3.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Ottubru 2014

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni

(2014/866/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 103 u 352, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/203/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfedarazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom ġie ffirmat fis-17 ta' Mejju 2013 suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Ftehim (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/203/UE tat-22 ta' April 2013 dwar l-iffirmar, f 'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni (ĠU L 117, 27.4.2013, p. 6).

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.