4.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 350/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Settembru 2014

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2014/C 350/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li kull Stat Membru għandu jinnomina membru għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret membru tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju 2013.

(3)

Il-Gvern tal-Kroazja ppreżenta n-nomina tiegħu għal rappreżentant, li għaldaqstant għandu jinħatar għal perijodu ta’ erba’ snin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Bojan VIDOVIĆ, ta’ nazzjonalità Kroata, imwieled fit-22 ta’ Mejju 1976, għandu jinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2014 sas-26 ta’ Settembru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.