bil-miktub” tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew ċifri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew ikkommunikati wara, inkluża informazzjoni trażmessa u maħżuna permezz ta’ mezzi elettroniċi;

(15)

“mezz elettroniku” tfisser mezz li juża tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trażmessa, imwassla u riċevuta bil-wajers, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra;

(16)

“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp li għandhom isiru, il-produzzjoni, il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni, matul l-eżistenza kollha tal-prodott jew ix-xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizz, mix-xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u t-tmiem is-servizz jew l-użu;

(17)

“kompetizzjonijiet ta’ disinn” tfisser dawk il-proċeduri li jgħinu lill-entità kontraenti biex takkwista pjanijiet jew disinni magħżula minn ġurija wara li jkunu nħarġu għal kompetizzjoni bi jew mingħajr l-għoti ta’ premjijiet, prinċipalment fl-oqsma tal-ippjanar tat-territorju, l-arkitettura, l-inġinerija u l-ipproċessar tad-data;

(18)

“innovazzjoni” tfisser l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz jew proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitat għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew metodu organizzattiv ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni li fost l-oħrajn ikollha l-għan li tgħin biex jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

(19)

“tikketta” tfisser kwalunkwe dokument, ċertifikat jew attestazzjoni uffiċjali li tikkonferma li x-xogħolijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri partikolari jilħqu ċerti rekwiżiti;

(20)

“rekwiżit(i) tat-tikketti” tfisser ir-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mix-xogħolijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri partikolari sabiex tinkiseb it-tikketta kkonċernata.

Artikolu 3

Awtoritajiet kontraenti

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, il-korpi rregolati mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew aktar minn dawn l-awtoritajiet jew wieħed jew aktar minn dawn il-korpi rregolati mil-liġi pubblika.

2.   “Awtoritajiet reġjonali” tinkludi l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi, elenkati b’mod mhux eżawrjenti f’NUTS 1 u 2, kif imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (30)

3.   “Awtoritajiet lokali” tinkludi l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 3 u unitajiet amministrattivi iżgħar, kif imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

4.   “Korpi rregolati mil-liġi pubblika” tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jissodisfaw il-bżonnijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx karattru industrijali jew kummerċjali;

(b)

għandhom personalità ġuridika, u

(c)

huma ffinanzjati, fil-parti l-kbira, mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika; jew soġġetti għal superviżjoni maniġerjali minn dawk il-korpi; jew li għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika.

Artikolu 4

Entitajiet kontraenti

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, entitajiet kontraenti huma entitajiet li:

(a)

huma awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi u li jsegwu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14;

(b)

meta dawn ma jkunux awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi, ikollhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14, jew kwalunkwe taħlita tagħhom u joperaw fuq il-bażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

2.   “Impriża pubblika” tfisser kull impriża li fuqha l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżerċitaw influwenza dominanti b’mod dirett jew indirett minħabba li din tkun proprjetà tagħhom, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha;

Influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti għandha ssir fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk l-awtoritajiet, b’mod dirett jew indirett:

(a)

ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;

(b)

ikunu jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta ma’ ishma maħruġa mill-impriża,

(c)

ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “drittijiet speċjali jew esklużivi” tfisser drittijiet mogħtija minn awtorita kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva li l-effett tagħha huwa li tillimita l-eżerċizzju ta’ attivitajiet kif definit fl-Artikoli 8 sa 14 għal entità waħda jew aktar, u li sostanzjalment taffettwa l-kapaċità ta’ entitajiet oħra li jwettqu din l-attività.

Id-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi ma għandhomx jikkostitwixxu drittijiet speċjali jew esklużivi fis-sens tal-ewwel subparagrafu.

Proċeduri bħal dawn jinkludu:

(a)

proċeduri ta’ akkwist b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, id-Direttiva 2009/81/KE, id-Direttiva 2014/23/UE jew din id-Direttiva;

(b)

proċeduri skont atti legali oħra tal-Unjoni elenkati fl-Anness II, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 dwar il-modifika tal-lista tal-atti legali tal-Unjoni u li hija stipulata fl-Anness II, meta fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ atti legali ġodda, it-tħassir jew il-modifika ta’ dawn l-atti legali, dawn l-emendi jirriżultaw li huma neċessarji.

Artikolu 5

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività

1.   Il-paragrafu 2 għandu japplika għal kuntratti mħallta li bħala suġġett għandhom tipi differenti tal-akkwist li kollha huma koperti minn din id-Direttiva.

Il-paragrafi 13 sa 5 għandhom japplikaw għal kuntratti mħallta li bħala suġġett għandhom l-akkwist kopert minn din id-Direttiva u l-akkwist kopert minn reġimi legali oħra.

2.   Il-kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom żewġ tipi jew aktar ta’ akkwist (xogħlijiet, servizzi jew provvisti) għandhom jingħataw f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta’ akkwist li jikkaratterizza s-suġġett ewlieni tal-kuntratt inkwistjoni.

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi fis-sens tal-Kapitolu I tat-Titolu III u parzjalment f’servizzi oħra jew f’kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi u parzjalment fi provvisti, is-suġġett prinċipali għandu jkun determinat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew il-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.

3.   Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 4. Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari ma jkunux oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 5.

Fejn parti ta’ kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 25 ta’ din id-Direttiva.

4.   Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett l-akkwist kopert b’din id-Direttiva kif ukoll akkwist mhux kopert b’din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema reġim legali għandu japplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, din id-Direttiva għandha, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 25, tapplika għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li kieku jaqgħu taħt reġim legali differenti u irrispettivament mil-liema reġim legali li dawn il-partijiet kienu jkunu soġġetti għalihom mod ieħor.

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jkun fihom elementi ta’ kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi u ta’ konċessjonijiet, il-kuntratt imħallat għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, dment li l-valur stmat tal-parti tal-kuntratt li tikkostitwixxi kuntratt kopert b’din id-Direttiva, ikkalkulat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, huwa daqs jew akbar mil-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 15.

5.   Meta l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari huma oġġettivament mhux separabbli, ir-reġim legali applikabbli għandu jkun iddeterminat abbażi tas-suġġett ewlieni ta’ dak il-kuntratt.

Artikolu 6

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet

1.   Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati, id-deċiżjoni dwar liema regoli għandhom japplikaw għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

Minkejja l-paragrafu 5, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, fejn waħda mill-attivitajiet ikkonċernati tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva.

L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati ma għandhiex, madanakollu, tittieħed bil-għan li jiġi eskluż il-kuntratt jew kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni jew ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE.

2.   Kuntratt li huwa maħsub li jkorpi numru ta’ attivitajiet għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha dan kien maħsub prinċipalment.

3.   Fil-każ ta’ kuntratti li għalihom ikun oġġettivament impossibbli li jiġi ddeterminat għal liema attività huwa jkun maħsub prinċipalment, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati skont il-punti (a), (b) u (c):

(a)

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha hu maħsub il-kuntratt tkun soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/24/UE;

(b)

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/23/UE;

(c)

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra mhija soġġetta la għal din id-Direttiva, la għad-Direttiva 2014/24/UE u lanqas għad-Direttiva 2014/23/UE.

KAPITOLU II

Attivitajiet

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet Komuni

Għall-finijiet tal-Artikoli 8, 9 u 10, “provvista” għandha tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut.

Madankollu, il-produzzjoni ta’ gass fil-forma ta’ estrazzjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14.

Artikolu 8

Gass u tisħin

1.   Sa fejn huma kkonċernati l-gass u t-tisħin, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin;

(b)

il-provvista ta’ gass jew tisħin lil dawn in-netwerks.

2.   Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ gass jew tisħin lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku, ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni ta’ gass jew tisħin minn dik l-awtorità kontraenti hija l-konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mit-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikoli 9 sa 11;

(b)

il-provvista lin-netwerk pubbliku għandha l-għan biss li tisfrutta ekonomikament din il-produzzjoni u tammonta għal mhux aktar minn 20 % tad-dħul tal-entità kontraenti abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

Artikolu 9

Elettriku

1.   Sa fejn huwa kkonċernat l-elettriku, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ elettriku;

(b)

il-provvista ta’ elettriku lil dawn in-netwerks.

2.   Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ elettriku lil netwerks li fissi jipprovdu servizz lill-pubbliku ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni ta’ elettriku minn dik l-entità kontraenti ssir peress li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikoli 8, 10 u 11;

(b)

il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraenti stess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ enerġija ta’ dik l-entità kontraenti, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

Artikolu 10

Ilma

1.   Għal dak li jirrigwarda l-ilma, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba sabiex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;

(b)

il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil netwerks bħal dawn.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati minn entitajiet kontraenti li jwettqu attività msemmija fil-paragrafu 1 u li huma marbutin ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew drenaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawn il-proġetti jew minn installazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-drenaġġ,

(b)

mar-rimi u t-trattament tad-drenaġġ.

3.   Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb minn dik l-entità kontraenti ssir peress li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 8 sa 11;

(b)

il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraentistess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ ilma tajjeb għax-xorb ta’ dik l-entità kontraenti, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

Artikolu 11

Servizzi tat-trasport

Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, bit-tramway, bit-trolley bus, bil-karozza tal-linja jew bil-kejbil.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi tat-trasport, għandu jiġi kkunsidrat li hu stabbilit netwerk fejn is-servizz ikun ipprovdut f’kondizzjonijiet ta’ tħaddim preskritti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, bħal kondizzjonijiet fuq ir-rotot li għandhom jiġu servuti, il-kapaċità li għandha tkun disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz.

Artikolu 12

Portijiet u ajruporti

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-isfruttar ta’ żona ġeografika għall-finijiet ta’ provvista ta’ ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet oħra ta’ terminals għal trasportaturi bl-ajru, bil-baħar jew permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma.

Artikolu 13

Servizzi postali

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’:

(a)

servizzi postali;

(b)

servizzi oħra minbarra servizzi postali, bil-kondizzjoni li servizzi bħal dawn ikunu pprovduti minn entità li tipprovdi anke servizzi postali fit-tifsira tal-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1) mhumiex sodisfatti fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu fi ħdan il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31):

(a)   “oġġett postali”: tfisser oġġett indirizzat fil-forma finali li fiha għandu jinġarr, irrispettivament mit-toqol. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, dawn l-oġġetti jinkludu wkoll pereżempju kotba, katalgi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru, irrispettivament mit-toqol tagħhom;

(b)   “servizzi postali”: tfisser servizzi li jikkonsistu fil-ġbir, l-issortjar, il-ħruġ u t-tqassim ta’ oġġetti postali. Dan għandu jinkludi kemm is-servizzi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll dawk li jaqgħu barra minnu tas-servizz universali stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 97/67/KE;

(c)   “servizzi oħra għajr servizzi postali”: tfisser servizzi pprovduti fl-oqsma li ġejjin:

(i)

servizzi ta’ ġestjoni tas-servizz tal-posta (servizzi li jseħħu qabel u wara d-dispaċċ, inklużi “servizzi ta’ ġestjoni tal-kamra tal-ittri”);

(ii)

servizzi li jikkonċernaw oġġetti postali li mhux inklużi f’punt (a), bħall-posta diretta mingħajr l-ebda indirizz.

Artikolu 14

Estrazzjoni ta’ żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam jew karburanti solidi oħra

Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet relatati mal-isfruttar ta’ żona ġeografika bl-għan ta’:

(a)

estrazzjoni ta’ żejt jew gass;

(b)

esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam u karburanti solidi oħra.

KAPITOLU III

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

Taqsima 1

Limiti massimi

Artikolu 15

Limiti massimi

Għajr fejn dawn jiġu preklużi permezz tal-esklużjonijiet fl-Artikoli 18 sa 23 jew skont l-Artikolu 34, rigward it-twettiq tal-attività inkwistjoni, din id-Direttiva għandha tapplika għal akkwisti b’valur mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li daqs jew ogħla mil-limiti stabbiliti li ġejjin:

(a)

EUR 414 000 għal kuntratti ta’ provvista u servizz kif ukoll għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn;

(b)

EUR 5 186 000 għal kuntratti ta’ xogħlijiet;

(c)

EUR 1 000 000 għal kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Anness XVII.

Artikolu 16

Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist

1.   Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist għandu jkun ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, mingħajr il-VAT, kif stmat mill-entità kontraenti, inkluż kull forma ta’ għażla u kull tiġdid ta’ kuntratti kif stabbilit b’mod espliċitu fid-dokumenti tal-akkwist.

Meta l-entità kontraenti tipprevedi għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tikkunsidrahom meta tikkalkula l-valur stmat tal-akkwist.

2.   Meta l-entità kontraenti tkun magħmula minn unitajiet operazzjonali separati, għandu jittieħed kont tal-valur totali stmat għal kull unità operazzjonali individwali.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn unità operazzjonali separata hija indipendentament responsabbli mill-akkwist tagħha jew ċerti kategoriji tagħha, il-valuri jistgħu jkunu stmati fil-livell tal-unità inkwistjoni.

3.   L-għażla tal-metodu użat għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Akkwist uniku ma għandux ikun subdiviż bl-effett li ma jitħalliex jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dan ma jkunx ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi.

4.   Dak il-valur stmat għandu jkun validu fil-mument li fih tintbagħat is-sejħa għal kompetizzjoni, jew, fil-każijiet fejn mhijiex prevista sejħa għal kompetizzjoni bħal din, fil-mument li fih l-entità kontraenti tiftaħ il-proċedura ta’ akkwist ta’ kuntratt, pereżempju, fejn adatt, billi jiġu kkuntattjati l-operaturi ekonomiċi b’rabta mal-akkwist.

5.   Fir-rigward ta’ ftehimiet qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu nett stmat tal-VAT tal-kuntratti kollha previsti għat-terminu totali tal-ftehim jew is-sistema.

6.   Fil-każ ta’ sħubijiet tal-innovazzjoni, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu nett stmat tal-VAT tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li għandhom isiru matul l-istadji kollha tas-sħubija prevista kif ukoll tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li għandhom jiġu żviluppati u akkwistati fl-aħħar tas-sħubija prevista.

7.   Għall-finijiet tal-Artikolu 15, fil-valur stmat ta’ kuntratt ta’ xogħol, l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali stmat ta’ kwalunkwe provvista jew servizz li l-entitajiet kontraenti jqegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur, dejjem jekk dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

8.   Meta xogħol propost jew il-forniment propost ta’ servizzi jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jitqies il-valur totali stmat ta’ dawn il-lottijiet kollha.

Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 15, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

9.   Meta proposta għall-akkwist ta’ provvisti simili tista’ tirriżulta f’kuntratti mogħtija fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali stmat tal-lottijiet kollha bħal dawn meta jiġu applikati l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15.

Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 15, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

10.   Minkejja l-paragrafi 8 u 9, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti ta’ lottijiet individwali mingħajr ma japplikaw il-proċeduri previsti skont din id-Direttiva, sakemm il-valur nett stmat tal-lott ikkonċernat tal-VAT ikun inqas minn EUR 80 000 għal provvisti jew servizzi jew EUR 1 miljun għal xogħlijiet. Madankollu, il-valur aggregat tal-lottijiet, mogħtija b’dan il-mod, mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, ma għandux ikun aktar minn 20 % tal-valur aggregat tal-lottijiet kollha li fihom jinqasam ix-xogħol propost, l-akkwist propost ta’ provvisti simili jew il-forniment propost ta’ servizzi.

11.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz u provvista li huma ta’ natura regolari jew li hemm il-ħsieb li jiġġeddu f’perijodu partikolari, il-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jiġi bbażat fuq dan li ġej:

(a)

il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, fejn possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu matul it-12-il xahar ta’ wara l-kuntratt inizjali;

(b)

jew il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-12-il xahar wara l-ewwel kunsinna, jew matul is-sena finanzjarja jekk din tkun itwal minn 12-il xahar.

12.   Rigward kuntratti ta’ provvista li għandhom x’jaqsmu ma’ kiri b’self, kiri jew xiri bin-nifs ta’ prodotti, il-valur li jrid jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak it-terminu jkun inqas minn jew daqs 12-il xahar, il-valur totali stmat għat-terminu tal-kuntratt jew, meta t-terminu tal-kuntratt huwa aktar minn 12-il xahar, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss jew li t-terminu tagħhom ma jistax jiġi definit, il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.

13.   Rigward kuntratti ta’ servizzi, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, fejn xieraq, għandu jkun kif ġej:

(a)

servizzi ta’ assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

(b)

servizzi bankarji u finanzjarji oħra: il-miżati, il-kummissjonijiet dovuti, l-imgħax u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

(c)

kuntratti ta’ disinn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli u forom oħra ta’ rimunerazzjoni.

14.   Rigward kuntratti ta’ servizzi li ma jindikawx prezz totali, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak it-terminu huwa inqas minn jew ugwali għal 48 xahar: il-valur totali għat-terminu sħiħ tagħhom;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss jew b’terminu itwal minn 48 xahar: il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.

Artikolu 17

Reviżjoni tal-livelli

1.   Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15 jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l- Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern (FAP) u fejn dan ikun neċessarju, għandha tirrevedihom skont dan l-Artikolu.

F’konformità mal-kalkolu stabbilit fil-FAP, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur ta’ dawn il-limiti fuq il-bażi tal-medja tal-valur ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perijodu ta’ 24 xahar li jagħlqu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euro sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-FAP, imfissra f’SDRs.

2.   Kull sentejn mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valuri, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, tal-limiti stabbiliti msemmija fli-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15, reveduti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valur, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 15.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-FAP, id-determinazzjoni ta’ dawn il-valuri gandha tkun ibbażata fuq il-valuri medji ta’ kuljum ta’ dawk il-muniti, li jikkorrispondu għal-limitu stabbilit applikabbli mogħti f’euro matul l-24 xahar li jintemmu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limiti riveduti msemmijin fil-paragrafu 1, il-valuri tagħhom korrispondenti fil-muniti nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, u l-valur iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru wara r-reviżjoni tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tadatta l-metodoloġija stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe bidla fil-metodoloġija pprovduta fil-FAP għar-reviżjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15 u għad-determinazzjoni tal-valuri korrispondenti stabbiliti fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri, li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tirrevedi l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15, meta dan ikun meħtieġ.

5.   Meta reviżjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15 tkun neċessarja iżda ż-żmien ma jippermettix l-użu tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 103 u għalhekk raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 104 għandha tapplika għal atti ddelegati li huma adottati skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Taqsima 2

Kuntratti esklużi u kompetizzjonijiet ta’ disinn; dispożizzjonijiet speċjali għall-akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża u sigurtà

Subtaqsima 1

Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija

Artikolu 18

Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi, sakemm l-entità kontraenti ma tgawdi mill-ebda dritt speċjali jew esklużiv li tbigħ jew tikri s-suġġett ta’ dawn il-kuntratti, filwaqt li entitajiet oħra jkunu ħielsa li jbigħuh jew jikruh taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk tal-entità kontraenti.

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk jintalbu jagħmlu dan bil-kategoriji kollha ta’ prodotti jew attivitajiet li huma jqisu bħala esklużi skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista’ perjodikament tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal għanijiet ta’ informazzjoni, ta’ listi tal-kategoriji ta’ prodotti u attivitajiet li hija tqis bħala koperti minn din l-esklużjoni. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jsemmu meta jkunu qed jibagħtu l-informazzjoni.

Artikolu 19

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet differenti mit-twettiq ta’ attività koperta jew għat-twettiq ta’ attività bħal din f’pajjiż terz

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti li l-entitajiet kontraenti jagħtu għal għanijiet, differenti mit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom kif deskritt fl-Artikoli 8 sa 14 jew għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet f’pajjiż terz, f’kondizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta’ netwerk jew ta’ żona ġeografika fl-Unjoni u ma għandhiex tapplika lanqas għal kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati għal għanijiet bħal dawn.

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, b’kull attività li huma jqisu bħala eskluża skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista’ perjodikament tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal għanijiet ta’ informazzjoni, listi tal-kategoriji ta’ attivitajiet li hija tqis bħala koperti minn din l-esklużjoni. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jsemmu meta jkunu qed jibagħtu din l-informazzjoni.

Artikolu 20

Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità ma’ proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbilita bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-isfruttament konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrumenti legali kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi msemmi fl-Artikolu 105.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħti jew torganizza skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-konċessjonijiet ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn dik l-organizzazzjoni jew istituzzjoni; fil-każ ta’ konċessjonijiet ikkofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri applikabbli tal-akkwist.

3.   L-Artikolu 27 għandu japplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew huma organizzati skont ir-regoli internazzjonali. Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għal dawk il-kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn.

Artikolu 21

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti ta’ servizz għal:

(a)

l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ art, bini eżistenti, jew proprjetà immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom;

(b)

is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(c)

kwalunkwe wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:

(i)

rappreżentanza legali ta’ klijent minn avukat fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE (32) fi:

arbitraġġ jew konċiljazzjoni li jsiru fi Stat Membru, pajjiż terz jew quddiem istanza internazzjonali ta’ arbitraġġ jew konċiljazzjoni; jew

proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati, it-tribunali jew l-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz jew quddiem qrati, tribunali jew istituzzjonijiet internazzjonali;

(ii)

parir legali mogħti bi tħejjija għal kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti msemmi fil-punt (i) ta’ dan il-punt jew meta jkun hemm indikazzjoni tanġibbli u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii)

servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(iv)

servizzi legali mogħtija minn trustees jew gwardjani maħturin jew servizzi legali oħrajn li l-fornituri tagħhom huma indikati minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat jew minn liġi biex iwettqu kompiti speċifiċi taħt is-superviżjoni ta’ tribunali jew qrati bħal dawn;

(v)

servizzi legali oħrajn li fl-Istat Membru kkonċernat huma konnessi, anke b’mod okkażjonali, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali;

(d)

is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) u l-operazzjonijiet imwettqa bil-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(e)

self, irrispettivament jekk huwiex marbut mal-kwistjoni, bejgħ, xiri jew trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra;

(f)

kuntratti ta’ impjieg;

(g)

is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew metro;

(h)

difiża ċivili, protezzjoni ċivili, u ta’ prevenzjoni ta’ perikolu li huma fornuti minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, u li huma koperti mill-kodiċi CPV: 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8; 98113100-9 u 85143000-3 minbarra servizzi tal-ambulanza għat-trasport ta’ pazjenti;

(i)

kuntratti għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programm li huma mogħtija lil fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva jew tar-radju.Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “fornituri ta’ servizzi tal-media” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (34). “Programm” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, iżda għandha wkoll tinkludi programmi tar-radju u materjali tal-programmi. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “programm materjali” għandu jkollha l-istess tifsira bħal “programm”.

Artikolu 22

Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti ta’ servizz mogħtija lil entità li hija fiha nnifisha awtorità kontraenti jew lil assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv li huma jgawdu skont liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva pubblikata li tkun kompatibbli mat-TFUE.

Artikolu 23

Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta’ ilma u għall-provvista ta’ enerġija jew ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika:

(a)

għal kuntratti għax-xiri ta’ ilma jekk dawn ikunu ngħataw minn entitajiet kontraenti involuti f’waħda jew fiż-żewġ attivitajiet relatati mal-ilma tajjeb għax-xorb imsemmija fl-Artikolu 10(1);

(b)

għal kuntratti mogħtija minn awtoritajiet kontraenti nfushom li jkunu attivi fis-settur tal-enerġija billi dawn ikunu involuti f’attività msemmija fl-Artikolu 8 (1), l-Artikolu 9 (1) jew l-Artikolu 14 għall-provvista:

(i)

ta’ enerġija;

(ii)

ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija.

Subtaqsima 2

Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża u sigurtà

Artikolu 24

Difiża u sigurtà

1.   Fir-rigward tal-kuntratti mogħtija u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE;

(b)

kuntratti li għalihom id-Direttiva 2009/81/KE ma tapplikax skont l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati mod ieħor skont il-paragrafu 1, sa fejn il-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi ggarantita permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, pereżempju bl-impożizzjoni ta’ rekwiżiti mmirati għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-entità kontraenti tagħmel disponibbli fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt kif previst f’din id-Direttiva.

Barra minn hekk, u f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 346(1) tat-TFUE, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati mod ieħor skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa fejn l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tobbliga lill-Istat Membru biex jagħti informazzjoni li huwa jqis l-iżvelar tagħha bħala kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

3.   Fejn l-akkwist u t-twettiq tal-kuntratt jew kompetizzjoni ta’ disinn huma ddikjarati bħala sigrieti jew għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta’ sigurtà speċjali skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika dment li l-Istat Membru jkun iddetermina li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jistgħux jiġu ggarantiti minn miżuri inqas intrużivi, bħal dawk li jissemmew fl-ewwwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Artikolu 25

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

1.   Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jkopru l-istess attività li għandhom bħala s-suġġett tagħhom akkwist kopert minn din id-Direttiva u akkwist jew elementi oħra koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika dan l-Artikolu.

2.   Fejn partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari huma oġġettivament separabbli, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku.

Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw biex jiddeterminaw ir-reġim legali applikabbli:

(a)

fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku huwa ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi;

(b)

fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 2009/81/KE, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ dik id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku jkun ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti minn dik id-Direttiva.

Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma għandiex, madankollu, tittieħed bl-għan li l-kuntratti jiġu esklużi mill-applikazzjoni jew ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

3.   Il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal kuntratti mħallta li għalihom kieku japplikaw kemm il-punt (a) kif ukoll il-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu.

4.   Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex separabbli oġġettivament, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn huwa jinkludi elementi li għalihom japplika l-Artikolu 346 tat-TFUE; fejn dan mhux il-każ tista’ tingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/81/KE.

Artikolu 26

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

1.   Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandu japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni u l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati ma għandhiex issir bl-għan li kuntratt jew il-kuntratti jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

2.   Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru attività li hija soġġetta għal din id-Direttiva u oħra li hija:

(a)

soġġetta għad-Direttiva 2009/81/KE, jew

(b)

koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE,

il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE fil-każijiet imniżżlin taħt punt (a) u jistgħu jingħataw mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva fil-każijiet imniżżlin taħt il-punt (b). Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti bid-Direttiva 2009/81/KE.

Il-kuntratti mniżżlin taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li barra minn hekk jinkludu akkwist jew elementi oħra li huma koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jistgħu jingħataw mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva.

Madankollu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi japplikaw bil-kondizzjoni li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma titteħidx bl-għan li kuntratt jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 27

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża u sigurtà li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-użu konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-impriżi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz;

(c)

organizzazzjoni internazzjonali.

Il-ftehimiet jew l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċimsemmi fl-Artikolu 105.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-konċessjonijiet ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn din l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma kofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri tal-akkwist applikabbli.

Subtaqsima 3

Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi affiljati u impriżi konġunti)

Artikolu 28

Kuntratti bejn awtoritajiet kontraenti

1.   Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika oħra rregolata mid-dritt privat jew mid-dritt pubbliku għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess;

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika kkontrollata jitwettqu fit-twettiq tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(c)

mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, rikjesti minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq entità ġuridika li huwa simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza deċiżiva fuq iż-żewġ objettivi strateġiċi u deċiżjonijiet sinifikanti tal-entità ġuridika kkontrollata. Tali kontroll jista’ jkun ukoll eżerċitat minn persuna ġuridika oħra, li hija stess tkun ikkontrollata bl-istess mod mill-awtorità kontraenti.

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn persuna kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-awtorità kontraenti li tikkontrollaha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika li tingħata l-kuntratt pubbliku bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar rikjesti mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċisiva fuq il-persuna ġuridika.

3.   Awtorità kontraenti, li ma teżerċitax kontroll fis-sens tal-paragrafu 1, fuq persuna ġuridika rregolata minn dritt privat jew pubbliku, tista’ madankollu tagħti kuntratt għal dik il-persuna ġuridika mingħajr ma tapplika din id-Direttiva, fejn huma sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħrajn kontroll fuq dik il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess.

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu fit-twettiq tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti; u

(c)

mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, rikjesti minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li jeżerċitaw kontroll konġunt fuq persuna ġuridika meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma magħmula minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti. Rappreżentanti individwali jistgħu jirrappreżentaw l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti kollha, jew ħafna minnhom;

(ii)

dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u d-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; u

(iii)

il-persuna ġuridika kkontrollata ma ssegwi l-ebda interess li jmur kontra dak tal-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll,

4.   Kuntratt konkluż esklużivament bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti bl-għan li jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi li huma għandhom iwettqu jkunu pprovduti bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet li għandhom komuni;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hija rregolata biss minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku; u

(c)

l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jwettqu fis-suq miftuħ inqas minn 20 % tal-attivitajiet ikkonċernati mill-kooperazzjoni.

5.   Għall-finijiet li jiġi ddeterminatil-perċentwali ta’ attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-punt (b) tal-ewwelsubparagrafu tal-paragrafu 3 u fil-punt (c) tal-paragrafu 4, għandu jittieħed kont tal-fatturat totali medju, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħal kostijiet mġarrba minn persuna ġuridika rilevanti fir-rigward ta’ servizzi, provvisti u xogħlijiet għat-tliet snin li jippreċedu l-għoti tal-kuntratt.

Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot dik il-persuna ġuridika jew ta’ meta bdew l-attivitajiet jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva bħall-ispejjeż, mhijiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew ma għadhiex rilevanti, għandu jkun biżżejjed li jintwera li d-daqs tal-attività huwa kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.

Artikolu 29

Kuntratti mogħtija lil impriża affiljata

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “impriża affiljata” tfisser kwalunkwe impriża li l-kontijiet annwali tagħha huma konsolidati ma’ dawk tal-entità kontraenti f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/34/UE.

2.   Fil-każ ta’ entitajiet, li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, “impriża affiljata” għandha tfisser kwalunkwe impriża li:

(a)

tista’ tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;

(b)

tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti; jew

(c)

bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, in-nozzjoni ta’ “influwenza dominanti” għandu jkollha l-istess tifsira bħal fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2).

3.   Minkejja l-Artikolu 28 u jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 4, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija:

(a)

minn entità kontraenti lil impriża affiljata, jew

(b)

minn impriża konġunta, esklużivament ifformata minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bl-iskop li jwettqu attivitajiet deskritti fl-Artikoli 8 sa 14, lil impriża li hija affiljata ma’ waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti.

4.   Il-paragrafu 3 għandu japplika għal:

(a)

kuntratti ta’ servizzi dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fuq it-tliet snin preċedenti, b’kont meħud tas-servizzi kollha pprovduti minn dik l-impriża, jkun ġej mill-forniment ta’ servizzi lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;

(b)

kuntratti ta’ provvista dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, b’kont meħud tal-provvisti kollha pprovduti minn dik l-impriża, fit-tliet snin preċedenti jkun ġej mill-forniment ta’ provvisti lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;

(c)

għal kuntratti ta’ xogħol dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, b’kont meħud tax-xogħlijiet kollha pprovduti minn dik l-impriża, fit-tliet snin preċedenti jkun ġej mill-forniment ta’ xogħlijiet lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom.

5.   Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot l-impriża affiljata jew meta bdew l-attivitajiet, il-fatturat mhuwiex disponibbli għat-tliet snin ta’ qabel, ikun biżżejjed li dik l-impriża turi li l-fatturat imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 4 ikun kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.

6.   Fejn aktar minn impriża waħda affiljati mal-entità kontraenti, li magħha jifformaw grupp ekonomiku, jipprovdu l-istess servizzi, provvisti jew xogħlijiet, jew simili, il-perċentwali għandu jiġi kkalkolat billi jitqies il-fatturat totali li jkun ġej mill-forniment tas-servizzi, tal-provvisti jew tax-xogħlijiet rispettivament minn dawk l-impriżi affiljati.

Artikolu 30

Kuntratti mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tifforma parti minn impriża konġunta

Minkejja l-Artikolu 28, u jekk l-impriża konġunta twaqqfet sabiex twettaq l-attività kkonċernata fuq perijodu minimu ta’ tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti li jifformawha ser ikunu parti minnha għal tal-inqas l-istess perijodu, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall–kuntratti mogħtija minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

impriża konġunta, iffurmata esklużivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bl-għan li jitwettqu attivitajiet skont it-tifsira tal-Artikoli 8 sa 14, lil waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti; jew

(b)

entità kontraenti lil tali impriża konġunta li tifforma parti minnha.

Artikolu 31

Notifika ta’ informazzjoni

L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, bl-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(2) u (3) u l-Artikolu 30:

(a)

l-ismijiet tal-impriżi jew tal-impriżi konġunti kkonċernati,

(b)

in-natura u l-valur tal-kuntratti involuti,

(c)

provi meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħataw il-kuntratti u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 29 jew 30.

Subtaqsima 4

Sitwazzjonijiet speċifiċi

Artikolu 32

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal kuntratti ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti mill-kodiċi 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji jkunu dovuti esklużivament lill-entità kontraenti għall-użu tagħhom fit-twettiq tan-negozju proprju tagħha, u

(b)

is-servizz ipprovdut huwa kompletament remunerat mill-entità kontraenti.

Artikolu 33

Kuntratti soġġetti għal arranġamenti speċjali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom jiżguraw, permezz tal-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u miżuri xierqa oħrajn, li kwalunkwe entità li topera fis-setturi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/205/KE (35) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/73/KE (36):

(a)

tosserva l-prinċipji għal kontra d-diskriminazzjoni u l-akkwist kompetittiv fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti, xogħlijiet u servizzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li l-entità tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi rigward l-intenzjonijiet ta’ akkwist tagħha;

(b)

tikkomunika lill-Kummissjoni, taħt il-kondizzjonijiet definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/327/KEE (37), informazzjoni relatata mal-kuntratti li tagħti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34, ir-Renju Unit għandu jiżgura, permezz tal-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jew miżuri xierqa oħra, li kull entità li topera fis-setturi msemmija fid-Deċiżjoni 97/367/KEE tapplika l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kuntratti mogħtija għat-twettiq ta’ dik l-attività partikolari fl-Irlanda ta’ Fuq.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mogħtija bl-iskop ta’ esplorazzjoni għaż-żejt jew gass.

Subtaqsima 5

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet proċedurali relatati magħhom

Artikolu 34

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni

1.   Kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva. L-attività kkonċernata tista’ tagħmel parti minn settur kbir jew tiġi eżerċitata biss f’ċerti partijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu, li ser issir fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni u għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Valutazzjoni bħal din għandha ssir b’kont meħud tas-suq għall-attivitajiet inkwistjoni u s-suq ġeografiku ta’ referenza fis-sens tal-paragrafu 2.

2.   Għall-għanijiet ta’ paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kwistjoni ta’ jekk attività hijiex esposta direttament għal kompetizzjoni għandha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ kriterji li huma f’konformita mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-kompetizzjoni. Dawk jistgħu jinkludu l-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi konċernati, l-eżistenza ta’ prodotti jew servizzi alternattivi meqjusa bħala sostitwibbli fuq in-naħa tal-provvista jew tad-domanda, il-prezzijiet u l-presenza attwali jew potenzali ta’ aktar minn provveditur wieħed tal-prodotti jew servizzi msemmija.

Is-suq ġeografiku ta’ referenza, li fuq il-bażi tiegħu hija valutata l-espożizzjoni għall-kompetizzjoni, għandu jikkonsisti f’żona li fiha l-impriżi kkonċernati huma involuti fil-provvista u d-domanda ta’ prodotti jew servizzi, li fihom il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u li jistgħu jiġu distinti minn żoni tal-viċinat għax, b’mod partikolari, il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma apprezzabilment differenti f’dawk iż-żoni. Dik il-valutazzjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tan-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati, tal-eżistenza ta’ ostakli għad-dħul jew ta’ preferenzi tal-konsumaturi, ta’ differenzi apprezzabbli tas-sehem mis-suq tal-impriżi bejn iż-żona kkonċernata u ż-żoni tal-viċinat jew ta’ differenzi sostanzjali fil-prezz.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-aċċess għal suq għandu jitqies bħala mhux ristrett jekk l-Istat Membru implimenta u applika l-leġislazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness III.

Jekk ma jkunx jista’ jiġi supponut aċċess ħieles għal suq partikolari fuq il-bażi tal-ewwel subparagrafu, għandu jintwera li l-aċċess għas-suq inkwistjoni huwa ħieles de facto u de jure.

Artikolu 35

Proċedura biex jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli

1.   Meta Stat Membru jew, fejn il-leġislazzoni tal-Istat Membru kkonċernat tipprovdi dan, entità kontraenti tikkunsidra li, abbażi tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 34(2) u (3), attività partikolari hija direttament esposta għal kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett, din tista’ tressaq talba lill-Kummissjoni biex ikun stabbilit li din id-Direttiva ma tapplikax għall-għoti ta’ kuntratti jew għall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn għat-tkomplija ta’ dik l-attività, fejn adatt flimkien mal-pożizzjoni adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata. Tali talbiet jistgħu jirrigwardaw attivitajiet li jagħmlu parti minn settur akbar jew li jiġu eżerċitati biss f’ċerti partijiet tal-Istat Membru kkonċernat.

Fit-talba, l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata għandha tinfurma lill-Kummissjoni dwar il-fatti rilevanti kollha, u b’mod partikolari dwar kwalunkwe liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ftehim dwar konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1).

2.   Sakemm talba li tkun ġejja minn entità kontraenti ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni raġunata u sostanzjata, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, li tanalizza bir-reqqa l-kondizzjonijiet għall-applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 34(1) għall-attività kkonċernata f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru konċernat għandu f’tali każijiet jinfurma lill-Kummissjoni dwar il-fatti rilevanti kollha, u b’mod partikolari dwar kwalunkwe liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ftehim dwar konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1).

3.   Wara talba mressqa f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati fil-perjodi stipulati fl-Anness IV, tistabbilixxi jekk attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 34. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 105(2).

Kuntratti intenzjonati biex jippermettu t-twettiq tal-attività kkonċernata u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati għas-segwitu ta’ attività bħal din, ma għandhomx jibqgħu suġġetti għal din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

Il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-applikabbiltà tal-Artikolu 34(1) fil-perjodu previst fl-Anness IV;

(b)

ma tkunx adottat l-att ta’ implimentazzjoni fil-perjodu previst fl-Anness IV.

4.   Wara s-sottomissjoni ta’ talba, l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernati tista’, bi qbil mal-Kummissjoni, timmodifika b’mod sostanzjali t-talba tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet jew taż-żoni ġeografiċi kkonċernati. F’dak il-każ, għandu japplika perjodu ġdid għall-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni, li għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Anness IV, sakemm ma jsirx qbil dwar perjodu iqsar mill-Kummissjoni u l-Istat Membru jew l-entità kontraenti li ppreżentat it-talba.

5.   Meta attività fi Stat Membru partikolari diġà tkun soġġetta għal proċedura skont il-paragrafi 1,2 u 4, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess attività fl-istess Stat Membru qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward tal-ewwel talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest tal-ewwel talba.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi tal-inqas ir-regoli relatati ma’:

(a)

il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-informazzjoni, tad-data li fiha jibda u jintemm il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 tal-Anness IV, inklużi kwalunkwe prolungamenti jew sospensjonijiet ta’ dawk il-perjodi, kif previst f’dak l-Anness;

(b)

il-pubblikazzjoni tal-applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 34(1) f’konformità mal-punt b tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-forma, il-kontenut u dettalji oħra skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 105(2).

KAPITOLU IV

Prinċipji ġenerali

Artikolu 36

Prinċipji ta’ akkwist

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.

It-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni għandha titqies bħala artifiċjalment imnaqqsa meta d-disinn tal-akkwist isir bl-intenzjoni li jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adatti biex jiżguraw li fit-twettiq ta’ kuntratti pubbliċi, l-operaturi ekonomiċi huma konformi mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness II.

Artikolu 37

Operaturi ekonomiċi

1.   L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz rilevanti, ma għandhomx jiġu rrifjutati unikament minħabba r-raġuni li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.

Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi u xogħlijiet kif ukoll kuntratti ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.

2.   Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri tal-akkwist. Huma m’għandhomx jintalbu ikollhom forma legali speċifika mill-entitajiet kontraenti sabiex jippreżentaw offerta jew talba ta’ parteċipazzjoni.

Fejn meħtieġ, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiċċaraw fid-dokumenti tal-akkwist kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu l-kriterji u r-rekwiżiti għas-selezzjoni kwalitattiva u kwantitattiva msemmija fl-Artikoli 77 sa 81 dment li dan ikun ġustifikat b’ raġunijiet oġġettivi u proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif grupp ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu dawk ir-rekwiżiti.

Kwalunkwe kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u għandhom ikunu proporzjonati.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-entitatjiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ngħataw il-kuntratt, sa fejn tali bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.

Artikolu 38

Kuntratti riżervati

1.   L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-akkwist għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti, dment li tal-inqas 30 % tal-impjegati ta’dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew il-programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabbiltà jew ħaddiema żvantaġġati.

2.   Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

Artikolu 39

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali li għaliha l-entità kontraenti tkun soġġetta, b’mod partikolari leġislazzjoni li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi relatati mar-reklamar ta’ kuntratti mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 70 u 75, l-entità kontraenti ma għandhiex tiddivulga informazzjoni mgħoddija lilha minn operaturi ekonomiċi li huma indikaw bħala kunfidenzjali, inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

2.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jimponu rekwiżiti fuq l-operaturi ekonomiċi bil-għan li tiġi mħarsa n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li l-entitajiet kontraenti jqiegħdu għad-dispożizzjoni matul il-proċedura tal-akkwist, inkluża l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni b’rabta mal-operazzjoni ta’ sistema ta’ kwalifiki, kemm jekk din kienet soġġetta għal notifika jew le dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki użata bħala mezz sabiex issejjaħ għalkompetizzjoni.

Artikolu 40

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni kollha taħt din id-Direttiva, b’mod partikolari l-preżentazzjoni elettronika, jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. L-għodod u l-apparat li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, ma għandhomx ikunu diskriminatorji, iridu jkunu ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tal-ICT fl-użu ġenerali u ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-akkwist.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-entitajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati jitolbu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

minħabba n-natura speċjalizzata tal-akkwist, l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi jitlob għodod, mezzi jew formati ta’ fajl speċifiċi li ġeneralment mhumiex disponibbli jew aċċettati minn applikazzjonijiet li jkunu ġeneralment disponibbli;

(b)

l-applikazzjonijiet li jaċċettaw il-formati ta’ fajl li huma adatti għad-deskrizzjoni tal-offerti jużaw formati ta’ fajl li ma jistgħux jinqraw minn ebda applikazzjoni oħra miftuħa jew ġeneralment disponibbli jew li huma taħt skema ta’ liċenzjar proprjetarju u ma jistgħux isiru disponibbli għat-tniżżil jew għall-użu mill-bogħod mill-entità kontraenti;

(c)

l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika tkun titlob tagħmir ta’ uffiċċju speċjalizzat li ma jkunx ġeneralment disponibbli għall-entitajiet kontraenti;

(d)

id-dokumenti tal-akkwist jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ mudelli fiżiċi jew fuq skala li ma jkunux jistgħu jintbagħtu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi.

Fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li għalihom ma jintużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu, il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor jew b’taħlita ta’ posta jew mezz ta’ ġarr adatt ieħor u mezzi elettroniċi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-entitajiet kontraenti mhumiex obbligati li jesiġu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni elettronika sa fejn l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi jkun meħtieġ minħabba ksur ta’ sigurtà ta’ dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni jew għall-protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura partikolarment sensittiva li titlob livell għoli ta’ protezzjoni li ma jistax ikun żgurat kif suppost bl-użu ta’ għodod u apparat elettroniċi li jkunu ġeneralment disponibbli għall-operaturi ekonomiċi jew li jistgħu jsiru disponibbli għalihom permezz ta’ mezzi alternattivi ta’ aċċess fis-sens tal-paragrafu 5.

Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-entitajiet kontraenti li titlob, f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex mezzi elettroniċi fil-proċess ta’ sottomissjoni biex tindika fir-rapporti individwali msemmija fl-Artikolu 100 ir-raġunijiet għal dan ir-rekwiżit. Fejn applikabbli, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fir-rapport individwali r-raġunijiet għaliex l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi ġew ikkunsidrati neċessarji fl-applikazzjoni tar’raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-komunikazzjoni orali tista’ tintuża fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet oħra li ma jikkonċernawx l-elementi essenzjali ta’ proċedura tal-akkwist, dment li l-kontenut tal-komunikazzjoni orali jkun iddokumentat fi grad suffiċjenti. Għal dan il-għan l-elementi essenzjali tal-proċedura tal-akkwist jinkludu dokumenti tal-akkwist, talbiet għall-parteċipazzjoni u konfermi ta’ interess u ta’ offerti. B’mod partikolari, komunikazzjonijiet orali mal-offerenti li jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-kontenut u l-valutazzjoni tal-offerti għandhom ikunu ddokumentati fi grad suffiċjenti u b’mezzi adatti, bħal reġistrazzjonijiet bil-miktub jew bl-awdjo jew sommarji tal-elementi prinċipali tal-komunikazzjoni.

3.   F’kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta’ informazzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li jkunu preservati l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni. Għandhom jeżaminaw il-kuntest tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni biss meta l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tagħhom ikun skada.

4.   Għal kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-użu ta’ għodod elettroniċi speċifiċi, bħal għodod ta’ mmudellar elettroniku ta’ informazzjoni jew oħrajn simili. F’tali każijiet l-awtoritajiet kontraenti għandhom joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess kif previst fil-paragrafu 5 sa meta dawn l-għodod isiru ġeneralment disponibbli fis-sens tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal- paragrafu 1

5.   Fejn ikun meħtieġ, l-entitajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu l-użu ta’ għodod li mhumiex disponibbli b’mod ġenerali, dment li l-entitajiet kontraenti joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li joffru mezzi alternattivi adatti ta’ aċċess fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, meta huma:

(a)

joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal dawk l-għodod u l-apparat mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Anness IX jew mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew tal-istedina għall-konferma tal-interess għandu jispeċifika l-indirizz elettroniku li fuqu dawk l-għodod u l-apparat huma aċċessibbli;

(b)

jiżguraw li l-offerenti li ma jkollhomx aċċess għall-għodod u l-mezzi kkonċernati, jew ma jkollhom l-ebda possibbiltà li jiksbuhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess ma jkunx attribwibbli għall-offerent ikkonċernat, ikollhom aċċess għall-proċedura tal-akkwist permezz tal-użu ta’ tokens proviżorji li jkunu disponibbli mingħajr ħlas online; jew

(c)

jappoġġaw kanal alternattiv għall-preżentazzjoni elettronika tal-offerti.

6.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għal għodod u mezzi għat-trasmissjoni elettronika u r-riċevuta ta’ offerti u għar-riċevuta b’mezzi elettroniċi ta’ talbiet għal parteċipazzjoni:

(a)

informazzjoni dwar speċifikazzjonijiet għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni, inklużi l-qlib ta’ data f’kodiċi u l-istampar tal-ħin, għandha tkun għad-dispożizzjoni ta’ partijiet interessati;

(b)

L-Istati Membri, jew l-entitajiet kontraenti li jaġixxu f’qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw fid-diversi stadji tal-proċedura tal-akkwist speċifika; il-livell għandu jkun proporzjonat għar-riskji involuti;

(c)

fejn l-Istati Membri, jew l-entitajiet kontraenti li jaġixxu f’qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, jikkonkludu li l-livell tar-riskji, ivvalutat taħt il-punt b ta’ dan il-paragrafu, ikun tali li jkunu meħtieġa Firem Elettroniċi avvanzati kif definiti mid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw firem elettroniċi avvanzati appoġġati minn ċertifikat elettroniku kwalifikat, filwaqt li jieħdu kont ta’ jekk dawk iċ-ċertifikati humiex ipprovduti minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li jinsab f’lista ta’ fiduċja kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE (39), maħluqa jew le bi strument ta’ ħolqien ta’ firma sigura, soġġetti għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-entitajiet kontraeti għandhom jistabbilixxu l-format tal-firma avvanzata meħtieġa fuq il-bażi tal-formati stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE (40) u għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex dawk il-formati jkunu jistgħu jiġu pproċessati b’mod tekniku; fil-każ fejn ikun intuża format differenti tal-firma elettronika, il-fima elettronika jew it-trasportatur tad-dokument elettroniku għandu jinkludi informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti, li jkunu fir-responsabbiltà tal-Istat Membru. Il-possibbiltajiet ta’ validazzjoni għandhom jippermettu lill-entità kontraenti tivvalida online, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti l-firem elettroniċi li jkunu rċevew bħala firma elettronika avvanzata bl-appoġġ ta’ ċertifikat kwalifikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw informazzjoni dwar il-fornitur tas-servizzi ta’ validazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-Istat Membru;

(ii)

fejn offerta tkun iffirmata bl-appoġġ ta’ ċertifikat kwalifikat li huwa inkluż f’lista ta’ fiduċja, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx japplikaw rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jxekklu l-użu ta’ dawk il-firem mill-offerenti.

Rigward dokumenti li jintużaw fi proċedura ta’ akkwist li jkunu ffirmati minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew entità emittenti oħra, l-awtorità jew entità emittenti kompetenti tista’ tistabbilixxi l-format avvanzat dwar il-firma rikjest skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2011/130/UE. Huma għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jipproċessaw dak il-format teknikament billi jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-fini tal-ipproċessar tal-firma fid-dokument ikkonċernat. Tali dokumenti għandu jkun fihom, fil-firma elettronika jew fid-dokument elettroniku, informazzjoni tat-trasportatur dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti li jippermettu l-validazzjoni online tal-firma elettronika rċevuta, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex temenda d-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness V sabiex tieħu kont tal-iżviluppi tekniċi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 103 sabiex temenda l-lista mniżżla fil-punti (a) sa (d) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn l-iżviluppi teknoloġiċi jirriżultaw f’eċċezzjonijiet kontinwi mill-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi mhux adegwati jew, eċċezzjonalment, fejn għandhom ikunu pprovduti eċċezzjonijiet ġodda minħabba żviluppi teknoloġiċi.

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formats tekniċi kif ukoll tal-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi, b’mod partikolari fil-kuntest transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tistabbilixxi l-użu obbligatorju ta’ tali standards tekniċi speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-preżentazzjoni elettronika, katalogi elettroniċi u mezzi għal awtentikazzjoni elettronika, biss fejn l-istandards tekniċi ġew ittestjati bir-reqqa u l-ulilità tagħhom ġiet ippruvata fil-prattika. Qabel ma jsir użu minn kwalunkwe standard tekniku obbligatorju, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra b’attenzjoni l-ispejjeż li dan jista’ jinvolvi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software.

Artikolu 41

Nomenklaturi

1.   Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku għandha ssir billi jintuża l-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV) kif adottat mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002,

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tadatta l-kodiċi CPV msemmija f’din id-Direttiva, kull meta bidliet fin-Nomenklatura tas-CPV iridu jiġu riflessi f’din id-Direttiva u ma jimplikawx modifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 42

Konflitt ta’ interess

L-Istati Membri għandhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri adatti biex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u jiġi żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi kollha.

Il-kunċett ta’ konflitti ta’ interess għandu tal-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal-akkwisti li jaġixxi f’isem l-awtorità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-akkwist jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku, jew personali ieħor li jista’ jiġi kkunsidrat li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-akkwist.

TITOLU II

REGOLI APPLIKABBLI GĦAL KUNTRATTI

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 43

Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra

Sa fejn huma koperti mill-Annessi 3, 4, u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjoni Ewropea hija marbuta bihom, l-entitajiet kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, il-provvisti, s-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, il-provvisti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

Artikolu 44

Għażla tal-proċeduri

1.   Meta jagħtu kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet jew servizzi, l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri aġġustati sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47, tkun ġiet ippubblikata sejħa għal kompetizzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li dawk l-entitajiet kontraenti jistgħu japplikaw biss proċeduri miftuħa jew ristretti jew innegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel kif irregolati f’din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-entitajiet kontraenti jistgħu japplikaw djalogi u sħubijiet għall-innovazzjoni kompetittivi kif irregolati f’din id-Direttiva.

4.   Is-sejħa għal kompetizzjoni tista’ ssir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

avviż perjodiku indikattiv skont l-Artikolu 67 fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata;

(b)

avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki skont l-Artikolu 68 fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata jew permezz ta’ djalogu kompetittiv jew ta’ sħubija għall-innovazzjoni;

(c)

permezz ta’ avviż ta’ kuntratt skont l-Artikolu 69.

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-operaturi ekonomiċi li esprimew l-interess tagħhom wara l-pubblikazzjoni tal-avviż perjodiku indikattiv għandhom sussegwentement jiġu mistiedna sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom bil-miktub permezz ta’ “stedina għall-konferma tal-interess” f’konformità mal-Artikolu 74.

5.   Fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi msemmijin espliċitament fl-Artikolu 50, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu l-applikazzjoni ta’ dik il-proċedura f’każijiet oħrajn għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 50.

Artikolu 45

Proċedura miftuħa

1.   Fil-proċeduri miftuħa, kwalunkwe operatur ekonomiku interessat jista’ jippreżenta offerta fir-rigward ta’ sejħa għal kompetizzjoni

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti għandu jkun ta’ 35 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

L-offerta għandha tkun akkumpanjata mill- informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li tkun mitluba mill-entità kontraenti.

2.   Meta l-entitajiet kontraenti jkunu ppubblikaw avviż perjodiku indikattiv li ma ntużax huwa stess bħala mezz ta’ sejħa għalkompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jitqassar għal 15-il jum, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

l-avviż perjodiku indikattiv inkluda, minbarra l-informazzjoni meħtieġa mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness VI, l-informazzjoni kollha meħtieġa mit-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness VI, sa fejn din l-informazzjoni msemmija l-aħħar kienet disponibbli fiż-żmien meta ġie ppubblikat l-avviż perjodiku indikattiv;

(b)

l-avviż perjodiku indikattiv intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

3.   Fejn stat ta’ urġenza ssostanzjat debitament mill-entità kontraenti jrendi bħala imprattikabbli l-limitu ta’ żmien stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, din tista’ jistabbilixxi limitu ta’ żmien li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

4.   L-entità kontraenti tista’ tnaqqas b’ħamest ijiem il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta hi taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40(4) u l-Artikolu 40(5) u (6).

Artikolu 46

Proċedura ristretta

1.   Fi proċeduri ristretti, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jippreżenta talba sabiex jipparteċipa bħala tweġiba għal sejħa għal kompetizzjoni billi jipprovdi l- informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-entità kontraenti.

Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum.

2.   Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna li jagħmlu dan mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal- informazzjoni pprovduta li jistgħu jippreżentaw offerta. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2).

Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitfassal permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-entità kontraenti u l-kandidati magħżula, bil-kondizzjoni li l-kandidati magħżula kollha jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jippreżentaw l-offerti tagħhom.

Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, il- limitu ta’ żmien għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha l-istedina għall-offerta tkun intbagħtet.

Artikolu 47

Proċedura nnegozjata b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel

1.   Fi proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jippreżenta talba biex jipparteċipa bi tweġiba għal sejħa għalkompetizzjoni, billi jipprovdi l- informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li hija rikjesta mill-entità kontraenti.

Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għalkompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun ta’ inqas minn 15-il jum.

2.   Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi li ġew mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal- informazzjoni pprovduta li jistgħu jipparteċipaw fin-negozjati. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2).

Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-entità kontraenti u l-kandidati magħżula, bil-kondizzjoni li dawn kollha jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jippreżentaw l-offerti tagħhom.

Fin-nuqqas ta’ qbil dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, il- limitu ta’ żmien għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha l-istedina għall-offerta tkun intbagħtet.

Artikolu 48

Djalogu kompetittiv

1.   Fi djalogu kompetittiv, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jippreżenta talba sabiex jipparteċipa bi tweġiba għal sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 44(4) billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-entità kontraenti.

Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum.

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2). Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 82(2).

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu u jiddefinixxu l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħhom fis-sejħa għal kompetizzjoni u/jew f’dokument deskrittiv. Fl-istess ħin u fl-istess dokumenti, huma għandhom jistabbilixxu u jiddefinixxu l-kriterji tal-għoti magħżula wkoll u jistabbilixxu perijodu ta’ żmien indikattiv.

3.   Flimkien mal-parteċipanti magħżulin skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 76 sa 81, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiftħu djalogu li l-għan tiegħu jkun li jiġu identifikati u definiti l-aktar mezzi xierqa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom. Huma jistgħu jiddiskutu l-aspetti kollha tal-akkwist mal-parteċipanti magħżulin matul dan id-djalogu.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost il-parteċipanti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi parteċipanti fuq oħrajn.

F’konformità mal-Artikolu 39, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn kandidat jew offerent li qed jipparteċipa fid-djalogu mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.

4.   Id-djalogi kompetittivi jistgħu jseħħu fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jiġi diskussi matul l-istadju ta’ djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti stipulati fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv. Fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv, l-entità kontraenti għandha tindika jekk hijiex ser tuża dik l-għażla.

5.   L-entità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun tista’ tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

6.   Wara li jiddikjaraw li d-djalogu huwa konkluż u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti li jifdal dwar dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbuhom jippreżentaw l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ppreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba tal-entità kontraenti, dawk l-offerti jistgħu jkunu ċċarati, ippreċiżati u pperfezzjonati. Madankollu, tali kjarifika, preċiżazzjoni u perfezzjonament jew informazzjoni addizzjonali ma tistax tinvolvi bidliet fl-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inkluż il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stipulati fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv, fejn varjazzjonijiet għal dawk l-aspetti, ħtiġijiet u rekwiżiti x’aktarx joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew ikollhom effett diskriminatorju.

7.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivvalutaw l-offerti rċevuti fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv.

Fuq talba tal-entità kontraenti, in-negozjati mal-offerent identifikat bħala dak li ssottometta l-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 82(2) jistgħu jsiru biex jiġu kkonfermati impenji finanzjarji jew termini oħra li jkunu fl-offerta billi jiġu ffinalizzati t-termini tal-kuntratt dment li tali negozjati ma jkollhomx l-effett li materjalment jimmodifikaw l-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inklużi l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv u ma jirriskjax li jgħawweġ il-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.

8.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jispeċifikaw premji jew ħlasijiet għall-parteċipanti fid-djalogu.

Artikolu 49

Sħubija għall-innovazzjoni

1.   Fi sħubiji għall-innovazzjoni, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jippreżenta talba sabiex jipparteċipa bi tweġiba għal sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 44(4) billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-entità kontraenti.

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tidentifika l-ħtieġa għal prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi li ma tistax tintlaħaq bix-xiri ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet li huma diġà disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika liema elementi ta’ din id-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha. L-indikazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jiddeċiedu jekk jitolbux li jipparteċipaw fil-proċedura.

L-entità kontraenti tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi sħubija għall-innovazzjoni ma’ sieħeb wieħed jew ma’ diversi sħab li jwettqu attivitajiet separati ta’ riċerka u żvilupp.

Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun stabbilit għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum. Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jipparteċipaw fil-proċedura. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti biex jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2). Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi unika tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità f’konformità mal-Artikolu 82(2).

2.   Is-sħubija għall-innovazzjoni għandu jkollha l-għan li tiżviluppa prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li jirriżultaw, dment li huma jikkorrispondu għal-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż massimi maqbula bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-parteċipanti.

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi li jsegwu s-sekwenza ta’ passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi l-manifattura tal-provvista, il-forniment tas-servizzi jew it-tlestija tax-xogħlijiet. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab u tipprovdi għall-ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti parzjali adatti.

Abbażi ta’ dawk il-miri, l-entità kontraenti tista’ tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f’każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni b’diversi sħab, li tnaqqas in-numru ta’ sħab billi ttemm kuntratti individwali, dment li l-entità kontraenti tkun indikat fid-dokumenti tal-akkwist dawk il-possibiltajiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

3.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-entitajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti dawk l-offerti inizjali u dawk kollha sussegwenti sottomessi minnhom, għajr l-offerta finali, sabiex jittejjeb il-kontenut tagħhom.

Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.

4.   Matul in-negozjati, l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali tal-offerenti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li jista’ jagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Huma għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma jkunux ġew eliminati skont il-paragrafu 5, bil-miktub dwar kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew dokumenti oħra tal-akkwist minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Wara dawk il-bidliet, l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu biżżejjed ħin lill-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jippreżentaw l-offerti emendati, kif adatt.

F’konformità mal-Artikolu 39, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.

5.   In-negozjati matul il-proċeduri tas-sħubiji għall-innovazzjoni jistgħu jsiru fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ offerti li għandhom jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist. Fl-avviż dwar il-kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tindika jekk hix ser tuża dik l-alternattiva.

6.   Fl-għażla tal-kandidati, l-entitajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari japplikaw il-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità tal-kandidati fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-entità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti bis-soluzzjonijiet eżistenti.

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tiddefinixxi l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fil-każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab, l-entità kontraenti ma għandhiex, f’konformità mal-Artikolu 39, tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb fil-qafas tas-sħubija mingħajr il-qbil ta’ dak is-sieħeb. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.

7.   L-entità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti jirreflettu l-livell ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhix disponibbli fis-suq. Il-valur stmat ta’ provvisti, servizzi jew xogħlijiet mixtrija ma għandux ikun sproporzjonat meta mqabbel mal-investiment għall-iżvilupp tagħhom.

Artikolu 50

L-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel

L-entitajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni jew l-ebda talba adatta għall-parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bi tweġiba għal proċedura b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, dejjem jekk il-kondizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati;

Offerta għandha tkun meqjusa bħala mhux adatta meta hija irrilevanti għall-kuntratt, minħabba li b’mod ċar mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist. Talba għall-parteċipazzjoni għandha tiġi meqjusa mhux adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jkun eskluż f’konformità mal-Artikoli 78(1) jew 80(1), jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla stipulati mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikoli 78 jew 80;

(b)

meta kuntratt ikun purament għall-fini ta’ riċerka, esperiment, studju jew żvilupp, u mhux għall-fini li jiġi assigurat profitt jew bl-iskop ta’ rkupru tal-ispejjeż ta’ riċerka u żvilupp, u sa fejn l-għoti ta’ tali kuntratt ma jippreġudikax l-għoti b’mod kompetittiv ta’ kuntratti sussegwenti li, b’mod partikolari, ikollhom dawk l-iskopijiet;

(c)

fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu forniti biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(i)

l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta’ xogħol artistiku uniku jew ta’ rappreżentazzjoni artistika unika;

(ii)

hemm nuqqas ta’ kompetizzjoni minħabba raġunijiet tekniċi;

(iii)

il-protezzjoni ta’ drittijiet esklużivi, inkluż drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punti (ii) u (iii) għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex ir-riżultat ta’ limitazzjonijiet artifiċjali fil-parametri tal-akkwist;

(d)

sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżata minn avvenimenti mhux prevedibbli mill-entità kontraenti, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien stabbiliti għal proċeduri miftuħa, proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel. Iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza kbira qatt ma għandhom ikunu attribwibbli lill-entità kontraenti;

(e)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista għal konsenji addizzjonali mill-fornitur oriġinali li huma maħsuba jew bħala sostituzzjoni parzjali tal-provvisti jew installazzjonijiet jew inkella bħala l-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti, fejn bidla fil-fornitur tkun tobbliga lill-entità kontraenti sabiex tikseb provvisti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fit-tħaddim u l-manutenzjoni;

(f)

għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu mir-repetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili assenjati lill-kuntrattur li l-istess entitajiet kontraenti tawh kuntratt preċedenti, dejjem jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi jikkonformaw ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-ewwel kuntratt skont proċedura f’konformità mal-Artikolu 44(1).

Il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kondizzjonijiet li fihom ser jingħataw. Hekk kif l-ewwel proġett jinħareġ għall-offerti, l-użu possibbli ta’ din il-proċedura għandu jiġi divulgat u l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istima tal-ispiża totali tax-xogħlijiet jew is-servizzi sussegwenti meta japplikaw l-Artikoli 15 u 16;

(g)

għal provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-prodotti bażiċi;

(h)

għal xiri bl-irħis, fejn ikun possibbli li jiġu akkwistati provvisti billi jittieħed vantaġġ minn opportunità partikolarment vantaġġuża disponibbli għal żmien qasir ħafna bi prezz konsiderevolment aktar baxx mill-prezzijiet normali tas-suq;

(i)

għal xiri ta’ provvisti jew servizzi b’kondizzjonijiet partikolarment vantaġġużi, jew mingħand fornitur li qed jagħmel stralċ definittiv tal-attivitajiet ta’ negozju tiegħu jew mil-likwidatur fi proċedura ta’ insolvenza, arranġament mal-kredituri jew proċedura simili taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali;

(j)

fejn il-kuntratt ta’ servizz ikkonċernat jiġi wara kompetizzjoni ta’ disinn organizzata skont din id-Direttiva u ser tingħata, skont ir-regoli provduti fil-kompetizzjoni ta’ disinn, lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa ta’ dik il-kompetizzjoni; fil-każ imsemmi l-aħħar, ir-rebbieħa kollha għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fin-negozjati.

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 51

Ftehimiet qafas

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri previsti f’din id-Direttiva.

Ftehim qafas ifisser ftehim bejn entità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn adatt, il-kwantitajiet previsti.

It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż it-tmien snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.

2.   Il-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw abbażi ta’ regoli u kriterji oġġettivi, li jistgħu jinkludu l-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni fost dawk l-operaturi ekonomiċi li huma parti għall-ftehim qafas kif konkluż. Dawn ir-regoli u l-kriterji għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist għall-ftehim qafas.

Ir-regoli u l-kriterji oġġettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi li huma partijiet għall-ftehim. Fejn huwa inkluż ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien li huwa twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu sottomessi offerti għal kull kuntratt speċifiku u l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aħjar offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ftehim qafas.

L-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-ftehimiet qafas b’mod skorrett jew b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni.

Artikolu 52

Sistemi dinamiċi ta’ xiri

1.   Għal xiri użat b’mod komuni, li l-karatteristiċi tiegħu, kif ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-entitajiet kontraenti, huma jistgħu jużaw sistema dinamika ta’ xiri. Is-sistema dinamika ta’ xiri għandha tiġi operata bħala proċess kompletament elettroniku u għandha tkun miftuħa matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema tax-xiri għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla. Hija tista’ tiġi diviża f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta’ karatteristiċi tal-akkwist li għandhom jitwettqu taħt il-kategorija kkonċernata. Tali karatteristiċi jistgħu jinkludu referenza għad-daqs massimu permissibbli tal-kuntratti speċifiċi sussegwenti jew għal żona ġeografika speċifika fi fiha ser jitwettqu kuntratti speċifiċi sussegwenti.

2.   Sabiex isir akkwist skont sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti għandhom isegwu r-regoli tal-proċedura ristretta. Il-kandidati kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla għandhom jitħallew jużaw is-sistema, f’konformità mal-Artikolu 78 (2) in-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu ammessi għas-sistema ma għandux ikun limitat. Meta l-entitajiet kontraenti jkunu ddividew is-sistema f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jispeċifikaw il-kriterji tal-għażla applikabbli għal kull kategorija.

Minkejja l-Artikolu 46, għandhom japplikaw il-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(a)

Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma tista’ tkun inqas minn 15-il jum. L-ebda limitu ta’ żmien ulterjuri għar-riċevuta ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni ma għandu japplika ladarba tkun intbagħtet l-istedina għal offerta għall-ewwel akkwist speċifiku skont is-sistema dinamika ta’ xiri.

(b)

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta. It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 46(2) għandhom japplikaw.

(3)   Il-komunikazzjonijiet kollha fil-kuntest ta’ sistema dinamika ta’ xiri għandhom isiru biss b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 40(1), (3), (5) u (6).

4.   Għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratti taħt sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti għandhom:

(a)

jippubblikaw sejħa għal kompetizzjoni billi jagħmluha ċara li hemm sistema dinamika ta’ xiri involuta;

(b)

jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist, mill-inqas in-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst, kif ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa li tikkonċerna s-sistema dinamika ta’ xiri inklużi kif joperaw is-sistema dinamika ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi;

(c)

jindikaw kwalunkwe diviżjoni f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi u l-karatteristiċi li jiddefinixxuhom;

(d)

joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, sakemm is-sistema tkun valida, għad-dokumenti tal-akkwist f’konformità mal-Artikolu 73.

5.   L-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu lil kwalunkwe operatur ekonomiku, matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, il-possibilità li jagħmlu talba sabiex jipparteċipaw fis-sistema taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. L-entitajiet kontraenti għandhom jiffinalizzaw il-valutazzjoni tagħhom ta’ talbiet bħal dawn skont il-kriterji tal-għażla fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol wara r-riċevuta tagħhom. Dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża għal 15-il jum ta’ xogħol f’każijiet individwali meta jkun iġġustifikat, b’mod partikolari minħabba l-ħtieġa li tiġi eżaminata dokumentazzjoni addizzjonali jew b’xi mod ieħor issir verifika dwar jekk il-kriterji tal-għażla ġewx issodisfati.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, sakemm ma tkunx intbagħatet l-istedina għall-offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu l-perijodu ta’ evalwazzjoni sakemm ma tkun ħarġet l-ebda stedina għall-offerti matul il-perijodu estiż ta’ evalwazzjoni. L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist it-tul tal-perijodu estiż li huma bi ħsiebhom japplikaw.

L-entitajiet kontraenti għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat malajr kemm jista’ jkun dwar jekk ġiex ammess fis-sistema dinamika ta’ xiri jew le.

6.   L-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti ammessi kollha sabiex jippreżentaw offerta għal kull akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri, f’konformità mal-Artikolu 74. Fejn is-sistema dinamika ta’ xiri tkun ġiet diviża f’kategoriji ta’ xogħlijiet, prodotti jew servizzi, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti kollha li jkunu ġew ammessi fil-kategorija li tikkorrispondi għall-akkwist speċifiku kkonċernat sabiex jippreżentaw offerta.

Huma għandhom jagħtu l-kuntratt lill-offerent li ppreżenta l-aqwa offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt għas-sistema dinamika ta’ xiri, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezz għas-sejħa għal kompetizzjoni huwa avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti. Fejn adatt, dawn il-kriterji jistgħu jiġu fformulati bi preċiżjoni akbar fl-istedina għall-offerti.

7.   L-entitajiet kontraenti li, f’konformità mal-Artikolu 80 japplikaw raġunijiet għal esklużjoni u kriterji tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, jistgħu, fi kwalunkwe mument matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, jirrikjedu lill-parteċipanti ammessi jippreżentaw awtodikjarazzjoni mġedda u aġġornata kif previst fl-Artikolu 59(1) ta’ dik id-Direttiva, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tintbagħat dik it-talba.

Il-paragrafi (2) sa (4) tal-Artikolu 59 għandhom japplikaw matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri.

8.   L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri fis-sejħa għal kompetizzjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-formoli standard li ġejjin:

(a)

fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi mwaqqfa s-sistema, il-formola użata iniżjalment għas-sejħa għal kompetizzjoni għas-sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

fejn is-sistema tiġi tterminata, avviż dwar għoti ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 70.

9.   Ma tista’ tiġi imposta l-ebda tariffa qabel jew waqt il-perjodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri fuq l-operaturi ekonomiċi interessati fis-sistema dinamika ta’ xiri jew li jkun parti għaliha.

Artikolu 53

Irkantijiet elettroniċi

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, riveduti ‘l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

Għal dan il-fini, l-entitajiet kontraenti għandhom jistrutturaw l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti li dawn jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi.

Ċerti kuntratti ta’ servizzi u ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet li għandhom prestazzjonijiet intellettwali bħala s-suġġett tagħhom, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, li ma jistgħux jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni, ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ rkanti elettroniċi.

2.   Fi proċeduri miftuħa jew proċeduri ristretti jew innegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li l-għoti ta’ kuntratt għandu jiġi preċedut minn irkant elettroniku meta l-kontenut tad-dokumenti tal-akkwist, b’mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.

Fl-istess ċirkostanzi, irkant elettroniku jista’ jsir fil-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni fost il-partijiet għal ftehim qafas kif previst fl-Artikolu 51(2) u dwar il-ftuħ għal kompetizzjoni ta’ kuntratti li għandhom jingħataw taħt is-sistema dinamika ta’ xiri msemmija fl-Artikolu 52.

3.   L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-elementi tal-offerti li ġejjin:

(a)

biss fuq prezzijiet fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-prezz biss,

(b)

fuq prezzijiet u/jew il-valuri l-ġodda tal-karatteristiċi tal-offerti indikati fid-dokumenti tal-akkwist, fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità jew lill-offerta bl-aktar prezz baxx meta jintuża approċċ tal-kosteffikaċja.

4.   L-entitajiet kontraenti li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew, fejn jintuża avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki bħala mezz għas-sejħa għal kompetizzjoni, fl-istedina għall-offerti. Id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness VII.

5.   Qabel ma jipproċedu bl-irkant elettroniku, l-entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterju jew il-kriterji tal-għoti u skont l-ippeżar stabbilit għalihom.

Offerta għandha tkun meqjusa ammissibbli meta tkun ġiet sottomessa minn offerent, li ma kienx ġie eskluż skont l-Artikolu 78(1) jew 80(1) u li jissodisfa l-kriterji tal-għażla stipulati mill-Artikoli 78 u 80, u li l-offerta tiegħu tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mingħajr ma tkun irregolari jew mhux aċċettabbli jew mhux adatta.

B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.

Offerta għandha tkun meqjusa bħala mhux adatta meta hija irrilevanti għall-kuntratt, minħabba li b’mod ċar mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist. Talba għall-parteċipazzjoni għandha tiġi meqjusa mhux adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jkun eskluż f’konformità mal-Artikoli 78(1) jew 80(1), jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla stipulati mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikoli 78 jew 80.

L-offerenti kollha li jkunu ppreżentaw offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b’mod simultanju b’mezzi elettroniċi sabiex jipparteċipaw fl-irkant elettroniku billi jintużaw, mid-data u l-ħin speċifikati, il-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-istedina. L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’għadd ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn ta’ xogħol wara d-data li fiha ntbagħtu l-istediniet.

6.   L-istedina għandha tkun akkumpanjata mir-riżultat tal-evalwazzjoni sħiħa tal-offerta rilevanti, imwettqa skont l-ippeżar speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 82(5).

L-istedina għandha tiddikjara wkoll l-istat tal-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku sabiex jiġu determinati l-klassifikazzjonijiet awtomatiċi l-ġodda fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri l-ġodda sottomessi. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi determinata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fl-avviż użat bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokumenti tal-akkiwst l-oħra. Madanakollu, għal dak il-fini, kwalunkwe medda għandha titnaqqas minn qabel għal valur speċifikat.

Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.

7.   Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-entitajiet kontraenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-offerenti kollha biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f’kull mument. Jistgħu jikkomunikaw ukoll informazzjoni oħra rigward prezzijiet jew valuri oħra ppreżentati, dejjem jekk dan ikun iddikjarat fl-ispeċifikazzjonijiet. Fi kwalunkwe mument, dawn jistgħu jħabbru wkoll in-numru ta’ parteċipanti f’dik il-fażi tal-irkant. Madanakollu, fl-ebda każ ma jistgħu jiddivulgaw l-identitajiet tal-offerenti matul kwalunkwe fażi tal-irkant elettroniku.

8.   L-entitajiet kontraenti għandhom jagħlqu irkant elettroniku b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:

(a)

fid-data u l-ħin indikati preċedentement;

(b)

meta ma jirċevux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, jekk qabel dawn iddikjaraw iż-żmien li huma jħallu li jgħaddi wara li jirċievu l-aħħar preżentazzjoni qabel ma jagħlqu l-irkant elettroniku; jew

(c)

meta jkun tlesta n-numru ta’ fażijiet tal-irkant identifikati preċedentement.

Meta l-entitajiet kontraenti ikollhom l-intenzjoni li jagħlqu irkant elettroniku skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, possibbilment flimkien mal-arranġamenti stabbiliti fil-punt (b) tiegħu, l-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant għandha tindika l-iskeda ta’ żmien għal kull fażi tal-irkant.

9.   Wara li jagħlqu irkant elettroniku, l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu l-kuntratt f’konformità mal-Artikolu 82 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.

Artikolu 54

Katalogi elettroniċi

1.   Fejn ikun meħtieġ l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ kumunikazzjoni, l-entitajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku jew jinkludu katalogu elettroniku.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-użu ta’ katalogi elettroniċi obbligatorju b’rabta ma’ ċerti tipi ta’ akkwist.

L-offerti ppreżentati fil-forma ta’ katalogu elettroniku jistgħu jkunu akkumpanjati minn dokumenti oħra, li jikkompletaw l-offerta.

2.   Il-katalogi elettroniċi għandhom jiġu stabbiliti mill-kandidati jew mill-offerenti bil-ħsieb li jipparteċipaw fi proċedura tal-akkwist partikolari skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-entità kontraenti.

Barra minn hekk, il-katalogi elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-għodod ta’ komunikazzjoni elettronika kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikolu 40.

3.   Fejn il-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi hija aċċettata jew meħtieġa, l-entitajiet kontraenti għandhom:

(a)

jiddikjaraw dan fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jkun avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar;

(b)

jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist l-informazzjoni kollha meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 40(6) rigward il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.

4.   Fejn ġie konkluż ftehim qafas ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed wara l-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi, l-entitajiet kontraenti jistgħu jipprovdu li l-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi ta’ katalogi aġġornati. F’dak il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom jużaw wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

jistiedu lill-offerenti sabiex jippreżentaw mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt inkwistjoni; jew

(b)

jinnotifikaw lill-offerenti li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew ppreżentati l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni, dejjem jekk l-użu ta’ dan il-metodu jkun ġie mħabbar fid-dokumenti tal-akkwist tal-ftehim qafas.

5.   Fejn l-entitajiet kontraenti jiftħu mill-ġdid kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi skont il-punt (b) tal-paragrafu 4, dawn għandhom jinnotifikaw lill-offerenti bid-data u l-ħin li fihom għandhom il-ħsieb li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni u għandhom jagħtu lill-offerenti l-possibilità li jiċħdu tali ġbir ta’ informazzjoni.

L-entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu perijodu adegwat bejn in-notifika u l-istess ġbir tal-informazzjoni.

Qabel ma jagħtu l-kuntratt, l-entitajiet kontraenti għandhom jippreżentaw l-informazzjoni miġbura lill-offerent ikkonċernat, sabiex b’hekk jagħtuh l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali.

6.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti fuq il-bażi ta’ sistema dinamika ta’ xiri billi jesiġu li offerti għal kuntratt speċifiku għandhom jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku.

L-entitajiet kontraenti jistgħu wkoll jagħtu kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 dejjem jekk it-talba għal parteċipazzjoni fis-sistema dinamika ta’ xiri tkun akkumpanjata minn katalogu elettroniku skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-entità kontraenti. Sussegwentement, dak il-katalogu għandu jimtela’ mill-kandidati, meta dawn ikunu ġew mgħarrfa bl-intenzjoni tal-entità kontraenti li tikkostitwixxi l-offerti permezz tal-proċedura stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 4.

Artikolu 55

Attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri u korpi ċentrali tax-xiri

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi mingħand korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tax-xiri msemmija fil-punt (a) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-entitajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u servizzi billi jużaw kuntratti mogħtija minn korp ċentrali tax-xiri, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri operati minn korp ċentrali tax-xiri jew bl-użu ta’ ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2. Fejn sistema dinamika ta’ xiri li tkun operata minn korp ċentrali tax-xiri tista’ tintuża minn entitajiet kontraenti oħrajn, dan għandu jiġi indikat fis-sejħa għal kompetizzjoni li tistabbilixxi dik is-sistema dinamika ta’ xiri.

Fir-rigward tal-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ċerti akkwisti għandhom isiru permezz tal-korpi ċentrali tax-xiri jew permezz ta’ korp ċentrali speċifiku tax-xiri wieħed jew aktar.

2.   Entità kontraenti tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta takkwista provvisti jew servizzi mingħand korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tax-xiri msemmija fil-punt (a) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

Barra minn hekk, entità kontraenti tissodisfa wkoll l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta takkwista xogħlijiet, provvisti jew servizzi billi tuża kuntratti mogħtija mill-korp ċentrali tax-xiri, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri operati mill-korp ċentrali tax-xiri jew billi jużaw ftehim qafas konkluż mill-korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tax-xiri msemmija fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

Madankollu, l-entità kontraenti kkonċernata għandha tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li tmexxi hija stess, bħal:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika ta’ xiri, li tkun operata minn korp ċentrali tax-xiri; jew

(b)

it-twettiq tal-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali tax-xiri.

3.   Il-proċeduri kollha tal-akkwist immexxija minn korp ċentrali tax-xiri għandhom jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 40.

4.   Mingħajr ma japplikaw il-proċeduri previsti f’din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratt ta’ servizzi għall-provvista ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri lil korp ċentrali tax-xiri.

Tali kuntratti ta’ servizzi jistgħu jinkludu wkoll il-provvista ta’ attivitajiet anċillari ta’ xiri.

Artikolu 56

Akkwisti konġunti okkażjonali

1.   Żewġ entitajiet kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.

2.   Fejn it-twettiq ta’ proċedura tal-akkwisti ssir kollha kemm hi b’mod konġunt f’isem u għan-nom tal-entitajiet kontraenti kkonċernati kollha, huma għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Dan japplika wkoll f’każijiet fejn entità kontraenti waħda tamminstra l-proċedura tal-akkwist, waqt li taġixxi f’isimha stess u f’isem l-entitajiet kontraenti l-oħra kkonċernati.

Fejn it-twettiq ta’ proċedura tal-akkwist ma tkunx kollha kemm hi mwettqa f’isem u għan-nom tal-entitajiet kontraenti kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt biss għal dawk il-partijiet imwettqin b’mod konġunt. Kull entità kontraenti għandu jkollha r-responsabbiltà unika li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li hija twettaq f’isimha u għan-nom tagħha stess.

Artikolu 57

Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 28 sa 31, l-entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jaġixxu b’mod konġunt fl-għoti ta’ kuntratti billi jużaw wieħed mill-mezzi previsti f’dan l-Artikolu.

L-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-mezzi previsti f’dan l-Artikolu għall-fini li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tad-dritt pubbliku f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li huma soġġetti għalih fl-Istat Membru tagħhom.

2.   Stat Membru ma għandux jipprojbixxi lill-entitajiet kontraenti tiegħu milli jużaw attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri offruti minn korpi ċentrali ta’ xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor.

Madankollu, fir-rigward ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri offruti minn korpi ċentrali tax-xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor li mhuwiex tal-entità kontraenti, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jispeċifikaw li l-entitajiet kontraenti tagħhom jistgħu jużaw biss l-attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri kif definiti jew fil-punt (a) jew fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

3.   Il-provvista tal-attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri minn korp ċentrali tax-xiri li jinsab fi Stat Membru ieħor għandha titmexxa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali tax-xiri.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali tax-xiri għandhom japplikaw ukoll għal dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

it-twettiq ta’ ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas.

4.   Diversi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jagħtu kuntratt pubbliku, jikkonkludu ftehim qafas jew joperaw sistema dinamika ta’ xiri b’mod konġunt. Huma jistgħu wkoll jagħtu kuntratti fuq il-bażi tal-ftehim qafas jew tas-sistema dinamika ta’ xiri. Sakemm l-elementi neċessarji ma jkunux ġew irregolati minn ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Istati Membri kkonċernati, l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom jikkonkludu ftehim li jiddetermina:

(a)

ir-responsabbiltajiet tal-partijiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli relevanti;

(b)

l-organizzazzjoni interna tal-proċedura tal-akkwist, inklużi l-ġestjoni tal-proċedura, id-distribuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati, u l-konklużjoni tal-kuntratti.

Entità kontraenti parteċipanti tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta tixtri xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn entità kontraenti li hija responsabbli għall-proċedura tal-akkwist. Meta jiġu determinati r-responsabbiltajiet u l-liġi nazzjonali applikabbli kif imsemmija fil-punt (a), l-entitajiet kontraenti parteċipanti jistgħu jallokaw responsabbiltajiet speċifiċi bejniethom u jiddeterminaw id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali applikabbli ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri rispettivi. L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-liġi nazzjonali applikabbli li tirriżulta għandhom jissemmew fid-dokumenti tal-akkwist għal kuntratti mogħtija b’mod konġunt.

5.   Fejn diversi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti waqqfu entità legali konġunta, inklużi r-Raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) jew entitajiet oħra stabbiliti skont id-dritt tal-Unjoni, permezz ta’ deċiżjoni tal-korp kompetenti tal-entità konġunta, l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom jaqblu dwar ir-regoli tal-akkwist nazzjonali applikabbli ta’ wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha;

(b)

id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta qed twettaq l-attivitajiet tagħha.

Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jew japplika għal perijodu indeterminat, fejn dan ikun stabbilit fl-att kostituttiv tal-entità konġunta, jew jista’ jiġi limitat għal ċertu perijodu ta’ żmien, għal ċerti tipi ta’ kuntratti jew għal għotja ta’ kuntratt individwali waħda jew aktar.

KAPITOLU III

Kondotta tal-proċedura

Taqsima 1

Tħejjija

Artikolu 58

Konsultazzjonijiet preliminari tas-suq

Qabel ma jniedu proċedura ta’ akkwist, l-entitajiet kontraenti jistgħu jorganizzaw konslutazzjonijiet mas-suq bil-ħsieb tat-tħejjija tal-akkwist u biex jgħarrfu lill-operaturi ekonomiċi bil-pjanijiet u r-rekwiżiti ta’ akkwist tagħhom.

Għal dan il-għan, l-entitajiet kontraenti jistgħu pereżempju jfittxu jew jaċċettaw parir minn esperti jew awtoritajiet indipendenti jew minn parteċipanti tas-suq. Dak il-parir jista’ jintuża fl-ippjanar u t-twettiq tal-proċedura tal-akkwist, sakemm dan il-parir ma jkollux l-effett ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

Artikolu 59

Involviment minn qabel ta’ kandidati jew offerenti

Fejn kandidat jew offerent jew impriża relatata ma’ kandidat jew offerent ta parir lill-entità kontraenti, sew jekk fil-kuntest tal-Artikolu 58 u sew jekk le, jew kien involut b’xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tieħu l-miżuri adatti sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix mgħawġa mill-parteċipazzjoni ta’ dak il-kandidat jew l-offerent.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta’ informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist u l-iffissar ta’ limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta ta’ offerti. Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż biss minn dik il-proċedura fejn ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ osservazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Qabel kull esklużjoni bħal din, il-kandidati jew l-offerenti għandhom jingħataw l-opportuntià li juru li l-involviment tagħhom fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist ma jistax jgħawweġ il-kompetizzjoni. Il-miżuri meħuda għandhom jiġu dokumentati fir-rapport individwali meħtieġ mill-Artikolu 100.

Artikolu 60

Speċifikazzjonijiet tekniċi

1.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jistabbilixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħlijiet, servizz jew provvista.

Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess jew metodu speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mitluba jew għal proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu anke fejn tali fatturi ma jiffurmawx parti mis-sustanza materjali tagħhom, dment li huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonali għall-valur u l-objettivi tiegħu.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jispeċifikaw ukoll jekk hux ser ikun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Għall-akkwisti kollha li huma maħsubin għall-użu minn persuni fiżiċi, kemm jekk il-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk il-persunal tal-entità kontraenti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, minbarra f’każijiet debitament ġustifikati, għandhom jitfasslu b’mod li jieħdu kont tal-kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha.

Fejn ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ aċċessibbiltà huma adottati permezz ta’ att legali tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha, jiġu definiti b’referenza għalihom.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom joffru aċċess ugwali tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-akkwist u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-akkwist pubbliku għal kompetizzjoni.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji, sa fejn ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu formulati b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

f’termini tar-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u l-entitajiet kontraenti jitħallew jagħtu l-kuntratt;

(b)

permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ preferenza, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew - fejn xi waħda minn dawk ma teżistix - l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti;

(c)

f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali msemmija fil-punt (a), b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) bħala mezz ta’ suppożizzjoni ta’ konformità ma’ tali rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali;

(d)

permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) għal ċerti karatteristiċi, u permezz ta’ referenza għar-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali msemmija fil-punt (a) għal karatteristiċi oħrajn.

4.   Sakemm dan ma jkunx ġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għal isem ta’ ditta jew provenjenza speċifiċi, jew proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu favoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Din ir-referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, fejn ma tkunx possibbli deskrizzjoni preċiża u intelliġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt skont il-paragrafu 3. Din ir-referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

5.   Fejn entità kontraenti tuża l-għażla li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, ma għandhiex tiċħad offerta minħabba r-raġuni li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għalihom ġiet ippreżentata l-offerta ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li hi rreferiet għalihom, ladarba l-offerent jagħti prova fl-offerta tiegħu bi kwalunkwe mezz adatt, inkluż il-mezz ta’ prova msemmi fl-Artikolu 62 li s-soluzzjonijiet proposti jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b’mod ekwivalenti.

6.   Fejn entità kontraenti tuża l-għażla prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali, ma għandhiex tiċħad offerta għal provvisti, servizzi jew xogħlijiet li jikkonformaw ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, ma’ approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali jew sistema ta’ referenza teknika stabbilita minn korp ta’ standardizzazzjoni Ewropew, fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali li hi tkun stabbilixxiet.

Fl-offerta tiegħu, l-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz adatt, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 62, li l-provvisti, is-servizz jew ix-xogħol konformi mal-istandard jilħqu r-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali tal-entità kontraenti.

Artikolu 61

Tikketti

1.   Fejn entitajiet kontraenti jkollhom l-intenzjoni jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi speċifiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn huma jistgħu, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew fil-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt, jitolbu tikketta speċifika bħala mezz ta’ prova li x-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti jikkorrispondu għall-karatteristiċi meħtieġa, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

ir-rekwiżiti tat-tikketta jikkonċernaw biss kriterji li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma adegwati sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(b)

ir-rekwiżiti tat-tikketta huma bbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji;

(c)

it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, is-sħab soċjali, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi;

(d)

it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(e)

ir-rekwiżiti tat-tikketta huma stipulati minn parti terza li fuqha l-operatur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta ma jistax jeżerċita influwenza deċiżiva.

Fejn l-entitajiet kontraenti ma jeħtiġux li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tat-tikketta, huma għandhom jindikaw ir-rekwiżiti tat-tikketta li qed issir referenza għalihom.

L-entitajiet kontraenti li jirrikjedu tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti kollha li jikkonfermaw li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jissodisfaw rekwiżiti tat-tikketta ekwivalenti.

Fejn operatur ekonomiku jkun wera li ma għandux il-possibbiltà li jikseb it-tikketta speċifika indikata mill-entità kontraenti jew tikketta ekwivalenti fil-limiti taż-żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-entità kontraenti għandha taċċetta mezzi adatti oħrajn ta’ prova, li jistgħu jinkludu dossier tekniku mill-manifattur, dment li l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li huwa għandu jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-entità kontraenti.

2.   Fejn tikketta tissodisfa l-kondizzjonijiet previsti fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 iżda tistabbilixxi wkoll rekwiżiti mhux marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jesiġu t-tikketta bħala tali iżda jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjoni teknika b’referenza għal dawk tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ dik it-tikketta, jew inkella, fejn dan ikun neċessarju, partijiet minnha li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu adatti sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ dan is-suġġett.

Artikolu 62

Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu rapport tat-test minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità jew ċertifikat maħruġ minn tali korp bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mar-rekwiżiti jew kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Fejn l-entitajiet kontraenti jirrikjedu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati mfasslin minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità speċifiku, l-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati minn korpi għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti oħrajn.

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, korp għall-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inkluż l-ikkalibrar, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42).

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi adatti oħra ta’ prova li huma differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, bħal dossier tekniku tal-manifattur, fejn l-operatur ekonomiku konċernat ma kellux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti dwar l-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1, jew l-ebda possibilità li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess mhuwiex attribwibbli lill-operatur ekonomiku konċernat u sakemm l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni relatata mal-prova u dokumenti ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 60(6), l-Artikolu 61 u l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-operatur ekonomiku għandhom jipprovdu din l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 102.

Artikolu 63

Komunikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi

1.   Fuq talba tal-operaturi ekonomiċi interessati li jiksbu kuntratt, b’mod regolari, l-entitajiet kontraenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi imsemmija fil-kuntratti tagħhom ta’ provvista, xogħlijiet jew servizzi li beħsiebhom japplikaw għal kuntratti li s-sejħa għal kompetizzjoni tagħhom huwa avviż perjodiku indikattiv. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b’mezzi elettroniċi permezz ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas.

Madankollu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu trasmessi permezz ta’ mezzi oħra li mhux mezzi elettroniċi fejn aċċess mingħajr restrizzjonijiet sħiħ, dirett u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist ma jistax jiġi offrut għal waħda mir-raġunijiet imniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) jew fejn l-aċċess mhux ristrett, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist ma jistx jiġi offrut minħabba li l-entitajiet kontraenti beħsiebhom japplikaw l-Artikolu 39(2).

2.   Fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu bbażati fuq dokumenti disponibbli għall-operaturi ekonomiċi b’mezzi elettroniċi permezz ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas, l-inklużjoni ta’ referenza għal dawk id-dokumenti għandha tkun biżżejjed.

Artikolu 64

Varjanti

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw jew jesiġu lill-offerenti li jippreżentaw varjanti li jilħqu r-rekwiżiti minimi speċifikati mill-entità kontraenti.

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx jew jesiġux varjanti u, jekk iva, ir-rekwiżiti minimi li għandhom jiġu milħuqa mill-varjanti u kwalunkwe rekwiżit speċifiku għall-preżentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari jekk il-varjanti jistgħux jiġu ppreżentati biss fejn offerta, li ma tkunx varjant, tkun ġiet ippreżentata wkoll. Fejn ikunu awtorizzati jew rikjesti varjanti, dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kriterji tal-għoti magħżula jistgħu jiġu applikati għall-varjanti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti minimi kif ukoll għal offerti li jikkonformaw li mhumiex varjanti.

2.   Fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista jew kuntratti ta’ servizzi, l-entitajiet kontraenti li awtorizzaw jew irrikjedew varjanti ma għandhomx jirrifjutaw varjant fuq il-bażi unika li, jekk jintlaqa’, dan iwassal jew għal kuntratt ta’ servizz minflok kuntratt ta’ provvista jew għal kuntratt ta’ provvista minflok kuntratt ta’ servizz.

Artikolu 65

Tqassim ta’ kuntratti f’lottijiet

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratt fil-forma ta’ lottijiet separati u jistgħu jiddeterminaw id-daqs u s-suġġett ta’ tali lottijiet.

Fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezzi għas-sejħa għal kompetizzjoni hija avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk l-offerti jistgħux jiġu ppreżentati biss għal lott wieħed, għal diversi lottijiet jew għal-lottijiet kollha.

2.   L-entitajiet kontraenti jistgħu, anke fejn jistgħu jiġu ppreżentati offerti għal diversi lottijiet jew għal-lottijiet kollha, jillimitaw in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed, sakemm in-numru massimu ta’ lottijiet għal kull offerent ikun iddikjarat fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, għal offerta jew għal negozjar. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw l-objettiv u l-kriterji jew ir-regoli mhux diskriminatorji li huma beħsiebhom japplikaw biex jiddeterminaw liema lottijiet ser jingħataw fejn l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti tirriżulta fl-għoti lil offerent wieħed ta’ aktar lottijiet min-numru massimu.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fejn jista’ jingħata aktar minn lott wieħed lill-istess offerent, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratt li jikkombina diversi lottijiet jew il-lottijiet kollha fejn ikunu speċifikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istendina għall-konferma tal-interess, għal offerta jew għal negozjar li huma jirriservaw il-possibbiltà li jagħmlu dan u jindikaw kif il-lottijiet jew il-gruppi jistgħu jiġu kkombinati.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u b’konsiderazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u, fejn adatt, il-paragrafu 3.

Artikolu 66

Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien

1.   Meta jiffissaw il-limiti ta’ żmien għat-talbiet għal parteċipazzjoni u r-riċevuta ta’ offerti, l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu kont partikolari tal-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fl-Artikolu 45 sa 49.

2.   Fejn l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fuq il-post jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti li jappoġġaw id-dokumenti tal-akkwist, il-limiti ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti, li għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fl-Artikoli 45 sa 49, għandhom jiġu ffissati sabiex l-operaturi ekonomiċi kkonċernati kollha jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti.

3.   L-entitajiet kontraenti għandhom jestendu l-limiti taż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn, għal kwalunkwe raġuni, l-informazzjoni addizzjonali, għalkemm mitluba mill-operatur ekonomiku fi żmien adegwat, ma tiġix ipprovduta tal-anqas sitt ijiem qabel l-iskadenza ffissata għar-riċevuta tal-offerti. Fil-każ ta’ proċedura miftuħa aċċelerata kif imsemmi fl-Artikolu 45(3), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem;

(b)

fejn isiru bidliet sinifikanti lid-dokumenti tal-akkwist.

It-tul tal-estensjoni għandu jkun proporzjonat mal-importanza tal-informazzjoni jew tal-bidla.

Fejn l-informazzjoni addizzjonali ma ġietx mitluba fi żmien adegwat jew l-importanza tagħha mhix sinifikanti fid-dawl tat-tħejjija ta’ offerti reattivi,l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa li jestendu l-limiti ta’ żmien.

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 67

Avviżi perjodiċi indikattivi

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jħabbru l-intenzjonijiet tagħhom ta’ akkwisti ppjanati permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż perjodiku indikattiv. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fil-parti A, taqsima I tal-Anness VI. Għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mill-entitajiet kontraenti fuq il-profili ta’ xerrej tagħhom f’konformità mal-punt 2(b) tal-Anness IX. Fejn l-avviż perjodiku indikattiv jiġi ppubblikat mill-entitajiet kontraenti fuq il-profil tax-xerrej tagħhom, huma għandhom jibagħtu avviż tal-pubblikazzjoni tal-avviż perjodiku indikattiv fuq profil ta’ xerrej lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-punt 3 tal-Anness IX. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness VI Parti B.

2.   Meta sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż perjodiku indikattiv fir-rigward ta’ proċeduri ristretti jew proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, l-avviż għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jirreferi b’mod speċifiku għall-provvisti, ix-xogħlijiet jew is-servizzi li se jkunu s-suġġett tal-kuntratt li għandu jingħata;

(b)

jindika li l-kuntratt ser jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata mingħajr pubblikazzjoni ulterjuri ta’ sejħa għal kompetizzjoni u li jistieden lill-operaturi ekonomiċi interessati sabiex jesprimu l-interess tagħhom;

(c)

jkun fih, minbarra l-informazzjoni stabbilita fil-parti A, taqsima I tal-Anness VI, l-informazzjoni stabbilita fil-parti A, taqsima II tal-Anness VI;

(d)

ikun intbagħat għall-pubblikazzjoni mhux aktar minn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-konferma tal-interess.

Dawn l-avviżi ma għandhomx jiġu ppubbblikati fuq profil ta’ xerrej. Madankollu, il-pubblikazzjoni addizzjonali fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 72, jekk ikun hemm, tista’ ssir fuq profil ta’ xerrej.

Il-perijodu kopert mill-avviż perjodiku indikattiv għandu bħala massimu jkun ta’ 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż jkun intbagħat għall-pubblikazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra, l-avviż perjodiku indikattiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) jista’ jkopri perijodu li jkun itwal minn 12-il xahar.

Artikolu 68

Avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki

1.   Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jimplimentaw sistema ta’ kwalifiki skont l-Artikolu 77, is-sistema għandha tkun is-suġġet ta’ avviż kif imsemmi fl-Anness X, li jindika l-fini tas-sistema ta’ kwalifiki u kif għandu jsir aċċess għar-regoli rigward it-tħaddim tagħha.

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifiki fl-avviż dwar l-eżistenza tas-sistema. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-formoli standard li ġejjin:

(a)

fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi tterminata s-sistema, il-formola għall-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistemi ta’ kwalifiki;

(b)

fejn is-sistema tiġi tterminata, avviż dwar għoti ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 70.

Artikolu 69

Avviżi dwar kuntratti

L-avviżi dwar kuntratti jistgħu jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha. Dawn għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fil-parti rilevanti tal-Anness XI u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 71.

Artikolu 70

Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratt

1.   Mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konklużjoni ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas wara d-deċiżjoni dwar l-għoti jew il-konklużjoni tiegħu, l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar kuntratt bir-riżultati tal-proċedura tal-akkwist.

Dan l-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XII u għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 71.

2.   Fejn is-sejħa għal kompetizzjoni għall-kuntratt ikkonċernat tkun saret fil-forma ta’ avviż perjodiku indikattiv u l-entità kontraenti tkun iddeċidiet li mhijiex ser tagħti kuntratti ulterjuri matul il-perijodu kopert mill-avviż perjodiku indikattiv, l-avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt għandu jkun fih indikazzjoni għal dak l-effett.

Fil-każ ta’ ftehimiet qafas konklużi f’konformità mal-Artikolu 51, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx ikunu marbutin li jibagħtu avviż bir-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għal kull kuntratt ibbażat fuq dak il-ftehim. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti għandhom jiġbru l-avviżi tar-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għal kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.

L-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar għoti ta’ kuntratt fi żmien 30 jum mill-għoti ta’ kull kuntratt fuq il-bażi ta’ sistema dinamika ta’ xiri. Madankollu huma jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.

3.   L-informazzjoni pprovduta skont l-Anness XII u intenzjonata għall-pubblikazzjoni għandha tiġi ppubblikata skont l-Anness IX. Ċerta informazzjoni dwar l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas tista’ ma titħallhiex tiġi ppubblikata fejn il-pubblikazzjoni tkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku jew tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku partikolari, pubbliku jew privat, jew fejn din tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn l-operaturi ekonomiċi.

Fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp (“servizzi R&Ż”), l-informazzjoni li tikkonċerna n-natura u l-kwantità tas-servizzi tista’ rispettivament tkun limitata għal:

(a)

l-indikazzjoni “servizzi R&Ż” fejn il-kuntratt ingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-Artikolu 50(b);

(b)

informazzjoni li tal-inqas hija dettaljata hekk kif kien indikat fl-avviż li ntuża bħala mezz għal sejħa għal kompetizzjoni.

4.   Informazzjoni pprovduta f’konformità mal-Anness XII u mmarkata bħala mhux maħsuba għall-pubblikazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’forma simplifikata biss u f’konformità mal-Anness IX għal skopijiet statistiċi.

Artikolu 71

Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

1.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67 sa 70 għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi VI Parti A, VI Parti B, X, XI u XII u fil-format ta’ formoli standard, inklużi formoli standard għal corrigenda.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk il-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 105.

2.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67 sa 70 għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati skont l-Anness IX. L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu. L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-avviżi mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni.

3.   L-avviżi msemmija fl-Artikolu 67 sa 70 għandhom jiġu ppubblikati sħaħ fil-lingwa/i uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea magħżulin mill-entità kontraenti. Dik il-verżjoni lingwistika jew dawk il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jikkostitwixxu l-uniku test awtentiku/l-uniċi testi awtentiċi. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikati fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

4.   L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiżgura li t-test sħiħ u s-sommarju tal-avviżi perjodiċi indikattivi msemmija fl-Artikolu 67(2), sejħiet għal kompetizzjoni li jistabbilixxu sistema dinamika ta’ xiri kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 52(3) u l-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki użata bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 44(2) għandhom jibqgħu jiġu ppubblikati:

(a)

fil-każ ta’ avviżi perjodiċi indikattivi għal 12-il xahar jew sakemm jiġi riċevut avviż dwar għoti ta’ kuntratt kif previst fl-Artikolu 70(2) li jindika li l-ebda kuntratti ulterjuri ma huma se jingħataw matul il-perijodu ta’ 12-il xahar kopert mis-sejħa għalkompetizzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi soċjali jew servizzi oħra speċifiċi, l-avviż perjodiku informattiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) għandu jibqa’ jiġi ppubblikat sa tmiem il-perijodu ta’ validità indikat oriġinarjament jew sakemm avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jiġi riċevut kif previst fl-Artikolu 70 b’indikazzjoni li mhux ser jingħataw aktar kuntratti matul il-perijodu kopert bis-sejħa għal kompetizzjoni;

(b)

fil-każ ta’ sejħiet għal kompetizzjoni li jistabbilixxu sistema dinamika ta’ xiri, għall-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri;

(c)

fil-każ ta’ avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki għall-perijodu ta’ validità tagħha.

5.   L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu provi tad-dati li fihom jintbagħtu l-avviżi.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti konferma lill-entità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, li fiha tindika d-data ta’ dik il-pubblikazzjoni. Din il-konferma għandha tikkostitwixxi prova tal-pubblikazzjoni.

6.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw avviżi dwar kuntratti għal xogħlijiet, provvisti jew servizz li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva dejjem jekk dawk l-avviżi jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi skont il-format u l-proċeduri għat-trasmissjoni indikati fl-Anness IX.

Artikolu 72

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

1.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67 sa 70 u l-informazzjoni li tinsab fihom ma għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel il-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 71. Madankollu, fi kwalunkwe eventwalità l-pubblikazzjoni tista’ ssir fil-livell nazzjonali meta l-entitajiet kontraenti ma jkunux ġew innotifikati bil-pubblikazzjoni fi żmien 48 siegħa wara l-konferma tar-riċevuta tal-avviż skont l-Artikolu 71.

2.   L-avviżi ppubblikati fil-livell nazzjonali ma għandux ikun fihom informazzjoni għajr dik li jkun hemm fl-avviżi mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew dik ippubblikata fuq profil ta’ xerrej, iżda għandhom jindikaw id-data li fiha ntbagħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-profil ta’ xerrej.

3.   L-avviżi perjodiċi indikattivi ma għandhomx jiġu ppubblikati fuq profil ta’ xerrej qabel ma jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea l-avviż tal-pubblikazzjoni tagħhom f’dik il-forma.

Artikolu 73

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom, b’mezzi elettroniċi, joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 71 jew mid-data li fiha tkun intbgħatet stedina għall-konferma tal-interess.

Fejn il-mezzi għas-sejħa għal kompetizzjoni jkun avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, dan l-aċċess għandu jiġi offrut malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn meta tintbagħat l-istedina għall-offerti jew għan-negozjar. It-test tal-avviż jew ta’ dawk l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fih ikunu aċċessibbli d-dokumenti tal-offerta.

Fejn ma jistax jiġu offrut l-aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist minħabba waħda mir-raġunijiet stiplulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1), l-entitajiet kontraenti jistgħu jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma ta’ interess li d-dokumenti tal-akkwist ikkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra mhux mezzi elettroniċi skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jiġi mtawwal b’ħamest ijiem, għajr fil-każijiet ta’ urġenza debitament sostanzjata msemmija fl-Artikolu 45(3) u fejn il-limitu ta’ żmien ikun stabbilit bi qbil reċiproku skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2).

Fejn ma jistax jiġu offrut aċċessdirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist minħabba l-fatt li l-entitajiet kontraenti jkollhom l-intenzjoni li japplikaw l-Artikolu 39(2), huma għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma ta’ interess jew, fejn il-mezzi tas-sejħa għal kompetizzjoni tkun avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fid-dokumenti tal-akkwist liema miżuri maħsuba għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni huma jesiġu u kif għandu jinkiseb l-aċċess għad-dokumenti kkonċernati. F’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jiġi mtawwal b’ħamest ijiem, għajr fil-każijiet ta’ urġenza debitament sostanzjata msemmija fl-Artikolu 45(3) u fejn il-limitu ta’ żmien ikun stabbilit bi qbil reċiproku skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2).

2.   Sakemm it-talba tkun saret fi żmien adegwat, l-entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali relatata mal-ispeċifikazzjonijiet u kwalunkwe dokument ta’ sostenn lill-offerenti kollha li qed jieħdu sehem fil-proċedura tal-akkwist mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel il-limitu ta’ żmien stabbilit għar-riċevuta ta’ offerti. Fil-każ ta’ proċedura miftuħa aċċelerata kif imsemmi fl-Artikolu 45(3), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem.

Artikolu 74

Stediniet lill-kandidati

1.   Fi proċeduri ristretti, proċeduri ta’ djalogi kompetittivi, sħubijiet għall-innovazzjoni u proċeduri nnegozjati b’sejħiet għal kompetizzjoni minn qabel, b’mod simultanju u bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-kandidati magħżula sabiex jippreżentaw l-offerti tagħhom, jieħdu sehem fid-djalogu jew jinnegozjaw.

Fejn avviż perjodiku indikattiv jintuża bħala sejħa għal kompetizzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 44(4), b’mod simultanju u bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi li jkunu wrew l-interess tagħhom sabiex jikkonfermaw l-interess kontinwat tagħhom.

2.   L-istediniet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu referenza għal indirizz elettroniku li fih id-dokumenti tal-akkwist tqiegħdu għal dispożizzjoni diretta b’mezzi elettroniċi. L-istediniet għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti tal-akkwist, fejn dawk id-dokumenti ma jkunux is-suġġett ta’ aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas, għar-raġunijiet stipulati fit-tielet jew ir-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1) u ma jkunux saru disponibbli b’xi mod ieħor. Barra minn hekk, l-istediniet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness XIII.

Artikolu 75

L-infurmar lill-applikanti għall-kwalifika, kandidati u offerenti

1.   Malajr kemm jista’ jkun, l-entitajiet kontraenti għandhom jinfurmaw lil kull kandidat u offerent bid-deċiżjonijiet li ħadu rigward il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-għoti ta’ kuntratt jew ammissjoni għal sistema dinamika ta’ xiri, inklużi r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li ma jiġix konkluż ftehim qafas, li ma jingħatax kuntratt li għalih tkun saret sejħa għal kompetizzjoni jew li terġa’ tinfetaħ il-proċedura, jew li ma tiġix implimentata sistema dinamika ta’ xiri.

2.   Fuq talba minn kwalunkwe kandidat jew offerent ikkonċernat, malajr kemm jista’ jkun, u f’kull eventwalità fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jinfurmaw:

(a)

lil kull kandidat li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal parteċipazzjoni;

(b)

lil kull offerent li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, inklużi, għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 60(5) u (6), ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta’ nuqqas ta’ ekwivalenza jew għad-deċiżjoni tagħha li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jew dawk funzjonali;

(c)

lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bil-karatteritsiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula, kif ukoll l-isem tal-offerenti jew il-partijiet għall-ftehim qafas li ntagħżlu;

(d)

lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bit-twettiq u l-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

3.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jżommu ċerta informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 milli tiġi ppubblikata dwar l-għoti ta’ kuntratt, il-konklużjoni tal-ftehim qafas jew dwar l-ammissjoni għal sistema dinamika ta’ xiri, ma għandhiex tiġi ppubblikata fejn il-pubblikazzjoni tkun ixxekkel l-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku jew tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku partikolari, pubbliku jew privat, jew li tkun tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn l-operaturi ekonomiċi.

4.   L-entitajiet kontraenti li jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ kwalifika għandhom jinfurmaw lill-applikanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar il-kwalifika fi żmien sitt xhur.

Jekk id-deċiżjoni ma tkunx ser tieħu aktar minn erba’ xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-applikant, fi żmien xahrejn mill-applikazzjoni, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-perijodu itwal u sad-data massima li fiha l-applikazzjoni tiegħu ser tiġi aċċettata jew miċħuda.

5.   L-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda għandhom jiġu infurmati bid-deċiżjoni ta’ ċaħda u bir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn 15-il jum mid-data tad-deċiżjoni ta’ ċaħda. Ir-raġunijiet għandhom ikunu bbażati fuq kriterji għall-kwalifika msemmija fl-Artikolu 77(2).

6.   L-entitajiet kontraenti li jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ kwalifika jistgħu jtemmu l-kwalifika ta’ operatur ekonomiku għal dawk ir-raġunijiet ibbażati fuq il-kriterji għall-kwalifika msemmija fl-Artikolu 77(2) biss. Kull ħsieb sabiex tintemm il-kwalifika għandu tiġi notifikata bil-miktub lill-operatur ekonomiku, tal-anqas 15-il jum mid-data li fiha tkun ser tintemm il-kwalifika, flimkien mar-raġuni jew ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-azzjoni proposta.

Taqsima 3

Għażla ta’ parteċipanti u għoti ta’ kuntratti

Artikolu 76

Prinċipji ġenerali

1.   Għall-finijiet tal-għażla ta’ parteċipanti fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom, għandhom japplikaw ir-regoli kollha ġejjin:

(a)

l-entitajiet kontraenti jkunu pprovdew ir-regoli u l-kriterji ta’ esklużjoni tal-offerti jew tal-kandidati f’konformità mal-Artikolu 78(1) jew l-Artikolu 80(1) għandhom jeskludu operaturi ekonomiċi identifikati skont dawn ir-regoli u li jissodisfaw dawn il-kriterji;

(b)

għandhom jagħżlu offerenti u kandidati skont ir-regoli u l-kriterji oġġettivi stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 78 u 80;

(c)

fi proċeduri ristretti, fi proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni, fi djalogi kompetittivi u fi sħubijiet għall-innovazzjoni, fejn dan ikun adatt, dawn għandhom inaqqsu l-għadd ta’ kandidati magħżula skont il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 78(2).

2.   Fejn sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika u għall-fini li jintgħażlu parteċipanti fil-proċeduri ta’ akkwist għall-kuntratti speċifiċi li huma s-suġġett tas-sejħa għal kompetizzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom:

(a)

jikkwalifikaw operaturi ekonomiċi f’konformità mal-Artikolu 77;

(b)

japplikaw, għal dawn l-operaturi ekonomiċi kkwalifikati, dawk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 li huma rilevanti għal proċeduri ristretti jew innegozjati, għal djalogi kompetittivi jew għal sħubijiet għall-innovazzjoni.

3.   Meta jagħżlu l-parteċipanti għal proċedura ristretta jew innegozjata, għal djalogu kompetittiv jew għal sħubija għall-innovazzjoni, fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom dwar il-kwalifika jew meta l-kriterji jew ir-regoli jkunu qed jiġu aġġornati, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx:

(a)

jimponu kondizzjonijiet amministrattivi, tekniċi jew finanzjarji fuq ċerti operaturi ekonomiċi li ma għandhomx jiġu impost fuq oħrajn;

(b)

jesiġu testijiet jew evidenza li jkunu jiddupplikaw l-evidenza oġġettiva diġà disponibbli

4.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-operaturi ekonomiċi tkun jew tidher li tkun mhux kompleta, nieqsa jew żbaljata, l-entitajiet kontraenti jistgħu, sakemm il-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor, jesiġu lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li jissottomettu, jissupplementaw, jikkjarifikaw jew jimlew l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni rilevanti f’limitu ta’ żmien adatt, sakemm tali esiġenzi isiru b’konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.

5.   L-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw li l-offerti ppreżentati mill-offerenti magħżula jikkonformaw mar-regoli u r-rekwiżiti applikabbli għall-offerti u jagħtu l-kuntratt fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 82 u 84, b’kont meħud tal-Artikolu 64.

6.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmijin fl-Artikolu 36(2).

7.   Fi proċeduri miftuħa, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jeżaminaw l-offerti qabel ma jivverifikaw l-adattabbiltà tal-offerti, dment li jiġu osservati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 76 sa 84, inkluża r-regola li l-kuntratt ma għandux jingħata lil offerent li kellu jiġi eskluż skont l-Artikolu 80 jew li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikolu 78(1) u l-Artikolu 80.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-użu tal-proċedura fl-ewwel subparagrafu, jew li jillimitawha, għal ċerti tipi ta’ akkwist jew għal ċirkostanzi speċifiċi.

8.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 103 biex temeda l-lista fl-Anness XIV, fejn meħtieġ, iżżid ftehimiet internazzjonali ġodda li jkunu ġew irratifikati mill-Istati Membri kollha jew fejn il-ftehimiet internazzjonali eżistenti msemmija ma jkunux għadhom irratifikati mill-Istati Membri kollha jew ikunu nbidlu mod ieħor, pereżempju fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-kontenut u l-isem tagħhom.

Subtaqsima 1

Kwalifika u għażla kwalitattiva

Artikolu 77

Sistemi ta’ kwalifika

1.   L-entitajiet kontraenti li jixtiequ dan jistgħu jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ kwalifika tal-operaturi ekonomiċi.

L-entitajiet kontraenti li jistabbilixxu jew iħaddmu sistema ta’ kwalifika għandhom jiżguraw li fil-ħin kollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu kwalifika.

2.   Is-sistema taħt il-paragrafu 1 tista’ tinvolvi stadji ta’ kwalifika differenti.

L-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu kwalifika u kriterji u regoli oġġettivi għat-tħaddim tas-sistema ta’ kwalifika, li jkopru suġġetti bħall-iskrizzjoni fis-sistema, l-aġġornar perijodiku tal-kwalifiki, f’każ li jkun hemm, u t-tul ta’ żmien tas-sistema.

Fejn dawk il-kriterji u r-regoli jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi, għandhom japplikaw l-Artikoli 60 sa 62. Il-kriterji u r-regoli jistgħu jiġu aġġornati kif meħtieġ.

3.   Il-kriterji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi fuq talba tagħhom. Dawk il-kriterji u r-regoli aġġornati għandhom jiġu kkomunikati lill-operaturi ekonomiċi interessati.

Fejn entità kontraenti tqis li s-sistema ta’ kwalifika ta’ ċerti entitajiet jew korpi oħra tissodisfa r-rekwiżiti tagħha, għandha tikkomunika lill-operaturi ekonomiċi interessati l-ismijiet tal-entitajiet jew il-korpi l-oħra.

4.   Għandu jinżamm rekord bil-miktub ta’ operaturi ekonomiċi kkwalifikati; dan jista’ jinqasam f’kategoriji skont it-tip ta’ kuntratt li għalih tkun valida l-kwalifika.

5.   Meta sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, għandhom jingħataw kuntratti speċifiċi għax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi koperti mis-sistema ta’ kwalifika permezz ta’ proċeduri ristretti jew proċeduri nnegozjati, li fihom l-offerenti u l-parteċipanti kollha jintgħażlu fost il-kandidati diġà kkwalifikati skont din is-sistema.

6.   Kwalunkwe bidla mwettqa b’rabta mat-talbiet għall-kwalifika jew mal-aġġornar jew il-konservazzjoni ta’ kwalifika diġà miksuba skont is-sistema għandha tkun proporzjonata għall-ispejjeż iġġenerati.

Artikolu 78

Kriterji għal għażla kwalitattiva

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ offerenti jew kandidati; dawk ir-regoli jew il-kriterji għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi ekonomiċi interessati.

2.   Fejn l-entitajiet kontraenti jeħtieġu li jiżguraw bilanċ adatt bejn il-karatteristiċi partikolari tal-proċedura ta’ akkwist u r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tagħha, dawn jistgħu, fi proċeduri ristretti jew innegozjati, fi djalogi kompetittivi jew fi sħubijiet għall-innovazzjoni, jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi li jirreflettu din il-ħtieġa u li jippermettu lill-entità kontraenti tnaqqas l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna għall-offerti jew għan-negozjar. Madanakollu, l-għadd ta’ kandidati magħżula għandu jieħu kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni adegwata.

Artikolu 79

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

1.   Fejn ir-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu l-kwalifika f’sistema ta’ kwalifika jinkludu rekwiżiti relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku, jew għall-abbiltajiet tekniċi u professjonali tiegħu, irrispettivament min-natura legali tar-rabta bejnu u dawk l-entitajiet. Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-kwalifiki edukattivi u professjonali tal-fornitur ta’ servizz jew tal-kuntrattur jew dawk tal-persunal maniġerjali tal-impriża jew mal-esperijenza professjonali rilevanti, madankollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu joqogħdu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra meta l-entitajiet l-oħra jkunu ser iwettqu x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawn il-kapaċitajiet. Fejn operatur ekonomiku jrid joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, huwa għandu jagħti prova lill-entità kontraenti li dawn ir-riżorsi ser ikunu disponibbli lilu matul il-perijodu tal-validità tas-sistema ta’ kwalifika, pereżempju billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan.

Fejn, f’konformità mal-Artikolu 80 ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jkunu rreferew għall-kriterji ta’ esklużjoni jew tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw f’konformità mal-Artikolu 80(3) jekk l-entitajiet l-oħra li l-operatur ekonomiku jkun ser joqgħod fuq il-kapaċitajiet tagħhom jissodisfawx il-kriterji tal-għażla rilevanti jew jekk ikunx hemm raġunijiet għal esklużjoni, li jkunu rreferew għaliha l-entitajiet kontraenti, f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. L-entità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti. L-entità kontraenti tista’ tesiġi jew tista’ tiġi rikjesta mill-Istat Membru li titlob li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti.

Fejn operatur ekonomiku joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-entità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Bl-istess kondizzjoniijet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 37(2) jista’ joqgħod fuq il-kapaċità ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

2.   Fejn ir-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u tal-għażla ta’ kandidati u offerenti fi proċeduri miftuħa, ristretti jew innegozjati, fi djalogi kompetittivi jew fi sħubijiet għall-innovazzjoni jinkludu rekwiżiti relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku, jew l-abbiltajiet tekniċi u professjonal tiegħu, l-operatur ekonomiku jista’, fejn meħtieġ u għal kuntratt partikolari, joqgħod fuq il-kapaċità ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabta bejnu u dawk l-entitajiet. Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-kwalifiki edukattivi u professjonali tal-fornitur ta’ servizz jew tal-kuntrattur jew dawk tal-persunal maniġerjali tal-impriża jew mal-esperijenza professjonali rilevanti, madankollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu joqogħdu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra meta l-entitajiet l-oħra jkunu ser iwettqu x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawn il-kapaċitajiet. Fejn operatur ekonomiku jrid joqgħod fuq il-kapaċitajiet tal-entitajiet l-oħra, huwa għandu jagħti prova lill-entità kontraenti li r-riżorsi meħtieġa ser ikunu disponibbli lilha, pereżempju billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan.

Fejn, f’konformità mal-Artikolu 80 ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jkunu rreferew għall-kriterji ta’ esklużjoni jew tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw f’konformità mal-Artikolu 80(3) jekk l-entitajiet l-oħra li l-operatur ekonomiku jkun ser joqgħod fuq il-kapaċitajiet tagħhom jissodisfawx il-kriterji tal-għażla rilevanti jew jekk ikunx hemm raġunijiet għal esklużjoni, li jkunu rreferew għaliha l-entitajiet kontraenti, f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. L-entità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li ma tissodisfax kriterju tal-għażla rilevanti, jew li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti. L-entità kontraenti tista’ tesiġi jew tista’ tiġi rikjesta mill-Istat Membru li titlob li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni li l-entità kontraenti għamlet referenza għalihom.

Fejn operatur ekonomiku joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-entità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Bl-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 37 jista’ joqgħod fuq il-kapaċitjiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

3.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ servizzi u operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post jew ta’ istallazzjoni fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ provvista, l-entitajiet kontraenti jistgħu jesiġu li ċerti kompiti importanti jitwettqu direttament mill-offerent stess jew, fejn l-offerta ppreżentata minn grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 37(2), minn parteċipant f’dak il-grupp.

Artikolu 80

Użu tar-raġunijiet ta’ esklużjoni u l-kriterji tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE

1.   Ir-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u tal-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu kwalifika f’sistema ta’ kwalifika u r-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u tal-għażla ta’ kandidati u offerenti fi proċeduri miftuħa, ristretti jew innegozjati, fi djalogi kompetittivi jew fi sħubijiet għall-innovazzjoni jistgħu jinkludu r-raġunijiet għall-esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

Fejn l-entità kontraenti tkun awtorità kontraenti, dawk il-kriterji u r-regoli għandhom jinkludu r-raġunijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

Jekk l-Istati Membri jesiġu dan, dawk il-kriterji u r-regoli għandhom, barra minn hekk, jinkludu r-raġunijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

2.   Il-kriterji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinkludu l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fih, l-aktar fir-rigward tal-limiti għar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-fatturat annwali, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu.

3.   Għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu japplikaw l-Artikoli 59 sa 61 tad-Direttiva 2014/24/UE.

Artikolu 81

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom, fejn jesiġu li jiġu pprovduti ċertifikati maħruġin minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ garanzija tal-kwalità, anke dwar l-aċċessibilità għal persuni b’diżabbiltà, jirreferu għas-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-sensiela ta’ standards Ewropej relevanti ċċertifikati minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Għandhom ukoll jaċċettaw evidenza oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ garanzija tal-kwalità fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma kellux possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta’ garanzija tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta’ garanziji tal-kwalità meħtieġa.

2.   Meta l-entitajiet kontraenti jesiġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati mfassla minn korpi indipedenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti sistemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, għandhom jirreferu għas-Sistema ta’ Ekoġestjoni u Verifika (EMAS) tal-Unjoni jew għal sistemi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn kif rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jew standards ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn ibbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjoni rilevanti minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

Fejn operatur ekonomiku wera li ma kellux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-entità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li dawn il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta’ ġestjoni ambjentali applikabbli.

3.   Fuq talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dokumenti mressqa bħala evidenza ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità u ambjentali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Subtaqsima 2

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 82

Kriterji tal-għoti ta’ kuntratt

1.   Mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi nazzjonali dwar il-prezz ta’ ċerti provvisti jew ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntrattifuq l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża.

2.   Mill-perspettiva tal-entità kontraenti, l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża għandha tiġi identifikata abbażi tal-prezz jew l-ispiża, bl-użu ta’ approċċ kosteffettiv, bħall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont l-Artikolu 83, u tista’ tinkludi l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, li għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ kriterji, li jinkludu aspetti kwalitattivi, ambjentali u/jew soċjali marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu, pereżempju:

(a)

il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi u l-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu;

(b)

l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt, fejn il-kwalità tal-persunal assenjat jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-livell tal-prestazzjoni tal-kuntratt; jew

(c)

is-servizz ta’ wara l-bejgħ u assistenza teknika, kondizzjonijiet tal-konsenja bħad-data ta’ konsenja, il-proċess ta’ konsenja u l-perijodu ta’ konsenja jew il-perijodu ta’ twettiq, impenji fir-rigward ta’ komponenti u s-sigurtà tal-provvista.

L-element ta’ spiża jista’ jieħu l-forma ta’ prezz jew spiża fissa li abbażi tagħha l-operaturi ekonomiċi jikkompetu fuq il-kriterji tal-kwalità biss.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-prezz biss jew l-ispiża biss bħala l-kriterju uniku tal-għoti jew jillimitaw l-użu tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ entitajiet kontraenti jew ċerti tipi ta’ kuntratti.

3.   Il-kriterji tal-għoti għandhom jitqiesu li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku fejn huma relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jingħataw taħt dak il-kuntratt fi kwalunkwe aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inklużi l-fatturi involuti fi:

(a)

il-proċessi speċifiċi tal-produzzjoni, il-provvista jew il-kummerċ ta’ dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi; jew

(b)

proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom,

anke fejn fatturi bħal dawn ma jagħmlux parti mis-sustanza materjali tagħhom.

4.   Il-kriterji tal-għoti ma għandux ikollhom l-effett li jagħtu lill-entità kontraenti libertà mingħajr restrizzjonijiet għall-għażla. Huma għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom jiġu akkumpanjati mill-ispeċifikazzjonijiet li jippermettu li l-informazzjoni mogħtija mill-offerenti tiġi vverifikata b’mod effettiv sabiex jiġi vvalutat kemm l-offerti jissodisfaw il-kriterji tal-għoti. Fil-każ ta’ dubju, l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv il-preċiżjoni tal-informazzjoni u l-evidenza mogħtija mill-offerenti.

5.   L-entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumenti tal-akkwist, il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża; għajr meta din tkun identifikata abbażi tal-prezz biss.

Dak l-ippeżar jista’ jingħata billi tiġi pprovduta medda b’firxa massima adatta;

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-entità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dixxendentali ta’ importanza.

Artikolu 83

Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja

1.   L-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom, sa fejn ikun rilevanti, ikopru l-ispejjeż kollha li ġejjin jew partijiet minnhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet

(a)

spejjeż li jaqgħu fuq l-entità kontraenti jew utenti oħra, bħal:

(i)

spejjeż relatati mal-akkwist,

(ii)

spejjeż tal-użu, bħal konsum tal-enerġija u riżorsi oħra,

(iii)

spejjeż tal-manutenzjoni,

(iv)

spejjeż ta’ tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-ġbir u l-ispejjeż tar-reċiklaġġ

(b)

spiża attribwita lil esternalitajiet ambjentali marbuta mal-prodott, is-servizz jew ix-xogħlijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, dment li l-valur monetarju tagħhom jista’ jiġi ddeterminat u vverifikat; tali spejjeż jistgħu jinkludu l-ispejjeż tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

2.   Meta entitajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, huma għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist id-data li għandha tingħata mill-offerenti u l-metodu l-entità kontraenti li ser tuża biex tiddetermina l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta’ dik id-dejta.

Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun ibbażat fuq kriteriji li jistgħu jiġu vverifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni. B’mod partikolari, fejn ma ġiex stabbilit għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, ma għandux jiffavorixxi jew jiżvantaġġa mingħajr ġustifikazzjoni lil ċerti operaturi ekonomiċi;

(b)

ikun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(c)

id-data mitluba tista’ tingħata bi sforz raġonevoli minn operaturi ekonomiċi normalment diliġenti, inklużi operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi parti għall-FAP jew għal ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom.

3.   Kull meta metodu komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja jkun sar obbligatorju minn att leġislattiv tal-Unjoni, dak il-metodu komuni għandu jiġi applikat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja.

Lista ta’ atti leġislattivi għal dawn, u fejn meħtieġ l-atti ddelegati li jissuplimentawhom, tinsab fl-Anness XV.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 103 li jikkonċerna l-aġġornament ta’ dik il-lista, meta aġġornament tal-lista huwa meħtieġ minħabba l-adozzjoni ta’ leġislazzjoni ġdida li tagħmel il-metodu komuni obbligatorju jew tħassar jew timmodifika leġislazzjoni eżistenti.

Artikolu 84

Offerti baxxi b’mod anormali

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż proposti fl-offerti, meta jidher li l-offerti huma baxxi b’mod anormali fir-rigward tal-ħidma, il-provvisti jew is-servizzi.

2.   L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

(a)

l-ekonomija tal-proċess ta’ manifattura, tas-servizzi pprovduti jew tal-metodu ta’ kostruzzjoni;

(b)

is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kondizzjoni eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għall-forniment ta’ prodotti jew is-servizzi jew għat-twettiq tax-xogħol;

(c)

l-oriġinalità tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħol proposti mill-offerent;

(d)

konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 36(2);

(e)

konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 88;

(f)

il-possibbiltà li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

3.   L-entità kontraenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din tista’ tiċħad l-offerta biss fejn l-evidenza pprovduta ma tagħtix ġustifikazzjoni sodisfaċenti tal-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż proposti, b’kont meħud tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.

L-entitajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa b’mod anormali għax ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 36(2).

4.   Fejn entità kontraenti tistabbilixxi li offerta hija baxxa b’mod anormali għax l-offerent ikun kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha iżda biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fil-limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-entità kontraenti, dan tal-aħħar ma jkunx jista’ juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. Fejn l-entità kontraenti tiċħad offerta f’dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

5.   Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva kwalunkwe informazzjoni li għandhom, bħal liġijiet, regolamenti, ftehimiet kollettivi jew standards tekniċi nazzjonali applikabbli universalment, relatati mal-evidenza u d-dokumenti ppreżentati fir-rigward tad-dettalji elenkati fil-paragrafu 2.

Taqsima 4

Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi u relazzjonijiet ma’ dawk il-pajjiżi

Artikolu 85

Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal offerti li jkopru prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni ma kkonkludietx, la f’livell multilaterali u lanqas bilaterali, ftehim li jiżgura aċċess komparabbli u effettiv għal impriżi tal-Unjoni għas-swieq ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Huwa għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

2.   Kwalunkwe offerta ppreżentata għall-għoti ta’ kuntratt ta’ provvista tista’ tiġi miċħuda fejn il-proporzjon tal-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, kif stabbilit f’konformità mar-Regolament(UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43), jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti li jikkostitwixxu l-offerta.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, software użat f’tagħmir tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni għandu jitqies bħala prodotti.

3.   Soġġett għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn żewġ offerti jew aktar huma ekwivalenti fid-dawl tal-kriterji tal-għoti ta’ kuntratt definiti fl-Artikolu 82, għandha tingħata preferenza lil dawk l-offerti li ma jistgħux jiġu rifjutati skont paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-prezzijiet ta’ dawk l-offerti għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, jekk id-differenza fil-prezz ma taqbiżx it-3 %.

Madankollu, offerta ma għandhiex tiġi preferuta minn oħra skont l-ewwel subparagrafu fejn l-aċċettazzoni tagħha tkun tobbliga lill-entità kontraenti li takkwista tagħmir li għandu karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk ta’ tagħmir eżistenti, li jirriżulta f’inkompatibbiltà, diffikultajiet tekniċi fl-operat u l-manutenzjoni, jew spejjeż sproporzjonati.

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawk il-pajjiżi terzi li għalihom il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu ġew estiżi b’Deċiżjoni tal-Kunsill f’konformità mal-paragrafu 1 ma għandux jittieħed kont tagħhom meta jiġi stabbilit il-proporzjon, imsemmi fil-paragrafu 2, tal-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi.

5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2015 u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar f’negozjati multilaterali jew bilaterali fir-rigward tal-aċċess għal impriżi tal-Unjoni fis-swieq ta’ pajjiżi terzi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, dwar kwalunkwe riżultat li dawn in-negozjati setgħu kisbu, u dwar l-implimentazzjoni fil-prattika tal-ftehimiet kollha li jkunu ġew konklużi.

Artikolu 86

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi rigward kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi

1.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali, fil-liġi jew fil-fatt, li jkunu ltaqgħu magħha u ġiet rapportata mill-impriżi tagħhom huma u jiżguraw l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz f’pajjiżi terzi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019 u perijodikament wara dan, dwar il-ftuħ ta’ kuntratti ta’ servizz f’pajjiż terzi u dwar progress f’negozjati ma’ dawn il-pajjiżi dwar dan is-suġġett, partikolarment fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

3.   Il-Kummisssjoni għandha tagħmel sforz, billi tavviċina lill-pajjiż terz ikkonċernat, biex tirrimedja kwalunkwe sitwazzjoni li fiha ssib, fuq il-bażi jew tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew ta’ informazzjoni oħra, li, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz, pajjiż terz:

(a)

ma jagħtix lill-impriżi tal-Unjoni aċċess effettiv komparabbli ma’ dak mogħti mill-Unjoni lill-impriżi ta’ dak il-pajjiż; jew

(b)

ma jagħtix lill-impriżi tal-Unjoni trattament nazzjonali jew l-istess opportunitajiet kompetittivi li huma disponibbli għall-impriżi nazzjonali; jew

(c)

jagħti lil impriżi minn pajjiżi terzi oħra trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil impriżi tal-Unjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’kull diffikultà, fil-liġi jew fil-fatt, li jkunu ltaqgħu magħha u li ġiet rapportata mill-impriżi tagħhom u li tirriżulta minn nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi tax-xogħol elenkati fl-Anness XIV meta dawk l-impriżi jkunu ppruvaw jiżguraw l-għoti ta’ kuntratti f’pajjiżi terzi.

5.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tista’ f’kull ħin tipproponi li l-Kunsill jadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi jew jirrestrinġi, fuq perijodu li jrid jiġi stabbilit f’dak l-att ta’ implimentazzjoni, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz lil:

(a)

impriżi rregolati mil-liġi tal-pajjiż terz inkwistjoni;

(b)

impriżi affiljati mal-impriżi speċifikati f’punt (a) u li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni imma ma għandhomx rabta diretta u effettiva mal-ekonomija ta’ Stat Membru;

(c)

impriżi li jippreżentaw offerti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom servizzi li joriġinaw fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Il-Kunsill għandu jaġixxi, b’maġġoranza kwalifikata, kemm jista’ jkun malajr.

Il-Kummissjoni tista’ tipproponi dawk il-miżuri fuq inizjattiva proprja jew fuq it-talba ta’ Stat Membru.

6.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-impenji tal-Unjoni b’rabta ma’ pajjiżi terzi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali dwar l-akkwist pubbliku, partikolarment fil-qafas tad-WTO.

KAPITOLU IV

Twettiq tal-kuntratt

Artikolu 87

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti

L-entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċjali dwar it-twettiq ta’ kuntratt, dment li huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt fit-tifsira tal-Artikolu 82(3) u indikati fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokumenti tal-akkwist. Dawk il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, dawk relatati mal-innovazzjoni, ambjentali, soċjali jew dawk relatati mal-impjiegi.

Artikolu 88

Sottokuntrattar

1.   L-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 36(2) hija żgurata permezz ta’ azzjoni adegwata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaġixxu fl-ambitu tar-responsabbiltà u l-kompetenza tagħhom.

2.   Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li huwa jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anke kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-entità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt pubbliku (il-kuntrattur ewlieni). Tali miżuri jistgħu jinkludu mekkaniżmi adatti li jippermettu lill-kuntrattur ewlieni joġġezzjona għal pagamenti mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-kuntrattur ewlieni.

5.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u fir-rigward ta’ servizzi li għandhom jiġu provduti fil-faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-entità kontraenti, wara l-għoti tal-kuntratt u mhux aktar tard minn meta jibda t-twettiq tal-kuntratt, l-entità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur ewlieni jindika lill-entità kontraenti l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u r-rappreżentanti legali tas-sottokuntratturi tagħha, li huma involuti f’ tali xogħlijiet jew servizzi, kif magħrufa f’dan il-punt ta’ żmien. L-entità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur ewlieni javża lill-entità kontraenti bi kwalunkwe tibdil f’din l-informazzjoni waqt il-perijodu tal-kuntratt kif ukoll bl-informazzjoni meħtieġa dwar kwalunkwe sottokuntrattur ġdid li jinvolvi sussegwentement f’ tali xogħlijiet jew servizzi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu tal-għoti tal-informazzjoni meħtieġa direttament fuq il-kuntrattur ewlieni.

Fejn meħtieġ għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun akkumpanjata mill-awtodikjarazzjonijiet tas-sottokuntratturi kif imsemmi fl-Artikolu 80(3). Il-miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jipprevedu li s-sottokuntratturi li huma ppreżentati wara l-għoti tal-kuntratt għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati u dokumenti oħra ta’ sostenn minflok l-awtodikjarazzjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-fornituri.

L-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu jew jistgħu jintalbu minn Stat Membru li jestendu l-obbligi previsti fl-ewwel subparagrafu, għal pereżempju:

(a)

kuntratti ta’ provvista, għall-kuntratti ta’ servizzi minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jiġu provduti fil-faċilitajiet taħt is-superviżjoni diretta tal-entità kontraenti jew għall-fornituri involuti f’kuntratti ta’ xogħlijiet jew servizzi;

(b)

sottokuntratturi tas-sottokuntratturi tal-kuntrattur ewlieni jew aktar ‘l isfel fil-katina tas-sottokuntrattar.

6.   Bil-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 36(2), jistgħu jittieħdu miżuri adegwati, bħal:

(a)

Fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur ewlieni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiiet stipulati fl-Artikolu 36(2).

(b)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 80(3) ta’ din id-Direttiva, jivverifikaw jew jistgħu jintalbu minn Stati Membri biex jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ sottokuntratturi skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni. L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi jew tintalab minn Stat Membru biex tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għall-esklużjoni.

7.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti skont il-liġi nazzjonali jew imorru aktar lil hinn skont il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi, pereżempju billi jipprevedu pagamenti diretti lis-sottokuntratturi mingħajr ma huma jkollhom il-ħtieġa li jitolbu tali pagament dirett.

8.   Dawk l-Istati Membri li għażlu li jipprevedu miżuri skont il-paragrafi 3, 5 jew 6 għandhom jispeċifikaw, skont il-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi u wara li kkunsidraw id-dritt tal-Unjoni, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dawk il-miżuri. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikabbiltà tagħhom, pereżempju fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti, ċerti kategoriji ta’ entitajiet kontraenti jew operaturi ekonomiċi jew fir-rigward ta’ ċerti ammonti.

Artikolu 89

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

1.   Kuntratti u ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur monetarju tagħhom, ikunu ġew previsti fid-dokumenti inizjali tal-akkwist fi klawsoli ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli, li jistgħu jinkludi klawsoli ta’ reviżjoni ta’ prezzijiet, jew għażliet. Dawn il-klawsoli għandhom jiddikjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tal-modifiki jew l-għażliet possibbli kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom dawn jistgħu jintużaw. Huma ma għandhomx jipprevedu modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas;

(b)

għal xogħlijiet, servizzi jew provvisti addizzjonali mill-kuntrattur oriġinali, irrispettivament mill-valur tagħhom, li saru neċessarji u li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali fejn bidla fil-kuntrattur:

(i)

ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti li tagħmir eżistenti jista’ jinbidel ma’ xulxin jew l-interoperabbiltà tiegħu, software, servizzi jew installazzjonijiet eżistenti akkwistati taħt l-akkwist inizjali; u

(ii)

tikkawża inkonvenjenza sinifikanti jew duplikazzjoni sostanzjali tal-ispejjeż għall-entità kontraenti;

(c)

fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-ħtieġa għal modifika nġiebet minħabba ċirkostanzi li entità kontraenti diliġenti ma setgħetx tbassar;

(ii)

il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt;

(d)

Fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-entità kontraenti bħala konsegwenza ta’ wieħed minn dawn:

(i)

klawsola ta’ reviżjoni jew għażla inekwivoka f’konformità mal-punt (a),

(ii)

suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara ristrutturar korporattiv, inkluż teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni u akkwist jew insolvenza, ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva stabbiliti inizjalment, dment li dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħra għall-kuntratt u ma jkunx immirat lejn iċ-ċirkomvenzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; jew

(iii)

f’każ li l-entità kontraenti nnifisha tassumi l-obbligi tal-kuntrattur ewlieni lejn is-sottokuntratturi tiegħu fejn din il-possibbiltà hija prevista taħt il-leġislazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 88;

(e)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, ma jkunux sostanzjali fis-sens tal-paragrafu 4.

L-entitajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw kuntratt fil-każijiet stabbiliti taħt punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness XVI u jkun ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 71.

2.   Barra minn hekk, u mingħajr l-ebda ħtieġa li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stipulati taħt il-punti (a) sa (d) tal-paragrafi 4 humiex sodisfatti, il-kuntratti jistgħu ugwalment jiġu mmodifikati mingħajr ma tkun meħtieġa proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn il-valur tal-modifika jkun anqas miż-żewġ valuri li ġejjin:

(i)

il-limiti stabbilit fl-Artikolu 15; u

(ii)

10 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ servizz u ta’ provvista u taħt il-15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ xogħlijiet.

Madanakollu, il-modifika ma tistax tibdel in-natura ġenerali tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-prezz aġġornat għandu jkun il-valur ta’ referenza meta l-kuntratt jinkludi klawsoli tal-indiċjar.

4.   Modifika ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fin-natura minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies bħala bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura tal-akkwist inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ kandidati oħra minbarra dawk magħżula inizjalment jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta oħra minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura tal-akkwist;

(b)

il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt jew fil-ftehim qafas inizjali;

(c)

il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas b’mod konsiderevoli;

(d)

fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-entità kontraenti f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1.

5.   Proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva għandha tkun meħtieġa għal modifiki oħra tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, provvista jew servizz jew ftehim qafas matul it-terminu tiegħu minbarra dawk previsti taħt il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 90

Tmiem ta’ kuntratti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, tal-inqas skont iċ-ċirkostanzi li ġejjin u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali applikabbli, li jtemmu kuntratt ta’ xogħlijiet, provvista jew servizz matul it-terminu tiegħu, fejn:

(a)

il-kuntratt kien soġġett għal modifika sostanzjali li kienet tkun tirrikjedi proċedura ġdida ta’ akkwist skont l-Artikolu 89;

(b)

il-kuntrattur kien, fil-mument tal-għoti tal-kuntratt, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/24/UE u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura tal-akkwist f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80(1) ta’ din id-Direttiva;

(c)

il-kuntratt ma kellux jingħata lill-kuntrattur fid-dawl ta’ ksur serju tal-obbligi skont it-Trattati u din id-Direttiva li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

TITOLU III

REĠIMI TAL-AKKWIST PARTIKOLARI

KAPITOLU I

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 91

Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Kuntratti għal servizzi soċjali u oħrajn speċifiċi elenkati fl-Anness XVII għandhom jingħataw skont dan il-Kapitolu, fejn il-valur tal-kuntratti jkun daqs jew akbar mil-limitu indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15.

Artikolu 92

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

1.   Entitajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 91 għandhom iħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ wieħed minn dawn il-modi:

(a)

permezz ta’ avviż ta’ kuntratt; jew

(b)

permezz ta’ avviż perjodiku indikattiv, li għandu jiġi ppubblikat kontinwament. L-avviż perjodiku indikattiv għandu jirreferi b’mod speċifiku għat-tipi ta’ servizzi li ser ikunu s-suġġett tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Huwa għandu jindika li l-kuntratti ser jingħataw mingħajr aktar pubblikazzjoni u jistieden lil operaturi ekonomiċi interessati biex jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub; jew

(c)

permezz ta’ avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, li għandha tiġi ppubblikata kontinwament.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn setgħet intużat proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel f’konformità mal-Artikolu 50 għall-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz.

2.   Entitajiet kontraenti li taw kuntratt għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 91 għandhom iħabbru r-riżultati permezz ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt. Madankollu huma jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.

3.   L-avviżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Anness XVIII, rispettivament fil-parti A, B, C jew D, skont l-avviżi tal-mudell standard. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 105.

4.   L-avviżi msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 71.

Artikolu 93

Prinċipji tal-għoti ta’ kuntratti

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu, biex jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi. L-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu r-regoli ta’ proċedura applikabbli sakemm regoli bħal dawn jippermettu li l-entitajiet kontraenti jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jieħdu kont tal-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, l-aċċessibbiltà tal-prezz, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, inklużi l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi għandha ssir abbażi tal-offerta li tirrappreżenta tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, b’kont meħud tal-kriterji tal-kwalità u s-sostenibbiltà għas-servizzi soċjali.

Artikolu 94

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-entitajiet kontraenti li huma awtoritajiet kontraenti jistgħu jirriżervaw id-dritt għal organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi esklużivament għal dawk is-servizzi ta’ saħħa, dawk soċjali u dawk kulturali kif imsemmijin fl-Artikolu 91, li huma koperti mill-kodiċi CPV 75121000-0, 75122000-7, 75123000-4, 79622000-0, 79624000-4, 79625000-1, 80110000-8, 80300000-7, 80420000-4, 80430000-7, 80511000-9, 80520000-5, 80590000-6, minn 85000000-9 sa 85323000-9, 92500000-6, 92600000-7, 98133000-4, 98133110-8.

2.   Organizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-objettiv tagħha huwa t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku marbuta mat-twettiq tas-servizzi msemmijin fil-paragrafu 1;

(b)

il-profitti jerġgħu jiġu investiti bil-għan li jinkiseb l-objettiv tal-organizzazzjoni. Fejn il-profitti jkunu mqassma jew jerġgħu jitqassmu, dan għandu jkun ibbażat fuq konsiderazzjonijiet parteċipattivi;

(c)

l-istrutturi tal-ġestjoni jew tas-sjieda tal-organizzazzjoni li qed twettaq il-kuntratt huma bbażati fuq sjieda mill-impjegati jew prinċipji parteċipattivi, jew jeħtieġu l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati, l-utenti jew il-partijiet interessati; u

(d)

l-organizzazzjoni ma kinitx ingħatat kuntratt għas-servizzi konċernati mill-awtorità kontraenti konċernata skont dan l-Artikolu fl-aħħar tliet snin.

3.   It-tul massimu tal-kuntratt ma għandux ikun aktar minn tliet snin.

4.   Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

5.   Minkejja l-Artikolu 108, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effetti ta’ dan l-Artikolu u tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

KAPITOLU II

Ir-Regoli li japplikaw għal kompetizzjonijiet ta’ disinn

Artikolu 95

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati bħala parti minn proċedura tal-akkwist għal kuntratt ta’ servizz, dment li l-valur stmat tal-kuntratt, qabel il-VAT, u inklużi kwalunkwe premju jew ħlas possibbli lill-parteċipanti, ikun daqs jew akbar mill-ammont stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 15.

2.   Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn kollha fejn l-ammont totali ta’ premji u ħlasijiet tal-kompetizzjoni għall-parteċipanti, inkluż il-valur stmat qabel il-VAT tal-kuntratt ta’ servizz li sussegwentement jista’ jiġi konkluż skont il-punt (j) tal-Artikolu 50 jekk l-entità kontraenti ma teskludix dan l-għoti fl-avviż ta’ kompetizzjoni, ikun daqs jew akbar mill-ammont stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 15.

Artikolu 96

Avviżi

1.   L-entitajiet kontraenti li beħsiebhom jorganizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom isejħu għal kompetizzjoni permezz ta’ avviż ta’ kompetizzjoni.

Fejn ikunu beħsiebhom jagħtu kuntratt ta’ servizz sussegwenti skont il-punt (j) tal-Artikolu 50, dan għandu jiġi indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni ta’ disinn.

L-entitajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom iħabbru r-riżultati permezz ta’ avviż.

2.   Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Anness XIX u l-avviż tar-riżultati ta’ kompetizzjoni ta’ disinn għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Anness XX fil-format ta’ formoli standard. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 105.

L-avviż tar-riżultati ta’ kompetizzjoni ta’ disinn għandu jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fi żmien 30 jum mill-għeluq tal-kompetizzjoni ta’ disinn.

Fejn il-ħruġ ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tal-kompetizzjoni jkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella jmur kontra l-interess pubbliku jew ikun jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku partikolari, kemm pubbliku jew privat, jew ikun jista’ jippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, din l-informazzjoni tista’ ma titħalliex tiġi ppubblikata.

3.   L-Artikolu 71(2) sa (6) għandu japplikawkoll għal avviżi dwar kompetizzjonijiet ta’ disinn.

Artikolu 97

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn, is-selezzjoni tal-parteċipanti u tal-ġurija

1.   Meta jorganizzaw kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw proċeduri li huma adattati għat-Titolu I u għal dan il-Kapitolu.

2.   L-ammissjoni ta’ parteċipanti għal kompetizzjonijiet ta’ disinn ma għandhiex tkun limitata:

(a)

minħabba r-referenza għat-territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru;

(b)

minħabba r-raġunijiet li, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn tiġi organizzata l-kompetizzjoni, dawn ikunu meħtieġa jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

3.   Fejn il-kompetizzjonijiet ta’ disinn ikunu limitati għal għadd ta’ parteċipanti, l-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu kriterji tal-għażla ċari u mhux diskriminatorji. Madanakollu, f’kull każ, l-għadd ta’ kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

4.   Il-ġurija għandha tkun komposta esklużivament minn persuni fiżiċi li huma indipendenti mill-parteċipanti fil-kompetizzjoni. Fejn tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari mill-parteċipanti f’kompetizzjoni, tal-inqas terz mill-membri tal-ġurija għandu jkollhom dik il-kwalifika jew kwalifika ekwivalenti.

Artikolu 98

Deċiżjonijiet tal-ġurija

1.   Il-ġurija għandha tkun awtonoma fid-deċiżjonijiet jew l-opinjoniet tagħha.

2.   Il-ġurija għandha teżamina l-pjanijiet u l-proġetti ppreżentati mill-kandidati b’mod anonimu u fuq il-bażi unika tal-kriterji indikati fl-avviż ta’ kompetizzjoni.

3.   Il-ġurija għandha tirreġistra l-klassifikazzjoni tal-proġetti f’rapport, iffirmat mill-membri tagħha, magħmula skont il-merti ta’ kull proġett, flimkien mal-kummenti tagħha u kwalunkwe punti li jeħtieġ li jiġu ċċarati.

4.   L-anonimità għandha tiġi osservata sakemm il-ġurija tasal għal opinjoni jew deċiżjoni.

5.   Jekk ikun jeħtieġ, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna jwieġbu mistoqsijiet li l-ġurija rreġistrat fil-minuti sabiex jiċċaraw kwalunkwe aspett mill-proġetti.

6.   Għandhom jinżammu minuti sħaħ tad-djalogu bejn il-membri tal-ġurija u l-kandidati.

TITOLU IV

GOVERNANZA

Artikolu 99

Infurzar

1.   Sabiex jiżguraw implimentazzjoni korretta u effiċjenti b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas il-kompiti stabbiliti f’dan l-Artikolu jitwettqu minn awtorità, korp jew struttura waħda jew aktar. Huma għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet u l-istrutturi kompetenti kollha għal dawk il-kompiti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-akkwist pubbliku tiġi mmonitorjata.

Meta l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ monitoraġġ jidentifikaw, fuq inizjattiva proprja jew wara li taslilhom informazzjoni, ksur speċifiku jew problemi sistemiċi, huma għandhom jingħataw is-setgħa biex jindikaw dawk il-problemi lill-awtoritajiet ta’ verifika, lill-qrati jew lit-tribunali nazzjonali jew awtoritajiet jew strutturi adegwati oħra, bħall-ombudsman, il-parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.

3.   Ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ skont il-paragrafu 2 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ modi adegwati ta’ informazzjoni. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-Kummissjoni. Pereżempju, jistgħu jiġu integrati fir-rapporti ta’ monitoraġġ imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Sat-18 ta’ April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport ta’ monitoraġġ, li jkopri, fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-aktar sorsi frekwenti ta’ applikazzjoni ħażina jew ta’ inċertezza legali, inklużi problemi possibbli strutturali jew rikorrenti fl-applikazzjoni tar-regoli, fil-livell tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku u dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rappurtar adegwat ta’ każijiet ta’ frodi fl-akkwist, korruzzjoni, konflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra.

Il-Kummissjoni tista’, mhux iktar tard minn kull tliet snin, titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ politiki nazzjonali strateġiċi tal-akkwist.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “SME” għandha tinftiehem kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (44).

Fuq il-bażi tad-data li tirċievi taħt dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport regolarment dwar l-implimentazzjoni u l-aħjar prattiki tal-politiki nazzjonali tal-akkwist fis-suq intern.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

informazzjoni u gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex tassisti l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, biex japplikaw ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku b’mod korrett; u

(b)

ikun disponibbli appoġġ għall-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-ippjanar u t-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist.

5.   L-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, għandhom jinnominaw punt ta’ referenza għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-akkwist pubbliku.

6.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom, tal-inqas matul il-kuntratt, iżommu kopji tal-kuntratti konklużi kollha b’valur daqs jew akbar minn:

(a)

EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista jew kuntratti ta’ servizz;

(b)

EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jippermettu l-aċċess għal dawk il-kuntratti; madankollu, aċċess għal dokumenti speċifiċi jew punti ta’ informazzjoni jistgħu jiġu rrifjutati sa ċertu punt u skont il-kondizzjonijiet previsti fir-regoli applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-protezzjoni tad-data.

Artikolu 100

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom iżommu l-informazzjoni adatta dwar kull kuntratt jew ftehim qafas kopert b’din id-Direttiva u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri. Din l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex tagħtihom il-possibilità li aktar tard jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda marbutin ma’:

(a)

il-kwalifika u l-għażla tal-operaturi ekonomiċi u l-għoti ta’ kuntratti;

(b)

l-użu ta’ proċeduri nnegozjati mingħajr sejħa għal kompetizzjoni permezz tal-Artikolu 50;

(c)

in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli II sa IV tat-Titolu II permezz tad-derogi previsti fil-Kapitoli II u III tat-Titolu I;

(d)

fejn meħtieġ, ir-raġunijiet li għalihom intużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għajr mezzi elettroniċi għall-preżentazzjoni elettronika.

Sakemm l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt imfassal f’konfomità mal-Artikolu 70 jew l-Artikolu 92(2) ikun fih l-informazzjoni mitluba f’dan il-paragrafu, l-entitajiet kontraenti jistgħu jirreferu għal dak l-avviż.

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri tal-akkwist kollha, kemm jekk il-proċeduri jsiru b’mezzi elettroniċi kif ukoll jekk ma jsirux hekk. Għal dak il-għan, huma għandhom jiżguraw li jżommu dokumentazzjoni biżżejjed biex jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist, bħad-dokumentazzjoni dwar il-komunikazzjoni ma’ operaturi ekonomiċi u deliberazzjonijiet interni, it-tħejjija tad-dokumenti tal-akkwist, id-djalogu jew in-negozjati jekk ikun hemm, l-għażla u l-għoti tal-kuntratt. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm minn tal-inqas għal tliet snin mid-data tal-għoti tal-kuntratt.

3.   L-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni, jew l-elementi ewlenin tagħha, għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet, il-korpi jew l-istrutturi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 99 fejn dawn jitolbu li jsir hekk.

Artikolu 101

Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kwalità u l-kompletezza tad-data li tista’ tittieħed mill-avviżi, imsemmija fl-Artikoli 67 sa 71, 92 u 96, li huma ppubblikati f’konformità mal-Anness IX.

Meta l-kwalità u l-kompletezza tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkunx konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 67(1), l-Artikolu 68(1), l-Artikolu 69, l-Artikolu 70(1), l-Artikolu 92(3) u l-Artikolu 96(2), il-Kummissjoni għandha tesiġi informazzjoni kumplementari mill-Istat Membru kkonċernat. Fi żmien raġonevoli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni statistika nieqsa li tesiġi l-Kummissjoni.

2.   Sat-18 ta' April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport statistiku dwar l-akkwist li kien ikun kopert minn din id-Direttiva kieku l-valur tiegħu jaqbeż il-limitu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 15, li jindika stima tal-valur totali aggregat ta’ akkwist bħal dan matul il-perijodu kkonċernat. Dik l-istima tista’, b’mod partikolari, tiġi bbażata fuq data disponibbli skont rekwiżiti tal-pubblikazzjoni nazzjonali jew fuq stimi bbażati fuq kampjuni.

Dak ir-rapport jista’ jiġi integrat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 99(3).

Artikolu 102

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, u għandhom jimplimentaw miżuri għall-kooperazzjoni effettiva bejniethom sabiex jiżguraw skambju ta’ informazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 62, 81 u 84. Huma għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jiskambjaw informazzjoni f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali prevista fid-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46).

3.   Biex jiġi vverifikat jekk hux adatt l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 għall-finijiet li tiġi skambjata informazzjoni koperta minn din id-Direttiva, proġett pilota għandu jitnieda sat-18 ta’ April 2015.

TITOLU V

SETGĦAT IDDELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 103

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4, 17, 40, 41, 76 u 83 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu mhux determinat ta’ żmien mis-17 ta’ April 2014.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 17, 40, 41, 76 u 83 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4, 17, 40, 41, 76 u 83 għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 104

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni skont l-paragrafu 2. In-notifika ta’ att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 103(5). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 105

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (47). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 106

Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ April 2016. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(1) sat-18 ta’ Ottubru 2018, għajr fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi huwa obbligatorju skont l-Artikoli 52, 53, 54, Artikolu 55(3), Artikolu 71(2) jew l-Artikolu 73.

Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istai Membri jistgħu jippostponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(1) għal korpi ċentrali tax-xiri skont l-Artikolu 55(3) sat-18 ta’ April 2017.

Fejn Stat Membru jagħżel li jipposponi l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(1), dak l-Istat Membru għandu jipprovdi li l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu bejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni kollha:

(a)

mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 40;

(b)

posta jew mezzi ta’ ġarr adatti oħra;

(c)

fax;

(d)

taħlita ta’ dawn il-mezzi.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn il-miżuri għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew issir referenza għal din id-Direttiva meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi kif għandha ssir referenza bħal din.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma se jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 107

Tħassir

Id-Direttiva 2004/17/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ April 2016.

Referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XXI.

Artikolu 108

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, b’mod partikolari f’termini ta’ fatturi bħall-għoti transkonfinali ta’ kuntratti u spejjeż ta’ tranżazzjoni, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli u adatt, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda tal-ammonti limiti applikabbli skont il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss. Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti limiti applikabbli taħt il-FAP, ir-rapport għandu, jekk dan ikun meħtieġ, ikun segwit minn proposta leġislattiva li temenda l-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 109

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 110

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 49.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014.

(4)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri tal-akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(6)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(7)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ara paġna 65 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).

(9)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(10)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(11)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(12)  Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3).

(13)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(14)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(15)  Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(16)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(17)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(18)  Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(19)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(20)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(21)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(22)  Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14).

(23)  Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(24)  Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(25)  Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).

(26)  Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU - Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Vol. 01 p. 51).

(27)  Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).

(28)  Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (ir-“Regolament dwar l-IMI”) (ĠU L 316 of 14.11.2012, p. 1).

(29)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(30)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(31)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(32)  Direttiva tal-Kunsill Nru 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).

(33)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(34)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(35)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/205/KE tal-4 ta’ Marzu 2002 wara talba tal-Awstrija b’applikazzjoni għar-reġim speċjali previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/38/KEE (ĠU L 68, 12.3.2002, p. 31).

(36)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/73/KE tal-15 ta’ Jannar 2004 fuq talba mill-Ġermanja sabiex tapplika l-proċedura speċjali stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/38/KEE (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 57).

(37)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/327/KEE tat-13 ta’ Mejju 1993 li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-entitajiet kuntraenti li jisfruttaw żoni ġeografiċi għall-iskop tal-esplorazzjoni għal jew għall-estrazzjoni ta’ żejt, gass, faħam jew karburanti solidi oħra jridu jikkommunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kuntratti li jagħtu (ĠU L 129, 27.5.1993, p. 25).

(38)  Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(39)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal- punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7806) (ĠU L 74, 20.10.2009, p. 36).

(40)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE tal-25 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 66).

(41)  Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(42)  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(43)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(44)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, tal-20.5.2003, p. 36).

(45)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(46)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(47)  Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).


ANNESS I

LISTA TA’ ATTIVITAJIET KIF STABBILIT FIL-PUNT (A) TAL-PUNT 2 TAL-ARTIKOLU 2

Fil-każ ta’ kwalunkwe differenza fl-interpretazzjoni bejn is-CPV u n-NACE, għandha tapplika n-nomenklatura CPV.

NACE (1)

Kodiċi CPV

TAQSIMA F

KOSTRUZZJONI

Diviżjoni

Grupp

Klassi

Suġġett

Noti

45

 

 

Kostruzzjoni

Din id-diviżjoni tinkludi:

Kostruzzjoni ta’ bini ġdid u xogħlijiet, restawrar u tiswijiet komuni.

45000000

 

45.1

 

Preparazzjoni tas-sit

 

45100000

 

 

45.11

Demolizzjoni u tifrik ta’ bini; ċaqliq ta’ terrepien

Din il-klassi tinkludi:

demolizzjoni ta’ bini u strutturi oħrajn,

tindif ta’ siti ta’ bini,

skavar, mili ta’ art, livellar u gradazzjoni ta’ siti ta’ kostruzzjoni, tħaffir ta’ trinek, tneħħija ta’ blat, sparar ta’ furnelli, eċċ.

preparazzjoni ta’ sit għat-tħaffir ta’ minjieri:

tneħħija tal-materjal tal-wiċċ u żviluppi u preparamenti oħrajn ta’ proprjetajiet u siti minerali.

Din il-klassi tinkludi wkoll:

drenaġġ tas-sit tal-bini.

drenaġġ ta’ art agrikola jew imsaġġra.

45110000

 

 

45.12

Tħaffir u titqib bi prova

Din il-klassi tinkludi:

tħaffir bi prova, titqib bi prova u teħid ta’ kampjuni għal skopijiet ta’ kostruzzjoni, ġeofiżiċi, ġeoloġiċi jew simili.

Din il-klassi teskludi:

tħaffir ta’ bjar tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass, ara 11.20.

tħaffir ta’ bjar tal-ilma, ara 45.25,

tħaffir ta’ xaftijiet, ara 45.25,

esplorazzjoni ta’ baċir taż-żejt u tal-gass, stħarriġ ġeofiżiku, ġeoloġiku u siżmiku, ara 74.20.

45120000

 

45.2

 

Bini ta’ kostruzzjonijiet sħaħ jew partijiet tagħhom; inġinerija ċivili

 

45200000

 

 

45.21

Kostruzzjoni ġenerali tal-bini u xogħlijiet tal-inġinerija ċivili

Din il-klassi tinkludi:

kostruzzjoni tat-tipi kollha ta’ bini kostruzzjonijiet ta’ inġinerija ċivili,

pontijiet, inklużi dawk għal awtostradi elevati, vijadotti, mini u passaġġi taħt it-triq,

linji ta’ pajpijiet fit-tul, linji tal-komunikazzjoni u tal-enerġija,

linji ta’ pajpijiet urbani, linji urbani ta’ komunikazzjoni u tal-enerġija,

xogħlijiet urbani anċillari,

assemblaġġ u twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati fuq is-sit.

Din il-klassi teskludi:

attivitajiet ta’ servizz inċidentali għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, ara 11.20,

twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati sħaħ minn partijiet awtomanifatturati mhux tal-konkrit, ara d-diviżjonijiet 20, 26 u 28,

xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra, ara 45.23,

installazzjonijiet ta’ bini, ara 45.3,

kompletar ta’ bini, ara 45.4,

attivitajiet arkitettoniċi u ta’ inġinerija, ara 74.20,

ġestjoni ta’ proġetti għal kostruzzjoni, ara 74.20.

45210000

Ħlief:

– 45213316

45220000

45231000

45232000

 

 

45.22

Tqegħid ta’ għata u kostruzzjoni ta’ oqfsa tas-soqfa tal-bini

Din il-klassi tinkludi:

bini ta’ bjut,

kisi ta’ bjut,

issiġillar mill-ilma.

45261000

 

 

45.23

Kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, ajruporti u faċilitajiet tal-isport

Din il-klassi tinkludi:

kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, toroq prinċipali u mogħdijiet oħra għall-vetturi u għall-mixi,

kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija,

kostruzzjoni ta’ runways għall-ajruplani,

xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra,

żbigħ ta’ marki fuq uċuh tat-toroq u parkeġġi tal-karozzi.

Din il-klassi teskludi:

ċaqliq preliminari ta’ terrapien, ara 45.11.

45212212 u DA03

45230000

ħlief:

– 45231000

– 45232000

– 45234115

 

 

45.24

Kostruzzjoni ta’ proġetti tal-ilma

Din il-klassi tinkludi

kostruzzjoni ta’:

mogħdijiet tal-ilma, xogħlijiet f’portijiet u xmajjar, portijiet tad-divertiment (marini), mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmajjar, eċċ.,

digi,

tħammil,

xogħol taħt il-wiċċ.

45240000

 

 

45.25

Xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni li jinvolvi snajja’ speċjali

Din il-klassi tinkludi:

attivitajiet ta’ kostruzzjoni li jispeċjalizzaw f’aspett wieħed komuni għal tipi differenti ta’ strutturi, li jeħtieġu sengħa jew apparat speċjalizzat,

kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż tismir ta’ pil-aħħarri fl-art,

tħaffir u kostruzzjoni ta’ bjar tal-ilma, tħaffir ta’ xaftijiet,

twaqqif ta’ elementi tal-azzar mhux awtomanifatturati,

tagħwiġ tal-azzar,

tqegħid ta’ brikks u ssettjar ta’ ġebel,

scaffolds u armar u żmontar ta’ pjattaformi tax-xogħol, inkluż kiri ta’ scaffolds u pjattaformi tax-xogħol,

twaqqif ta’ ċmieni u fran industrijali.

Din il-klassi teskludi:

kiri ta’ scaffolds mingħajr armar u żmontar, ara 71.32

45250000

45262000

 

45.3

 

Installazzjoni ta’ bini

 

45300000

 

 

45.31

Installazzjoni ta’ sistemi ta’ wajers u fittings tal-elettriku

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni fil-bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

wajers u attrezzaturi tal-elettriku,

sistemi tat-telekomunikazzjoni,

sistemi ta’ tisħin bl-elettriku,

antenni u aerials residenzali,

sistemi ta’ allarm tan-nirien,

sistemi ta’ allarm kontra s-serq,

liftijiet u eskalejters,

kalamiti tas-sajjetti, eċċ.

45213316

45310000

Ħlief:

– 45316000

 

 

45.32

Attivitajiet ta’ xogħol ta’ iżolazzjoni

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ iżolament għas-sħana, il-ħsejjes jew il-vibrazzjoni.

Din il-klassi teskludi:

issiġillar mill-ilma, ara 45.22.

45320000

 

 

45.33

Sistema ta’ pajpijiet tal-ilma

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

tagħmir idrawliku u sanitarju,

attrezzaturi tal-gass,

tagħmir u tubi għat-tisħin, il-ventilazzjoni, ir-refriġerazzjoni jew l-ikkondizzjonar tal-arja,

sistemi ta’ tbexxix.

Din il-klassi teskludi:

installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, ara 45.31.

45330000

 

 

45.34

Installazzjoni oħra fil-bini

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ sistemi ta’ illuminazzjoni u sinjalar għal toroq, ferroviji, ajruporti u portijiet,

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ attrezzaturi u montaġġi mhux klassifikati xi mkien ieħor

45234115

45316000

45340000

 

45.4

 

Kompletar tal-bini

 

45400000

 

 

45.41

Tikħil

Din il-klassi tinkludi:

applikazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ kisi jew tikħil ta’ ġewwa u ta’ barra, inkluż materjal tal-injam relatat.

45410000

 

 

45.42

Installazzjonijiet mill-mastrudaxxa

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ bibien, twieqi, ċaċċiż tal-bibien u tat-twieqi, kċejjen tal-qies, turġien, armaturi tal-ħwienet u ħwejjeġ simili, mhux awtomanifatturati, tal-injam jew ta’ materjal ieħor,

kompletar ta’ ġewwa bħal soffitti, kisjiet tal-injam tal-ħitan, ħitan diviżorji mobbli, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

it-tqegħid ta’ parkett u kisi ieħor tal-injam tal-art, ara 45.43.

45420000

 

 

45.43

Kisi tal-art u l-ħajt

Din il-klassi tinkludi:

tqegħid, kisi bil-madum, dendil jew immontar f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

madum tal-ħitan jew tal-art taċ-ċeramika, tal-konkrit jew tal-ġebel maqtugħ,

parkett u kisi ieħor tal-art bl-injam, tapiti u kisi tal-art bil-linolju,

inkluż tal-gomma jew tal-pl-aħħarik,

kisi tal-art jew tal-ħitan bit-terrazzo, l-irħam, il-granit jew bil-lavanja,

karti tal-ħitan.

45430000

 

 

45.44

Tpinġija u tqegħid tal-ħġieġ fit-twieqi

Din il-klassi tinkludi:

żebgħa minn ġewwa u minn barra ta’ bini,

żebgħa ta’ strutturi tal-inġinerija ċivili,

installazzjoni ta’ ħġieġ, mirja, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

installazzjoni ta’ twieqi, ara 45.42,

45440000

 

 

45.45

Kompletar ta’ bini ieħor

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ pixxini tal-għawm privati,

tindif bil-fwar, sand bl-aħħaring u attivitajiet similari fuq barra tal-bini,

kompletar ieħor ta’ bini u xogħol ta’ rfinar mhux klassifikat xi mkien ieħor

Din il-klassi teskludi:

tindif min ġewwa ta’ bini u strutturi oħra, ara 74.70.

45212212 u DA04

45450000

 

45.5

 

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew demolizzjoni bl-operatur

 

45500000

 

 

45.50

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew demolizzjoni bl-operatur

Din il-klassi teskludi:

kiri ta’ makkinarju u apparat għal kostruzzjoni jew demolizzjoni mingħajr operaturi, ara 71.32.

45500000


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta Ottubru 1990 (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).


ANNESS II

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)

Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens tal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva. Dawn li ġejjin huma proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti legali oħra tal-Unjoni li ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fit-tifsira tal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva:

(a)

l-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu installazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(b)

awtorizzazzjoni jew stedina għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-produzzjoni elettrika ġodda skont id-Direttiva 2009/72/KE;

(c)

l-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li ma għandux jiġi riżervat;

(d)

proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attività li tinvolvi l-użu ta’ idrokarboni skont id-Direttiva 94/22/KE;

(e)

kuntratti pubbliċi ta’ servizzi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’karozzi tal-linja, trammijiet, ferrovija jew metro, li ngħataw abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, dment li t-tul tagħhom jikkonforma mal-Artikolu 4(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.


ANNESS III

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 34(3)

A.   Trasport jew distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin

Id-Direttiva 2009/73/KE

B.   Produzzjoni, trasmissjoni jew distribuzzjoni ta’ enerġija elettrika

Id-Direttiva 2009/72/KE

C.   Produzzjoni, trasport jew distribuzzjoni ta’ ilma għax-xorb

[Ebda entrata]

D.   Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi tal-ferroviji

 

Trasport tal-Merkanzija bil-Ferroviji

 

Direttiva 2012/34/UE

 

Trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferroviji

 

Direttiva 2012/34/UE

 

Trasport nazzjonali tal-passiġġieri bil-ferroviji

 

[Ebda entrata]

E.   Entitajiet kontraenti fil-qasam ta’ servizzi urbani tal-ferrovija, tat-trammijiet, tat-trolleybus jew tal-motor bus

[Ebda entrata]

F.   Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi postali

Id-Direttiva 97/67/KE

G.   Estrazzjoni ta’ żejt jew gass

Id-Direttiva 94/22/KE

H.   Esplorazzjoni għal u estrazzjoni ta’ faħam jew fjuwils solidi oħrajn

[Ebda entrata]

I.   Entitajiet kontraenti fil-qasam ta’ portijiet tal-baħar jew interni jew tagħmir ieħor ta’ terminals

[Ebda entrata]

J.   Entitajiet kontraenti fil-qasam tal-installazzjonijiet tal-ajruporti

[Ebda entrata]


ANNESS IV

DATI TA’ SKADENZA GĦALL-ADOZZJONI TAL-ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 35

1.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 għandhom jiġu adottati fi żmien il-perijodi li ġejjin:

(a)

90 jum ta’ xogħol fejn l-aċċess ħieles għal suq partikolari huwa preżunt abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3);

(b)

130 jum ta’ xogħol f’każijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt (a).

Il-perijodi stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu estiżi bi 15-il jum ta’ xogħol fejn it-talba ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni motivata u sostanzjata, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, li tanalizza bir-reqqa l-kondizzjonijiet għall-applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 34(1) għall-attività kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 34(2) u (3).

Dawk id-dati ta’ skadenza għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba msemmija fl-Artikolu 35(1) jew, meta l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta ma tkunx sħiħa, fil-jum ta’ xogħol ta’ wara r-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa.

Il-perijodi stipulati fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni bil-qbil tal-Istat Membru jew tal-entità kontraenti li jkunu ppreżentaw it-talba.

2.

Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernati jew l-awtorità nazzjonali indipendenti msemmija taħt il-paragrafu 1 jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha jew sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien adatt. Fil-każ ta’ tweġibiet tard jew mhux sħaħ, il-perijodi stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu sospiżi għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u r-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa u korretta.


ANNESS V

REKWIŻITI RELATATI MA’ GĦODOD U APPARAT SABIEX JASLU B’MOD ELETTRONIKU OFFERTI, TALBIET GĦAL PARTEĊIPAZZJONI, APPLIKAZZJONIJIET GĦAL KWALIFIKA KIF UKOLL PJANIJIET U PROĠETTI FIL-KOMPETIZZJONIJIET

L-għodod u l-apparat sabiex jaslu b’mod elettroniku offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifika kif ukoll pjanijiet u proġetti f’kompetizzjonijiet tal-inqas għandhom jiggarantixxu, b’mezzi tekniċi u proċeduri adattati, li:

(a)

il-ħin u d-data eżatti ta’ meta jaslu l-offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifika kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ pjanijiet u proġetti jistgħu jiġu determinati bi preċiżjoni;

(b)

ikun jista’ jiġi raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien stabbiliti, ħadd ma jkollu aċċess għad-data trasmessa taħt dawk r-rekwiżiti;

(c)

il-persuni awtorizzati biss jistgħu jistabbilixxu jew jibdlu d-dati għall-ftuħ tad-data li tkun waslet;

(d)

matul l-istadji varji tal-proċedura ta’ kwalifika, il-proċedura tal-akkwist jew il-kompetizzjoni, l-aċċess għad-data kollha ppreżentata, jew għal parti minnha, għandu jkun possibbli biss għal persuni awtorizzati;

(e)

il-persuni awtorizzati biss għandhom jagħtu aċċess għad-data trażmessa u għandhom jagħmlu dan wara d-data speċifikata biss;

(f)

data li tasal u li tinfetaħ skont dawk ir-rekwiżiti għandha tibqa’ aċċessibbli biss għal dawk il-persuni awtorizzati li jistgħu jarawha,

(g)

fejn ikun hemm ksur tal-projbizzjoni mill-aċċess jew tal-kondizzjonijiet imsemmija taħt il-punti (b) sa (f) jew ikun hemm tentattiv biex isir dan, jista’ jiġi żgurat b’mod raġonevoli li dak il-ksur jew dawk it-tentattivi jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.


ANNESS VI

PARTI A

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ INDIKATTIV PERJODIKU

(kif imsemmi fl-Artikolu 67)

I.   Informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-każijiet kollha

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

(a)

Għal kuntratti ta’ provvista: in-natura u l-kwantità jew il-valur tas-servizzi jew prodotti li għandhom jiġu pprovduti (Kodiċi CPV).

(b)

Għal kuntratti ta’ xogħol: in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, il-karatteristiċi ġenerali tax-xogħol jew tal-lottijiet b’referenza għax-xogħol (Kodiċi CPV).

(c)

Għal kuntratti ta’ servizz: l-akkwist totali maħsub f’kull waħda mill-kategoriji ta’ servizzi previsti (Kodiċi CPV).

4.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż jew ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej.

5.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

II.   Tagħrif li għandu jiġi pprovdut fejn l-avviż jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew jippermetti t-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien għall-irċevuta tal-offerti (Artikolu 67(2))

6.

Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-entità bl-interess tagħhom fil-kuntratt jew kuntratti.

7.

Indirizz tal-posta elettronika jew fuq l-Internet li fih ser ikunu disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti tal-akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.

Meta aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet mogħtija fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), indikazzjoni kif jista’ jsir aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.

8.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

9.

Limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ applikazzjonijiet għal stedina għal offerta jew għan-negozjar.

10.

In-natura u l-kwantità tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti jew in-natura ġenerali tax-xogħol jew tal-kategorija tas-servizz u deskrizzjoni, li tiddikjara jekk il-ftehim(iet) ta’ qafas huwiex/humiex previst(i), inkluża kwalunkwe għażla għal akkwist ulterjuri u ż-żmien stmat disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba kien hemm tiġdid, jekk kien hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni. Dikjarazzjoni dwar jekk humiex involuti xiri, kiri, xiri bil-kiri jew xi taħlita ta’ dawk involuti.

11.

Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet f’każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tal-kunsinna jew tat-twettiq f’każ ta’ provvisti u ta’ servizz; jekk il-kuntratt hu maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott.

12.

Limiti ta’ żmien għall-konsenja jew it-twettiq jew id-dewmien ta’ kuntratt ta’ servizz u, sa fejn dan ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.

13.

L-indirizz li fuqu l-intrapriżi interessati għandhom jibagħtu l-espressjonijiet ta’ interess tagħhom bil-miktub.

14.

Limitu ta’ żmien għall-wasla ta’ espressjonijiet ta’ interess.

15.

Il-lingwa jew lingwi awtorizzati għall-preżentazzjoni ta’ kandidaturi jew offerti.

16.

Il-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi, u garanziji finanzjarji u tekniċi meħtieġa mill-fornituri.

17.

(a)

Id-data stmata għat-tnedija tal-proċeduri tal-akkwist fir-rigward tal-kuntratt jew kuntratti (jekk din tkun magħrufa);

(b)

It-tip ta’ proċedura tal-akkwist (proċeduri ristretti, kemm jekk jinvolvu sistema dinamika ta’ xiri jew le, jew proċeduri nnegozjati).

18.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

19.

Fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,

(b)

hijiex ser tintuża ordni elettronika,

(c)

huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,

(d)

huwiex ser ikun aċċettat ħlas elettroniku.

20.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

21.

Fejn dawn ikunu magħrufa, il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tissemma l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet, jew mhumiex ser jiġu indikati fl-istedina għall-konferma tal-interess imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 67(2) jew fl-istedina għall-offerti għan-negozjar.

PARTI B

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ INDIKATTIV PERJODIKU FUQ PROFIL TA’ XERREJ MHUX UŻAT BĦALA MEZZ TA’ SEJĦA GĦAL KOMPETIZZJONI

(kif imsemmi fl-Artikolu 67(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Kodiċijiet CPV.

4.

L-indirizz fuq l-Internet tal-“profil ta’ xerrej” (URL).

5.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel fuq il-profil ta’ xerrej.


ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FID-DOKUMENTI TAL-AKKWIST RELATATI MAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET FL-IRKANTIJIET ELETTRONIĊI (ARTIKOLU 53(4))

Meta l-entitajiet kontraenti jiddeċiedu li jagħmlu rkant elettroniku, id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu għall-inqas id-dettalji li ġejjin:

(a)

il-karatteristiċi, li l-valuri tagħhom ser ikunu s-suġġett tal-irkant elettroniku, dejjem jekk dawn il-karatteristiċi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jingħataw f’ċifri jew perċentwali;

(b)

kwalunkwe limiti fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, peress li jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;

(c)

l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun adatt, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;

(d)

l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess tal-irkant elettroniku;

(e)

il-kondizzjonijiet li bihom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;

(f)

il-kondizzjonijiet li skonthom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti.


ANNESS VIII

DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva,

(1)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser waħda milli ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz jew provvista, speċifikazzjoni f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, id-disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti rilevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti, il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-provvista jew servizz u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, it-totalità tal-preskrizzjonijiet tekniċi li jinsabu b’mod partikolari fid-dokumenti tal-akkwist, li tiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa minn materjal, prodott jew provvista, li tippermetti li materjal, prodott jew provvista jkunu deskritti b’mod li jwettqu tajjeb l-użu li jkunu intenzjonati għalih mill-entità kontraenti; dawk il-karatteristiċi jinkludu livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, disinn għall-ħtiġijiet kollha (inkluż l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, prestazzjoni, sikurezza jew dimensjonijiet, inkluż il-proċeduri dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità, terminoloġija, simboli, ittestjar u metodi tal-ittestjar, imballaġġ, immarkar u tikkettar, struzzjonijiet għall-utent, u proċessi u metodi ta’ produzzjoni fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet; dawk il-karatteristiċi jinkludu wkoll regoli dwar id-disinn u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kondizzjonijiet tal-ittestjar, spezzjoni u aċċettazzjoni għax-xogħlijiet u l-metodi jew it-teknika tal-kostruzzjoni u l-kondizzjonijiet tekniċi kollha l-oħra li l-entità kontraenti tkun f’pożizzjoni li tippreskrivi, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, fir-rigward tax-xogħlijiet kompluti u tal-materjali jew il-partijiet li jinvolvu;

(2)

“standard” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut, għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda milli ġejjin:

(a)

“standard internazzjonali” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni internazzjonali tal-istandards u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,

(b)

“standard Ewropew” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,

(c)

“standard nazzjonal” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali;

(3)

“Valutazzjoni Teknika Ewropea” tfisser il-valutazzjoni dokumentata tal-prestazzjoni ta’ prodott ta’ kostruzzjoni, f’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, f’konformità mad-Dokument ta’ Valutazzjoni Ewropew, kif definit fil-punt 12 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (1);

(4)

“speċifikazzjoni teknika komuni” tfisser speċifikazzjoni teknika fil-qasam tal-ICT stabbilita skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(5)

“referenza teknika” tfisser kwalunkwe proġett imwettaq mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, għajr standards Ewropej, skont il-proċeduri adattati għall-iżvilupp tal-ħtiġijiet tas-suq.


(1)  Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).


ANNESS XI

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

1.   Pubblikazzjoni ta’ avviżi

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67, 68, 69, 70, 92 u 96 iridu jintbagħtu mill-entitajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67, 68, 69, 70, 92 u 96 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mill-entitajiet kontraenti fil-każ ta’ avviż indikattiv perjodiku ppubblikat fuq profil ta’ xerrej skont l-Artikolu 67(1).

Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw din l-informazzjoni fuq l-Internet fuq “profil ta’ xerrej” kif imsemmi fil-punt 2(b) aktar ‘l isfel;

(b)

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ser jagħti lill-entità kontraenti l-konferma msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71 (5).

2.   Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni komplementari jew addizzjonali

(a)

Ħlief meta previst mod ieħor fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), l-entitajiet kontraenti għandhom jippubblikaw id-dokumenti tal-akkwist fit-totalità tagħhom fuq l-Internet;

(b)

Il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi indikattivi perjodiċi kif imsemmi fl-Artikolu 67(1), informazzjoni dwar stediniet kurrenti għal offerti, xiri skedat, kuntratti konklużi, proċeduri kkanċellati u kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, telefon u numru tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika. Il-profil tax-xerrej jista’ jinkludi wkoll avviżi indikattivi perjodiċi użati bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, li huma ppubblikati fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 72.

3.   Il-format u l-proċeduri għat-trażmissjoni elettronika ta’ avviżi

Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-http://simap.eu.int}”.


ANNESS X

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ DWAR L-EŻISTENZA TA’ SISTEMA TA’ KWALIFIKA

(kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(4) u fl-Artikolu 68)

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

4.

L-iskop tas-sistema ta’ kwalifika (deskrizzjoni tal-prodotti, servizzi jew xogħlijiet jew kategoriji tagħhom li għandhom jinxtraw permezz tas-sistema - Kodiċi CPV). Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

5.

Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-operaturi ekonomiċi rigward il-kwalifika tagħhom skont is-sistema u l-metodi li skonthom kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ser tiġi verifikata. Fejn id-deskrizzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet u metodi ta’ verifika tkun imdaqqsa u bbażata fuq dokumenti disponibbli għall-operaturi ekonomiċi interessati, sommarju tal-kondizzjonijiet ewlenin u l-metodi u referenza għal dawk id-dokumenti għandhom ikunu biżżejjed.

6.

Il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifika u l-formalitajiet għat-tiġdid tagħha.

7.

Referenza għall-fatt li l-avviż jaġixxi bħala sejħa għal kompetizzjoni.

8.

L-indirizz li minn fuqu tista’ tinkiseb informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalifika (fejn dan ikun differenti mill-indirizz imsemmi taħt il-punt 1).

9.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien biex jitressqu l-appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

10.

Fejn dawn ikunu magħrufa, il-kriterji msemmija fl-Artikolu 782li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn li-kriterji, għandhom jissemmew fejn ma jkunux jidhru fl-ispeċifikazzjonijiet jew fejn ma jkunux ser jiġu indikati fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar.

11.

Fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,

(b)

hijiex ser tintuża ordni elettronika,

(c)

huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,

(d)

huwiex ser ikun aċċettat ħlas elettroniku.

12.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.


ANNESS XI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TA’ KUNTRATTI

(kif imsemmija fl-Artikolu 69)

A.   PROĊEDURI MIFTUĦA

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

4.

In-natura tal-kuntratt (provvista, xogħlijiet jew servizz, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas jew inkella sistema dinamika ta’ xiri), deskrizzjoni (kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.

5.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

6.

Għal provvisti u xogħlijiet:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (CPV codes), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);

(b)

Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.

Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;

(c)

Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti.

7.

Għal servizzi:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;

(b)

Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;

(c)

Ir-referenza tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva;

(d)

Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;

(e)

Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.

8.

Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.

9.

Il-limiti ta’ żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt ta’ servizz u, sa fejn din tkun possibbli, id-data ta’ bidu.

10.

L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-Internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti tal-akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.

Meta aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet mogħtija fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), indikazzjoni kif jista’ jsir aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.

11.

(a)

Data finali għall-wasla ta’ offerti jew offerti indikattivi fejn titnieda sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;

(c)

Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.

12.

(a)

Fejn applikabbli, il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti fil-ftuħ tal-offerti;

(b)

Id-data, il-ħin u l-post ta’ dan il-ftuħ.

13.

Fejn dawn ikunu applikabbli, kwalunkwe depożitu jew garanzija meħtieġa.

14.

Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.

15.

Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.

16.

Il-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi tal-operatur ekonomiku li ngħata l-kuntratt.

17.

Il-perijodu li matulu l-offerent huwa marbut iżomm l-offerta tiegħu miftuħa.

18.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

19.

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss,il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tkun indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawk il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet.

20.

Fejn adatt, id-data/i u r-referenza/i għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.

21.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tad-dipartiment li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

22.

Data ta’ meta l-entità kontraenti bagħtet l-avviż.

23.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

B.   PROĊEDURI RISTRETTI

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

4.

In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas), deskrizzjoni (Kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.

5.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

6.

Għal provvisti u xogħlijiet:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (Kodiċi CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);

(b)

Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.

Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;

(c)

L-informazzjoni li tikkonċerna l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi t-tfassil tal-proġetti wkoll.

7.

Għal servizzi:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;

(b)

Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;

(c)

Referenza għal-liġi, għar-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva;

(d)

Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;

(e)

Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.

8.

Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.

9.

Limiti taż-żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt u, sa fejn ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.

10.

Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.

11.

(a)

L-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni;

(b)

L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;

(c)

Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.

12.

L-aħħar data li fiha jistgħu jintbagħtu stediniet għall-offerti.

13.

Fejn dawn ikunu applikabbli, kwalunkwe depożitu jew garanzija meħtieġa.

14.

Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.

15.

Informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u l-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi mitluba minnu.

16.

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tkun indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawk il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew mhux ser jiġu indikati fl-istedina għall-offerti.

17.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

18.

Fejn adatt, id-data/i u r-referenza/i għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.

19.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

20.

Id-data li fiha l-entitajiet kontraenti bagħtu l-avviż.

21.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

C.   PROĊEDURI NNEGOZJATI

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

4.

In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas), deskrizzjoni (kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.

5.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

6.

Għal provvisti u xogħlijiet:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (kodiċi CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);

(b)

Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.

Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;

(c)

Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti.

7.

Għal servizzi:

(a)

In-natura u l-kwantità tas-servizzi li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;

(b)

Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;

(c)

Ir-referenza tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva;

(d)

Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;

(e)

Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.

8.

Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.

9.

Limiti taż-żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt u, sa fejn ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.

10.

Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.

11.

(a)

L-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni;

(b)

L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;

(c)

Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.

12.

Fejn ikun adatt, kwalunkwe depożiti u garanziji meħtieġa.

13.

Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.

14.

Informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u l-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi mitluba minnu.

15.

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss,il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tiġi indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, fejn dawk ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew li mhumiex ser jiġu indikat fl-istedina għan-negozjar.

16.

Fejn ikun adatt, l-ismijiet u l-indirizzi tal-operaturi ekonomiċi diġà magħżula mill-entità kontraenti.

17.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

18.

Fejn ikun adatt, id-dati u r-referenza/i tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.

19.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

20.

Data ta’ meta l-entità kontraenti bagħtet l-avviż.

21.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.


ANNESS XII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ DWAR GĦOTI TA’ KUNTRATT

(kif imsemmi fl-Artikolu 70)

I.   Informazzjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (1)

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi u l-kodiċi CPV; fejn ikun adatt, iddikjara jekk hux ftehim qafas).

4.

Tal-inqas, indikazzjoni mqassra tan-natura u l-kwantità tal-prodotti, xogħlijiet jew servizzi pprovduti.

5.

(a)

Il-forma tas-sejħa għal kompetizzjoni (avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni; avviż perjodiku; sejħa għal offerti);

(b)

Data/i u referenza/i tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(c)

Fil-każ ta’ kuntratti mogħtija mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, indikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti tal-Artikolu 50.

6.

Proċedura tal-akkwist (miftuħa, ristretta jew innegozjata).

7.

Numru ta’ offerti li waslu, li jispeċifika

(a)

in-numru ta’ offerti li waslu minn operaturi ekonomiċi li huma SMEs,

(b)

in-numru ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż,

(c)

in-numru ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku.

Fil-każ ta’ għotjiet multipli (lottijiet, ftehimiet qafas multipli), din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull għoti.

8.

Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt(i) jew tal-ftehim(iet) qafas wara d-deċiżjoni li jingħata(w) jew jiġi/u konkluż(i).

9.

Il-prezz imħallas għax-xiri bi prezz innegozjat skont l-Artikolu 50(h).

10.

Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-offerent magħżul, inkluża:

(a)

informazzjoni dwar jekk l-offerent magħżul huwiex SME,

(b)

informazzjoni dwar jekk il-kuntratt ingħatax lil konsorzju.

11.

Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt ġiex sottokuntrattat jew jistax jiġi sottokuntrattat.

12.

Il-prezz imħallas jew il-prezzijiet tal-ogħla u l-inqas offerti meħuda f’kunsiderazzjoni fl-għoti tal-kuntratt.

13.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

14.

Informazzjoni fakultattiva:

il-valur u s-sehem tal-kuntratt li ġie sottokuntrattat jew li jista’ jiġi sottokuntrattat lil partijiet terzi,

il-kriterji tal-għoti.

II.   L-informazzjoni mhijiex maħsuba għall-pubblikazzjoni

15.

In-numru ta’ kuntratti mogħtija (fejn l-għoti jinqasam bejn diversi fornituri).

16.

Il-valur ta’ kull kuntratt mogħti.

17.

Il-pajjiż tal-oriġini tal-prodott jew tas-servizz (oriġini Komunitarja jew oriġini non-Komunitarja; jekk tal-aħħar, imqassma skont il-pajjiż terz).

18.

Liema kriterji tal-għoti ntużaw?

19.

Il-kuntratt ingħata lil offerent li ppreżenta varjant skont l-Artikolu 64(1)?

20.

Kien hemm xi offerti li ġew esklużi għar-raġuni li kienu baxxi wisq, f’konformità mal-Artikolu 84?

21.

Id-data ta’ trażmissjoni tal-avviż mill-entità kontraenti.


(1)  L-informazzjoni fl-intestaturi 6, 9 u 11 titqies bħala informazzjoni mhux bl-iskop ta’ pubblikazzjoni fejn l-entità li tkun qed tagħti l-kuntratt tikkunsidra li l-pubblikazzjoni tagħha tista’ tkun ta’ ħsara għal interess kummerċjali sensittiv.


ANNESS XIII

KONTENUT TAL-ISTEDINIET GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ OFFERTA, GĦAL PARTEĊIPAZZJONI FID-DJALOGU, GĦAN-NEGOZJAR JEW GĦALL- KONFERMA TA’ INTERESS PREVISTI TAĦT L-ARTIKOLU 74

1.

L-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta, għal parteċipazzjoni fid-djalogu jew għan-negozjar kif previst taħt l-Artikolu 74 irid ikun fiha tal-inqas:

(a)

id-data finali għall-wasla ta’ offerti, l-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu, u l-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom;

Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti mogħtija permezz ta’ djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, din l-informazzjoni ma għandhiex tidher fl-istedina għan-negozjar, iżda għandha tidher fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta.

(b)

fil-każ ta’ djalogu kompetittiv id-data u l-indirizz intenzjonati għall-bidu ta’ konsultazzjoni u l-lingwa jew lingwi użati;

(c)

referenza għal kwalunkwe sejħa għal kompetizzjoni ppubblikata;

(d)

indikazzjoni dwar kwalunkwe dokument li jrid ikun mehmuż;

(e)

il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt, fejn dawn mhumiex indikati fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika użat bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni;

(f)

l-ippeżar relattiv tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew, fejn adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż dwar kuntratt, fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ kwalifika jew fl-ispeċifikazzjonijiet.

2.

Meta ssir sejħa għal kompetizzjoni permezz ta’ avviż indikattiv perjodiku, l-entitajiet kontraenti għandhom sussegwentement jistiednu lill-kandidati kollha sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratt ikkonċernat qabel ma jibdew l-għażla tal-offerenti jew parteċipanti fin-negozjati.

Bħala minimu, din l-istedina għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-natura u l-kwantità, inklużi l-għażliet kollha li jikkonċernaw kuntratti komplementari u, jekk ikunu possibbli, iż-żmien disponibbli stmat għat-twettiq ta’ dawn l-għażliet għal kuntratti rinnovabbli, in-natura u l-kwantità u, jekk ikunu possibbli, id-dati ta’ pubblikazzjoni stmati ta’ avviżi ulterjuri ta’ kompetizzjoni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jinħarġu għall-offerti;

(b)

it-tip ta’ proċedura: (ristretta jew innegozjata);

(c)

fejn ikun adatt, id-data li fiha ser jibdew jew jintemmu t-twassil tal-provvisti jew it-twettiq tax-xogħlijiet jew servizzi;

(d)

fejn ma jistax jiġi offrut aċċess elettroniku, l-indirizz u d-data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għad-dokumenti tal-akkwist u l-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom;

(e)

l-indirizz tal-entità kontraenti;

(f)

il-kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-garanziji finanzjarji u l-informazzjoni meħtieġa minn operaturi ekonomiċi;

(g)

il-forma tal-kuntratt li hu s-suġġett tal-istedina għall-offerti: xiri, kiri, xiri bin-nofs, jew kwalunkwe taħlita minnhom: u

(h)

il-kriterji tal-għoti ta’ kuntratt u l-ippeżar tagħhom jew, fejn ikun adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż indikattiv jew fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar.


ANNESS XIV

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 36(2)

Il-Konvenzjoni 87 tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni;

Il-Konvenzjoni 98 tal-ILO dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv;

Il-Konvenzjoni 29 tal-ILO dwar ix-Xogħol Furzat;

Il-Konvenzjoni 105 tal-ILO dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat;

Il-Konvenzjoni 138 tal-ILO dwar l-Età Minima;

Il-Konvenzjoni 111 tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol);

Il-Konvenzjoni 100 tal-ILO dwar Remunerazzjoni Ugwali;

Il-Konvenzjoni 182 tal-ILO dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal;

Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll tagħha ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

Il-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll taċ-Ċaqliq Transkonfinali tal-Iskart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel);

Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar it-Tniġġis Organiku Persistenti (il-Konvenzjoni POPs ta’ Stokkolma);

Il-Konvenzjoni dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiki u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (UNEP/FAO) (il-Konvenzjoni PIC) Rotterdam, 10.9.1998 u t-tliet (3) Protokolli reġjonali tagħha.


ANNESS XV

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(3)

Id-Direttiva 2009/33/KE


ANNESS XVI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA F’AVVIŻI TA’ MODIFIKI TA’ KUNTRATT MATUL IT-TERMINU TIEGĦU

(kif imsemmi fl-Artikolu 89(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Il-kodiċi CPV.

4.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

5.

Deskrizzjoni tal-akkwist qabel u wara l-modifika: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u l-firxa tas-servizzi.

6.

Fejn ikun applikabbli, iż-żieda fil-prezz ikkaġunata mill-modifika.

7.

Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li għamlu l-modifika meħtieġa.

8.

Id-data ta’ deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt.

9.

Fejn ikun applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi l-ġodda.

10.

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni.

11.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna d-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnhom tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.


ANNESS XVII

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 91

Kodiċi tas-CPV

Deskrizzjoni

75200000-8; 75231200-6; 75231240-8; 79611000-0; 79622000-0 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal għal għajnuna domestika]; 79624000-4 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal infermiera] u 79625000-1 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal mediku] minn 85000000-9 sa 85323000-9; 98133100-5, 98133000-4 u 98200000-5 u 98500000-8 [Djar privati b’persuni impjegati] u 98513000-2 sa 98514000-9 [Servizzi ta’ xogħol manwali ġewwa djar, Servizzi ta’ persunal ta’ aġenzija għal djar, Servizzi ta’ persunal klerikali għal djar, Persunal temporanju ġewwa djar, Servizzi ta’ għajnuna fid-dar u Servizzi domestiċi]

Servizzi tas-saħħa, soċjali u servizzi oħra relatati

85321000-5 u 85322000-2, 75000000-6 [Servizzi ta’ amministrazzjoni, difiża u sigurtà soċjali], 75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80000000-4 Servizzi ta’ edukazzjoni u taħriġ sa 80660000-8; minn 92000000-1 sa 92700000-8 79950000-8 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet, fieri u kungressi], 79951000-5 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ seminars], 79952000-2 [Servizzi ta’ avvenimenti], 79952100-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali], 79953000-9 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ festivals], 79954000-6 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ parties], 79955000-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-moda], 79956000-0 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ fieri u wirjiet]

Servizzi amministrattivi soċjali, edukattivi, tal-kura tas-saħħa u kulturali

75300000-9

Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja (1)

75310000-2, 75311000-9, 75312000-6, 75313000-3, 75313100-4, 75314000-0, 75320000-5, 75330000-8, 75340000-1

Servizzi ta’ benefiċċju

98000000-3, 98120000-0; 98132000-7; 98133110-8 u 98130000-3

Servizzi komunitarji, soċjali u personali oħrajn inklużi servizzi mogħtija minn trade unions, organizzazzjonijiet politiċi, assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u servizzi oħrajn ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija

98131000-0

Servizzi reliġjużi

55100000-1 sa 55410000-7; 55521000-8 sa 55521200-0 [55521000-8 Servizzi tal-ikel għal djar privati, 55521100-9 Servizzi ta’ “meals-on-wheels”, 55521200-0 Servizzi ta’ kunsinna ta’ ikliet] 55510000-8 [Servizzi ta’ kantins], 55511000-5 [Servizzi ta’ kantins u servizzi oħrajn ta’ kafetteriji bi klijentela ristretta], 55512000-2 [Servizzi ta’ maniġġar tal-kantins], 55523100-3 [Servizzi ta’ ikliet fl-iskejjel], 55520000-1[Servizzi ta’ catering], 55522000-5 [Servizzi ta’ catering għal intrapriżi tat-trasport], 55523000-2 [Servizzi ta’ catering għal intrapriżi oħrajn jew istituzzjonijiet oħrajn], 55524000-9 [Servizzi ta’ catering fl-iskejjel]

Servizzi ta’ lukandi u ristoranti

79100000-5 sa 79140000-7; 75231100-5;

Servizzi legali, sa fejn mhumiex esklużi skont l-Artikolu 21(c)

75100000-7 sa 75120000-3; 75123000-4; 75125000-8 sa 75131000-3

Servizzi amministrattivi oħrajn u servizzi tal-gvern

75200000-8 sa 75231000-4

Forniment ta’ servizzi lill-komunità

75231210-9 sa75231230-5; 75240000-0 sa75252000-7; 794300000-7; 98113100-9

Servizzi relatati ma’ ħabsijiet, servizzi ta’ sigurtà pubblika u ta’ salvataġġ, sa fejn mhumiex esklużi skont l-Artikolu 21(h)

79700000-1 sa 79721000-4 [Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà, Servizzi ta’ sigurtà, Servizzi ta’ monitoraġġ tal-allarm, Servizzi ta’ gwardja, Servizzi ta’ sorveljanza, Servizzi ta’ sistemi ta’ intraċċar, Servizzi ta’ intraċċar tal-maħrubin, Servizzi ta’ għassa, Servizz ta’ ħruġ ta’ karti tal-identità, Servizzi ta’ investigazzjoni u Servizzi ta’ aġenzija ta’ investigaturi] 79722000-1[Servizzi ta’ grafoloġija], 79723000-8 [Servizzi ta’ analiżi tal-iskart]

Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà

98900000-2 [Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi extra-territorjali] u 98910000-5 [Servizzi speċifiċi għall-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali]

Servizzi internazzjonali

64000000-6 [Servizzi ta’ posta u telekomunikazzjoni], 64100000-7 [Servizzi ta’ posta u kurrier], 64110000-0 [Servizzi ta’ posta], 64111000-7 [Servizzi ta’ posta relatati mal-gazzetti u l-perjodiki], 64112000-4 [Servizzi tal-posta relatati mal-ittri], 64113000-1 [Servizzi tal-posta relatati mal-pakketti], 64114000-8 [Servizzi ta’ bank tal-uffiċċji tal-posta], 64115000-5 [Kiri tal-kaxxi tal-ittri], 64116000-2 [Servizzi post-restante], 64122000-7 [Servizzi ta’ posta interna fl-uffiċċji u ta’ messaġġiera]

Servizzi tal-posta

50116510-9 [Servizzi ta’ mmudellar mill-ġdid tat-tajers], 71550000-8 [Servizzi ta’ ħaddied]

Servizzi Mixxellanji


(1)  Dawn is-servizzi mhumiex koperti minn din id-Direttiva fejn dawn huma organizzati bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħrajn bħala servizzi ta’ interess ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.


ANNESS XVIII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA

(kif imsemmi fl-Artikolu 92)

Parti A   Avviż dwar kuntratt

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Deskrizzjoni tas-servizzi jew kategoriji minnhom u fejn applikabbli, x-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali li għandhom jinxtraw, inkluża indikazzjoni tal-kwantitajiet u l-valuri involuti, kodiċi CPV.

4.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tat-twettiq tas-servizzi.

5.

Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

6.

Il-kondizzjonijiet ewlenin li għandhom jiġu sodisfatti mill-atturi ekonomiċi rigward il-parteċipazzjoni tagħhom jew, fejn dan ikun adatt, l-indirizz elettroniku fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dettaljata.

7.

Limitu/i ta’ żmien sabiex tiġi kkuntattjata l-entità kontraenti rigward il-parteċipazzjoni.

8.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Parti B   Avviż indikattiv perjodiku

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti.

2.

Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-kodiċi CPV.

3.

Sa fejn dan ikun diġà magħruf:

(a)

il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet f’każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi,

(b)

il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment ta’ provvisti, ix-xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt,

(c)

kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew minn dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,

(d)

deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.

4.

Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-entità kontraenti dwar l-interess tagħhom fil-kuntratt jew fil-kuntratti u l-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.

Parti C   Avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti.

2.

Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-kodiċi CPV.

3.

Sa fejn dan ikun diġà magħruf:

(a)

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’każ ta’ kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi,

(b)

il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt,

(c)

kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew minn dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,

(d)

deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.

4.

Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-awtorità dwar l-interess fil-kuntratt jew il-kuntratti u l-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.

5.

Il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifika u l-formalitajiet għat-tiġdid tagħha.

Parti D   Avviż dwar għoti ta’ kuntratt

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Tal-inqas, indikazzjoni mqassra tan-natura u l-kwantità tas-servizzi u fejn applikabbli, ix-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali pprovduti.

4.

Referenza tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

5.

Għadd ta’ offerti li waslu.

6.

L-isem u l-indirizz tal-attur(i) ekonomiku/ekonomiċi magħżul/a.

7.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.


ANNESS XIX

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI TA’ DISINN

(kif imsemmi fl-Artikolu 96(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).

4.

In-natura tal-kompetizzjoni: miftuħa jew ristretta.

5.

Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet miftuħa: id-data finali meta jistgħu jiġu rċevuti l-proġetti.

6.

Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet ristretti:

(a)

in-numru ta’ parteċipanti previsti, jew il-firxa;

(b)

fejn ikun applikabbli, l-ismijiet tal-parteċipanti diġà magħżula;

(c)

il-kriterji għall-għażla tal-parteċipanti;

(d)

l-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni.

7.

Fejn applikabbli, indikazzjoni dwar jekk il-parteċipazzjoni hijiex riżervata għal professjoni partikolari.

8.

Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni ta’ proġetti.

9.

Fejn applikabbli, l-ismijiet tal-membri magħżula tal-ġurija.

10.

Indikazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-ġurija hijiex vinkolanti fuq l-awtorità.

11.

Fejn ikunu applikabbli, in-numru u l-valur tal-premji.

12.

Fejn ikun applikabbli, id-dettalji tal-ħlasijiet għall-parteċipanti kollha.

13.

Indikazzjoni dwar jekk ir-rebbieħa tal-premji jingħatawx xi kuntratti ta’ segwitu.

14.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

15.

Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

16.

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti


ANNESS XX

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI BIR-RIŻULTATI TA’ KOMPETIZZJONIJIET TA’ DISINN

(kif imsemmija fl-Artikolu 96(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).

4.

In-numru totali ta’ parteċipanti.

5.

In-numru ta’ parteċipanti barranin.

6.

Ir-rebbieħ(a) tal-kompetizzjoni.

7.

Fejn ikun applikabbli, il-premju/i.

8.

Informazzjoni oħra.

9.

Referenza għall-avviż dwar kompetizzjoni ta’ disinn.

10.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

11.

Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.


ANNESS XXI

TABELLA TA’ KORRELLAZZJONI

Din id-Direttiva

Direttiva 2004/17/KE

Art. 1

Art. 2, l-ewwel sentenza

Art. 1, par. 1

Art. 2, punt 1

Art. 1, par. 2, punt (a)

Art. 2, punt 2

Art. 1, par. 2, punt (b), l-ewwel sentenza

Art. 2, punt 3

Art. 1, par. 2, punt (b), it-tieni sentenza

Art. 2, punt 4

Art. 1, par. 2, punt (c)

Art. 2, punt 5

Art. 1, par. 2, punt (d), l-ewwel subpar.

Art. 2, punt 6

Art. 1, par. 7, l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 2, punt 7

Art. 1, par. 7, it-tielet subpar.

Art. 2, punt 8

Art. 1, par. 7, it-tielet subpar.

Art. 2, punt 9

Art. 34, par. 1

Art. 2, punt 10

Art. 1, par. 8

Art. 2, punt 11

Art. 2, punt 12

Art. 1, par. 8

Art. 2, punt 13

Art. 2, punt 14

Art. 1, par. 11

Art. 2, punt 15

Art. 1, par. 12

Art. 2, punt 16

Art. 2, punt 17

Art. 1, par. 10

Art. 2, punt 18

Art. 2, punt 19

Art. 2, punt 20

Art. 3, par. 1

Art. 2, par. 1, punt (a), l-ewwel subpar.

Art. 3, par. 2

Art. 3, par. 3

Art. 3, par. 4

Art. 2, par. 1, punt (a), it-tieni subpar.

Art. 4, par. 1

Art. 2, par. 2

Art. 4, par. 2

Art. 2, par. 1, punt (b)

Art. 4, par. 3, l-ewwel subparagrafu

Art. 2, par. 3;

Art. 4, par. 3, it-tieni & it-tielet subparagrafu

Art. 4, par. 4

Art. 5, par. 1

Art. 5, par. 2, l-ewwel subparagrafu

Art. 5, par. 2, it-tieni subparagrafu

Art. 1, par. 2, punt (d), it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 5, par. 3

Art. 5, par. 4, l-ewwel u it-tieni subpar.

Art. 5, par. 4, it-tielet subparagrafu

Art. 5, par. 5

Art. 6, par. 1, l-ewwel u it-tieni subpar.

Art. 6, par. 1, it-tielet subpar.

Art. 9, par. 1, it-tieni subpar

Art. 6, par. 2

Art. 9, par. 1, l-ewwel subpar

Art. 6, par. 3, punt a

Art. 9, par. 2

Art. 6, par. 3, punt b

Art. 6, par. 3, punt c

Art. 9, par. 3

Art. 7

Art. 3, par. 1 u par. 3, Art. 4, par. 1; Art. 7, punt a

Art. 8

Art. 3, par. 1 & 2

Art. 9, par. 1

Art. 3, par. 3

Art. 9, par. 2

Art. 3, par. 4

Art. 10

Art. 4

Art. 11

Art. 5, par. 1

Art. 5, par. 2

Art. 12

Art. 7, punt (b)

Art. 13, par. 1

Art. 6, par. 1 u par. 2(c) in fine

Art. 13, par. 2, punt (a)

Art. 6, par. 2, punt (a)

Art. 13, par. 2, punt (b)

Art. 6, par. 2, punt (b)

Art. 13, par. 2, punt (c), punti i u ii

Art. 6, par. 2, punt (c), l-ewwel u it-tielet inċiż

Art. 6, par. 2, punt (c), it-tieni, ir-raba, il-ħames u is-sitt inċiż

Art. 14, punt (a)

Art. 7, punt (a)

Art. 14, punt (b)

Art. 7, punt (a)

Art. 8

Anness I - X

Art. 15

Art. 16 & 61

Art. 16, par. 1

Art. 17, par. 1; Art. 17, par. 8

Art. 16, par. 2

Art. 16, par. 3

Art. 17, par. 2; Art. 17, par. 8

Art. 16, par. 4

Art. 16, par. 5

Art. 17, par. 3

Art. 16, par. 6

Art. 16, par. 7

Art. 17, par. 4 & 5

Art. 16, par. 8

Art. 17, par. 6(a), l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 16, par. 9

Art. 17, par. 6(b), l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 16, par. 10

Art. 17, par. 6(a), it-tielet subpar. & par. 6(b), it-tielet subpar.

Art. 16, par. 11

Art. 17, par. 7

Art. 16, par. 12

Art. 17, par. 9

Art. 16, par. 13

Art. 17, par. 10

Art. 16, par. 14

Art. 17, par. 11

Art. 17

Art. 69

Art. 18, par. 1

Art. 19, par. 1

Art. 18, par. 2

Art. 19, par. 2

Art. 19, par. 1

Art. 20, par. 1; Art. 62, punt 1

Art. 19, par. 2

Art. 20, par. 2

Art. 20

Art. 22; Art. 62, punt 1

Art. 21, punt (a)

Art. 24, punt (a)

Art. 21, punt (b)

Art. 24, punt (b)

Art. 21, punt (c)

Art. 21, punt (d)

Art. 24, punt (c)

Art. 21, punt (e)

Art. 21, punt (f)

Art. 24, punt (d)

Art. 21, punt (g)

Art. 21, punt (h)

Art. 21, punt (i)

Art. 22

Art. 25

Art. 23

Art. 26

Art. 24, par. 1

Art. 22a

Art. 24, par. 2

Art. 21; Art. 62, punt 1

Art. 24, par. 3

Art. 21; Art. 62, punt 1

Art. 25

Art. 26

Art. 27, par. 1

Art. 22a in fine, Art. 12 tad-Direttiva 2009/81/KE

Art. 27, par. 2

Art. 28

Art. 29, par. 1

Art. 23, par. 1

Art. 29, par. 2

Art. 23, par. 1

Art. 29, par. 3

Art. 23, par. 2

Art. 29, par. 4

Art. 23, par. 3, punti (a) sa (c)

Art. 29, par. 5

Art. 23, par. 3, it-tieni subpar.

Art. 29, par. 6

Art. 23, par. 3, it-tielet subpar.

Art. 30

Art. 23, par. 4

Art. 31

Art. 23, par. 5

Art. 32

Art. 24, punt (e)

Art. 33, par. 1 u 2

Art. 27

Art. 33, par. 3

Art. 34, par. 1, l-ewwel u it-tieni sentenzas

Art. 30, par. 1; Art. 62, punt (2)

Art. 34, par. 1, it-tielet sentenza

Art. 34, par. 1, ir-rabà sentenza

Art. 30, par. 2, Premessa 41

Art. 34, par. 2, l-ewwel subparagrafu

Art. 30, par. 2

Art. 34, par. 2, it-tieni subparagrafu

Art. 34, par. 3

Art. 30, par. 3

Art. 35, par. 1

Art. 30, par. 4, l-ewwel subpar.; par. 5, l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 35, par. 2

Art. 30, par. 5, l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 35, par. 3

Art. 30, par. 4, it-tieni subpar.; par. 5, ir-rabà subpar.; Art. 62, punt (2)

Art. 30, par. 4, it-tielet subpar.

Art. 35, par. 4

Art. 35, par. 5

Art. 30, par. 6, it-tieni subpar.

Art. 35, par. 6

Art. 30, par. 6, it-tielet & ir-rabà subpar.

Art. 36, par. 1

Art. 10

Art. 36, par. 2

Art. 37

Art. 11

Art. 38, par. 1

Art. 28, l-ewwel subpar.

Art. 38, par. 2

Art. 28, it-tieni subpar.

Art. 39

Art. 13

Art. 40, par. 1

Art. 48, par. 1, 2 u 4; Art. 64, par. 1

Art. 40, par. 2

Art. 40, par. 3

Art. 48, par. 3; Art. 64, par. 2

Art. 40, par. 4

Art, 40, par. 5

Art. 40, par. 6

Art. 48, par. 5 u 6; Art. 64, par. 3

Art. 40, par. 7, l-ewwel subpar.

Art. 70, par. 2, punt f & it-tieni subpar

Art. 40, par. 7, it-tieni & it-tielet subpar.

 

Art. 41, par. 1

Art. 1, par. 13

Art. 41, par 2

Art. 70, par. 2, punti (c) & (d); Art. 70, par. 2, it-tieni subpar.

Art. 42

Art. 43

Art. 12

Art. 44, par. 1

Art. 40, par. 1 & 2

Art. 44, par. 2

Art. 40, par. 2

Art. 44, par. 3

Art. 44, par. 4

Art. 42, par 1 & par. 3, punt b

Art. 44, par. 5

Fil-bidu of Art. 40(3)

Art. 45, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 1, par. 9, punt (a);

Art. 45, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 45, par. 2

Art. 45, par. 2

Art. 45, par. 4

Art. 45, par. 3

Art. 45, par. 4

Art. 46

Art. 1, par. 9, punt (b); Art. 45, par. 3

Art. 47

Art. 1, par. 9, punt (c); Art. 45, par. 3

Art. 48

Art. 49

Art. 50, punt (a)

Art. 40, par. 3, punt (a)

Art. 50, punt (b)

Art. 40, par. 3, punt (b)

Art. 50, punt (c)

Art. 40, par. 3, punt (c)

Art. 50, punt (d)

Art. 40, par. 3, punt (d)

Art. 50, punt (e)

Art. 40, par. 3, punt (e)

Art. 50, punt (f)

Art. 40, par. 3, punt (g)

Art. 50, punt (g)

Art. 40, par. 3, punt (h)

Art. 50, punt (h)

Art. 40, par. 3, punt (j)

Art. 50, punt (i)

Art. 40, par. 3, punt (k)

Art. 50, punt (j)

Art. 40, par. 3, punt (l)

Art. 51, par. 1, l-ewwel & it-tieni subparagrafu

Art. 14, par. 1; Art. 1, par. 4

Art. 51, par. 1, it-tielet subparagrafu

Art. 51, par. 2, l-ewwel and it-tieni subpar.

Art. 51, par. 2, it-tielet subpar.

Art. 14, par. 4

Art. 52, par. 1

Art. 1, par. 5; Art. 15, par. 1

Art. 52, par. 2

Art. 15, par. 2

Art. 52, par. 3

Art. 15, par. 2, l-aħħar sentenza

Art. 52, par. 4

Art. 15, par. 3

Art. 52, par. 5

Art. 15, par. 4

Art. 52, par. 6

Art. 15, par. 6

Art. 52, par. 7

Art. 52, par. 8

Art. 52, par. 9

Art. 15, par. 7, it-tielet subpar.

Art. 53, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 1, par. 6; Art. 56, par. 1

Art. 53, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 1, par. 6

Art. 53, par. 2

Art. 56, par. 2

Art. 53, par. 3

Art. 56, par. 2, it-tielet subpar.

Art. 53, par. 4

Art. 56, par. 3

Art. 53, par. 5

Art. 56, par. 4

Art. 53, par. 6

Art. 56, par. 5

Art. 53, par. 7

Art. 56, par. 6

Art. 53, par. 8

Art. 56, par. 7

Art. 53, par. 9

Art. 56, par. 8

Art. 54

Art. 55, par. 1

Art. 29, par. 1

Art. 55, par. 2

Art. 29, par. 2

Art. 55, par. 3

Art. 55, par. 4

Art. 29, par. 2

Art. 56

Art. 57

Art. 58

Premessa 15

Art. 59

Art. 60, par. 1

Art. 34, par. 1

Art. 60, par. 2

Art. 34, par. 2

Art. 60, par. 3

Art. 34, par. 3

Art. 60, par. 4

Art. 34, par. 8

Art. 60, par. 5

Art. 34, par. 4

Art. 60, par. 6

Art. 34, par. 5

Art. 61, par. 1

Art. 34, par. 6

Art. 61, par. 2

Art. 34, par. 6

Art. 62, par. 1

Art. 34, par. 4, it-tieni subpar.; 5, it-tieni & it-tielet subpar.; 6, it-tieni subpar.; par. 7

Art. 62, par. 2

Art. 34, par. 4, l-ewwel subpar.; 5, l-ewwel subpar., 6, l-ewwel subpar.

Art. 62, par. 3

Art. 63

Art. 35

Art. 64, par. 1

Art. 36, par. 1

Art. 64, par. 2

Art. 36, par. 2

Art. 65

Art. 66, par. 1

Art. 45, par. 1

Art. 66, par. 2

Art. 45, par. 9

Art. 45, par. 10

Art. 66, par. 3

Art. 45, par. 9

Art. 67, par. 1

Art. 41, par. 1 & 2

Art. 67, par. 2

Art. 42, par. 3; Art. 44, par. 1

Art. 68

Art. 41, par. 3

Art. 69

Art. 42, par. 1, punt (c); Art. 44, par. 1

Art. 70, par. 1

Art. 43, par. 1, l-ewwel subpar.; Art. 44, par. 1

Art. 70, par. 2

Art. 43, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 70, par. 3

Art. 43, par 2 & 3

Art. 70, par. 4

Art. 43, par. 5

Art. 71, par. 1

Art. 44, par. 1;

Art. 70, par. 1, punt (b)

Art. 71, par. 2, l-ewwel sentenza

Art. 44, par. 2, 3

Art. 71, par 2, it-tieni & it-tielet sentenza

Art. 44, par. 4, it-tieni subpar.

Art. 71, par 3

Art. 44, par. 4, l-ewwel subpar.

Art. 71, par. 4

Art. 71, par. 5, l-ewwel subpar.

Art. 44, par. 6

Art. 71, par. 5, it-tieni subpar.

Art. 44, par. 7

Art. 71, par. 6

Art. 44, par. 8

Art. 72, par. 1

Art. 44, par. 5, l-ewwel subpar.

Art. 72, par. 2 and 3

Art. 44, par. 5, it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 73, par. 1

Art. 45, par. 6

Art. 73, par. 2

Art. 46, par.2

Art. 74, par. 1

Art. 47, par. 1, l-ewwel sentenza & par. 5, l-ewwel subpar.

Art. 74, par. 2

Art. 47, par. 1, it-tieni sentenza &

Par. 5, it-tieni subpar.

Art. 75, par. 1

Art. 49, par. 1

Art. 75, par. 2

Art. 49, par. 2, l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 75, par. 3

Art. 49, par. 2, it-tielet subpar.

Art. 75, par. 4, 5 and 6

Art. 49, par. 3, 4 & 5

Art. 76, par. 1

Art. 51, par. 1

Art. 76, par. 2

Art. 51, par. 2

Art. 76, par. 3

Art. 52, par. 1

Art. 76, par. 4

Art. 76, par. 5

Art. 51, par. 3

Art. 76, par. 6

Art. 76, par. 7

Art. 76, par. 8

Art. 77, par. 1

Art. 53, par. 1

Art. 77, par. 2

Art. 53, par. 2

Art. 77, par. 3

Art. 53, par. 6

Art. 77, par. 4

Art. 53, par. 7

Art. 77, par. 5

Art. 53, par. 9

Art. 77, par. 6

Art. 78, par. 1

Art. 54, par. 1 & 2

Art. 78, par. 2

Art. 54, par. 3

Art. 79, par. 1

Art. 53, par. 4 & 5

Art. 79, par. 2

Art. 54, par. 5 & 6

Art. 79, par. 3

Art. 80, par. 1

Art. 53, par. 3; Art. 54, par. 4

Art. 80, par. 2

Art. 80, par. 3

Art. 53, par. 3; Art. 54, par. 4

Art. 81, par. 1

Art. 52, par. 2

Art. 81, par. 2

Art. 52, par. 3

Art. 81, par. 3

Art. 82, par. 1

Art. 55, par. 1

Art. 82, par. 2

Art. 55, par. 1

Art. 82, par. 3

Art. 82, par. 4

Premessa 1; Premessa 55, it-tielet par.

Art. 82, par. 5

Art. 55, par. 2

Art. 83

Art. 84, par. 1

Art. 57, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 84, par. 2, punt (a)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (a)

Art. 84, par. 2, punt (b)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (b)

Art. 84, par. 2, punt (c)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (c)

Art. 84, par. 2, punt (d)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (d)

Art. 84, par. 2, punt (e)

Art. 84, par. 2, punt (f)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (e)

Art. 84, par. 3, l-ewwel subparagrafu

Art. 57, par. 2

Art. 84, par. 3, it-tieni subparagrafu

Art. 84, par. 4

Art. 57, par. 3

Art. 84, par. 5

Art. 85, par. 1, 2, 3, 4 and Art. 86

Art. 58, par 1 - 4; Art. 59

Art. 85, par. 5

Art. 58, par. 5

Art. 87

Art. 38

Art. 88, par. 1

Art. 88, par. 2

Art. 37, l-ewwel sentenza

Art. 88, par. 3

Art. 88, par. 4

Art. 37, it-tieni sentenza

Art. 88, par. 5 - 8

Art. 89

Art. 90

Art. 91

Art. 92

Art. 93

Art. 94

Art. 95

Art. 61

Art. 96, par. 1

Art. 63, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 96, par. 2, l-ewwel subparagrafu

Art. 63, par. 1, l-ewwel subpar;

Art. 96, par. 2, it-tieni u it-tielet subparagrafi

Art. 63, par. 1, it-tieni subpar., l-ewwel u it-tieni sentenza

Art. 96, par. 3

Art. 63, par. 2

Art. 97, par. 1

Art. 65, par. 1

Art. 97, par. 2

Art. 60, par. 2

Art. 97, par. 3 & 4

Art. 65, par. 2 & 3

Art. 98

Art. 66

Art. 99, par. 1

Art. 72, l-ewwel subpar.

Art. 99, par. 2 - 6

Art. 100

Art. 50

Art. 101

Art. 102

Art. 103

Art. 68, par. 3 & 4

Art. 104

Art. 68, par. 5

Art. 105, par 1 & 2

Art. 68, par. 1 & 2

Art. 105, par. 3

Art. 106, par. 1

Art. 71, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 106, par. 2

Art. 106, par. 3

Art. 71, par. 1, it-tielet subpar

Art. 107

Art. 73

Art. 108

Art. 109

Art. 74

Art. 110

Art. 75

Anness I to X

Anness I (minbarra l-ewwel sentenza)

Anness XII (minbarra n-nota tal-qiegħ 1)

l-ewwel sentenza ta’ Anness I

In-nota tal-qiegħ 1 sa Anness XII

Anness II

Anness III, punti A, B, C, E, F, G, H, I u J

Anness XI

Anness III, punt D

Anness IV, punt 1, l-ewwel sa it-tielet subparagrafu

Art. 30, par. 6, l-ewwel subpar.

Anness IV, punt 1, ir-rabà subparagrafu

Anness IV, punt 2

Art. 30, par. 6, l-ewwel subpar., it-tieni sentenza

Anness V, (a) – (f)

Anness XXIV, (b) – (h)

Anness V, (g)

Anness VI

Anness XV

Anness VII

Art. 56, par. 3, it-tieni subpar., punti (a) — (f)

Anness VIII, minbarra għal punt 4

Anness XXI, minbarra għal punt 4

Anness VIII, punt 4

Anness XXI, punt 4

Anness IX

Anness XX

Anness X

Anness XIV

Anness XI

Anness XIII

Anness XII

Anness XVI

Anness XIII, punt 1

Art. 47, par. 4

Anness XIII, punt 2.

Art. 47, par. 5

Anness XIV

Anness XXIII

Anness XV

Anness XVI

Anness XVI

Anness XVII

Anness XVII

Anness XVIII

Anness XIX

Anness XVIII

Anness XX

Anness XIX

Anness XXI

Anness XXVI

Anness XXII

Anness XXV