25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 221/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Lulju 2014

li taħtar żewġ membri Estonjani u żewġ membri supplenti Estonjani tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/498/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Filwaqt li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari tal-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta tal-GvernEstonjan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fil-21 ta' Mejju 2013, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/239/UE (3), is-Sur Mihkel JUHKAMI nħatar membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Is-siġġijiet taż-żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Väino HALLIKMÄGI u s-Sur Jüri PIHL.

(3)

Siġġu ta' membru supplenti sar vakanti wara t-tmien tal-mandat tas-Sinjura Saima KALEV.

(4)

Siġġu ta' membru supplenti ser isir vakanti wara l-ħatra tas-Sur Mihkel JUHKAMI bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Mihkel JUHKAMI, Sindku tal-Belt ta' Rakvere

Is-Sur Urmas SUKLES, Sindku tal-Belt ta' Haapsalu

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Hannes HANSO, Sindku tal-Belt ta' Kuressaare

Is-Sur Rait PIHELGAS, Sindku tal-Muniċipalità Rurali ta' Ambla.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)  ĠU L 141, 28.5.2013, p. 43.